#29
13 ta' April 2024
Bħalissa għaddej proċess parlamentari biex titwaqqaf l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima p2
L-IMPATT TAL-EUROPEAN GREEN DEAL
Nota mill-Edituri
Omar Vella
Nirayl Grech
M
eta tara f’hiex tinsab l-Unjoni Ewropea ma tistax ma tistaqsix fejn huma l-forzi progressivi fl-Ewropa. L-Unjoni Ewropea llum qiegħda tiffaċċja kriżijiet li l-ebda stat Ewropew waħdu ma jista’ jiffaċċja waħdu jew jipprova jsolvihom waħdu. Fost dawn il-kriżi tal-bidla fil-klima u l-effetti tagħha. Xi ħaġa pożittiva li ħadmet ħafna fuqha l-Unjoni Ewropea, għalkemm internament kellja kunflitti fuqha, kienet il-Green Deal. Dan jista’ jitqies bħala pass ‘l quddiem. Il-mistoqsija imma hi kemm dawn il-pjani huma biżżejjed? Tqum din il-mistoqsija għax illum kollox hu bbażat fuq is-suq u fuq il-konsum. Kif nistgħu ngħinu verament l-ambjent jekk se nibqgħu nikkonsmaw b’mod esaġerat? Kif nistgħu nagħtu nifs lill-ambjent ta’ madwarna jekk dejjem se nibqgħu nibbażaw kollox fuq żieda fil-konsum? Kif nistgħu ngħinu l-ambjent jekk il-politika se tibqa’ dik li jkun hemm tkabbir ekonomiku, u aktar ma jkun kbir dan it-tkabbir aktar aħjar?