#25
2 ta' Settembru 2023
“Jekk se ngħaddsu rasna ġor-ramel se nkunu qegħdin nidħku bina nfusna” p8 | Intervista mal-ekonomista Silvan Mifsud p10
It-turiżmu lokali
Nota mill-Edituri
Kwalità jew kwantità? Omar Vella
I
Nirayl Grech
ċ-ċifri fejn jidħlu turisti li jżuru pajjiżna huma li huma u filwaqt li nirrikonoxxu li dawn huma numri pożittivi meta tqis dak li għaddejjin minnu pajjiżi ferm ikbar minn pajjiżna, nemmnu li dawn għadhom mhumiex qegħdin iwasslu għal bilanċ bejn il-kwalità u l-kwantità. Ekonomisti qegħdin saħansitra jiddeskrivu żieda ta’ 60,000 turist fl-ewwel xhur tas-sena meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel bħala waħda li ma tfisser xejn għax jeħtieġ li nħarsu lejn strateġija aktar aggressiva li tiffoka fuq sostenibbiltà fuq firxa aktar wiesgħa fejn jidħlu l-ambjent, il-finanzi u l-ħaddiema li għandna bżonn biex noperaw bi kwalità. Tajjeb li nifhmu li t-turist minbarra dħul iġib miegħu spejjeż infrastrutturali u jeħtieġ li noħolqu bilanċ sostenibbli bejn n-nefqa tat-turisti ras għal ras u l-ispejjeż marbutin magħhom biex kemm jista’ jkun inżidu d-dħul filwaqt li nnaqqsu l-istress infrastrutturali kkawżat mill-ammont tat-turisti li qegħdin jidħlu. Is-sidien tal-istabbilimenti tkellmu wkoll, inkluż dawk anke barra minn xtutna li kellhom l-esperjenza li jservu turisti ta’ kwalità. Nemmnu aħna wkoll li hija tat-tħassib ferm li jkollok mewġa ta’ sħana u minkejja kollox mejda ta’ erbgħa jew aktar li lanqas biss jordnaw xarba waħda. Is-soluzzjonijiet? Dawn nemmnu li jistgħu jkunu ħafna. Fuq kollox jeħtieġ li l-istrateġija tat-turiżmu mnedija fl-2021 jeħtieġ ma tibqax fuq il-karta u nassiguraw li ċ-ċifri tat-turisti li qegħdin nifirħu ħafna bihom ma jkunux jservux bħala l-mannara fuq medda itwal ta’ snin. Jeħtieġ li nassiguraw li l-kwantità tal-lum ma tkunx ta’ riklam ħażin biex minn hawn u ftit tassnin oħra pajjiżna jispiċċa jkollu jerġa’ jibda jissielet biex jikkonvinċi li jista’ verament ikun destinazzjoni ta’ kwalità