#36
Lulju 2025
IS-SETTUR BANKARJU
Nota mill-Edituri
Omar Vella
Nirayl Grech
P
ajjiżna għaddej minn ritmu ekonomiku b’saħħtu ħafna. Sena wara l-oħra qiegħed jibqa’ jirreġistra tkabbir sostanzjali li jiżboq dak ta’ pajjiżi oħra. Dawn ir-riżultati ma waqgħux mis-sema u lanqas ma ġew b’xi kumbinazzjoni, imma twettqu sforz ħidma mis-setturi ekonomiċi kollha, inkluż il-konsumaturi. Diversi aġenziji tal-kreditu internazzjonali għal sena wara l-oħra rrikonoxxew din il-ħidma tant li mhux biss ma baxxewx il-klassifikazzjoni talekonomija Maltija imma wkoll dejjem esprimew li din se tkompli tikber minn sena għall-oħra. Naqblu jew ma’ naqblux miegħu, dan il-mudell ekonomiku serva tajjeb lill-pajjiż hekk kif kien ilbażi biex jiġu introdotti bosta miżuri soċjali li kienu ta’ għajnuna kbira għall-familji Maltin u Għawdxin u anke għan-negozji, fl-istess waqt li ssaħħet issostenibiltà ta’ ċertu oqsma oħra kruċjali bħalledukazzjoni, is-saħħa u l-ambjent. Dan it-tkabbir xi jfisser? Dan it-tkabbir jixhed irreżiljenza tal-ekonomija Malta minkejja l-isfidi internazzjonali. Wieħed mill-fatturi li wasslu għal dan it-tkabbir ekonomiku b’saħħtu kien it-turiżmu li matul is-sena l-oħra reġa’ kiber fl-istess waqt li l-konsum lokali rpilja sew. Iż-żieda fil-konsum huwa wkoll frott tal-istabbilità finanzjarja u ekonomika li għandu pajjiżna. Ma’ nistgħux ma’ nsemmux il-banek lokali li ta’ spiss ikunu ta’ għajnuna għal żagħżagħ li jkunu se jixtru post. Dan kollu huwa wkoll konferma talviżjoni li kellu dan il-Gvern bil-miżuri fiskali u ekonomiċi li ħa b’mod partikolari fis-snin li għaddew. Quddiem dan kollu, però irridu nkunu realistiċi u nsemmu l-fatt illi s-settur bankarju għad għandu realtajiet oħra li jikkonċernaw liż-żgħażagħ li qed ifittxu biex jiixtru l-ewwel propjetà tagħhom. Nemmnu li h emm bżonn li l-banek ikunu aktar aċċessibbli u mingħajr burokrazja żejda, li qed tnaffar investituri milli jinvestu. Dan ukoll qed toħloq sfida liż-żgħażagħ bi dħul baxx biex ikunu f’pożizzjoni li huma wkoll jinvestu fi proprjetà tagħhom. Din is-sitwazzjoni nemmnu li għandha tiġi indirizzata, kemm min-naħa tal-Gvern, kif ukoll minn entitajiet differenti bħal Bank Malti għallIżvilupp.