Skip to main content

Ekonomija - Lulju 2023

Page 1

#24

22 ta' Lulju 2023

“Irridu nġeddu setturi ekonomiċi preżenti f ’pajjiżna...” p3 | “Li l-ħajja għoliet mhux perċezzjoni imma realtà” p7

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Nirayl Grech

L

??

-ekonomija tibqa' primarja fuq l-aġenda tal-Gvern bl-implimentazzjoni tal-viżjoni ekonomika tiegħu għal l-għaxar snin li ġejjin, kif ukoll bl-istrateġija tiegħu għas-settur finanzjarju. Tibqa’ primarja għax il-pajjiż għandu bżonn jikkonsolida n-niċeċ ekonomiċi fejn pajjiżna jeċċella kif ukoll jiddiversifika f'setturi ġodda li jistgħu jiġġeneraw nifs ġdid u jiġbed investiment barrani. Tibqa’ primarja ukoll għax ilkriżi internazzjonali u l-impatt tagħha fuq pajjiżi ġirien kif ukoll Malta ma kienx żgħir. Fuq kollox però l-ekonomija tibqa’ primarja għax l-inflazzjoni baqgħet tippersisti jekk mhux ukoll tikber bl-impatt inevitabbli li għandha fuq il-konsumatur li jħossha kull meta jmur jixtri l-bżonnijiet primarji tiegħu, kull meta joħroġ jiekol u kull meta jħallas l-kera. Ikunu żbaljat ngħidu li l-Gvern baqa passiv f'dan il-mument partikolari. Attwalment kemm din is-sena, kif ukoll is-sena li għaddiet ilGvern Malti għamel investiment mal-biljuni tal-ewro bil-għan li l-prezzijiet tal-enerġija, tal-fjuwils u tal-gass, fost l-oħrajn, sabiex jibqgħu stabbli. Dan ifisser li minn Frar tas-sena li għaddiet, il-kontijiet kollha relatati mal-enerġija baqgħu l-istess, bħal ma kienu qabel ma bdiet il-gwerra fl-Ukrajna. Ikunu żbaljati jekk ngħidu hekk ukoll għax l-sforz tiegħu f'setturi speċifiċi tal-ekonomija huma evidenti. Pero’ jkun korrett ukoll ngħidu li hemm hafna aktar x'jista jagħmel il-Gvern biex jikkontolla l-abbuż fil-prezzijiet. Hemm ħafna aktar x'jista jagħmel biex jistimola ekonomija aktar vibranti u proattiva. Hemm ħafna aktar x'jista’ jagħmel biex ma jħarisx l-għajxien ta' kull wieħed u waħda minnha mhux biss fl-immedjat imma anke fis-snin li ġejjin


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Ekonomija - Lulju 2023 by Union Print - Issuu