Programm Xahar Iddedikat għall-Anzjani

Page 1


OTTUBRU X-XAHAR IDDEDIKAT GĦALL-ANZJANI

GĦALL-ANZJANI SERVIZZI

LEARN MORE ABOUT SERVICES FOR THE ELDERLY BY USING

QRCODE

Fid-dinja tal-lum li qed tinbidel malajr, huwa faċli li ninjoraw l-għerf prezzjuż tal-anzjani tagħna. Madankollu, huma jippersonifikaw ir-rabtiet malgħeruq tagħna u għalhekk huwa importanti li niċċelebrawhom. Tabilħaqq huma jarrikkixxu kemm ħajjitna kif ukoll il-komunitajiet tagħna.

Il-ġenerazzjonijiet ikbar fl-età jġorru magħhom għexieren ta’ snin ta’ esperjenza tagħlimiet miksuba permezz ta’ tbatija, bidla, u perseveranza. Huma jippreservaw ukoll it-tradizzjonijiet tal-familja, il-valuri kulturali, u stejjer u rakkonti li jistgħu jintilfu. Mit-trobbija tal-familji sal-bini talkomunitajiet, l-anzjani għenu biex iffurmaw is-soċjetà li ngħixu fiha. Li nirrikonoxxuhom huwa mod kif ngħidulhom grazzi għax-xogħol iebes u s-sagrifiċċji tagħhom.

Matul ix-xahar ta’ Ottubru 2025, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar se jkun qed jorganizza serje ta’ avvenimenti biex jiċċelebra l-anzjani f’Għawdex. Dawn l-avvenimenti se jinkludu attivitajiet interġenerazzjonali li jinvolvu tfal u żgħażagħ, social mornings b’taħditiet informattivi mmirati lejn l-anzjani, u quddiesa speċjali f’Ta’ Pinu li se tlaqqa’ flimkien residenti anzjani minn kull raħal f’Għawdex.

Barra minn hekk, il-Ministeru se jospita serje ta’ Open Days fid-djar residenzjali tiegħu, kif ukoll fix-xelters ta’ matul iljum u ta’ billejl. Waqt avveniment speċjali f’Villa Rundle, l-anzjani u l-familji tagħhom se jkollhom l-opportunità li jitgħallmu aktar dwar il-firxa wiesgħa ta’ servizzi offruti mill-Ministeru li jaqdu l-bżonnijiet diversi tal-anzjani.

Meta nonoraw lill-anzjani tagħna nkunu qed nonoraw l-għeruq tagħna u niżguraw li l-wirt tagħhom ikompli jsawwar futur aħjar għalina u għall-ġenerazzjonijiet li tilgħin. Inħeġġeġ lil kulħadd jattendi u jipparteċipa fiċċelebrazzjonijiet li se jiġu organizzati.

Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar

In today’s fast-moving world, it’s easy to overlook the quiet strength and wisdom of our elders. Yet they are the living links to our roots and celebrating them enriches both our lives and our communities.

Older generations carry decades of experience— lessons learned through hardship, change, and perseverance. They also preserve family traditions, cultural values, and stories that might otherwise be lost. From raising families to building communities, the elderly helped shape the society we live in. Recognising them is a way to say thank you for their hard work and sacrifices.

Throughout the month of October 2025, the Ministry for Gozo and Planning will be organising a series of events to celebrate the elderly in Gozo. These events will include intergenerational activities involving children and youth, social mornings featuring informative talks aimed at the elderly, and a special Mass at Ta’ Pinu, a meaningful place of worship, which will bring together elderly residents from every village in Gozo.

In addition, the Ministry will host a series of Open Days at its residential homes, as well as its night and day shelters. During a special event at Villa Rundle, elderly and their families will have the opportunity to learn more about the wide range of services offered by the Ministry that cater to the diverse needs of older adults.

By honouring our elderly, we are honouring our roots and ensuring that their legacy continues to shape a better future for us and for the generations to come. I encourage everyone to attend and participate in the celebrations that will be organised.

PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET IMĦEJJI

GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR

L-Erbgħa, 01 ta’ Ottubru – 9:00am | Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija

ATTIVITÀ

SOĊJALI - ŻOMM ATTIV

Taħdita informattiva minn fiżjoterapista dwar l-importanza tal-attività fiżika u l-benesseri tal-anzjani. F’din l-attività se jingħataw suġġerimenti dwar eżerċizzji sempliċi biex itejbu l-mobbiltà u l-benesseri ġenerali. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb.

A social morning talk by a Physiotherapist: Physical Activity and the Well-Being of the Elderly. The session will feature simple exercises and techniques aimed at enhancing mobility and overall health. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

Is-Sibt, 04 ta’ Ottubru – 10:00am - 3:00pm | Dar San Ġużepp, Triq l-Imġarr, Għajnsielem

DAR SAN ĠUŻEPP OPEN DAY

Skopri l-faċilitajiet u l-varjetà ta’ servizzi li jiġu offruti f’din ir-residenza. Ikollok ukoll l-opportunità tiltaqa’ mattim professjonali u dedikat tagħhom. Kulħadd huwa mistieden biex jagħmel żjara u jsir jaf aktar dwar dan is-servizz. Għal aktar tagħrif, ċemplu fuq 2317 4500.

Discover our facilities, the work we do, and the wide range of services we offer. You’ll also have the opportunity to meet our professional and dedicated team. Everyone is welcome to visit and learn more about us. For more information, please call 2317 4500.

It-Tnejn, 06 ta’ Ottubru – 9:00am | Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija ATTIVITÀ SOĊJALI

- QATT M’HU TARD BIEX TIRREĊTA!

L-ewwel sessjoni ta’ reċtar li tħeġġeġ il-kreattività u l-kunfidenza. Il-parteċipanti jistgħu jesprimu lilhom infushom permezz ta’ rwoli differenti. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb.

The first acting workshop that encourages creativity and builds confidence. Participants can express themselves through role play. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

It-Tlieta, 07 ta’ Ottubru – 9:00am | Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija

ATTIVITÀ SOĊJALI

- IL-KURA TAL-ĠILDA

Matul din it-taħdita, it-terapista se tipprovdi pariri prattiċi dwar il-kura tal-ġilda u l-attenzjoni li din teħtieġ. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb.

A social morning talk by a beautician, where practical tips on personal care and the attention it requires will be shared. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

L-Erbgħa, 08 ta’ Ottubru – 9:00am | Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija

ATTIVITÀ SOĊJALI - ID F’ID

Taħdita minn social worker li se titratta l-isfidi li jaffaċċjaw l-anzjani fil-ħajja ta’ kuljum, kif ukoll l-irwol importanti li għandu s-social worker biex joffri sapport u gwida. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb.

A social morning talk by a social worker addressing the challenges faced by the elderly in daily life, as well as the important role of the social worker in providing support and guidance. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru – 6:30pm | Każin tal-Banda Santa Marija, Triq il-Knisja, Iż-Żebbuġ

FATTA - SERATA TA’ TOMBLA B’DIFFERENZA

Sib iċ-ċans, ħu gost u ssoċjalizza waqt li tilgħab il-logħba tant maħbuba tat-tombla. Trasport se jkun provdut minn kull lokalità. Għal aktar tagħrif, ċemplu fuq 2210 0152.

An evening of bingo with a difference. Try your luck, have fun and socialise while playing the much-loved game of bingo. Transport will be provided from every locality. For more information, please call 2210 0152.

Is-Sibt, 11 ta’ Ottubru – 10:00am - 2:00pm | Casa Amalia, 81, Pjazzetta Patri Akkursju Xerri, Victoria CASA AMALIA OPEN DAY

Żur dan iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum u Night Shelter biex issir taf aktar fuq il-faċilitajiet u s-servizzi li jipprovdu. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 2215 1000 jew ibgħat email fuq info@icare.com.mt.

Everyone is invited to explore the facilities and services of Casa Amalia Day Care and Night Shelter. For more information, call 2215 1000 or send an email to info@icare.com.mt.

It-Tlieta, 14 ta’ Ottubru – 9:00am | Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija ATTIVITÀ SOĊJALI - IL-KURA

TAX-XAGĦAR

Sessjoni fejn se jiġu pprovduti pariri utli għall-kura u d-dehra tax-xagħar minn hairdresser. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb.

A social morning talk by a hairdresser, during which hair care and styling tips will be shared. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru – 10:00am | Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, Triq Ta’ Pinu, L-Għarb

QUDDIESA GĦALL-ANZJANI

Din iċ-ċelebrazzjoni se tgħaqqad lin-nies fi spirtu ta’ għaqda u sens ta’ komunità. Trasport se jkun provdut minn kull pjazza tar-raħal u tluq mill-meeting points tas-soltu fid-9:15am. Għal trasport ta’ persuni fuq siġġu tar-roti, jekk jogħġbok ċemplu fuq 2215 6628.

This celebration will bring together people in a spirit of unity and community. Transport will be provided from each village square, with departure from the usual meeting points at 9:15am. For wheelchair-accessible transport, please contact 2215 6628.

Is-Sibt, 18 ta’ Ottubru – 10:00am - 3:00pm | Casa Giuseppe, Triq ir-Repubblika, Victoria

CASA GIUSEPPE OPEN DAY

Żur din ir-residenza biex issir taf aktar fuq il-faċilitajiet u s-servizzi li jipprovdu. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 2156 8888 jew ibgħat email fuq casagiuseppe@icare.com.mt.

Everyone is welcome to explore the facilities and services of Casa Giuseppe. For more information, call 2156 8888 or send an email to casagiuseppe@icare.com.mt.

Il-Ħadd, 19 ta’ Ottubru – 6:30pm - 9:30pm | Ġesù Nażżarenu Night Shelter, Triq Ġnien Xibla, Ix-Xagħra

ĠESÙ NAŻŻARENU NIGHT SHELTER OPEN DAY

Żur dan in-Night Shelter biex issir taf aktar fuq il-faċilitajiet u s-servizzi li jipprovdu. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2256 6167 / 9944 7718 jew ibgħat email fuq services.mgp@gov.mt.

Everyone is invited to explore the facilities and services offered. For more information, call 2256 6167 / 9944 7718 or send an email to services.mgp@gov.mt.

It-Tnejn, 20 ta’ Ottubru – 9:00am | Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija

ATTIVITÀ SOĊJALI - QATT M’HU TARD BIEX TIRREĊTA!

It-tieni sessjoni ta’ reċtar li tħeġġeġ il-kreattività u l-kunfidenza. Il-parteċipanti jistgħu jesprimu lilhom infushom permezz ta’ rwoli differenti. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb.

The second acting workshop that encourages creativity and builds confidence. Participants can express themselves through role play. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

It-Tlieta, 21 ta’ Ottubru – 9:00am | Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija

ATTIVITÀ SOĊJALI - SERVIZZI TAN-NUTAR

Taħdita informattiva u utli għall-anzjani minn nutar pubbliku fuq is-servizzi li jiġu offruti u fuq kif wieħed jista’ jiġi bżonnhom. Minbarra dan, dawk preżenti jistgħu jieħdu l-opportunità biex jistaqsu l-mistoqsijiet li għandhom. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb.

A social morning talk by a public notary on the services offered and how they can be of use. Those present can also take the opportunity to ask any questions they may have. An interactive session where participants can engage and refreshments will be served.

Is-Sibt, 25 ta’ Ottubru – 9:30am - 1:30pm | Villa San Lawrenz, Triq ta’ Ċangura, San Lawrenz

VILLA SAN LAWRENZ OPEN DAY

Żur din ir-residenza biex issir taf aktar fuq il-faċilitajiet u s-servizzi li jipprovdu. Għal aktar tagħrif ċemplu fuq 2156 4645.

The team at Villa San Lawrenz is pleased to invite you to attend the Open Day, where you will have the opportunity to learn more about the care and support services they offer to their residents. For more information, please call 2156 4645.

Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru – 8:30am - 12:00pm | Ġnien Villa Rundle, Triq ir-Repubblika, Victoria

CONNECTING GENERATIONS - ATTIVITÀ GĦAL KULL ETÀ

Attività li se tgħaqqad il-ġenerazzjonijiet – it-tfal, żgħażagħ u l-anzjani. Il-programm jibda b’quddiesa, u jkompli b’taħditiet, esibizzjonijiet ta’ artiġjanat, logħob interattiv u attivitajiet oħra maħsuba biex isaħħu l-konnessjoni bejn etajiet differenti.

A special activity that brings together generations, children, and the elderly. The programme begins with a mass, followed by talks, craft exhibitions, interactive games, and other activities designed to strengthen the connection between children, youths and the elderly.

It-Tnejn, 27 ta’ Ottubru – 9:00am | Xewkija Active Ageing Centre, Triq Santa Katerina, Ix-Xewkija

ATTIVITÀ SOĊJALI - NUTRIZZJONI U ATTIVITÀ FIŻIKA

Taħdita interattiva min-nutrizzjonista dwar kif iżżomm dieta bilanċjata u ttejjeb il-benesseri tiegħek b’mod sostenibbli. Matul is-sessjoni se jingħataw pariri prattiċi u tagħrif siewi dwar l-importanza ta’ ikel bnin u nutrittiv għal saħħtek ta’ kuljum. Il-programm jinkludi wkoll sessjoni ta’ eżerċizzji ħfief, li se juru kif l-attività fiżika regolari tgħin fit-tnaqqis tar-riskju ta’ kundizzjonijiet kroniċi bħad-dijabete, il-kankru, id-dimensja, u l-mard tal-qalb. Din se tkun sessjoni interattiva u se jiġi servut xi ikel u xorb.

A social morning talk by a nutritionist on how to maintain a balanced diet and improve your well-being in a sustainable way. During the session, practical advice and valuable information will be provided about the importance of healthy and nutritious food for your daily health. The programme also includes a light exercise session, demonstrating how regular physical activity helps reduce the risk of chronic conditions such as diabetes, cancer, dementia, and heart disease. An interactive session where participants can engage and refreshments will be provided.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.