Skip to main content

Ekonomija Ottubru 25

Page 1

#37

Ottubru 2025

Nota mill-Edituri

Omar Vella

I

Nirayl Grech

l-Budget għas-sena 2026 nistgħu ngħidu li huwa mistenni li jintlaqa’ tajjeb. Nittamaw li għal sena oħra konsekuttiva dan il-Budget se jkun wieħed pożittiv. Budget li permezz ta’ diversi miżuri għandu jkompli jsaħħaħ il-futur ekonomiku b’saħħtu ta’ pajjiżna. Nirrikonoxxu l-fatt li d-defiċit għas-sena d-dieħla mistenni li jinżel taħt it-3%. Din iċ-ċifra se tkun intlaħqet sentejn qabel il-perjodu ta’ erba’ snin li kienet tatna l-Kummissjoni Ewropea biex id-defiċit lokali jkun skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Id-defiċit għal din is-sena mistenni li jkun niżel għal 3.2%, bilmira hi li d-defiċit tal-pajjiż jonqos b’tal-inqas 0.5% kull sena. Dan ġie kkonfermat mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana waqt it-tnedija tad-dokument ta’ qabel il-budget għas-sena 2026. Il-Ministru għall-Finanzi qal ukoll li l-pajjiż, is-sena d-dieħla, għal sena wara l-oħra, se jibqa’ jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Nistennew tkabbir ekonomiku fl-istess livelli ta’ din is-sena, bi tkabbir reali ta’ 4%, kontra l-1.5% fl-Unjoni Ewropea. Fejn sa ftit snin ilu, il-poplu kien jistaqsi x’se jittiħidlu, illum qed isaqsi x’se jingħata. Dan kollu huwa dovut għall-klima politika stabbli u għar-reżiljenza tal-ekonomija ta’ pajjiżna li kompliet tikber minn sena għalloħra. Fl-isfond ta’ dan kollu, nemmnu li l-Budget li se jitressaq, se jkun ieħor fil-kullana ta’ inizjattivi u miżuri soċjali u ekonomiċi li dan il-Gvern għaraf iressaq ’il quddiem għall-ġid ta’ kulħadd.

Ħarsa lejn l-aspett ekonomiku... mid-dokument tal-Qabel il-Budget 2026

Nemmnu li permezz ta’ ħidma illi saret matul issnin, pajjiżna kellu tkabbir ekonomiku qawwi li ppermetta lill-Gvern ikompli jqassam il-ġid fost il-poplu Malti. Dan kollu wassal biex il-finanzi talpajjiż tpoġġew fuq sisien sodi u meta ġiet id-daqqa l-kbira tal-pandemija, l-ekonomija Maltija kienet tiflaħ għaliha u rnexxielna nsalvaw 100,000 impjieg li setgħu intilfu. Quddiem dan kollu dan il-Budget irridu nħarsu lejh biss mhux x’ġeġgħandna iżda x’hawn madwarna. Dak li għaddejjin minnu pajjiżi oħra qrib tagħna. Fuq kollox kif qegħdin ngħixu aħna meta mqabbel ma’ l-għixien li qegħdin jgħixu popli oħra fl-Unjoni Ewropea. Meta nqabblu se nsibu li qegħdin aħjar. Dan ma jfissirx li m’għandniex l-isfidi tagħna li ġejjin miċ-ċokon tagħna u l-pożizzjoni ġeografika tagħna. Sfidi u problemi li sakemm nibqgħu niġbdu l-istess ħabel se nkunu kapaċi ngħelbuhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Ekonomija Ottubru 25 by Union Print - Issuu