Skip to main content

EDUKA Ġunju 2021

Page 1

ĠUNJU 2021


3

Webinar dwar l-edukazzjoni EDITORJAL

H

uwa ta’ pjaċir li qiegħed inwasslulkom ħarġa oħra tassuppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka. Biex xieraq din il-ħarġa tinkludi informazzjoni dwar il-ħidma li saret f’dan il-qasam fl-aħħar ġimgħat min naħa tal-Ministeru u d-Direttorati talEdukazzjoni. Inwasslulkom ukoll anki intervista mal-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana fi tmiem ta’ din is-sena skolastika. Ma jonqsux ukoll artikli oħra interessanti fosthom minn Dr Jeffrey Pullicino Orlando dwar dak li hemm imħejji għat-tfal tagħna min naħa ta’ Esplora matul l-istaġun tas-Sajf. U xi ngħidu wkoll għall-paġni ddedikati għat-tfal żgħar tagħna ppreparati minn Rita Azzopardi, bl-għan li nħeġġuhom ukoll jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn il-qari. Elaine Azzopardi tkompli tgħaddilna aktar informazzjoni dwar il-prattika ta’ mindfulness u ma’ Abby Camilleri Pearson nagħtu ħarsa lejn il-prattika u l-esperjenza tar-robotika anki matul il-ġimgħat li ġejjin. Għal darba oħra dan għandu jkun suppliment interessanti għal kull membru tal-familja. Finalment, ħajr speċjali jmur lejn id-diversi kollegi kontributuri li għamlu din l-edizzjoni oħra ta’ tagħrif interessanti u lejn Ryan Bezzina li bħas-soltu ħa ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com Finalment nawgura Sajf ta’ mistrieħ lillistudenti u l-edukaturi kollha tagħna.

Dr Kenneth Vella Editur

Disinn: RYAN BEZZINA design@unionprint.com.mt Avviżi: Tel: 2590 0200 adverts@unionprint.com.mt

Finlandiża u kif is-suċċess jista’ jinkiseb ukoll mill-istudenti Maltin

Kulħadd irid l-aħjar għal uliedu. Fost dawn hemm ukoll l-aħjar fl-edukazzjoni biex it-tfal ikollhom l-aqwa ħiliet li jservuhom mhux biss għallimpjieg u l-karriera li jista’ jkollhom fil-futur imma anki tul ħajjithom kollha.

Is-sistema edukazzjoni Finlandiża ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna edukaturi minn madwar id-dinja kollha u dan għal raġunijiet differenti. Ewlenin fosthom hi l-punt tat-tluq hu li kollox jiffoka fuq l-istudenti – l-istudenti huma fil-qofol. Kif jista’ jkun li tgħaqqad flimkien ħajja bl-inqas stress possibbli, bl-istudenti jkunu fiċ-ċentru tas-sistema edukattiva u fl-istess waqt jiksbu l-aqwa riżultati? X’inhuma l-kriterji li jintużaw u x’tip ta’ prattiċi jeżistu fl-iskejjel biex jagħmlu mill-Finlandja mudell għal qasam edukattiv? Finnish education in practice, What, Why and How hi t-tema ta’ webinar li se ssir nhar il-Ħamis li ġej 16 ta’ Ġunju fl-4.00pm. Dan il-webinar qiegħed isir taħt il-patroċinju tal-Ambaxxatur Malti għall-Finlandja u l-Estonia Kenneth Vella, li hu wkoll edukatur u kap ta’ skola. F’din il-webinar esperti Finlandiżi se jkunu qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar is-sistema edukattiva fosthom dwar kif jiġu pjanati l-lezzjonijiet, kif isir it-tagħlim – fil-klassi u lil hinn mill-klassi, l-attivitajiet li jsiru u l-involviment tal-ġenituri, l-ambjent li jitgħallmu fih, is-sħubija bejn l-istakeholders kollha, u l-flessibilita’ fl-iskejjel għal ġid tal-istudenti. L-esperti Finlandiżi minn Learning Scoop, Johanna Järvinen-Taubert, Päivi Valtonen u Elena Chukhlantseva se jkunu qed iwieġbu wkoll mistoqsijiet ta’ dawk li se jipparteċipaw fil-webinar. Il-webinar li hu bla ħlas hu miftuħ għal kulħadd, imma jeħtieġ li tirreġistra fuq https://form.jotform.com/211331832049347 jew iċċempel fuq 9993 2592. Bl-istess tema Finnish education in practice, What, Why and How dan ix-xahar ġie ppubblikat ktieb b’kollaborazzjoni bejn Kite Group, Malta u Learning Scoop, Finland b’elementi prattiċi li jistgħu jiġu addottati biex l-istudenti kollha jilħqu l-livelli għolja tat-tfal Finlandiżi. Il-ktieb fih ukoll introduzzjoni tal-Ambaxxatur Vella li jiffoka fuq kif fis-sistema Finlandiża il-kollaborazzjoni tieħu post il-kompetizzjoni u kif l-istudenti jiksbu ħiliet li jservuhom tul ħajjithom u mhux għall-eżamijiet. Dan il-ktieb hu ta’ interess għall-ġenituri li jridu jinvolvu ruħhom aktar fl-edukazzjoni ta’ uliedhom, edukaturi u studenti li qiegħed jistudjaw biex isiru għalliema.


4

inħarsu 'l quddiem fil-ħidma tas-settur edukattiv

Is-settur edukattiv huwa wieħed mimli impenji, settur vast u wkoll settur li qed jaffaċċja l-isfidi tiegħu wara aktar minn sena li flimkien mad-dinja kollha għaddejna minn perjodu ta’ dik li ssejħet normalità ġdida – għixna flimkien ix-xhur talimxija tal-pandemija. Imma huwa wkoll settur innovattiv li mhux biss għex il-pandemija b’ħidma ntensiva u kkordinata, imma issa ħataf l-opportunitajiet kollha li l-pandemija offriet u qed iħares ‘l quddiem. Imma kif qed isir dan ix-xogħol? Tkellimna mal-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, li kif ħadet ir-responsabbiltà ta’ dan is-settur, xammret il-kmiem u llum diġa bdejna naqtgħu l-frott ta’ din il-ħidma.


5 Infrastruttura Edukattiva Bla dubju qed naraw investiment kbir fl-infrastruttura edukattiva. Mhux biss qed jitkomplew proġetti mibdija, imma ninsabu fuq l-għatba biex jitħabbru diversi proġetti oħra li jidħlu fil-miljuni. Hemm xogħol għaddej fl-iskola tal-Imsida u wkoll tkabbir li kien tant meħtieġ fl-iskola ta’ Santa Luċija. Hemm proġett li wasal lejn it-tmiem tiegħu, dak tal-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta. Hemm blokk ieħor lest fl-iskola Sekondarja taż-Żejtun. F’Għawdex ukoll hemm proġetti kbar għaddejjin, dawk imħabbra s’issa jlaħħqu €35 miljun. Biss biss hemm dak tal-Iskola Primarja tar-Rabat u tisbieħ u tkabbir tal-Iskola Medja li huwa proġett ta’ €10 miljun. Kif qaltilna l-Ministru Caruana, “Fil-ġranet li ġejjin se nħabbru pakkett ta’ €25 miljun li se jiġu investiti f’erba’ skejjel primarji, kif ukoll fi strutturi u immodernizzar fi skejjel oħrajn biex ikunu am-

bjentalment sostenibbli u kif ukoll jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-istudenti Għawdxin. Dan juri l-impenn li għandu l-gvern fl-edukazzjoni mhux biss f’Malta, imma wkoll f’Għawdex”.

Strateġiji

Fil-waqt li hemm aktar strateġiji li se jkunu mnedijin, tnedew ukoll tnejn oħra. Wieħed minnhom id-dokument Early Childhood Education and Care Services. Il-Ministru Caruana kompliet tgħidilna, “Waħda mill-prijoritajiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni hija mhux biss li jkollna edukazzjoni ħolistika imma li tkopri l-etajiet kollha, u allura nedejna dokument tassew importanti għaliex jittratta l-ewwel snin - is-snin bikrin minn 0-7 snin. Huwa importanti li niffukaw fuq din il-faxxa għaliex ovvjament huwa perjodu sensittiv fil-proċess pedagoġiku.” Aktar minn hekk, il-ministeru qiegħed jimmira għal servizzi aktar kwalitattivi, li jintlaħqu l-bżonnijiet tat-tfal u tal-familji fis-soċjetà tal-lum. Dak li jiġri fis-snin bikrin jimpatta fuq il-ħajja kollha minn dik l-età ’l quddiem, impatt fuq is-soċjetà, fuq l-ambjent u fuq l-ekonomija u setturi oħra. Meta beda jitħejja d-dokument, l-ewwel li kienu invo-

luti kienu t-tfal stess li taw l-opinjoni tagħhom. Dan sar b’eżerċizzju li matulu saru żjarat kemm fiċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal u fl-iskejjel. Mat-tfal u mal-istudenti saret diskussjoni dwar il-ħsieb tagħhom fuq il-proposti li hemm fid-dokument. Il-proposti li jinsabu fid-dokument huma mibnijin fuq il-qafas ta’ kwalità kif propost mill-Kummissjoni Ewropea.

Ix-xogħol li għaddej jinkludi wkoll tisħiħ ta’ diversi strateġiji u l-pubblikazzjoni ta’ oħrajn. Fil-kampus ta’ Għawdex tal-MCAST tnedew żewġ dokumenti ta’ importanza nazzjonali. Għall-konsultazzjoni pubblika tnieda d-dokument ‘MCAST Strategic Plan for the years 2022-2027’.

Dan id-dokument huwa pass importanti għaliex din hija l-ewwel darba li se jkun hemm qafas li se jkopri b’mod sħiħ l-etajiet minn 0-7 snin.

Waqt it-tnedija l-Ministru Justyne Caruana qalet li, “Qed naħdmu fuq proġett ambizzjuż, multi-miljunarju, biex ikollna kampus talMCAST ġdid, flimkien ma’ diversi xogħolijiet li għaddejjin, li matul din is-sena kienu seba’ darbiet aktar fuq is-sena l-oħra – allura konferma tal-investiment li qed jagħmel il-gvern u tal-impenn li għandu l-Gvern f’Għawdex ukoll”.

Gvern għan-nies

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jaħdem b’sinerġija sħiħa mal-istituzzjonijiet edukattivi li joffru studju kemm vokazzjonali u wkoll terzjarju, biex tkompli l-ħidma lejn edukazzjoni sħiħa u ħolistika. Bħala Ministru għall-Edukazzjoni qed tħares lejn il-futur tal-MCAST fuq diversi livelli: l-iżvilupp infrastrutturali, it-tisħiħ tal-kwalità tat-tagħlim, u li jkunu attirati aktar studenti mil-livell sekondarju għall-MCAST. Dwar l-istrateġija, saru diversi konsultazzjonijiet, kemm interni u wkoll esterni, biex din l-istrateġija tkun b’saħħitha u tfassal il-bżonn ta’ pajjiżna fil-qasam edukattiv. Wieħed irid jiftakar fl-iżvilupp tal-MCAST f’dawn l-aħħar 20 sena: 40,000 student, 1,739 kumpanija li jikkollaboraw mal-MCAST, popolazzjoni ta’ 1,500 impjegat bejn full-time u part-time, u 33 proġett b’fondi esterni li jlaħħqu €3.2 miljun. Ftit ilu kien tħabbar ukoll investiment ta’ madwar €190,000 f’tagħmir ġdid u investiment ta’ aktar minn €60,000 f’sistema moderna u avvanzata ta’ video conferencing, collaborative learning u korsijiet ġodda. L-istrateġija mħabbra tkompli ssaħħaħ dak li nbena matul l-aħħar 20 sena li ilha mwaqqfa din l-istituzzjoni edukattiva.

Dan huwa Gvern għan-nies. Gvern li dak li jwiegħed, iwettqu. Miżura mħabbra fil-baġit li twettqet ftit tal-ġimgħat ilu kienet dik tal-internet b’xejn. B’investiment ta’ madwar €1,000,000, aktar minn 3100 student u studenta se jibdew igawdu minn internet b’xejn. Din il-miżura se jgawdu minnha l-istudenti li huma eliġibbli għal stipendju, tal-iskejjel tal-gvern, dawk indipendenti u tal-knisja, Junior College u MCAST, li jkomplu immedjatament wara Year 11 (Form 5) fl-istudji post-sekondarji tagħhom. Il-Ministru Caruana hawnhekk ukoll semmiet l-istrateġiji li tfasslu. Qaltilna, “Filwaqt li din l-iskema tħabbret fil-baġit li għadda u wara l-ħidma kbira li saret, lill-istudenti qed nagħtuhom dak li wegħdnihom, bħalissa qed nikkonkludu diversi strateġiji li se nressqu ’l quddiem, kollha kemm huma importanti għal diversi oqsma tas-settur edukattiv. Waħda minn dawn se tħares lejn it-tkomplija tal-ħidma tagħna biex ninkoraġixxu l-istudenti jkomplu għaddejjin bl-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni obbligatorja”. Flimkien ma’ inizjattivi oħra, din l-iskema torbot ma’ dan, għaliex permezz tagħha mhux biss qed ngħinu b’mod finanzjarju lill-istudenti, imma qed ngħaddulhom messaġġ ċar, li jekk se jkomplu bl-istudji tagħhom, se jsibu l-gvern iweżinhom u jagħtihom l-appoġġ kollu li għandhom bżonn. Il-vouchers tqassmu b’mod elettroniku u huma validi sal-aħħar ta’ Ġunju 2021.


6

Il-Fondazzjoni għal

SERVIZZI EDUKATTIVI

20 sena ta’ Servizz Riċenti, l-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana kellha l-pjaċir li tattendi ċerimonja simbolika biex jiġi kkommemorat l-għoxrin sena anniversarju minn mindu twaqqfet il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, jew kif inhi magħrufa, l-FES. "L-FES hija entità li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni, u għalhekk kien ta’ unur li bħala l-Ministru responsabbli, nipparteċipa f’din iċ-ċelebrazzjoni qasira imma mimlija sinifikat.

biss dawn il-ħaddiema, imma eluf oħrajn li ġew qabilhom, u mijiet oħrajn kollegi tagħhom li magħhom għadhom jaqdu dmirijiethom, għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.

Ngħid hekk għaliex l-FES toffri servizzi lill-familji Maltin u Għawdxin, li għandhom tfal minn trabi sa’ 16-il sena. Biex toffri servizz, entità jrid ikollha s-sors ewlieni tagħha, ir-riżorsi umani, sodi u jemmnu fis-servizz li jkunu qed joffru. U dan kien propju l-punt li fuqu ġiet imfassla ċ-ċerimonja qasira, li matulha qassamt ukoll tifkira ta’ rikonoxximent lil xi ħaddiema li ilhom jaħdmu mal-FES ‘l fuq minn 10 snin. Dan huwa sinjal tad-determinazzjoni u bżulija li wrew mhux

Matul dawn l-għoxrin sena, l-FES kienet strumentali biex għenet studenti li kienu qed isibu diffikulta’ fis-suġġetti akkademiċi, billi offriet għajnuna speċjalizzata fejn jidħol litteriżmu. Offriet taħriġ lill-għalliema biex ikunu offruti korsijiet li jindirizzaw mhux biss littfal, imma wkoll lill-ġenituri. Għajnuna ħolistika lill-familja hija mezz importanti kif twitti t-triq biex it-tfal jitgħallmu mhux biss meta jkunu mal-għalliema, imma wkoll meta jkunu d-dar mal-familja.

Magħqudin ma’ dawn il-ħaddiema hemm ukoll oħrajn li huma pedina importanti f’dawn is-servizzi mogħtija. Hemm ħafna. Bħall-ħidma li ssir b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeri – u t-tim dedikat ta’ speċjalisti pedjatriċi li jagħtu għajnuna sfieqa lill-FES.


7

L-għajnuna lil familja tingħata wkoll f’forma ta’ assistenza lill-ġenituri li jaħdmu, li għandu jkollhom rashom mistrieħa fejn se jħallu lit-tfal tagħhom waqt li huma qed jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Iċ-ċentri taċ-childcare tal-Gvern, immexxija mill-FES, jipprovdu kura u ħarsien matul il-jum li jippermetti li l-ġenituri jsibu bilanċ bejn il-karriera u x-xogħol, u l-familja. Il-kontribut siewi tal-FES f’dan il-qasam huwa rifless fil-fatt li ma kienetx biss pedina li toffri servizz, imma wkoll imsieħba ċentrali fit-tfassil tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżżmu għas-Snin Bikrin, u wkoll fl-iżvilupp tal-Programm ta’ Tagħlim u Assessjar fl-Edukazzjoni tat-Tfal fis-Snin Bikrin. Il-bildiet li s-soċjetà Maltija ffaċċjat matul dawn is-snin xprunaw ukoll l-iżvilupp ta’ servizz ieħor imniedi mill-FES, li huwa dak ta’ Klabb 3-16. Waqt dan is-servizz, l-FES toffri ħarsien u għajnuna akkademika lil tfal minn 3 snin sa’ 16-il sena. Huwa wkoll ħin li matulu t-tfal jimirħu ma’ sħabhom u jkomplu jiżviluppaw b’mod ħolistiku kemm mill-aspett soċjali kif ukoll jiksbu ħiliet minn attivitajiet edukattivi non-formali. Dawn l-elementi huma wkoll preżenti fis-servizz li l-FES toffri matul il-btajjel skolastiċi u fi Skolasajf. Il-popolarità ta’ Skolasajf infatti tixhed il-livell ta’ servizz offrut, u matul dawn l-aħħar snin l-FES irreġistrat popolazzjoni ta’ ‘l fuq minn 12,000 student fiċ-ċentri imxerrda madwar Malta u Għawdex. Huwa impossibbli li f’dan l-artiklu nagħmel ġieħ lix-xogħol kollu li wettqet din l-entità f’dawn l-għoxrin sena; imma nkun qed nonqos jekk ma nagħmilx aċċenn għas-sehem li kellha l-FES matul il-perjodu tal-pandemija. Meta għalqu l-iskejjel l-ewwel darba f’Marzu tal-2020, il-ħaddiema mal-ewwel xammru l-kmiem u offrew servizz onlajn biex iżommu kuntatt mat-tfal u mal-ġenituri. Dan is-servizz gawdew minnu tfal taċ-childcare sa tfal tal-primarja, u serva biex lit-tfal għenuhom mhux biss mil-lat akkademiku imma anke mill-lat soċjali. L-FES kienet wkoll attur importanti mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa, fit-tfassil ta’ linji gwida biex reġgħu nfetħu ċ-ċentri taċ-childcare f’Ġunju tal-2020, u biex infetħet Skolasajf fl-2020. Is-suċċess ta’ Skolasajf 2020, grazzi għall-attenzjoni u r-restrizzjonijet imħaddma f’kull ċentru, wasslu biex t-tfal setgħu jirritornaw għar-rutina ma’ sħabhom fl-iskejjel mhux biss fis-sajf imma anke f’Ottubru. L-impenn u l-kontribut tal-FES fil-pandemija, wassal ukoll biex offriet assistenza lil tfal tal-iskejjel tal-Knisja li ma setgħux jattendu fl-iskejjel tagħhom minhabba nuqqas ta’ spazju, kif ukoll offrew servizz ta’ childcare lil ġenituri li kienu ħaddiema essenzjali. Dan l-impenn lejn is-soċjetà Maltija u Għawdxija huwa xempju ta’ servizz pubbliku li jpoġġi lil klijent l-ewwel. Huwa servizz inklussiv li jixhed l-impenn soċjali tal-entità li taqdi l-ħtiġijiet tal-klijenti skont l-esiġenzi li jinħolqu minn żmien għal żmien. Nagħlaq billi ntenni r-ringrazzjament lil kull ħaddiem tal-FES għaliex, irrispettivament f’liema qasam qegħdin, huma ħolqa importanti fil-katina ta’ servizzi offruti biex insostnu lill-familji Maltin u Għawdxin."


8

Nilqgħukom Lura ġewwa l-Esplora,

iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza!

Ritratt meħud minn Matt Thompson

Dr Jeffrey Pullicino Orlando Ċermen Eżekuttiv, Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

Hekk kif ir-restrizzjonijiet tal-Covid-19 qed jiġu rilaxxati bil-mod il-mod, it-tim t’Esplora jinsab eċċitat ħafna sabiex jilqgħek lura ħalli tesplora d-Dinja u lil hinn minnha!

Għal bosta snin, nies minn madwar id-dinja ġew affaxxinati bil-misteri tal-ispazju. L-astronomija u l-esplorazzjoni tal-ispazju sfidaw dak kollu li nafu u hemm ħafna aktar x’għad fadlilna niskopru. Iżda iktar ma nitgħallmu dwar l-ispazju, iktar nindunaw kemm id-Dinja tagħna hija speċjali u kemm hu importanti li nipproteġuha u ngħożżuha. B’hekk, ingħaqad magħna hekk kif ser inkunu qegħdin niċċelebraw it-tema Nesploraw id-Dinja u lil Hinn matul ix-xahar kollu ta’ Ġunju. F’dawn l-aħħar xhur, sar xogħol ta’ riġenerazzjoni max-xatt u l-viżitaturi dalwaqt ser ikunu jistgħu jaslu ġewwa l-Esplora permezz tal-baħar. Id-dgħajjes ser jimbarkaw direttament mal-pont t’Esplora. Il-pont jinsab quddiem id-daħla tal-Cot Lift, fejn fih wieħed ser isib esebizzjoni bl-isem ta’ Life at Bighi, li tinkludi artefatti u memorabilja li jappartjenu għall-epoka meta Villa Bighi

kienet tintuża bħala sptar navali. Hekk kif toħrog mill-Cot Lift, wieħed ikun jista’ jgawdi ż-żoni ta’ barra li jinkludu veduti meraviljużi tal-Port il-Kbir u l-Belt Valletta, żona għall-avventuri, playscape b’esibiti tal-ilma ddisinjati għall-viżitaturi ż-żgħar tagħna u żona għall-pikniks. Il-viżitaturi huma mħeġġa li jesploraw il-ġnien sensorjali ta’ Dinja Waħda li huwa miżgħud bi speċi ta’ pjanti indiġeni, li mhux biss huma essenzjali għall-pollinaturi, iżda jagħmluh ukoll ġnien fantastiku għall-viżitaturi biex josservaw iktar mill-viċin in-natura selvaġġa. Is-swali tal-Esebizzjoni huma kollha mgħammra b’arja kondizzjonata u b’hekk huma ideali għal viżitaturi li jħobbu jaħarbu mis-sħana tas-sajf. Esplora huwa mimli b’esebiti interattivi u edukattivi li jkopru diversi suġġetti xjentifiċi; mid-dawl u l-elettriku, għall-ġisem tal-bniedem u l-ambjent. Apparti mill-esebiti, il-viżitaturi ser ikunu


9

jistgħu jesperjenzaw żewġ esebizzjonijiet oħra. Dawn huma wirja li tiċċelebra speċi ta’ endemiċi lokali li se tkun esebita matul Ġunju kollu u anke Art in Waste esebizzjoni li tikkonsisti minn arti magħmula minn skart miġbur minn bajjiet u għelieqi. Art in Waste ser tkun miftuħa lejn l-aħħar ta’ Ġunju. L-Esebizzjoni tal-Univers fil-Planetarju toffri ħarsa lejn il-ħajja fuq l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali u opportunità biex wieħed jesplora l-għeġubijiet tal-ispazju, teleskopji u satelliti. L-esebizzjoni tal-astrobotanija mfassla minn Esplora turi x’għandek tagħmel sabiex tkabbar pjanti f’ħamrija bi proprjetajiet kimiċi u mekkaniċi kif insibu fuq il-pjaneta Marte. Għal esperjenza kompluta, nissuġġerixxu li wieħed jara wkoll film fil-Planetarju. Idħol fid-dinja tal-kwiekeb, skopri kif aħna lkoll magħmula mit-trab tal-istilel u ara kif l-astronawti jirnexxilhom jagħmlu xogħolhom! Xows tax-xjenza ppreżentati mill-komunikaturi tax-xjenza tagħna jgħinu biex jagħmlu kunċetti xjentifiċi u fenomeni naturali tanġibbli anke għall-iżgħar viżitaturi tagħna. Skopri l-għeġubijiet naturali tal-klima tad-Dinja fix-xow Weatherology, qanqal l-immaġinazz-

joni tiegħek u għamel skoperti elettrifikanti f’ElectroBuzz jew ingħaqad magħna fuq vjaġġ ta’ skoperta f’Superhero in You, hekk kif is-superpotenzi jiġu marbuta ma’ kunċetti xjentifiċi b’mod divertenti li jqanqalu l-kurżità u l-immaġinazzjoni fl-iċken viżitatur. Hekk kif nidħlu fix-xahar ta’ Lulju, il-programm tal-attivitajiet, kemm fiżiku kif ukoll dak onlajn, ser ikun qed jitbiegħed mill-esplorazzjoni tad-dinja u l-ispazju, sabiex minflok nesploraw ilġisem tagħna bit-tema ta’ Insiru Nafu l-Ġisem Tagħna! Għal iktar informazzjoni fuq il-programmi, tista’ żżur is-sit tal-Esplora fuq https://esplora.org.mt/. Ġewwa l-Esplora, is-sigurtà tal-viżitaturi u tal-istaff tagħna hija l-prijorità tagħna. Il-Miżuri tal-Covid-19 fiċ-ċentru jinkludu lbies obbligatorju ta’ maskri, distanzi soċjali madwar iċ-ċentru kollu, kontroll tat-temperatura, ammont ta’ viżitaturi limitat fis-swali, kif ukoll diżinfettant tal-idejn li huwa disponibbli kullimkien, fost miżuri oħra. Lest biex tesplora, taħseb u timmaġina? Narawk l-Esplora!


10

Is-6 Ħiliet Bażiċi Diġitali Il-ħiliet diġitali huma meqjusa bħala dawk meħtieġa “biex tuża apparat diġitali, applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni, u tuża netwerks biex taċċessa u timmaniġġja l-informazzjoni,” skond il-UNESCO.

1 Kommunikazzjoni Tibgħat emails b'mod sigur, bl-attachments, u tipparteċipa fuq il-midja soċjali.

Li tkun sigur u legali online

eSkills eSkills Malta Foundation

Bl-użu ta' search engines, billi tkun konxju li mhux il-kontenut kollu onlajn huwa affidabbli, billi taċċessa l-kontenut minn fuq apparat diġitali.

4 5

Nifhmu l-aħjar prattika fil-ħażna / qsim tal-informazzjoni, l-aġġornament u ż-żamma tal-passwords siguri, u t-tieħu prekawzjonijiet kontra l-viruses.

Immaniġġjar ta' informazzjoni u kontenut

futurelearn.com

Tiftaħ kontijiet biex tuża jew tixtri oġġetti / servizzi onlajn, billi tuża metodi ta' ħlas siguri differenti u timla formoli online.

Il-prinċipji fundamentali biex tkun tista' tuża t-teknoloġiji diġitali, bħall-użu ta’ browser, il-konnessjoni ma' l-internet, u ż-żamma tal-passwords siguri.

2 3

Tranżazzjoni

Ħiliet Fundamentali Diġitali

Soluzzjoni ta' problemi

Issib soluzzjonijiet għal problemi billi tuża FAQs / linji gwida / chat, tippreżenta soluzzjonijiet permezz ta' softwer, u ttejjeb il-produttività.

6

/ESkillsMalta

@eSkills_Malta

www

eskills.org.mt


11

YOUTH SERVICES MALTA, Imxew il-mixja miegħi.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

J

ien żagħżugħa ta’ tmintax-il sena li għaddejt minn diversi diffikultajiet u rajt rejaltajiet diffiċli mmens minkejja l-età żgħira tiegħi. Minn meta kont għadni mmur l-iskola, kien hemm diversi għalliema li ppruvaw jgħinuni iżda mhux dejjem kont nara l-bżonn. Webbist rasi u ma kkoperajtx mill-ewwel anke meta rreferewni għall-għajnuna tas-Servizzi taż-Żgħażagħ. Ġejt allokata ħaddiema soċjali mill-Youth In Focus u ħassejtni ninġibed ftit għal bidu minħabba li mhux faċli titkellem ma’ xi ħadd li ma tafx. Però iktar ma għadda ż-żmien, irrejalizzajt li din il-persuna veru riedet tgħinni minkejja li wrejtha ħafna drabi li ma tantx jinteressani. Għadda ż-żmien, missejt mad-drogi biex mingħalija insib sodisfazzjon jew risposti minn x’imkien ieħor, qbadt kumpanija ħażina li nfluwenzatni b’mod ħażin u nqtajt minn mal-familja tiegħi, li minkejja kien hemm min urini li jimpurtah minni, għażilt li mmur mal-mewġ u nisma’ minn persuni li approfittaw minni. Il-ħaddiema soċjali, semgħetni, fehmitni u għenitni. Meta kkoperajt, ir-riżultati kienu ferm aħjar. Flimkien ma’ youth

worker mill-istess servizz, tgħallimt affarijiet bażiċi li kont tlift meta kont iżgħar. Dan għinni nikseb ħiliet bħal kif għandi nieħu ħsieb tiegħi nnifsi, kif inqassam il-flus li naqla’, kif naħdem ma’ nies oħrajn u kif nippjana l-karriera tiegħi. Ix-xewqa tiegħi dejjem kienet li nagħmel kors tad-dwiefer biex inkun nista’ nibda naħdem bit-tama li nibda ngħix għal rasi, fejn inkun nista’ nibni ħajti mill-ġdid ftit ftit. Inħossni sodisfatta li sibt professjonisti matul dan il-vjaġġ li għenuni u qatt ma ġġudikawni ta’ dak li jien jew ta’ dak li għamilt. Dejjem inkludewni f’ċerti deċiżjonijiet u raw l-aħjar interessi tiegħi. Qatt ma bsart li wara dan kollu, kont se nasal s’hawn u saħansitra nirrejalizza fejn żbaljajt u kemm kelli naħdem biex wasalt sa hawn. Nemmen li kieku ftaħt għajnejja qabel, ma kontx nasal nagħmel ċerti affarijiet u nemmen wisq iktar li meta veru ridt il-bidla jien, din seħħet għax il-professjonisti qegħdin hemm biex jiggwidawk mhux biex jagħmlulek xogħlok. F’każ ta’ bżonn, tista’ tagħmel kuntatt mas-servizzi tażŻgħażagħ tad-Direttorat għal Kura Alternattiva fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali fuq 22959000 jew tista’ żżur il-paġna ta’ Facebook bl-isem ta’ Youth Services Malta.


12

Ir-Ragel tat-tiben Eduka GHat-Tfal

minn Rita Azzopardi

, jew aħjar nuffara. iena raġel tat-tiben ar li li nnaffar l-għasaf Dak hu propju xogħ ejjex u ż-żrieragħ li jinżlu jnaqqru l-ħx elieqi bidwi li għandu l-għ ta’ Toni. Toni huwa ċkejken Baħrija huwa raħal tiegħu l-Baħrija. Ilhija imiti tar-Rabat. Dari u kwiet li jinsab fil-l Toni ta’ ħawla kollha dwieli. m sa qq da m qa al għ ieli abu l-bdiewa li d-dw spiss jiftaħar ma’ sħ jn dawn eb għeneb li hawn le tiegħu jagħmlu l-itj l-inħawi.

J

li Toni ar sentejn ilu u jkolli ngħid Jiena ġejt magħmul madw ejġi jitqattgħuli jieħu ħsiebi sew. Meta ħw kuntent ħafna bija għax amilni minn her dejjem tajjeb. Kien għ nid x bie i ġan an jirr nt jkun pro bagħad libbisni wra bit-tiben ixewwek. Im da im al tw did ħa jn ċte biċ qatta’ u kappell tat-tibqmis tal-flanella, jeans im aqajja deffisli par buz na kbir wisq għal rasi. F’s a hu għax-xogħol aħdar li x’aktarx kien już l-ġranet u l-iljieli Għalkemm jien inqatta’ st, ma niddejjaqx. Ta’ tiegħi dejjem fl-istess po insetti u annimali li kuljum jiġu jżuruni ħafna għi. M’ilux ġiet maż-żmien saru ħbieb tie ek suwed nannakola ħamra bit-tik ira li u jleqqu. Tant kienet żgħ bilkemm indunajt biha. Anke Toni feraħ

l-pestiċidi li jużaw m il-ġurnata minħabba biha u smajtu jgħid li llu qs qabel. Skont adekx tara nannakoli da il-bdiewa fl-għelieqi, m’għ asra! fil-kampanja Maltija. X’ħ hu, anke l-friefet naqsu jnaqqru l xejn! L-għasafar li jinżlu Fir-realtà jien ma nagħme u minni u jitgertal-bidwi, suppost jibżgħ ż-żerriegħa jew il-ħxejjex ġieli nispiċċaw Imma issa tant drawni li rxu. Għax dak hu xogħli. na? Għax jekk ma din bejnietna, fthem Im n. kie flim ma kel u ngħid isir jaf Toni jkeċċini żgur! kemm ikun ħalqa kmieni filgħodu bil Lil Toni niggustah. Jiġi fl-g nismagħha minn -magna tal-vann tiegħu għadu sebaħ. Il-ħoss tal jjem f’dawn ikun jaf li wasal Toni. De dd lħa Ku . od għ bo ’l li mi seba’ ikellimni avolja dem u jistinka. Lili jħobb jaħ a, xit u x xem qi, lie ħe l-g qed nifhem mux. Mur għidlu li nkun hu mingħalih li jien ma nifh m lil Kikka u ħlew miegħu jkollu dejje kollox! Iduru warajh u jog għandna Ġuż?” tal-kaċċa leali tiegħu. “X’ lil Ġakki, iż-żewġt iklieb a naħseb għandna. Se tieħu tixrib iħobb jgħidli. “Temp ikrah illum.” X’gost! n, mill-għalqa fejn ninsab jie Tefgħa ta’ ġebla’l bogħod al nim li Sirt naf li bagħal huwa an Toni jżomm bagħla xiħa. ħet ħajjiar. Il-bagħla ta’ Toni qattg jixbah liż-żiemel u lill-ħm rba smajtu Ġanni, it-tifel ta’ Toni, da tha taħdem fl-għelieqi. wisq daqs bagħal. Din diffiċli jgħid li missieru jaħdem n jaf x’ried jgħid biha! għalija biex nifhimha. Mi


13

O L J LE

Eduka GHat-Tfal

phanie meta Ms Ste ru b m e iċ D l e a ġdida ien ftit qab se jkollna tifl n ie k a d a għ mha qaltilna li llna li kien jisi ura u lti a Q . a n għ fil-klassi ta arrani, b’kult minn pajjiż b a. Lejlo hija misa jj ġe o jl e Lejlo. “L inn tagħn differenti m a u oħtha lingwa ferm u ma’ ommh il m e ji it ft t sle ġjati oħra. Somalja. Wa ien ma’ refu k im fl a js a ’ dgħ bien baqgħu fuq naqra ta a’ ħutha s-su m n ie k im fl ha us biex Il-papà tagħ x biżżejjed fl m o h ll ke a m ilitkom ax m tagħmlu ħ s-Somalja għ ko q e ti ix N . a ajs t qaltilna iħallsu d-dgħ stna”, kiene fo a h h u għ tilq biex lil Lejlo . a m ie ll l-għa

K

ħbieb kbar. ewwel sirna lil a m i h u n Jie ra dan għen it Ingliż, allu ft xi f ta ’ t e ta n a fl Lejlo kie . Lejlo hija ti aw flimkien ik n u in. Xagħarha m sn ko r ik xa n dha għa n a ħ G r. u sk ejn kbar u karnaġġjon ha par għajn d n a ħ G . d e w ul tond. Hi nnukklat u is iċċha magħm w u a ll e n n n ka in. Lejlo sbieħ ta’ lew ija fl-istess ħ iħ rr fe a d iż istħija alajr bdiet tifla xi ftit m ll. L-Ingliż m ko w ti n e iġ ll lti wkoll. Hi hija tifla inte kliem bil-Ma xi id ħ tg f ta t r lejl. tidrah u sare għhom ifisse ta a gw n li la fi ilja tagħha. qaltli li isimh torja tal-fam is li tl ta n ku imkien ma’ Irrak pajjiżhom, fl f’ a rr e gw ls-Somalja u Minħabba llhom iħallu ke , r ra ħ o ji il ġ fuq il-baħa mijiet ta’ fam ieħor. Il-vjaġ iż jj a p f’ r lu ja ie aħ imqalleb ġm jfittxu futur Il-baħar kien . a fn jn a e ħ i sx q ċl a kien diffi jbandal id-d n il-ħin kollu ie k ġ w maġina lili e m lu a. Bdejt nim h q fu u n ie k nt immut ta’ dgħajsa li ajsa. Kieku ko għ -d id ik d q eħu gost minflokha fu mm kienet ti ke i tl ta n ku k a rra etx tattendi bil-biża’! Hij m ma setgħ m e lk a a għ la ħin lil ommh tmur l-isko qa’ d-dar tg b ti a h ll ke a x iżh kuljum għa innha. F’pajj tha iżgħar m u ħ 37% biss b u e si ti ħ n a u tieħ a import ij h tx n ta a im u l-iskola l-edukazzjon bqgħu jmorr ji li iż jj a p lllha ta min-nies ko u 15-il sena. jlo tieħu gost wara li jagħlq ja kollha, Le ti a b -t it in d ll darba li Minkejja . Innutajt li ku a lj a m o -S is ar -dmugħ. titkellem dw a jimtlew bid jh e jn a għ a f malj ħħha! Min ja ssemmi s-So dej minn mo d a għ n u jk Min jaf xi i iet u memorj Afrikan. kemm ħsibij fil-kontinent iż jj a p a w u h Is-Somalja Il-gwerra fisMogadishu. a ij h li assal a it p Il-belt ka 1991. Dan w a n e -s is m t r li bdie ħed mill-ikta Somalja ilha n huwa wie a ik fr rija A u b iż k jj a a ij jlo h biex dan il-p inja. Iżda Le -d d fi iż ir jj a fq p u a ti huw pajjiżi vjolen li s-Somalja ll ko w li lt fn a a ll ħ a ija q b’pajjiżha. H u. Hemm uko għ e ti a rj o st i u fl-i sinjur fil-bin . t għat-turisti ie eta Lejlo attrazzjonij lil widnejja m n e m m e n t d ri ali eżotiċi Bilkemm ħafna annim u ix ħ jg a lj a m ansitra qaltli li fis-So , ġiraffi u saħ ti n fa n ju il i, abwin l-iktar emel huwa bħal iljuni, b -ġ il , tt fa lFi iġmla. malja għax kukkudrilli u ortanti fis-So p im u ri la o lib għax-xorb annimal pop all-ikel, il-ħa għ m a ħ a -l il m jipprovdilho eb dwar . rt o ber tikteb kti u t-trasp k ti la li i h o Lejl alja. Tixtieq Ix-xewqa ta’ oplu tas-Som p lta u a h d ħafna, l-istorja tagħ ux ‘il bogħo h m i rs fo , a rb n ma’ ukoll li xi da ħtha, flimkie o u i h i ll a ħ rġgħu qaf elidhom u je il-gwerra tie tw rt a jn le w itorna ommha, jirr ! ħala familja jingħaqdu b


14

’ A T R U F S A L-GĦ R A M Ħ A U R D SI Eduka GHat-Tfal

Kulħadd xi darba jew oħra ra stampa tal-pitirross. Oħrajn iktar ixxurtjati ġieli raw xi wieħed fil-ġnien kmieni filgħodu jew tard filgħaxija. Jekk tħares sew u tosserva taf tilmaħ ukoll xi pitirross fil-bitħa tal-iskola wara l-ħin ta’ rikreazzjoni meta l-bitħa tkun tbattlet mill-isorbju tat-tfal. Il-pitirross huwa għasfur li la darba jinżel f’post u jara li huwa sigur għalih, ‘jagħmel’ dak il-post tiegħu u jinżel fih ta’ spiss.

Ħafna minna nassoċjaw il-pitirross mal-Milied. Dan għax il-pitirross jitfaċċa fil-gżejjer Maltin fil-bidu ta’ Ottubru hu u jpassi minn fuq il-Mediterran u jibqa’ magħna matul ix-xhur xitwin. Min jaf kemm-il darba bgħattna jew irċevejna kartolini tal-Milied li fuqhom ikun hemm stampa ta’ dan l-għasfur. Marbuta mal-pitirross hemm diversi leġġendi ħelwin. Waħda minnhom tgħid li ħafna u ħafna snin ilu, għasfur komuni kien qed jittajjar ifittex xi ikel biex iżoqq lill-frieħ tiegħu. Waqt li kien qed itir fil-baxx, lemaħ folla nies miġbura fuq iż-żewġ

naħat tat-triq. Seta’ jisma’ wkoll l-għajjat tan-nies. Mimli kurżità, niżel jara x’kien qed jiġri. Għaddej minn nofshom, ra raġel żagħżugħ għaddej. Kien jidher qed ibati ħafna. Fuq spallejh kellu zokk oħxon ta’ siġra f’forma ta’ salib. Żewġ suldati kienu mixjin ħdejh u bdew isawtuh mat-triq. Il-pitirross ħass qalbu tieqaf bil-biża’. Ħassu mbikkem xħin ra lil dak iż-żagħżugħ f’dik is-sura. Kemm xtaq jgħinu imma ma kienx jaf kif. Baqa’ jtir fil-baxx biex jara fejn kienu se jiħduh u x’kien se jiġri. Ir-raġel bilkemm felaħ jimxi. L-għasfur innota li fuq rasu kellu kuruna magħmula minn xewk oħxon bħalma jkun hemm fil-wied. “Miskin kemm jidher muġugħ,” qal bejnu u bejn ruħu l-għasfur. “Naf x’nagħmel,” qal fl-aħħar. Tar b’kemm kellu saħħa lejn il-folla u resaq fil-viċin tarraġel żagħżugħ waqt li b’munqaru pprova jaqla’ waħda mix-xewkiet li kellu mdaħħla f’rasu. Dam jissara max-xewka sa ma fl-aħħar irnexxielu. Hekk kif ix-xewka ħarġet minn ras ir-raġel, qatra demm waqgħet fuq sider l-għasfur. Ir-raġel ħares bi ħlewwa lejn l-għasfur u qallu, “Talli kont għasfur qalbek tajba li għentni mill-aħjar li stajt, mil-lum ’il quddiem inti se tibqa’ magħruf bħala l-għasfur ta’ sidru aħmar. Kull min iħares lejk jibqa’ jiftakar il-ġrajja tal-lum.” L-għasfur ħares lejn sidru u induna li minn lewn abjad, sidru sar aħmar nar. Il-pitirross feraħ li kien irnexxielu jgħinu!


15

SKOPRI

DINJA ĠDIDA

TA’ GĦARFIEN

Esplo ra hu

m igħall ftuħ pubb lik u!

l

at-Tfa Eduka GH

PELE’

leġġenda ali internazzjon

K

qli ienet xemx ta q l-ankri. It-toro , tal-bliet foqra favelas jew aħjar talu miksija Brażiljani kien ix-xemx ramel jikwi b nofsinqalila ta’ wara net qihar. Il-belt kie et ħaġa sha forn. Kien gruppi normali li tara rx subien, ta’ tfal, x’akta fjin jew jiġru barra ħa fsu mqab’xi karkur no nu jinbxu tta’. Uħud kie dejja, x-xemx għad jaraw kif oħrajn kienu iet u oħrajidħlu fl-inkw en Pele jn, bħaċ-ċkejk toroq kien idur matl-favela www.esplora.org.mt kważi vojta ta aja. ESPLORA | Interactive Science v Centre a jbigħ il-pap ro p p ji Villa Bighi, Kalkara KKR 1320 - Malta i Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2360 t xena komun ne2300 kie in D jew ibgħat imejl fuq info@esplora.org.mt Brażil. fil-favelas tal-

kellu tfulija tbol, xejn ma fu lta a n lja żi -Brażil, nda Bra ill-ifqar bliet fil Pele’, il-leġġe m a d aħ f’w ira d ġo familja fq ibigħ il-frotta faċli. Imwiele ħroġ fit-toroq jo llu ke ira ħ età żg ma f’dik Pele’ sa minn all-familja. Im ħ g a jd że a x jaqla’ xi ħaġ ra. Dan kien tal-papaja bie en jidher bar ki a m t ris tu a ’ Pele’. wija, l-ebd ra u ħelwa ta ju is m is-sħana qaw a aj ap p tri laħal ma kien ħa jix lt u ma kien d ifisser li ħadd -toroq tal-be at m r u id iħ , iddeċieda li m sħ t għall-aħħar Kien qatta’ ju ta n u p ap iż D nżmu fil-but. acabana. l-ebda ċente l-baj ja ta’ Cop sa d e b jiġ , ar ol fit-triq. r lejn id-d jilagħbu futb rin qabel ma jmu rf fa im al tf a’ ma’ grupp Meta ma Mat-triq iltaq t-tfaj jel Pele’. ta i n o sj as p ilx forsi jsib xi ballun kienet Il-logħba talfil-miżbliet bie b le al iq w je ħ il-papaja fit-toroq ma’ kienx ikun ibig xuttja l-ballun jix u b si is t n ol. Kemm , lil Pele’ ko ata fuq il-futb ss ħaġa xi jbigħ iffi t e n e ki ħu il-papaja ilja kollha tieg lun. Ħares lejn sħabu. Il-fam al b ilak d jn reġa’ ħares jixxuttja xi tne xtaq jieqaf u u u mbagħad b n e aġ m ’ ta xa tal-injam biex nixtru ftit li kellu fil-kax id-dar, lanqas s u fl x u iħ n a “Jekk m ruħu. lejn il-ballun. bejnu u bejnGħal aktar informazzjoni al q ” a, lln o jk hu se ijietu, il-balfi ħsib mitlufdwar ħobż u ilma m il-ħinijiet tal-ftuħ, u ad ħ g n e ki lla a, waqt li o d tr n aħ ko w ik a t q n skennja dan il-Kodiċi QR. aq ro F’d en p ħasad, Pele’ ki t in n m ro p m n ke e al ki ħ u lun tar lejh. G , tellgħu ’l fuq ċjah fuq rasu n ila b ċċassati ib , ru d aq em u b għu sr e l-ballun b’si ħ fu aq w ra ajh. It-tfal l-oħ niżlu taħt saq aja jew inkella jħarsu lejh. li jbigħ il-pap p m o Ik l? e m i iebsa jagħ ol? X’deċiżjon tb Issa sew ... x’se fu lal ħ g a ħtih wisq. Hu inn idejh u jag ni kienet kbira jitlaq kollox m jo zz ta n te Iti. setax jirreżist la, imma xtaq dik! Pele’ ma apaja fil-fave p ilħ ig jb a taa’ ħajtu kollh rit tiegħu, Bo ma riedx jibq mat-tim favo ab ħ g jil u i al na. Żgur rofessjon bħal Barċello isir futboler p ew p ro w E tim jistgħu ansitra ma’ xi ikax. Il-papaja foga, jew saħ tt ra p jip a m oler jekk portanti! setax isir futb li maEsplora a iktar immill-ERDF afnkofinanzjat ċ-Ċentru .Interattiv tax-Xjenza l huwa ħkien o tb fu Ilb e , ħas nnew Esplora ntgħażel bħala wieħed mill-proġetti emblematiċi mill-Kummissjoni Ewropea jiste


16

Robotics and Coding Summer Club 2021

Course Details

OR

Should health authorities order the cancellation of the Summer Club Programme, we will commit to refund any outstanding sessions on a pro-rata basis.


17

ROBOTIKA, ATTIVITA’ EDUKATTIVA U STIMULANTI

GĦAT-TFAL LI TISTA SSIR ANKI FIS-SAJF

G

ħalkemm is-Sajf huwa żmien ta’ mistrieħ għal ħafna studenti, xorta nemmnu li hu fl-interess tat-tfal li matul dan l-istaġun ikomplu għaddejjin b’attivitajiet edukattivi li ħafna drabi ma jkollhomx biżżejjed ħin li jagħmlu b’mod sħih fix-Xitwa. Waħda minn dawn hija mingħajr dubju r-robotika li tant tgħin lit-tfal biex jiżviluppaw fil-ħsieb kritika u li tikkumplimenta dak li jsir f’diversi suġġetti. Dwar dan iddiskutejna dan l-aħħar ma’ Abby Camilleri Pearson, edukatriċi ta’ esperjenza li tħarreġ għalliema fl-użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni

Kemm temmen li tfal li jkunu bdew l-attivitajiet ta’ robotika matul is-sena skolastika għandhom ikompluhom ukoll matul is-Sajf ? Attivitajiet ta’ robotika jgħinu lill-istudenti jiffaċjaw sitwazzjoniiet fil-ħajja b’aktar kuraġġ u determinazzjoni. Waqt attivita’ tarrobotika int tkun il-protagonist u taf eżatt min fejn trid titlaq u fejn se tasal. Taf x’se titgħallem u trid issib soluzzjoni. Hawn trid tuza’ l-ħsieb loġiku tiegħek biex issolvi l-problema li qed tiffaċja. Trid tanalizza, tipprova soluzzjonijiet differenti u tosserva r-riżultat ta’ kull azzjoni li tieħu. Waħdek tirrealizza fejn tkun ħadt żball jew fejn trid timmodifika s -sitwazzjoni biex toħrog b’soluzzjoni aħjar. Ir-robotika ittik il-kunfidenza biex tipprova modi ġodda ta’ tagħlim biex toħrog bl-aħjar riżultat. Ir-robotika tħalli lil kull individwu juża l-aħjar mudell tat-tagħlim li hu komdu għalih għaliex m’hemmx mod wieħed biex tasal għar-riżultat. L-importanti li jirnexxilek issolvi l-sfida li qed taffronta. Mela r-riposta lejn din il-mistoqsija toħroġ ċara. Jekk ir-robotika tkabbarlek l-indipendenza fit-tagħlim tiegħek u tgħinek taffacja problemi fil-ħajja u f’kull suġġett ta’ tagħlim b’aktar kunfidenza allura aktar ma tinvolvi ruħek f’dan it-tip ta’ tagħlim aktar se tirnexxi. Sessjonijiet ta’ robotika matul is-Sajf kif ikunu mqassmin f’dak li hu kontenut u tul tal-attivitajiet? Matul is-sessjonijiet tas-sajf ma’ robocoach l-istudenti se jkunu esposti għal firxa wiesgħa ta’ robotika u għodda relatati matteknoloġija biex jistimulaw il-kreattivita’ tagħhom u wisq aktar importanti jtejbu l-ħiliet ta’ ħsieb loġiku. Huma ser jibnu proġetti individwali kif ukoll fi gruppi biex jitgħallmu aktar dwar ir-robotika u affarijiet relatati ma’ dan is-suġġett tant interessanti. Dawk li għandhom l-esperjenza nkomplu nistimulawhom u nesponuhom għal aktar biex ikabbru l-għarfien tagħhom. Dawk li qatt ma kienu esposti, jibdew jibnu pass pass u jibbenefikaw mill-aħjar li jistgħu f’dan is-suġġett. Kull individwu ser iħabbat wiċċu ma’ kompitu motivanti u stimulanti għalih biex jitgħallem jagħraf isib soluzzjoni. Kulħadd ser juża dak li jissejjaħ ‘The Design Process’ fejn jaħsbu fil-kompitu preżentat biex jaħdmu u jibnu l-proġett misteni. Waqt dan il-proċess iridu jittestjaw kontinwament biex joħroġ riżultat effettiv u sodisfanti. Mhux se jkunu esposti biss għall-bini ta› robots iżda

ħa jkollhom sessjonijiet ta’ coding u programming biex joħorġu b’soluzzjonijiet għall-kompiti ppreżentati. Se jkollhom attivitajiet differenti li jistgħu jkun minn siegħa sa erbgħa siegħat u saħansitra ftit ijiem. Se ikunu esposti għal-‘3D design and printing’ kif ukoll ‘Green Screen Technology’ għal animazzjoni u ‘video editing’ filproġetti tagħom. Ħafna attivitajiet li żgur li se jistimulaw il-moħħ tagħhom u jżommhom impenjati. Bħala attivita’ ir-robotika hija waħda li ssir biss f’ambjent ta’ klassi, magħluq jew tista ssir fuq barra wkoll? Is-sabiħ tal-attivitajiet tar-robotika huma li mhux neċessarjament iridu jsiru ġo klassi, jew magħluqin ġewwa. Anzi ċertu proġetti jkunu ferm aktar effettivi fi spazji akbar jew barra. B’hekk ikunu jistgħu jippruvaw u jesperimentaw bil-potenzjal kollu li r-risors għandu x’joffri. Per eżempju, jekk qegħdin jagħmlu esperiment biex jifhmu jekk il-veloċità tiġi affettwata mill-ħin u d-distanza li qed ikopri, tista toħroġ riżultati aħjar barra fi spazju akbar. Ċertu risorsi tar-robotika jistgħu jintużaw fl-ilma allura nistgħu anke mmorru sal-baħar għallezzjoni tar-robotika! Qarrejja tagħna li jixtiequ jagħtu xi risors edukattiv ta’ robotika bħala rigal lil uliedhom, x’tissuġġerixxi? Aktar ma tkun espost għar-risorsi edukattivi tar-robotika sa minn eta’ zgħira aktar qed tkabbar l-għarfien fis-suġġett li jgħinek tiffaċja aspetti differenti b’indipendenza. Blocks magħmulin bi ħsieb għal preparazzjoni tar-robotika huma ferm importanti. Ix-xelta vasta Ii għandha x’toffri Engino Education tgħin lit-tfal ikabbru l-għarfien tar-robotika minn eta’ tenera ta’ tlett snin u l-firxa ta’ dawn il-prodotti tibqa tielgħa magħhom. Permezz ta’ struzzjonijiet li jiġu mal-prodott int tkun tista’ tibni robot b’ forom differenti. Eventwalment iżżid mutur biex iċċaqlaq il-mudell li tibni u bilmod il-mod tibda iddaħħal sensors u eventwalment programming bi ħsieb. VEX Education jagħti wkoll dan il-pedament sod li jwassalhom għal proġetti li jinbnew b’suċċess. Robots u risorsi lesti li tipprogramma permezz tal-coding bħal Scottie Go, Sphero u Qobo robobloq. Dawn huma risorsi edukattivi ferm sbieħ li bis-saħħa tal-coding u programming tiftaħ orizzonti oħrajn. Dawn u ħafna aktar jistgħu jinxtraw lokalment kif wkoll minn fuq l-online shop - digital.com.mt L-aħħar mistoqsija, lezzjonijiet ta’ robotika għal liema suġġetti oħrajn ikunu qiegħed iħejju wkoll lil uliedna? M’hix kwistjoni ta’ suġġett iżda żvilupp tal-moħħ biex jiġi organizzat b’mod sistematiku u loġiku. Il-programm tar-robotika jipprerara lit-tfal biex jaqsmu problema f’biċċiet żgħar u jitgħallmu jikkreaw soluzzjonijiet loġiċi permezz ta’ sekwenza. Dan il-potenzjal ġo bniedem huwa ferm importanti għall-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum. Għalhekk programm tar-robotika jista jiġi nkluż u ntegrat ma’ kull suġġett u aspett fil-ħajja.


18

RFU a Ħ aG N A na PRATTIK LI TGĦINN t e A ji i b si u nibqgħu ma' ħ

F

l-aħħar artikli tkellimna dwar kif mindfulness jgħinna nkunu preżenti fil-mument, b’ċerta attenzjoni ta` x’inhu jiġri madwarna, f’moħħna u f’ġisimna. Filwaqt li distrazzjonijiet esterni (bħal ħsejjes li qed nisimgħu madwarna) jafu jitilfulna l-konċentrazzjoni u l-paċi, l-istess nistgħu ngħidu fuq distrazzjonijiet interni li jafu jkunu ħafna aktar diffiċli biex nagħrfuwhom. F’dan l-artiklu ser niffokaw kif ħsibijietna jistgħu jservu ta` xkiel f’ċerti mumenti. Ħsieb huwa definit bħala idea, opinjoni, pjan, stampa jew

ELAINE AZZOPARDI

tagħna. Jaf qed iġibulna eċċitament, ferħ, dwejjaq, kreattivita`,

ħoss li jiġi ffurmat fil-moħħ intenzjonalment jew jitfaċċa f’daqqa

dubji, stress, ansjeta` jew iġegħluna nibqgħu ninkwietaw fuqhom.

waħda mingħajr ma tkun qed tistennih. Il-ħsibijiet fil-fatt jistgħu

Inkwiet żejjed u kontinwu jaf ikabbar problema jew saħansitra

jitfaċċaw minn kullimkien, f’kull ħin u f’kull mument tal-ġurnata,

joħloq waħda li qatt ma kien hemm. Din ħa ttellifna mill-paċi

xi kultant mingħajr ma aħna nistednuwhom. Jiġu bħal sħab

u s-serenita` interna li tant għandna bżonn biex ngħixu ħajja

fis-sema, qisu s-sema hija moħħna u s-sħab qishom ħsibijietna.

trankwilla. Mindfulness jgħinna nagħrfu meta jiġri dan u permezz

Qatt innutajtu kemm il-ħsieb jgħaddilkom minn moħħkom matul

ta’ eżerċizzji li tkellimna dwarhom f’artikli preċedenti (bħal

il-ġurnata? Qatt ħsibtu fuq dan? Tinstema` ikkomplikata il-ħaġa li

eżercizzji tan-nifs) flok nirreaġixxu, inkunu kapaċi nikrejaw l-ispazju

naħsbu fuq il-ħsibijiet, imma daqshekk huwa kumpless il-moħħ!

li għandna bżonn biex insiru konxji ta’ dawn il-mumenti. Niftakru li

Riċerka turina kif persuna taf tesperjenza mas-sitt elef ħsieb

l-moħħ għandu tendenza li jinterpreta sitwazzjonijiet kif irid hu u

kuljum (Tseng & Poppenk, 2020).

jimla l-vojt ta` stejjer li ma jkunux kompluti. Mindfulness ħa jgħinna nieqfu u naraw l-istampa minn fuq, narawha mill-vista tal-għasfur

Nistedinkom taqraw il-passaġġ t’hawn taħt u tinnutaw x’inhu

u allura dan ħa jagħtina l-abbilta’ li naraw ħsibijietna aktar ċari.

jiġri fi ħsibijietkom waqt li qed taqraw sentenza wara l-oħra.

Maria xtaqet tixtri ġugarell. Hi daħlet fil-ħanut mat-tifla tagħha. Waqt li bdiet iddur, bdiet tinkwieta li mhux ħa jogħġobha l-ġugarell li ħa tixtri lin-neputija tagħha.

Nispiċċa dan l-artiklu bi kwotazzjoni ta` Mark Twain li jien ngħaddi lill-istudenti tiegħi waqt il-lezzjonijiet:

‘Most of the worst events in my life, never actually happened’. Ħafna mil-agħar avvenimenti ta` ħajti, qatt ma vera ġraw.

Indunajtu kif waqt li qed taqraw, il-verżjoni ta` min hi Maria nbidlet ma` kull frazi?

Ikun hemm ġranet fejn is-sema tkun ċar u drabi oħra msaħħab. Iżda ftakru dejjem xejn mhu għal dejjem, anki ħsieb. Ikrah kemm

F’mindfulness nitgħallmu nagħrfu xi ħsibijiet, emozzjonijiet

hu ikrah, jgħaddi bħas-sħab li jgħaddu fis-sema u fejn tħossu

u sensazzjonijiet ikollna f’ġisimna f’mumenti ta` ferħ, niket jew

il-ħtieġa, tiddejqux tfittxu l-għajnuna u l-appoġġ ta’ nies qaribkom

rabja per eżempju. Nitgħallmu nibqgħu ma` dawn il-ħsibijiet u

jew professjonali. Għal aktar informazzjoni, nistedinkom issegwu

minflok naħarbuwhom jew nitfgħawhom taħt it-tapit, nosservaw

l-paġna tiegħi fuq Facebook, Mindfulness with Elaine: Calming the

kif qed inħossuna meta npoġġuwhom fiċ-ċentru tal-attenzjoni

puppy mind.


19

Ir-rivista Sagħtar tagħlaq 50 sena minn meta bdiet tiġi ppubblikata ion of ħdan il-Malta Un fi r, ta ħ ag S i n o diet tkun Fondazzj na minn meta b se 0 5 ilr ka ak tf Teachers, qed vista Sagħtar. ri rippubblikata Din ir-rivista kkontribwiet għall-ħolqien ta’ kitba tajba u qari ta’ kwalità bil-Malti għall-istudenti Maltin u Għawdxin. F’ċelebrazzjoni apposta, attendew il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni u l-Isport Clyde Puli flimkien ma’ numru ta’ persuni distinti, ġew inawgurati ħarġa speċjali tar-rivista flimkien ma’ esebizzjoni permanenti f’forma ta’ mural b’viżwal li hu wirja tal-edizzjonijiet kollha passati tar-rivista. Ir-rivista Sagħtar bdiet fl-1971 mill-Moviment Qawmien Letterarju. L-idea tagħha ħarġet mill-“Kampanja Lsien Malti” li kellu l-moviment dak iż-żmien, li kellha l-iskop li trawwem sens ta’ identità lokali fil-Maltin. Riedu juru, fost l-oħrajn, li bil-Malti tista’ tfisser ruħek f’kollox, anki b’mod artistiku. Għat-titlu tar-rivista, fi kliem il-mibki Oliver Friggieri, li kien parti mit-tim mill-bidu nett, riedu “kelma Maltija safja iżda mhux stramba, fiha l-ġmiel tal-ħoss u tevoka l-fwieħa ta’ ħaxixa li tiżgħed fi gżiritna”. Fl-1976, imbagħad, is-Sagħtar għadda f’idejn l-MUT, li l-moviment raha bħala entità li setgħet issaħħaħ u tkabbar ir-rivista. Hija baqgħet tiġi stampata kull sena apparti f’perjodu qasir bejn l-2015 u l-2020, meta l-MUT ħasset li kien hemm bżonn eżerċizzju ta’ ristrutturar. Fl-2020 l-MUT waqqfet fi ħdanha Fondazzjoni Sagħtar, biex tieħu ħsieb ir-rwol professjonali tal-Union, inkluża din ir-rivista. Ir-rivista issa qed toħroġ f’żewġ formati, dak stampat u anki f’verżjoni diġitali fil-portal tal-Fondazzjoni – saghtar.org.mt. Il-Fondazzjoni tellgħet ukoll f’verżjoni diġitali r-rivisti l-antiki kollha mill-bidu nett, flimkien ma’ stejjer u artikli moqrija li wieħed jista’ jismagħhom mill-istess sit. Ir-rispons kien sabiħ ħafna, bin-numru li rreġistraw fil-portal s’issa jitla’ ’l fuq minn 5,200 persuna. Waqt attività fil-kwartieri tal-MUT, il-Ħamrun, biex tfakkar dan l-anniversarju, il-Prim Ministru Abela tkellem dwar kif anke hu bħala student kien jistenna dan il-magażin u enfasizza kif is-Sagħtar minn dejjem kellu valur edukattiv. “Imbagħad hemm il-valur tal-letteratura Maltija. Il-mod kif dan il-magażin tat-tfal jaf il-bidu tiegħu lill-iġganti tal-Moviment Qawmien Letterarju, qabel imbagħad għamlitu tagħha l-Union tal-Għalliema meta l-moviment ma baqax daqstant attiv. Għal dan u ħafna raġunijiet oħra hu sabiħ li llum qegħdin hawn bis-Sagħtar f’idejna 50 sena wara l-ewwel

pubblikazzjoni,” qal il-Prim Ministru, li radd ħajr lill-Union tal-Għalliema għax-xogħol tagħha biex ittejjeb l-esperjenza edukattiva tal-istudenti. Il-President tal-MUT, Marco Bonnici saħaq li “Fondazzjoni Sagħtar ippermettiet lill-MUT sabiex tkompli ssaħħaħ l-irwol doppju tagħha bħala organizzazzjoni trejdjunjonistika kif ukoll professjonali. L-isfidi trejdjunjonistiċi ma waqfux. Bħalma lkoll nafu kellna sena diffiċli f’ħafna aspetti u konna ffukati fuq issues importanti tal-membri tagħna u tas-soċjetà kollha. Biss, nieħu pjaċir ngħid li mil-lat professjonali l-Fondazzjoni kompliet tiżviluppa b’numru ta’ proġetti ġodda edukattivi, inkluża propju r-rivista Sagħtar, pubblikazzjonijiet u attivitajiet oħra.” Fid-diskors tagħha Elaine Germani, Chairperson ta’ Fondazzjoni Sagħtar u Viċi President Anzjan tal-MUT, qalet li mit-twaqqif tagħha sena ilu l-Fondazzjoni ħadmet qatigħ fuq diversi fronti imma b’għan wieħed. Dan huwa t-tixrid ta’ materjal edukattiv kemm għall-edukaturi u b’mod speċjali għall-istudenti. Fost il-proġetti hemm din ir-rivista, proġett ġdid bil-format li addottajna li fl-istess ħin għandu storja kbira li trid tiġi ċċelebrata u mfakkra. Aktar informazzjoni dwar ir-rivista tinsab fis-sit www.saghtar.org.mt. SORPRIŻA SABIĦA GĦAL KULL MIN JABBONA! Bħala ringrazzjament għas-sapport, kull min xtara jew ser jixtri abbonament tas-Sagħtar 2020-2021 ser ikun qiegħed jingħata b’xejn ħarġa speċjali tas-Sagħtar f’għeluq il-50 sena! Din l-edizzjoni speċjali hija ċelebrazzjoni ta’ 50 sena tar-rivista u fiha 50 minn fost l-aħjar kontribuzzjonijiet matul is-snin. Din il-ħarġa ser tkun speċjali anki fl-ammont ta’ paġni, li ser ikunu ta’ 96 paġna lkoll bil-kulur! Xi jfisser dan? Għal ammont limitat ta’ żmien, kull min ser jixtri s-sett ta’ din is-sena skolastika tar-rivista (Ottubru 2020 – Mejju 2021), b’€25 ser ikun qiegħed jirċievi: - 8 rivisti tal-abbonament normali tas-Sagħtar minn Ottubru 2020 sa Mejju 2021 - il-ħarġa speċjali ta’ 50 sena inkluża fil-prezz! Idħol hawn issa sabiex tabbona: https://saghtar.org.mt/hanut. Min diġà abbona ma jinkwieta xejn... ser jitqassam bħall-bqija tar-rivisti!


20

Aktar investiment f’uliedna:

Summer Catch-up Sessions

kazzjoni wasal biex joffri programm ta’ rkupru fit-tagħlim, li se jsir matul is-Sajf.

L-investiment f’uliedna fis-settur edukattiv huwa investiment dejjiemi. Fejn jidħol id-dritt sagrosant tat-tfal – l-edukazzjoni – l-investiment ma jaqta’ xejn. Mhux importanti l-ammont ta’ flus investiti. Għaliex dan ma huma xejn ħdejn il-futur tat-tfal tagħna. Kien għalhekk li meta faqqgħet il-pandemija, mill-ewwel tnissel il-ħsieb li b’fatt realistiku li l-pandemija kienet se ttellef l-edukazzjoni tal-istudenti, ried ikun hemm rimedju. Għaliex l-edukazzjoni ta’ uliedna hija prijorità. Prijorità li għaliha dan il-Gvern jinvesti u jinvesti bil-kbir. U meta tħares lejn dawn l-aħħar erba’ snin ta’ investiment fin-nies u investiment f’riformi, naraw li anki s-settur edukattiv gawda minn dan. L-aħħar investiment imħabbar huwa ta’ €257,000 għal programm sħiħ ta’ rkupru fit-tagħlim u l-edukazzjoni ta’ uliedna permezz Summer Catch-up Sessions indirizzati biex jagħmlu tajjeb għal studenti li tilfu mill-edukazzjoni tagħhom waqt il-pandemija. Kif qalet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, dan seta’ jsir għaliex pajjiżna kellu ekonomija b’saħħitha. Permezz ta’ dan il-programm, li huwa ko-finanzjat minn fondi Ewropej, se jkunu provduti lezzjonijiet addizzjonali għall-istudenti fil-primarja u s-sekondarja biex jingħataw l-opportunità li jirrevedu dak li tgħallmu matul din is-sena skolastika. Programm li huwa maħsub li jassisti lil dawn l-istudenti li matul din il-pandemija sabuha aktar diffiċli biex ikomplu bit-tagħlim tagħhom. Meta faqqgħet il-pandemija f’Marzu tas-sena li għaddiet, waħda mill-ewwel miżuri ta’ prevenzjoni kienet l-għeluq tal-istituzzjonijiet edukattivi. Bħala Gvern u Ministeru għall-Edukazzjoni, kien hemm ħidma biex din ma jkolliex effett fuq uliedna ħalli ma jispiċċawx vittmi ta’ pandemija dinjija li ħolqot sitwazzjonijiet bla preċedent. Ħidma li wasslet biex l-iskejjel fetħu mill-ġdid f’Settembru tas-sena li għaddiet u baqgħu miftuħin matul din is-sena skolastika kollha. Sakemm fetħu l-iskejjel, kienu provduti mezzi alternattivi ta’ tagħlim, bi skola virtwali, lezzjonijiet onlajn għal kulħadd u tagħlim fuq il-pjattaforma diġitali, filwaqt li nfetħu skejjel virtwali għal studenti li kienu f’riskju. Minkejja din il-ħidma kollha, studju intern inizjali li sar juri, li fl-attendenza matul is-sena skolastika 2020/2021, kien hemm numru għoli ta’ assenteiżmu minn numru sostanzjali ta’ studenti. Huwa għalhekk li b’ħidma intensiva u koordinata, il-Ministeru għall-Edu-

Dan se jsir b’mod strutturat u jkunu indirizzati l-ewwel dawk li għandhom rata għolja ta’ assenteiżmu waqt il-pandemija, jiġifieri dawk l-istudenti li għandhom inqas minn għaxra fil-mija attendenza skolastika matul din is-sena (Ottubru 2020-Mejju 2021) u li qabel il-pandemija fis-sena skolastika Ottubru 2019-Marzu 2020, attendew b’mod regolari fl-iskejjel. Dawn l-istudenti ġew identifikati għal kull sena fis-sistema skolastika – minn Year 1 sa’ Year 11, total ta’ 2,360 student (1,190 student tal-primarja; 402 ta’ Year 7 u Year 8 jiġifieri ta’ skejjel medji; u 768 student ta’ Year 9 u Year 10 – skejjel sekondarji. Il-programm imfassal jinkludi firxa mhux biss ta’ lezzjonijiet bażiċi ta’ rkupru, imma wkoll appoġġ permezz ta’ diversi servizzi, li se jsir kemm b’mod fiżiku (in-person) imma wkoll permezz ta’ tagħlim virtwali. Huwa programm ta’ tmien ġimgħat li jibda mit-12 ta’ Lulju u jibqa’ għaddej sat-3 ta’ Settembru, tajmtejbil ta’ erbat ijiem filġimgħa, bejn it-tmienja u nofs ta’ filgħodu sa’ nofsinhar u l-istudenti se jkunu mqassma fi gruppi skont is-sena skolastika tagħhom minn Year 1 sa’ Year 10. Biex kollox ikun koordinat, se jkun hemm 4 ċentri ta’ tagħlim għal-livelli primarji: f’Raħal Ġdid, Birkirkara, il-Qawra, u Rabat Għawdex – u l-iskola Nazzjonali virtwali u 4 ċentri ta’ tagħlim għal-livelli medji u sekondarji: f’Santa Luċija, l-Imrieħel, il-Mosta, u l-Iskola Sekondarja f’Għawdex – u l-Iskola Nazzjonali Virtwali, u ċentru għal sessjonijiet tal-Prince Trust International Achieve Programme. Iċ-Ċentru PTI Achieve Catch-up sessions se jaħseb f’units fuq livelli differenti biex l-istudenti jirkupraw dawk il-units li għandhom bżonn għal ċertifikat jew kwalifika f’livell MQF 1/2/3. L-istudenti identifikati li għandhom bżonn dawn is-sessjonijiet ta’ rkupru se jkunu kuntattjati min naħa tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Din l-inizjattiva għandha għan wieħed. Li nagħtu opportunità lill-istudenti tagħna biex jirkupraw dak it-tagħlim li tilfu matul dawn ix-xhur ta’ pandemija li għixna flimkien. Dan il-gvern jinvesti finnies, f’uliedna, għaliex dawn huma l-mexxejja u s-soċjetà ta’ għada, il-futur ta’ pajjiżna. Matul dawn is-snin għamilna investimenti kbar permezz ta’ fondi Ewropej fil-qasam tal-edukazzjoni. Dan juri kemm dan il-gvern huwa verament gvern għan-nies u li jinvesti fin-nies, għalhekk qed inkomplu ninvestu fl-edukazzjoni ta’ pajjiżna biex inkomplu nippreparaw lil Malta għall-ġejjieni.


21

Imnedija ħames skemi ta’ boroż ta’ studju b’investiment ta’ €2.1 miljun Meta wieħed iħares lejn l-investiment fis-settur edukattiv, ikun qed iħares lejn investiment li jkopri diversi oqsma edukattivi. M’huwiex investiment biss f’infrastruttura edukattiva, jiġifieri investiment fil-ġebla – li hija importanti wkoll għaliex l-ambjent li fih tingħata l-edukazzjoni huwa wieħed li jitqies bħala importanti ferm. Hemm ukoll l-investiment fil-metodi tat-tagħlim, jiġifieri investiment li jkompli jtejjeb il-kurrikulu Nazzjonali. Investiment fl-edukaturi, investiment fit-tagħmir u wkoll investimenti f’setturi varji. Investiment li huwa parti minn dan is-settur vast, huwa wkoll dak li jsir biex l-istudenti jingħataw l-opportunitajiet kollha possibbli għall-avvanz tal-istudji tagħhom. Fil-jiem li għaddew tħabbru ħames skemi ta’ boroż ta’ studju li jammontaw għal aktar minn żewġ miljuni. Dan huwa investiment importanti mhux biss fl-istudenti tagħna, imma f’pajjiżna. Kif qalet il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, “L-aqwa riżors li għandna fil-pajjiż huwa r-riżors uman u allura importanti li nkomplu ninvestu fil-ħiliet tan-nies.” F’dan il-każ partikolari hemm ħames boroż ta’ studju li huma f’ħames setturi importanti ħafna li allura mhux biss se jibbenefikaw minnhom l-istudenti tagħna, l-applikanti, imma se jibbenefika wkoll l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna. L-iskema tal-Endeavour tammonta għal €10.8 miljun iffinanzjati minn fondi Ewoprej, u li s’issa bbenefikaw minnha madwar elf student. Matul din is-sena ġew allokati madwar €800,000 għall-Endeavour Scholarships Scheme. Din l-iskema qed tagħti prijorità lil dawk li jkunu jridu jistudjaw f’setturi partikolari bħal dawk tal-finanzi u management, ICT, saħħa, turiżmu u ospitalità, trasport, loġistika u xjenza. Il-mira ta’ dan il-gvern huwa li jkompli jipprovdi aktar opportunitajiet edukattivi għal kulħadd, u b’hekk ikun qed isir aktar investiment fil-Maltin u l-Għawdxin biex jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom. L-impenn tal-gvern fis-settur edukattiv huwa li jsir dak kollu possibbli biex jingħataw l-aqwa opportunitajiet għall-benefiċċju tal-istudenti biex ikollhom l-isbaħ esperjenza fil-formazzjoni tal-edukazzjoni tagħhom. Dan qed isir għaliex il-gvern jemmen fil-kapaċitajiet tal-istudenti u jrid jagħtihom l-aqwa esperjenza fis-settur edukattiv.

IL-BOROŻ TA’ STUDJU HUMA: • Boroż ta’ Studju dwar Edukazzjoni Terzjarja: Għal din l-iskema, hemm €370,000 disponibbli. TESS hija skema oħra miftuħa għall-istudenti post-universitarji u għandha l-għan li tipprovdi opportunitajiet ta’ finanzjament għall-istudenti biex ikunu jistgħu jsegwu programmi ta’ studju ta’ edukazzjoni għolja u tinkoraġġixxi lill-istudenti jżidu l-livelli ta’ riċerka akkademika. Din is-sena saru tibdiliet pożittivi f’din l-iskema, fosthom li l-benefiċċjarju se jirċievi lura fondi mill-bidu tal-istudji minflok minn sena b’lura. • Boroż ta’ Studju tal-Arti: Se jitqassmu €330,000 permezz ta’ din l-iskema. Il-Ministeru qed jagħti importanza wkoll lill-arti għaliex jemmen li din hija l-polz u r-ruħ ta’ nazzjon vibranti u progressiv. • Boroż ta’ Studju dwar l-Isport: Qed isir investiment ta’ €130,000 għall-Iskema tal-Isport. L-isport qed jittieħed fil-livell professjonali u jippromwovi l-iżvilupp ta’ atleti bi prestazzjoni għolja li eventwalment se jirrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali. • Boroż ta’ Studju fil-Mediċina Veterinarja: Qed jiġi allokat nofs miljun għal din l-iskema ġdida ta’ boroż ta’ studju li bdiet mis-sena l-oħra. Is-sena li għaddiet ingħataw 30 borża ta’ studju taħt l-iskema tal-VETS. Għal din is-sena, wara l-borża ta’ studju, l-istudenti se jkollhom ukoll opportunità ta’ impjieg. • Borża ta’ Studju Endeavour: Dan huwa proġett ta €10.8 miljun fi skema li qed tappoġġja edukazzjoni terzjarja ta’ kwalità tajba u tassigura li s-suq tax-xogħol Malti jkollu fih l-aħjar individwi, u tiggarantixxi li jkun f’pożizzjoni aħjar li jikkompeti fuq livell internazzjonali. L-iskema ENDEAVOUR hija parzjalment iffinanzjata mill-Programm Operattiv II tal-Unjoni Ewropea – Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020. €800,000 huma disponibbli din is-sena. Barra minn hekk, aktar tard din is-sena se titnieda Live The Language (Ltl) - Malta Foreign Languages Grants Scheme, li hija skema ġdida għaż-żgħażagħ biex jibbenefikaw minn għotja biex jitgħallmu lingwa barranija barra mill-pajjiż. L-għanijiet ewlenin ta’ din l-iskema huma liż-żgħażagħ ikunu provduti bil-possibbiltà li jsegwu taħriġ lingwistiku fil-pajjiż rispettiv; ikun promoss l-apprezzament tal-lingwi barranin u jittaffew in-nuqqasijiet tal-ħiliet fil-lingwi barranin, fost oħrajn. Din l-għotja se tkun ta’ €850 għal kull persuna. Dettalji dwar l-iskemi jinstabu fuq myscholarship.gov.mt


22

• • • •


23

JAYE Malta se Tipprovdi

‘Tagħlim Permezz tal-Prattika’ waqt Skolasajf Il-Fondazzjoni JAYE se tkun qed tgħin lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet intraprenditorjali tagħhom permezz tal-logħob, waqt Skolasajf.

Wara s-suċċess tal-Finali annwali li tellgħet ix-xahar li għadda, issa JAYE Malta qed tħejji biex tipparteċipa fi Skolasajf. Il-Fondazzjoni JAYE ilha tipprovdi programmi ta’ edukazzjoni intraprenditorjali għaż-żgħażagħ li għandhom bejn tmienja u 30 sena għal aktar minn tliet deċennji, u għat-tielet sena se tkun qed tiggwida lit-tfal Maltin li jattendu l-iskola tas-sajf, b’sistema ta’ tagħlim permezz tal-prattika – ‘learning by doing’. “Skolasajf tipprovdi ambjent ideali biex, permezz tal-logħob u x-xogħol fi gruppi, JAYE tgħin lit-tfal jiksbu ħiliet għall-ħajja li huma vitali u li forsi ma jidħlux fil-kurrikulu tal-iskola matul is-sena,” spjegat Fiona Captur, CEO ta’ JAYE Malta. “Dawn il-ħiliet se jinkludu l-immaniġġjar bażiku tal-flus, l-ibbaġitjar, kif għandek tipprijoritizza, u l-benefiċċji ekonomiċi ta’ meta tkompli tistudja.”

Din l-inizjattiva qed issir wara li għaddew il-Finali Nazzjonali ta’ JAYE Malta ta’ din is-sena, li saru online f’Mejju. Il-Finali huma opportunità għat-timijiet tal-istudenti fi ħdan il-programmi intraprenditorjali tal-JAYE sabiex jippreżentaw xogħolhom quddiem ġurija esperta u indipendenti, u r-rebbieħa mbagħad jieħdu sehem f’diversi kompetizzjonijiet prestiġjużi Ewropej. Din is-sena, wieħed minn dawn it-timijiet kien The Buddies, mill-Kulleġġ San Albert il-Kbir, li dan l-aħħar rebaħ il-Global FinCap Challenge. Dawn iż-żgħażagħ Maltin, li għandhom bejn it-12 u s-16-il sena, għelbu timijiet minn 12-il pajjiż ieħor, u rebħu l-premju bil-kreazzjoni innovattiva tagħhom ‘Saving Buddy Tool’, app għat-tfaddil tal-flus iddisinjata biex tindirizza

l-kapaċità finanzjarja taż-żgħażagħ ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi personali tagħhom.

“Il-fatt li qed noffru liż-żgħażagħ pjattaforma globali ta’ dan it-tip, quddiem esperti mill-industrija, jiftħilhom il-bieb biex dik li tkun bdiet bħala idea sempliċi – f’dan il-każ, imnebbħa waqt il-logħob ta’ video game – jikkonvertuha f’realtà, u din se tgħin biex tipprovdi – mhux biss liż-żgħażagħ, imma anke lill-adulti u ’l-istituzzjonijiet – bl-għarfien u s-sapport li għandhom bżonn biex jiksbu l-kapaċità finanzjarja,” kompliet is-Sa Captur. Filwaqt li qed tippjana biex terġa’ tibda torganizza l-programmi tal-intraprenditorija għaż-żgħażagħ wiċċ imb wiċċ, hekk kif bil-mod il-mod qed jitneħħew il-miżuri marbutin mal-pandemija tal-COVID-19, JAYE Malta qiegħda wkoll tħejji biex ittella’ l-attività msejħa ‘Social Innovation Challenge’. Dan l-avveniment ta’ ġurnata, immirat lejn tfal li jattendu l-iskejjel medji u sekondarji, se jiffoka fuq l-importanza tal-Newtralità Karbonika u l-Arkitettura Ekoloġika.

Fl-istess waqt, bħalissa qed jiġi żviluppat proġett komunitarju bil-ħsieb li jressaq liż-żgħażagħ lejn il-ħiliet tal-litteriżmu u l-kapaċità finanzjarja, bl-iskop ta’ benesseri finanzjarju fit-tul u bbażat fuq deċiżjonijiet infurmati. Il-Fondazzjoni qiegħda wkoll tipprepara biex dalwaqt tintroduċi fil-kurrikulu tagħha l-kunċetti tal-evalwazzjoni tal-kreditu u l-importanza tat-tfaddil. Aktar informazzjoni dwar JAYE Malta tinsab online fuq www. jayemalta.org.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
EDUKA Ġunju 2021 by Union Print - Issuu