Skip to main content

Ekonomija Settembru 2024

Page 1

#30

28 ta' Settembru 2024

Il-Bank tal-HSBC kien ta’ pilastru ta’ stabbiltà fis-settur finanzjarju p3

FEJN SEJJER IS-SETTUR BANKARJU?

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Nirayl Grech

T

radizzjonalment il-banek servew bħala gwardjana tal-ġid tan-nies u anke għenu l-ekonomija tal-pajjiż tikber. Maż-żmien l-irwol tagħhom evolva u kiber u llum il-ġurnata l-banek huma involuti fi kważi kull aspett tal-ħajja tagħna. L-irwol tal-banek illum hu wieħed importanti ħafna u dan qiegħed dejjem jikber. Għalhekk hu f'waqtu li kull min hu involut f'dan is-settur jirrifletti dwar kif is-settur bankarju jeħtieġ li jevolvi u anke jaddotta għas-snin li ġejjin biex ikompli jilħaq il-ħtiġijiet u l-interessi talMaltin kollha. Il-‘business model’ tal-bank mhux biss irid jibqa’ dejjem jiġi aġġornat għall-ħtiġijiet tar-realtajiet ekonomiċi iżda li jara wkoll element qawwi ta’ sostenibbilità u governanza tajba f’dak kollu li jkun qed jagħmel filwaqt li jsaħħaħ il-kompetittività ta’ pajjiżna u jservi ta’ strument li jiffaċilita t-trasformazzjoni ekonomika b’mod sinkronizzat mad-direzzjoni tal-pakkett multi-miljunarju ta’ għajnuna li pajjiżna kiseb mill-Unjoni Ewropea fid-direzzjoni ta’ ekonomija aktar kompetittiva, diġitali u ħadra. Illum il-maġġoranza tal-Maltin qegħdin isibu diffikutajiet meta jipprovaw jinqdew mill-banek lokali. Kemm jekk iridu jiftħu kont bankarju, kemm jekk jieħdu self personali u anke self ta' negozji. Anki investituri barranin sabu sitwazzjonijiet xejn faċli fejn jidħol is-settur bankarju biex joperaw minn pajjiżna. Bir-raġun nistaqsu fejn sejjer is-settur bankarju f'pajjiżna? Aktar u aktar bl-aħħar rapporti li bank ewlieni f'pajjiżna qiegħed jippjana li jitlaq għal kollox minn Malta.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Ekonomija Settembru 2024 by Union Print - Issuu