Skip to main content

Sliem u Ħajja - Settembru 2018

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Settembru 2018

“Aqdef ’il barra fil-fond”

Il-ħidma fil-Parroċċa tinqasam f’diversi taqsmiet, kollha għandhom l-importanza tagħhom, imma l-kuntatt tagħha man-nies, jibqa’ dejjem prijorità. Għalhekk hija msejħa, biex f’isem Ġesù, tħobb u tgħin lin-nies, tilqa’ li kulħadd, tweżinhom fl-isfidi u diffikultajiet, takkumpanjahom fil-mixja tal-ħajja u tgħinhom jersqu aktar lejn Ġesù.

B’dan il-ħsieb, f’dawn l-aħħar xhur, fil-Parroċċa tagħna qed naħdmu fuq żewġ inizjattivi importanti, bl-iskop li nkunu ta’ għajnuna u sostenn lilladdolexxenti u żgħażagħ tal-Parroċċa tagħna. Għall-grazzja ta’ Alla, fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, ser nerġgħu niftħu l-MUSEUM tal-Bniet fi triq St. Edward’s. Nixtieq ta’ dan nirringrazzja lis-Soċjetà tal-Museum tal-Bniet li laqgħu t-talba tal-Parroċċa u aċċettaw il-proposta tagħna. Dan ser ikun post ta’ formazzjoni għall-adolexxenti bniet tal-Form 1 u Form 2. Bħalissa, dan il-post, flimkien malKappella li hemm miegħu, qed jiġu rranġati, biex b’hekk ikun hemm ambjent tajjeb biex dawn l-adolexxenti jieħdu l-formazzjoni tagħhom. Peress li nifhmu li dawn l-addolexxenti, f’din l-età jkollhom bżonn xi ħadd li jakkumpanjahom, ser ikun hemm magħhom nies apposta tal-Museum, biex mhux biss jedukawhom fil-mixja tal-fidi, imma wkoll jgħinhom fil-mixja tal-ħajja. Għalhekk minn issa ’l quddiem, l-addolexxenti kollha bniet u subien minn Form 1 ’il fuq, ser jibdew jattendu

l-MUSEUM rispettiv tagħhom, fi tħejjija għasSagrament tal-Griżma tal-Isqof. Nixtieq għalhekk nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Katekisti kollha taċ-Ċentru Parrokkjali u tal-MUSEUM, għallimpenn u dedikazzjoni tagħhom fil-Parroċċa tagħna. Tassew, għandna għalfejn inkunu grati lejn dawn innies li jiddedikaw ħajjithom għall-ġid tal-oħrajn. It-tieni inizjattiva li qed naħdmu fuqha fil-Parroċċa, hija ż-żgħażagħ. Bl-iskop li ngħinu aħjar lil din ilkategorija ta’ persuni, għadna kemm waqqafna team ta’ 16 il-żagħżugħ/a li flimkien miegħi bħala l-Kappillan, qed naraw kif bil-mod il-mod nkunu aktar viċin taż-żgħażagħ fil-ħajja tagħhom. Din ilħaġa, filwaqt li għadha fil-bidu tagħha, impenjati li nagħmluha billi; naħdmu flimkien, nisimgħu u naraw x’hemm bżonn isir u fejn hemm il-ħtieġa nieħdu l-formazzjoni li hemm bżonn biex dak li għandna nagħmlu, nagħmluh tajjeb għall-ġid ta’ dawn il-persuni. B’dawn iż-żewġ inizjattivi, inħoss li qed nilqgħu l-istedina ta’ Ġesù meta jgħidilna: “Aqdef ’il barra fil-fond” (Lq 5,4). Dan ifisser, li bħala Parroċċa, noħorġu mill-ambjent tagħna, biex niltaqgħu mannies, biex ngħinuhom jagħmlu esperjenza ta’ Ġesù. Din hija l-missjoni tal-Knisja llum. Ejjew għalhekk nikkoperaw ma’ dawn l-inizjattivi u nitolbu ħalli l-ġid, bil-grazzja ta’ Alla jkompli jitkattar. Dun Ewkarist Zammit KAPPILLAN


ŻGĦAŻUGĦ MILL-PARROĊĊA TAGĦNA FIL-MIXJA

TAL-ĦAJJA RELIĠJUŻA Jekk Alla jrid nhar is-Sibt 29 ta’ Settembru 2018 jiena se nersaq għall-Professjoni Sempliċi fi ħdan l-Ordni tal-Predikaturi. Din l-Ordni ġiet imwaqqfa minn San Duminku ta’ Guzman fl-1216. L-għan talOrdni b’mod speċjali hu x-xandir tal-Kelma bil-predikazzjoni u t-tixrid tal-verita’. Infatti San Duminku kien jitlob u xi kultant jibki għassalvazzjoni tal-erwieħ ħalli ħafna nies jersqu iktar lejn Kristu. Fil-Professjoni jiena se nwiegħed għal dawn it-tliet snin li ġejjin li ngħix tliet voti evanġeliċi, jiġifieri li anke Kristu ppropona li jiena ngħix fil-ħajja reliġjuża li hu qiegħed isejjaħli għaliha. Dawn huma l-faqar, l-ubbidjenza u l-kastita’. Il-faqar fil-ħajja reliġjuża ma jfissirx li ma jkollix ikel u xorb u affarijiet oħra essenzjali. Ifisser li ma nkunx marbut ma’ dawn l-affarijiet taddinja u persuni u li naqsam ma’ ħuti fil-kommunita’ li flimkien qed

ngħixu dan l-istil ta’ ħajja u biex l-attenzjoni tiegħi tkun iffukata l-aktar fuq il-persuna ta’ Kristu. F’dinja fejn ma tantx tippromwovi l-ubbidjenza, jiena se nwiegħed li nobdi lis-superjuri tiegħi. Meta nobdi lis-superjuri, ifisser li fir-rieda tagħhom jiena rrid nara dak li jrid Alla minni. Il-kastita’ kif jipproponi Kristu tgħinni ngħix l-imħabba tiegħi b’mod sħiħ mhux limitata Bro. Ian Zammit ORDNI TAL-PREDIKATURI

għall-persuna waħda imma li tkun miftuħa għal kulħadd. Nitlobkom titolbu għalija ħalli nibqa’ nwieġeb għas-sejħa li qiegħed jagħmilli l-Mulej u għall-aktar vokazzjonijiet reliġjużi u saċerdotali millparroċċa tagħna. Min qed iħoss xi sejħa mill-Mulej jitlob u jieħu parir u ma jaqtax qalbu fil-mumenti diffiċli.


HAWN TANT TALENT! Kontu tafu li fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan hawn ħafna nisa u tfajliet b’talenti sbieħ tax-xogħol tal-idejn? Dawn jiltaqgħu kull nhar ta’ Tnejn bejn l-4.00pm u 6.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali u jagħmlu xogħol ta’ ganutell, żibeġ, rakkmu, biżżilla

taċ-ċombini, ganċ u xogħol tallabar. L-affarijiet li jaħdmu huma ta’ preġju kbir. Hemm min jibda dan il-kors ta’ Krafts ma taf tagħmel xejn imma tispiċċa tagħmel xogħlijiet tassew meraviljużi.

Jekk titħajjar ejja nkiteb fiċ-Ċentru Parrokkjali nhar l-24 ta’ Settembru bejn is-6.00pm-7.00pm. Tista ċċempel 21443446 biex tingħata aktar informazzjoni. Għaliex ma titħajjarx u tiġi inti wkoll?

Il-kors jibda f’Ottubru u jispiċċa f’April. Tingħata kontribuzzjoni darba biss ta’ €10 għall-kors kollu.

– Carmen Debono

ĦINIJIET ĠODDA TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa: Filgħodu: Mid-9.00am sal-10.30am Filgħaxija: Mill-5.00pm sas-7.00pm.

Tel: 21486350  E-mail: parrocca.qormi.sb@maltadiocese.org

Fil-Parroċċa tagħna nsibu l-Mother & Baby Club. Dan jorganizza Playgroup għat-tfal min sitt xhur sa tliet snien. Dawn iridu ikunu akkumpanjati minn adult. Dan il-grupp huwa attrezzat b’logħob edukattiv. L-iskop huwa biex it -tfal min età zgħira jkollhom l’opportunità biex jilgħabu flimkien ma’ oħrajn. Wara l’waqfa tas-Sajf, dan il-grupp jerġa jibda it-Tlieta 25 ta Settembru mid-9.15am sal-11.15am, fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Parroċċa tagħna. Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 99867188 jew 9922922.


PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ SETTEMBRU Il-Ħadd 2

L-Ewwel Ħadd tax-xahar – Ġabra Speċjali għall-ħtiġijiet tal-Knisja.

Il-Ġimgħa 7

L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa

Is-Sibt 8

Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Il-quddies ikun bħal kull nhar ta’ Sibt.

L-Erbgħa 12

Jibda jiltaqa’ fiċ-Ċentru Parrokkjali, l-Grupp Meditazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali, fis-7.15pm.

Il-Ħadd 9

Fil-Quddiesa tad-9.30am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.

Il-Ħadd 16

Fil-5.00pm ikollna l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina u l-Quddiesa fis-6.00pm.

It-Tnejn 17

Fl-10.00am, fil-kripta tal-knisja, issir siegħa adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech. Kulħadd mistieden. Fis-6.30pm ikollna Quddiesa għall-erwieħ ta’ dawk li mietu fil-parroċċa tagħna fix-xhur ta’ Mejju, Ġunju, Lulju u Awwissu.

Il-Ħadd 23

Fl-10.00am jibda l-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ (il-Kors ta’ Kana) fiċ-Ċentru Parrokkjali. Nitolbu għall-koppji kollha li se jagħmlu dan il-kors ħalli jkun ta’ ġid għalihom.

L-Erbgħa 26

Wara l’ waqfa tas-Sajf, jerġa jibda jiltaqa l-grupp tal-Ladies Circle, bil-Quddiesa fid-9.30am, fiċĊentru Parrokkjali. In-nisa kollha huma mistiedna.

Is-Sibt 29

Fis-6.30pm, fil-Knisja tad-Dumnikani, ir-Rabat, issir il-Professjoni Sempliċi ta’ Bro. Ian Zammit mill-parroċċa tagħna fi ħdan l-Ordni tal-Predikaturi. Kulħadd mistieden.

TBERIK U ŻJARAT FIL‑FAMILJI It-Tberik tal-Familji ser ikompli matul ix-xahar ta’ Ottubru u jibda fl-4.00p.m. It-Tnejn 8 t’Ottubru: Triq ilPoeżija, Triq il-Għana u Triq Lydda. It-Tlieta 9 t’Ottubru: Triq id-Drama u Triq Ġuże Ellul Mercer. L-Erbgħa 10 t’Ottubru: Triq Bellic u Triq Ġuże Muscat Azzopardi. Il-Ħamis 11 t’Ottubru: Triq Mario Pace, Triq Nikol Montebello, Triq Marcel Attard Vagnolo u Triq Dun Ġorġ Fenech.

Il-Ġimgħa 12 t’Ottubru: Triq Nikol Baldacchino, Triq Carmelo Camilleri u Triq l-Imdina. It-Tnejn 15 t’Ottubru: Triq Ġorġ Agius, Triq Pawlu Farrugia, Triq Fonzu Meli, Triq Dun Alwiġ Psaila u Triq Ġuże Maria Camilleri. It-Tlieta 16 t’Ottubru: Triq il-Belt Valletta u Triq l-Erba’ Qaddisin. L-Erbgħa 17 t’Ottubru: Triq il-Kaċċatur, Triq in-Nassab, Triq ir-Ragħaj u Triq Armal. Il-Ħamis 18 t’Ottubru: Triq ilKanun, Triq is-Sebħ, Triq il-Furnar

u Triq Marco Montebello. Il-Ġimgħa 19 t’Ottubru: Triq l-Aħwa Zammit u Triq M. A. Vassalli. It-Tnejn 22 t’Ottubru: Triq Karm Debono u Triq Tal-Bajjada. It-Tlieta 23 t’Ottubru: Triq il-Qasam Sperimentali, Triq Wied il-Kbir, Triq San Vinċenz De Paule, Triq il-Biedja u Triq Francesco Debono. Grazzi ħafna li se tagħtuna ċ-ċans nidħlu fil-familji tagħkom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Sliem u Ħajja - Settembru 2018 by St Sebastian Parish Qormi - Issuu