Skip to main content

Avviżi 3 ta' Settembru 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

22 Ħadd A

3 ta’ Settembru 2017

____________________________________________________________________________________

•

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tat-Twelid ta’ Ommna Marija. Hija vaganza pubblika. Għalkemm mhix Festa Kmandata, xorta waħda mħeġġin li nieħdu sehem fil-quddies. Ilħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ xogħol.

•

Nhar is-Sibt 9 ta’ Settembru issir laqgħa ta’ talb għall-qdusija tal-kleru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbugia. Tibda fis-9.00pm bil-quddiesa u tibqa sejra bl-adorazzjoni sal-11.00pm.

•

Nhar il-Ħadd fid-9.30am issir il-quddiesa tal-magħmudija.

•

F’dawn il-ġranet sejrin nagħmlu ordni għal orgni ġdid għall-parroċċa tagħna, li l-bżonn tiegħu ilu jinħass. Se jkun orgni diġitali, li l-ħoss tiegħu huwa xieraq ħafna għall-Knisja u ser jiġi ordnat millOlanda. L-ispiża tiegħu hija ta’ €10,000. Naprezzaw ħafna min jista’ jagħtina offerta għalih.

•

Wasal il-fuljett Flimkien. Id-distributuri mitluba jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

•

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

•

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Avviżi 3 ta' Settembru 2017 by St Sebastian Parish Qormi - Issuu