Nimxu Id F'Id - Awwissu 2025

Page 1


Email: info@divine.com.mt

Tel: (+356) 2155 0437 VAT No. 1522 6634 Mġarr Road, Xewkija, XWK 9014

Ritratt tal-faċċata: Il-MADONNA TAL-ISPERANZA TAR-RAMLA L-ĦAMRA - Kif tixhed it-tabella li hemm f'nofs il-pedestall, kien ċertu Ġanni Gauci, pulizija stazzjonat ir-Ramla, li għamilha fl-1881. Il-Madonna bil-Bambin f'idha qiegħda titfa' ħarsitha lejn il-baħar biex tipproteġi lbaħħara u lis-sajjieda. L-istatwa li qed naraw illum mhijiex dik oriġinali. Minħabba l-elementi tal-baħar, fl-1965 din l-istatwa ġiet mibdula ma' replika tagħha magħmula mis-siment, xogħol l-iskultur Wistin Camilleri. Ritratt meħud fil-25 ta' Lulju 2025 – Martin Attard

-Iben t’Alla sar bniedem

Nimxu Id F’Id

Awwissu 2025 Ħarġa numru 546

Dr J Wilbur Chapman kien qed jipprietka u f’xi ħin stieden lissemmiegħa biex jirrakkontaw xi storja personali li jaħsbu li tista’ tħalli l-ġid fost is-semmiegħa. U dlonk wieħed mill-udjenza qam, mar fejn ilpredikatur u beda l-istorja tiegħu.

Jien kont ngħix ġo familja sinjura. Iżda ħallejt dar missieri biex infittex xortiha bogħod mill-ġenituri u ħuti. Ma ridtx indħil. Għall-bidu kollox mar sew imma maż-żmien spiċċajt qisni tallab. Ħadd ma ried jħaddimni peress li ħafna drabi kont inkun fis-sakra. U għalhekk ma kellix triq oħra għajr li nittallab il-karità.

Darba rajt raġel liebes pulit u ġrejt għal warajh biex nitolbu xi ħaġa u meta dar tbellaht għax sibt li kien missieri. Dan għannaqni miegħu u qalli li kien ilu jfittixni u jsaqsi għalija s-snin. U mort miegħu d-dar deċiż li ma ninfiridx minn familti ħajti kollha.

Meta spiċċa jirrakkonta l-predikatur qal: “Smajtu verżjoni moderna tal-Parabbola tal-Iben il-Ħali. Bħal missier tal-istorja u talparabbola, il-Mulej hu dejjem lest b’idejh miftuħa beraħ biex jilqagħna anke jekk forsi nkunu għaddejna xi żmien imbegħdin minnu.”

Wirt il-Fundatur

Dun Ġorġ ħallielna teżor ... f’kitbietu

Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.

X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?

Tgħallimt li wieħed jgħix tajjeb jew ħażin skont il-ħsibijiet li jżomm.

Tgħallimt li n-natura hija ostinata għax dak li trid tridu bilfors.

Tgħallimt li hija ħaġa proprja tal-bniedem li jiżbalja.

Tgħallimt li napprezza l-kwalità u mhux il-kwantità fin-nies u fil-ħwejjeġ.

Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra

Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956

permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il‘four pages’ . Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005.

Nimxu Id F’Id - Awwissu 2025

Dizzjunarju Bibliku

Kajjin

Kajjin kien l-ewwel tifel ta’ Adam u Eva. Kien bidwi u bħal ħuh

Abel kien ukoll joffri s-sagrifiċċji lill-Mulej. Iżda l-Mulej ma tantx kienu jogħġbuh is-sagrifiċċji tiegħu. Forsi għax Kajjin ma kienx joffrihom bilqalb. Jew forsi ma kienx joffrilu l-aħjar.

Il-fatt li Kajjin kien jara li s-sagrifiċċji ta’

Abel huma iktar mogħġuba quddiem ilMulej ħoloq f’qalbu ħafna għejra li flaħħar wasslitu biex joqtol lil ħuh. IlMulej urih li jaf bid-delitt tiegħu u għal xi żmien għex maħrub. Iżda l-Mulej urih ukoll li minkejja d-dnub tiegħu xorta kien ser jipproteġih u għamillu marka f’ġismu biex kulħadd ikun jaf b’din ilprotezzjoni.

(Aqra: Il-Ktieb tal-Ġenesi kap 4)

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

L-Illużjonijiet ta’kuljum

Waħda mit-tifsiriet li jagħtu d-dizzjunarji għall-kelma “illużjoni” hija “dehra qarrieqa” u fid-dinja ta’ madwarna hemm xi wħud minn dawn l-illużjonijiet, għalkemm ovvjament ladarba huma illużjoni ma tantx huma ovvji. Fost dawn insibu:

Il-movimenti tax-xemx, qamar u kwiekeb

Ma hemmx dehra li ma

tidhirx illużjoni, daqs xemx

ħamra tielgħa fuq orizzont tant sod u fiss. Imma l-fatt huwa li x-xemx hija wieqfa

u li ma tiċċaqlaqx, hu aħna li qed niċċaqilqu. U dawn il-movimenti jgħoddu wkoll għall-qamar u għallkwiekeb li, dejjem kif narawhom aħna, jitilgħu mil-Lvant, jgħaddu minn fuqna u jinżlu filPunent. Imma dejjem aħna li qed induru. U kemm induru! Xi ħadd fuq l-Ekwatur tad-dinja (iċ-ċirkonferenza ta’ madwar 40 elf kilometru) jagħmel din id-distanza f’24 siegħa, li tiġi veloċità ta’ madwar 1,670 kilometru fis-siegħa.

(Dan l-artiklu jkompli fil-ħarġa ta’ Settembru)

... jikteb

Ritchie Grech

Ħalib it-tajr

Ħalib it-tajr hija basla selvaġġa li tagħmel fjuri bojod sbieħ b’dabra sewda f’nofshom qishom għajnejn. Hemm ħalib it-tajr kbir u ħalib it-tajr żgħir. It-tnejn insibuhom f’pajjiżna. Interessanti li din ilpjanta sabiħa tissemma wkoll fil-Bibbja. Il-basla tagħha ġieli kienu jixwuha għall-ikel jew jagħmlu d-dqiq minnha. Iż-żgħira ma nsibux referenza għaliha imma kienet tikber ukoll fil-Palestina. Fit-tieni ktieb tas-Slaten hemm referenza kurjuża għal din ix-xitla tal-ward. Il-ġrajja

tirrakkonta kif is-Samarija kienet imdawra bl-għedewwa Aramin u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż. L-awtur jirrakkonta kif “ras ta’ ħmar saret tiswa tmenin xekel tal-fidda u r-raba’ waħda ta’ kab ħmieġ tal-ħamiem ħames xwiekel talfidda” (2 Slat 6,25).

Il-Bibbja Saydon tittraduċi hekk dan il-kliem: “u r-raba’ waħda ta’ basal selvaġġ ħames xwiekel tal-fidda.” L-istudjużi tal-Bibbja jżommu li din hi referenza għall-ħalib it-tajr. Stramba kif intuża l-kliem ma tantx sabiħ “kab ħmieġ tal-ħamiem” għal din ix-xitla tant sabiħa. Iż-żewġ xtieli jagħmlu parti mill-familja tal-ġilji. Iż-żgħira għandha aktar forma ta’ stilla u twarrad fix-xitwa waqt li l-kbira twarrad firrebbiegħa.

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima.

Ħafna ħafna snin ilu l-awtoritajiet kienu jippruvaw iħajru ħaddiema jmorru jaħdmu fl-Istati Uniti billi jgħidulhom li t-toroq ta’ dak il-pajjiż huma miksija bid-deheb. Dawk il-ħaddiema li belgħu lpropaganda sabu li ma kienx hemm deheb fit-toroq u l-flus li għamlu kienu frott ħidmiethom. Qalgħuhom bil-għaraq ta’ ġbinhom.

Imma f’Marzu 2018 arjuplan Russu tal-linja Nimbus, proprju xħin kien tiela’, mill-ajruport ta’ Yakutsk infetħitlu l-bieba fejn jinżammu l-oġġetti li jkunu qed jiġu ttrasportati. U fost dawn l-oġġetti kien hemm ħafna boroż tad-deheb li kienu qed jittieħdu taħt sigurezza kbira lejn Krasnoyarsk biex ikunu depożitati fis-sejf speċjali ta’ dan il-lokal. U hekk ir-runway literalment kienet miksija bid-deheb. Deheb li kien jiswa miljuni ta’ dollari mxerred ’l hawn u ’l hinn malart. Il-pulizija Russa malajr iċċirkondew l-inħawi biex ħadd ma jidħol u jaħtaf dan il-metall prezzjuż. Kemm irnexxielhom ma nafux għax ilgvern Russu ma tax rendikont ta’ kemm deheb kien qed jinġarr u kemm fil-fatt inġabar.

dinja tagħna, almenu fid-dawl ta’ tagħrif li għandna. Dan seħħ mal-mewt tal-Ispanjol Francesco Olivera li kellu iktar minn 113-il sena. Nonaka kellu 112-il sena meta kiseb dan l-unur. Iżda f’pajjiżu stess hemm nisa li huma ikbar minnu.

Masazo qatta’ ħajtu jaħdem f’lukanda żgħira f’Ashoro, belt imdaqqsa fuq il-gżira Ġappuniża ta’ Hokaido. Kellu sebat itfal li kollha kienu mejta meta hu rċieva dan l-unur. Fiċċerimonja li saritlu

Masazo qal li m’għadux jimxi waħdu imma jkollu bżonn min jgħinu u biex imur minn post għal ieħor jinqeda b’siġġu tar-roti. Iżda għadu jaqra l-gazzetti u jieħu gost jara r-wrestling fuq it-TV. Iħobb ukoll ħafna t-torot bil-frawli li milli jidher huma popolari ħafna f’dawk in-naħiet. Sa jum iċ-ċerimonja, l-iktar persuna li għexet kienet Jeanne Louise Calment, Franċiża li meta mietet kellha 122 sena u 164 ġurnata.

Iżda minkejja l-età kbira l-proverbju Taljan jibqa’ xorta jagħmel sens: tardare si, evitare no. Tittardja tista’ iżda tevita le. L-importanti mhux kemm tgħix imma li b’ħajtek tkun għent biex ħallejt dinja aħjar milli sibtha.

Mid-Dinja tax-Xjenza

... jikteb Joe Portelli

L-Ewwel Plastiks

Fid-19-il seklu bdew jivvintaw il-plastik sintetiku. Wieħed millewwel kien Cellophane li hu cellulose riġenerat. Viscose u Rayon huma wkoll magħmulin minn cellulose riġenerat. Is-Celluloloid hu l-ewwel plastik sintetiku magħmul minn colloid ta’ camphor u nitrocellulose.

Imma l-ewwel plastik kompletament sintetiku hu Bakelite vvintat fl-1907 minn Leo Hendrik Baekeland, Amerikan imwieled ilBelġju. Bakelite hu phenolic formaldehyde resin. Il-boċċi tal-billiards kienu magħmulin mill-bakelite. Anke swiċċ biex tixgħel u titfi bozza kien magħmul mill-bakelite.

Is-sabiħ tal-plastik hu li tista’ tagħtih liema forma trid, ma jitmermirx, jinsula mill-elettriku u l-bqija. Hu versatili u hemm eluf ta’ plastiks differenti. L-ikrah talplastik hu li jibqa’ jippersisti fl-ambjent. Illum iltqajna ma’ problema oħra. Biċċiet żgħar ħafna ta’ plastik (3,000 biċċa fejn xulxin għandhom tul ta’ millimetru) qed jidħlu filħlejjaq ħajjin. Isejħulhom microplastics.

Ortografija Maltija ... niktbu bil-Malti tajjeb

Sema’ ħoss jew sema ħoss?

Liema minnhom hi t-tajba?

Kemm il-kelma sema’ kif ukoll sema jeżistu t-tnejn u huma miktubin b’mod korrett. Iżda għalfejn f’dan il-każ it-tajba hija biss sema’ ħoss? Dan għaliex minkejja l-fatt li ż-żewġ kelmiet jinstemgħu listess, dawn iġorru tifsira differenti u għalhekk jintużaw skont kif jitlob il-kuntest.

Żewġ kelmiet jew aktar li għandhom l-istess ħoss iżda jieħdu għamla differenti fil-kitba u jġorru tifsira differenti nsejħulhom omofoni.

Dan il-fenomenu tal-lingwa ma nsibuhx biss fil-Malti, iżda nistgħu narawh ukoll f’lingwi oħrajn. Ejja nagħtu ħarsa lejn dan l-eżempju:

Sema’ (he heard) - sema (sky) Leli sema’ ħoss minn barra li ħasdu. Is-sema kien imċajpar u mgħobbi bi sħab griż.

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.

Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

tal-Qasam Mid-Djarju

attendenza għal dan il logħob kienet waħda inkoraġġanti u t timijiet tista’ tgħid li jinsabu ras imb ras. Lobissajf jiġi fi tmiemu mal-Ġimgħa Museumina fejn jingħataw il-premjijiet lil kull min ħa sehem.

Fis-sajf ikollna wkoll xi mawra l-baħar bħalma kellna għal dawk kollha li qed jattendu għal Lobissajf tal-Kbar. Kellna wkoll mawra flIsplash & Fun Park ġewwa Malta. Hawn għaddejna jum flimkien filkumpanija ta’ xulxin niżżerżqu u nilagħbu flimkien.

Kellna wkoll

Pizza Party għal

kulħadd il-

17 tax-xahar.

Bħas-snin l

imgħoddija din

l-attività ħadu

ħsiebha Pietru u

Marija Muscat

ta’ Rabokk

Pizzeria. L-attivitajiet tagħna komplew ukoll bil-Barbecue l-Ħamis 31

tax-xahar. Grazzi lill-familji Buttigieg u Bonello li ta’ kull sena jieħdu

ħsieb din l-attività.

Matul Lulju komplejna bit-tħejjijiet

għall-Ġimgħa Museumina li ser tittella’ bejn it-2 u d-8 ta’ Awwissu.

Fil-fatt għaddejjin il-provi tal-play

Oliver li fiha qed jieħu sehem kast numeruż. Nistiednu lil kulħadd sabiex

jieħu sehem f’dawn l-attivitajiet fosthom il-jum tat-Tfal u l-Adolexxenti li fih ser ikun hemm ħafna logħob, Partyu Premjazzjoni.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.