Il-Hbieb Isejhu - Awwissu 2025

Page 1


Il-Ħbieb Isejħu

Riedu jagħmlu esperiment u nqdew bil-klieb.

AWWISSU 2025

numru 708

Qabdu kelb kwiet u fidil, ħabib ta’ kulħadd u daħluh ġo kamra mimlija mirja. U ħallewh waħdu għad li kienu qed josservaw għemilu minn toqba apposta.

U raw il-kelb idur ferħan malklieb l-oħra li beda jara madwaru. Jifraħ b’kulħadd u jilgħaq lil dawk kollha li bdew jaħbtu miegħu. U baqa’ jdur u jferfer denbu għad li kull darba

kien jispiċċa jilgħaq il-mera. Iżda xorta beda jinbaħ ferħan. Kien qisu qiegħed fil-ġenna tiegħu. Ġenna ta’ ħbiberija.

Imbagħad fl-istess kamra daħlu kelb imqarqaċ. Kelb li donnu jrid jiġġieled ma’ kulħadd. Juri snienu lil kull barrani li miegħu jiltaqgħu. Sidu kellu biċċa xogħol iebsa biex iżommu taħt kontroll. U malli dan sab ruħu mdawwar b’tant klieb infexx jaqbeż għal fuqhom jipprova jigdem lil kull min inzerta quddiemu. U l-klieb tal-mirja kienu bħalu lesti li jiżbranawh. Spiċċa bla nifs u bid-demm f’imnifsejh għax tgħidx kemm-il darba ħabat b’sabta malmirja li kienu jdawru l-kamra.

Esperiment li jgħodd ukoll għalina l-bnedmin. Jekk nuru mħabba u ħlewwa ma’ ta’ madwarna ngħixu ferm iktar ferħanin milli jekk dejjem lesti li nitlewmu u niġġieldu għal kull nuqqas li jsirilna. F’dan il-każ l-esperiment li sar fuq il-klieb hu xhieda oħra li fil-ħajja l-atteġġjament tagħna jsawwar ġrajjietna. Tbissem u ssib mijiet li jirritornawlek tbissima imma jekk tagħżel li tħares bl-ikrah aktarx li tispiċċa b’ħafna ħars ikrah lejk ukoll. Għax fil-ħajja kif tagħmel jagħmlulek.

Diċembru2024

kien awtur prolifiku u kelliem

magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor.

Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi

stejjer qosra li jwasslu messaġġi

pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna.

Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna

l-ġrajja ta’…

Deheb fil-fardel

Fulton Oursler jirrakkonta dwar illaqgħa li kellu ma’ Harry Houdini. Houdini kien jgħaġġeb lillispettaturi fil-mod kif kien

jirnexxilu jinħall minn kull irbit.

Kien kapaċi jsib tarf kważi kull serratura… jiftaħha bla ċavetta.

Kienu jorbtuh u jniżżluh f’qiegħ xi bajja u fi ftit sekondi jinħall u jerġa’ fil-wiċċ. Kien jagħmel serati f’ħafna bliet mhux biss Amerikani imma anke Ewropej. U kważi kullimkien kien jispiċċa mfaħħar għall-ħila tiegħu.

U fil-laqgħa Fulton Oursler staqsieh:

“Liema kienet l-iktar serata li baqgħet f’moħħok minn dawn ilmijiet ta’ spettakli li tajt?”

U Houdini qallu:

“Ħa ngħidlek storja żgħira. Darba – kont għadni fil-bidu 2

tal-karriera u ftit li xejn kont

magħruf - waqt li kont qed nipprepara għal serata minnhom li kont ser nagħmel fil-belt fejn kont noqgħod, ġew jgħiduli li missieri ħassu ħażin u kien jidher li wasal fl-aħħar. Jien tlaqt dak il-ħin stess lejn id-dar li ma kinitx ’il bogħod. Missieri kien kważi bla nifs imma malli sema’ leħni fetaħ għajnejh u flok kellem lili indirizza kliemu lil ommi u qalilha:

“Tinkwetax għażiża tiegħi, Harry tagħna għad jimlielek il-fardal bi flus tad-deheb.”

Missieri ftit wara għalaq għajnejh għal dejjem.

Għaddew ħafna xhur. Kont sirt famuż. Kont nitħallas sew għal kull serata. Iżda għal serata minnhom li kellha ssir

f’Vaudeville Club ħdejn Broadway jien tlabt lillorganizzaturi biex iħallsuni bi flus tad-deheb flok bid-dollari tas-

soltu. U hekk għamlu.

Niftakar li f’dik il-lejla rritornajt tard id-dar imma ommi kienet għadha mqajma tistennieni. Bilfardal tħejji għall-ikla tal-għada. U jien ferħan għidtilha, “Ma, oqgħod bilqiegħda u iftaħ ilfardal.”

Ommi hekk għamlet u jien kont pront nitfa’ l-flus tad-deheb li kont qlajt dik il-lejla fil-fardal tagħha. It-tbissima ta’ ommi kienet turi li ftakret f’dak li kien qalilha missieri u ferħet tara xewqtu titwettaq. Din kienet is-serata li l-iktar li għadni

nimtela sodisfazzjon u ferħ li ma nistax infissirlek.

U Fulton Oursler jtemm din ilġrajja bil-kliem: Minn tant serati ta’ suċċess fl-aqwa bliet taddinja Harry Houdini jagħżel

proprju din is-serata li fiha wettaq xewqet missieru. Għax ittwettiq ta’ xi wegħda jagħtik

ħafna sodisfazzjon u li turi rispett u mħabba lejn il-ġenituri jimla lil qalbek b’ħafna ferħ u hena. U dawn jibqgħu miegħek ħajtek kollha.

Saturn. Saturnus

kien alla tarRumani, alla tażżmien, tal-ġid, tal-abbundanza u tal-agrikultura. Kien ukoll alla

Kronos talGriegi. Missieru kien Uranus1 u ommu Gaia (alla tad-dinja, Terra għar-Rumani).

Kellu tliet

‘Saturn’ pittura ta’ Ivan Akimov (1802)

subien, fil-verżjoni Griega, Posejdon, Ħades u Żews, u bint oħra Ħera, li wara nsibuha wkoll bħala mart Żews. Mid-dehra linċest (bħal fost il-Fargħun talEġittu, ma kienx rari f’dawn ilmiti). Peress li Kronos kien jibża’ minn profezija li xi ħadd minn uliedu ser jeħodlu s-saltna, huwa kien jipprova jiekol lil uliedu

hekk kif jitwieldu. Imma ommhom kienet taħbihom u trabbihom fil-moħbi2. Imma lprofezija seħħet għax uliedu qamu kontrih, u finalment Żews (jew Ġupiter) ħadlu postu.

Ir-Rumani kienu

jiffesteġġjaw lil Saturnus

bil-famuża Saturnalia, ġimgħa ta’ festi madwar s-solstizju tax-xitwa (20 jew 21 ta’ Diċembru), meta l-iqsar ġurnata terġa’ tibda titwal. F’din il-festa ferreħija ta’ ħafna ikel u għoti ta’ rigali anke l-ilsiera kienu jinħelsu għal ftit. Il-Kristjaneżmu meta sar irreliġjon dominanti, għal nofs isseklu 4 W.K. addatta din il-festa pagana bħala dik tat-twelid ta’ Ġesù, il-Milied3 .

1. Meta permezz tat-teleskopji, fil-1781 nstabet pjaneta oħra ssemmiet Uranus; u meta fil-1846 nstabet pjaneta oħra ssemmiet Neptune; u mbagħad meta fil-1930 nstabet oħra, issemmiet Pluto, ismijiet jixirqu ħafna mal-bqija tal-pjaneti. Illum Pluto ma għadhiex ikklassifikata bħala pjaneta.

2. Għalkemm f’pittura famuża u disturbanti ħafna tal-artist Spanjol Francisco Goya (1746-1828), jidher qed jiekol tifel.

3. Għalkemm ironikament il-Milied, skont ħafna, reġa’ sar festa pagana.

Il-pjaneta Saturn hija t-tieni waħda mill-ikbar fis-Sistema

Solari, madwar 10 darbiet ikbar mid-dnija. Prominenti wkoll fissema. Bħal Jupiter iddur fuqha

nnifisha madwar kull 10 sigħat, imma sena tagħha, (dawra madwar ix-xemx), tieħu madwar 30 sena. Magħmula minn gassijiet, il-biċċa l-kbira solidi, għax bogħod iktar mix-xemx, hija ħafna iktar kiesħa. Li għandha differenti huma sistema ta’ ċrieki prominenti ħafna4, magħmula minn biljuni ta’ frak ta’ blat, silġ u frak ieħor. Għandha jduru magħha madwar 140 qamar, għalkemm ħafna minnhom żgħar ħafna. Imma sitta huma kbar, bl-

ikbar wieħed Titan5, ikbar millqamar tagħna. Titan huwa interessanti għax huwa l-uniku qamar li għandu atmosfera, magħmula l-iktar mill-gass nitrogen kif ukoll methane, ethane, fost l-oħrajn. Dawn f’din fil-kesħa u dlam kontinwu (ixxemx tidher bħala kewkba kbira), jiffurmaw sħab, irjieħ, u xita ta’ dawn il-kimiċi fuq pajsaġġ ta’ widien, muntanji, u probabbli, ibħra likwidi u nħawi magħquda. Mhux ambjent sabiħ.

Dik kienet ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-affarijiet li naraw fissema, il-miti li nħolqu madwarhom, u x’nafu fuqhom mix-Xjenza. Hemm ħafna iktar.

4. Anke Galileo kien rahom għalkemm ma rrealizzax x’inhuma.

5. Erġajna għall-mitoloġija.

Mistoqsija

Darba ġurnalist żagħżugħ resaq

fuq Irving Berlin, l-awtur ċelebri ta’ bosta kanzunetti u qallu:

“Hemm xi mistoqsija li tixtieq li staqsewk u li fil-fatt qatt ma staqsewk?” “Iva. Nixtieq li xi ħadd jistaqsini x’naħseb dwar dawk ilkanzunetti li ktibt u li qatt ma ġabuli suċċess.”

U l-ġurnalist qallu: “U xi twieġeb jekk kelli nistaqsik din il-mistoqsija?” “Li huma tajbin u forsi isbaħ minn dawk li ġabuli suċċess!”

Għamel reklam bil-pulit.

Difett li ma kienx

Meta Charlton Heston deher

għall-audition quddiem Cecil B

De Mille li kien qed jipprepara

għall-kast għall-film klassiku

‘The Ten Commandments’ tgħidx kemm kien inkwetat għax

f’logħba football kienu kissrulu lgħadma ta’ mnieħru u minkejja li kienu għaddew il-ġimgħat iddaqqa kienet għadha tidher.

Imma De Mille qallu: “Tinkwetax. Fl-istatwa ta’ Mosè li għamel Michelangelo dan il-persunaġġ bibliku jidher li kellu

l-għadma ta’ mnieħru miksura!”

U Charlton Heston intgħażel

għall-parti li tant ġabitlu suċċess.

L-antiki kienu jgħidu li kull deni ħudu b’ġid.

Bejn ġlied u armonija

Leġġenda orjentali tirrakkonta li kien hemm żewġ gżejjer viċin

ħafna ta’ xulxin, bi ftit metri baħar li jifirduhom, li n-nies tagħhom kienu dejjem jimpikaw ma’ xulxin u għalhekk dejjem miġġielda.

In-nies ta’ gżira kienu jgħidu:

“Tagħna l-iprem għax għandna plajjiet sbieħ!”

U n-nies tal-gżira l-oħra jwieġbu:

“Tagħna l-isbaħ għax għandna muntanji ta’ seħer naturali!”

Uħud ifaħħru l-art għammiela u loħrajn il-frott kotran. U hekk ittilwim kompla. Sakemm maltempata kbira ressqet il-gżejjer ma’ xulxin u hekk saru gżira waħda. It-tilwim issa spiċċa għax ma baqgħux tnejn imma saru gżira waħda.

Leġġenda li tagħti raġun il-qawl barrani: ‘united we stand, divided we fall’. Aħna ferm isħaħ ma’ xulxin milli mifrudin.

Imħabba msakkra b’katnazz

Fuq il-pont imsejjaħ Pont des Arts f’Pariġi nibtet id-drawwa li lgħarajjes jħażżu l-inizjali fuq żewġ katnazzi, idaħħlu l-ħoloq ġo xulxin, jorbtuhom mal-ħadid li hemm fuq il-pont u jarmu ċċwievet biex juri li ħadd issa ma jista’ jifridhom.

Il-ħsieb hu sabiħ iżda billi kien hemm eluf li kienu qed jagħmlu dan ir-rit simboliku, il-pont beda jġorr it-tagħbija li ma kienx mibni għaliha. Ġie kkalkulat li din laħqet 45 tunnellata ta’ katnazzi.

Għalhekk l-awtoritajiet taw l-ordni biex jinqatgħu dawn il-katnazzi ħalli jeliminaw il-periklu.

Jalla l-imħabba, ir-rispett u lwegħdiet ta’ dawk kollha li isimhom kien fuq il-katnazzi baqgħu bla mittiefsa. Għax faċli tagħmel katnazzi ma’ xulxin iżda mhux daqstant faċli li ngħixu ma’ xulxin jekk ma jkunx hemm ħafna tolleranza lejn l-iżbalji ta’ xulxin.

IL-LAQGĦA TA’ LULJU

Fil-fuljett ta’ Lulju deher bħala isem diffiċli… ‘Alla ta’ Ġesù Kristu’. Donnok tistenna xi trattat filosofiku. Imma kien kollox barra filosofija.

Dorianne Cassar għamlitilna lezzjoni tassew sabiħa fuq x’għandna nifhmu b’Alla kif muri lilna minn Ġesù. Mhuwiex dik il-perfezzjoni ’l bogħod minna talFilosofija. Huwa Alla li deher fostna bħala bniedem veru u Alla veru u għalhekk jifhem id-diffikultajiet, ittbatijiet, l-inkwiet u luġigħ kollu tagħna. Huwa Alla wieħed fi tliet persuni. Alla Trinitarju

Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Naraw lil Alla mill-ewwel kotba tal-Bibbja u juruna x’qed jagħmel lill-bniedem. Fil-Ġenesi naraw lil Alla joħloq kollox. Fit-tieni ktieb,

Lhud minn taħt idejn l-Eġizzjani. Huwa magħna fis-sabiħ u l-iebes ta’ ħajjitna. Anzi bosta drabi naraw lil Alla jieħu l-pożizzjoni ta’ min hu batut… minn taħt.

IL-ĦBIEB ISEJĦU/ Jimxi magħna fil-waqtiet mudlama ta’ ħajjitna. Huwa Alla li jfejjaq bħalma naraw bosta u bosta drabi fl-episodji talVanġelu. Alla tagħna ma jridniex inbatu u aktar minn hekk ma jibgħatx mard jew kastigi bħala provi lill-individwu. Ma jagħmilx sens meta xi ħadd li jkun għaddej mit-tbatijiet tal-ħajja jgħid li Alla nsieh. L-istorja tal-marki firramel meta kienu jidhru żewġ pari ta’ saqajn pressati fir-ramel imma par wieħed fid-diffikultajiet tal-ħajja tiġi spjegata bħala Ġesù li qed jerfa’ u jħaddan miegħu lill-bniedem. Fil-ġrajja tal-Eżodu fejn Mosè staqsa lil Alla x’jismu wieġbu ‘Jien hu dak li hu’.

Għalhekk meta fil-Vanġelu naqraw li Ġesù jgħid ‘Jien hu t-

Triq, il-Verità u l-Ħajja’ l-Lhud indunaw li qiegħed juża l-istess isem li huma lanqas biss setgħu jlissnu. Flok isem Alla bil-Lhudi ‘Elohim’ kienu jgħidu ‘Adonai’ –il-Mulej magħna. Anke l-istess isem Alla ‘Elohim’ kien jitqassar f’‘El’. Għalhekk Alla magħna ssir

‘ImmanuEL’. Ir-rispett lejn l-isem ta’ Alla fost il-Lhud kien kbir. X’differenza minn pajjiżna meta sfortunatament id-dagħa hu daqshekk mifrux.

Nirringrazzjaw lil Dorianne

Cassar tal-lezzjoni sabiħa li għamlitilna u ta’ kemm fissret tajjeb dawn il-punti dwar Alla mibnija fuq il-Vanġelu.

għal laqgħa ta

F’Awwissu nfakkru lanniversarju tal-qasam tagħna u f’dan ix-xahar il-laqgħa tagħlaq 60 sena għaliex lewwel laqgħa saret fil-ġimgħa ta’ ċelebrazzjonijiet li saru meta nfetaħ il-qasam il-ġdid fi Triq Dun Ġorġ Preca. Din illaqgħa ser tiftaħ il-Ġimgħa Museumina. Ser issir nhar isSibt 2 ta’ Awwissu. Għalhekk, ħabib, titlifx din il-laqgħa u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll. Issa jiddependi minna li dak li beda 60 sena ilu jibqa’ għaddej. Il-preżenza tiegħek hija mbuttatura sabiex din illaqgħa tibqa’ ssir. Mela għal nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu fit8.00p.m. Żgur li wara jibqagħlek ħafna ħin sabiex toħroġ ma’ sħabek.

[Wara t-tħaġġir ta’ Stiefnu, qamet persekuzzjoni kontra l-Insara.]

“...u kollha xterdu

fl-irħula

tal-Lhudija u s-Samarija, barra mill-appostli.

..Dawk li xterdu għaddew

minn hawn għal hemm ixandru l-kelma.”

Atti 8, 1, 4

Dr Charles Townes rebaħ

il-Premju Nobel

fuq ix-xogħol

li għamel fuq il-laser.

L-idea kienet

ġiet f’moħħu

meta kien fuq bank

ġo ġnien

u ra r-raġġi tax-xemx

fuq il-ward.

L-Istorja turi

li bosta kixfiet

ġraw b’kumbinazzjoni

jew b’inċident.

Kieku l-Insara

ma kinux ippersegwitati

ma kinux imorru s-Samarija

- l-għadu tradizzjonali tal-Lhud –sabiex iwasslu l-Bxara t-Tajba.

Nista’ niftakar f’xi ħaġa f’ħajti li ġrat b’kumbinazzjoni

jew b’inċident?

Il-kumbinazzjoni hija miraklu żgħir meta Alla jagħżel li jibqa’ anonimu.

Heidi Quade

PRAGA

Praga saret waħda mid-destinazzjonijiet popolari anke għat-turisti Maltin u Għawdxin. U bir-raġun għax din il-belt għandha ħafna x’toffri. Għalina n-Nadurin għandha knisja ddedikata lil San Pietru u San Pawl u għalina l-Maltin hemm pjazza żgħira li ġġorr isem pajjiżna.

Praga għandha storja antika iżda kien is-sultan Karlu IV li f’nofs is-seklu 14 żejjen il-belt b’ħafna bini sabiħ u għamilha l-kapitali talBohemia. Minn dakinhar Praga għaddiet minn ħafna taqlib, gwerer ċivili, ġlied mal-pajjiżi ġirien u fis-seklu l-ieħor rat l-invażjoni Ġermaniża min-Nażi u wara l-okkupazzjoni mir-Russi. Nistgħu ngħidu li Praga reġgħet kisbet ħelsien sħiħ fis-sena 1989.

Wara l-ħelsien il-pajjiż inqasam fi tnejn u sar irRepubblika Ċeka u Slovakkja. Praga baqgħet ilbelt kapitali ta’ din ir-Repubblika ġdida.

Illum Praga hi meqjusa waħda mill-isbaħ bliet tal-Ewropa. Il-kastell tal-belt, bi storja ta’ mijiet ta’ snin, joffri dehra meraviljuża. Fil-konfini tiegħu hemm il-knisja ta’ San Vitu b’ħafna teżori u minn fuq is-swar tal-kastell tkun tista’ tara l-belt kollha taħtek. Waqfa fil-ġonna ta’ madwar il-kastell – dawk magħrufin bħala South Gardens - isserħek u thennik.

Għal min hu dilettant tal-mużewijiet, Praga toffri ħafna minnhom u litteralment tinfixel liema ser tagħżel għax kollha

għandhom ħafna x’juru. F’mawra limitata bil-ħin forsi l-aħjar għażla tkun waqfa fi Sternberg Palace u fil-mużew nazzjonali ta’ Pjazza Wincesles. Din hi pjazza bi storja kbira għax fiha seħħew l-

iktar ġrajjiet importanti ta’ Praga fosthom is-sagrifiċċju modern li għamel iż-żagħżugħ Ian Pallack fl-attentat tiegħu biex jeħles lil pajjiżu mill-ħakma Russa.

u forsi eluf ta’ turisti jħarsu lejn larloġġ astronomiku li qiegħed filpjazza prinċipali tal-belt ilQadima. Dan l-arloġġ hu meravilja ta’ preċiżjoni b’figuri life size tal-appostli ħerġin minnaħa u deħlin f’oħra. Taħtu hemm ukoll speċi ta’ kalendarju. Ilu hemm mis-sena 1490 għad li kemm-il darba ra tiswijiet u alterazzjonijiet.

Il-belt toffri wkoll ħafna ġonna fejn wieħed ikun jista’ jistrieħ. Dawn il-ġonna huma miżmuma xummiema u fix-xhur sajfin tkun tista’ tippassiġġa ġo meddiet ta’ siġar u fjuri. Kuluri varji imma maħdumin b’sistema biex joħolqu disinji sbieħ. Forsi l-isbaħ fosthom ikun Wallenstein Garden popolari ferm kemm man-nies tallokal kif ukoll mat-turisti. Anke lġonna Botaniċi joffru waqfa stupenda fejn tkun tista’ tara ħafna pjanti rari.

Ħafna jippreferu li jagħmlu vjaġġ fuq vapuretti tat-turisti tul ix-

xmara Vitava. Esperjenza li sserraħ lit-turist għajjien u flistess ħin turih l-iktar postijiet magħrufa tal-belt u xxennqu biex fi tmiem il-vjaġġ iħaffef u jmur jarahom. Waqfa fi gżira żgħira ta’ Kampa ddaħħlek f’atmosfera ta’ żminijiet oħra. Xejn karozzi, xejn storbju. Sbuħija naturali filmadwar kollu.

Kuljum fix-xhur sajfin tara mijiet

Filgħaxijiet ma għandhiex tonqos mixja tul Charles Bridge. Imlaqqam il-pont tal-istatwi għax fil-ġnub tiegħu hemm għaxriet ta’ statwi ddedikati lil bosta qaddisin fosthom uħud Ċeki. Illum meqjus ikona tal-belt. Waqfa ta’ ftit minuti fuqu tisma’ lingwi li forsi tista’ tiddistingwi bħal Ingliż, Franċiż, Taljan, Spanjol, Ġermaniz u anke Malti. Imma tisma’ ħafna iktar lingwi li ma tkunx taf pajjiżhom. Żgur li

Charles Bridge f’lejliet bnazzi sajfija jsir dinja żgħira.

Għad-dilettanti tal-knejjes viżta lill-knisja ta’ San Nikola toffrilek arti imprezzabbli u l-istess jekk tidhol f’dik iddedikata lil Our Lady before Tyn. Anke l-palazzi tal-belt fosthom dak irjali fihom teżori kbar tal-arti u wħud minnhom għandhom magħhom ġonna tassew sbieħ.

Iżuru l-belt iktar minn 8 miljun turist fis-sena. U n-numru dejjem jikber. Bir-raġun.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.