Skip to main content

Ekonomija Ottubru 2023

Page 1

#26

7 ta' Ottubru 2023

Budget 2024: X'mistenni minnu? p3 | “Nistenna li l-Budget 2024 se jkun qiegħed joffri kontinwità u stabbiltà” p5

L-INFLAZZJONI GHADHA MAGHNA

L

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Nirayl Grech

-inflazzjoni għadha magħ­na u kif stqarr riċentament, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana għadha ‘l bogħod milli terġa’ lura għal dak li kienet qabel, jiġifieri fil-livell ta’ 2%. Tant li għal din is-sena, il-pajjiż qed jimmira li jkollu defiċit ta’ madwar 5%. Messagġ car u realistiku lill-industrija li-sfidi ekonomiċi għallaħħar kwart ta’ din is-sena kif ukoll għas-sena 2024 ser jippersistu. Sfida li huwa l-qofol tal- Economic Note: How the Maltese Faces Inflationary Pressures ppublikata ix-xahar li għadda, li titlob lil-Gvern jindirizza b'mod deċiż imma għaqli il-konsum biex l-inflazzjoni ma tibqax tippersisti u wisq aktar teskala. Il-Gvern huwa msejjaħ jinidirzza l-inflazzjoni biex pajjiżna ma jbatiex l konsegwenzi li l-inflazzjoni ħalliet fuq ekonomiji ta' pajjiżi ġirien tagħna. Sfida li wkoll wasslet għal sejħa minn diversi entitajiet u msieħba soċjali fosthom; il-Kamra tal-Kummerċ kif ukoll l-Partit Nazzjonalista biex tiġi varata mudell ekonomiku ġdid għal pajjiżna. Id-domanda hawn tkun; għandna nħarsu lejn mudell totalment ġdid jew nibnu fuq il-mudell kurrenti? Domanda pertinenti għax fuq din il-premessa pajjiżna ser jiddeċiedi id-destin ekonomiku tiegħu. Sfida però, li kienet tkun ikbar li kieku l-Gvern ma ħax deċiżjonijiet strateġiċi biex itaffiha fosthom permezz tas-sussidji fil-kontijiet tad-dawl, fil-kontijiet tal-petrol u d-diesel, permezz tal-għajnuna li taha fl-importazzjoni tal-qmugħ u tal-ġwież, kif ukoll permezz ta’ għajnuniet oħrajn fosthom dawk li mistennija li jkunu mħabbra fil-budget li jmiss. Fuq kollox, li l-Gvern ma jistax jindirizza il-problema tal-inflazzjoni waħdu. Jeħtieġ sforz kollettiv li jinkludi il-kontribut tal-industrija kif ukoll ta’ kull wieħed u waħda minnha. Hemm bżonn ta’ sens komun. Hemm bżonn li l-interess u l-gwadan personali ma jipprevalix. Il-prijorità għandha tkun fuq l-interess komuni. Il-prijoritá għandu tkun Malta. Dan jista jsir biss jekk l-importaturi, u kull komponent tal-katina eknomika ta’ pajjiżna ma tabbużax. Dan jista sir biss jekk l-industrija tifhem illi kull abbuż għandu impatt fuq it-tarf tal-lazz il-konsumatur. Sfida iebsa għax l-abbuż kien, għadu u jibqa imma s-sens komun f’dan il-mument tant kruċjali għal-pajjiżna għandu jinkoraġġina biex ma nħarsux sa xiber imneħirna imma nħarsu lil hinn biex l-sfida tal-inflazzjoni tiġi megħluba u l-ekonomija lokali tibqa’ tipprospera.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Ekonomija Ottubru 2023 by Union Print - Issuu