Novembru 2013 Numru 108
NEWSPAPER POST
3 Editorjal 4 Il-kelma tal-Arçisqof 4 Il-waqg˙a ta’ Ruma 6 Tliet mistoqsijiet 7 Kant, talb u skiet 9 Kieku ma kienx is-Saçerdot 10 Il-fer˙ li nkun saçerdot 13 Newsbook 14 Uliedek ta˙t is-sittax? 18 Physical Touch IRBAÓ 21 Ittri mill-Qarrejja 23 Parroççi Maltin: Balluta MOBILE 25 Multiple Sclerosis: Aççettaha u kompli b’˙ajtek! VODAFONE 27 Log˙ob 29 Tfal 30 It-Tewmin ARA KOMPETIZZJONI PAÌNA 13
BSL
Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!
Lourdes
Fl-okkaÿjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunçizzjoni Inÿuru Lourdes, Bartres, Meridien Shopping Arcade, Pau u Pont d’Espagne 5-9 ta’ Diçembru
MINN
¢499
Æurnata xiri æewwa Katanja Inÿuru Is-suq ta’ Katanja, Auchan u Etnapolis Grupp 1 Grupp 2
16 ta’ Novembru 30 ta’ Novembru
MINN
¢139
Belgian Winter Wonderland Christmas Markets Inÿuru Ostende, Lille, Bruges, Ghent u Antwerp 8-14 ta’ Diçembru
MINN
¢529
Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim Tripla u jinkludu Titjiriet, Lukanda bil-Kolazzjon, Trasferimenti, Servizzi ta’ Tour Leader u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620
editorjal M.A.C.
Nixtiequ li Novembru jkun xahar li fih niftakru b’mod speçjali fis-Saçerdoti. F’din il-˙ar©a nsibu diversi pa©ni dwar dan is-su©©ett. Din id-darba ˙allejna dan l-ispazju f’idejn persuna lajka biex tikteb l-editorjal hi:
Bla saçerdot
H
uma ftit il-Maltin li ma jridux saċerdoti ħdejhom, għall-inqas fil-bidu u t-tmiem ta’ ħajjithom. Ħafna jriduh f’mumenti oħra wkoll: il-Preċett, il-Griżma, iż-Żwieġ. Minkejja l-istramberiji kollha, imma wkoll minħabba l-ħlewwa tagħhom, issaċerdoti huma ħbieb, għalliema, konfessuri, counsellors u mitt ħaġa oħra għalina. Kieku nistaqsu lill-Maltin x’jaħsbu dwar is-saċerdot, naħseb li ħafna huma talopinjoni li fil-maġġoranza kbira tagħhom is-saċerdoti offrew ħajjithom lill-Mulej u linnies fdati f’idejhom, dejjem fuq l-eżempju ta’ Ġesù. Kultant ma ġewx stmati biżżejjed, id-difetti tagħhom ixxandru ma’ kullimkien, u intesa li huma bnedmin bħall-oħrajn. Qed naraw in-numru tagħhom jonqos. Forsi wasal iż-żmien li nibdew naraw sew x’irridu mingħandhom, u huma x’jistgħu jagħtuna: • Nixtiquhom iwasslulna l-Kelma ta’ Alla, it-tifsir tagħha u kif Ġesù jidħol f’ħajjitna. • Irriduhom iwasslulna l-imħabba bla qies ta’ Alla, il-ħniena u l-ferħ tiegħu – bla kundizzjonijiet jew irbit. • Irriduhom ikunu qrib tagħna, fil-ferħ u n-niket, jaqsmu magħna ħajjitna, u jagħtuha t-togħma qawwija tal-preżenza tal-Mulej. Dan ikun biżżejjed għalina lkoll! ■
Magaƒin ta’ kull xahar ma˙ru© mill-Kulle©© tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien çempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neçessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti
Grafika Outlook Coop
Stampar Velprint Ltd
Ritratt: Ana, l-ewwel darba li ƒammet ©eru f’idejha. Ritratt me˙ud minn Joanna u Tyrone Galea.
AÓSEB FUQHA ‘Consult not your fears … but your hopes and your dreams. Think not about your frustrations … but about your unfulfilled potential. Concern yourself not with what you tried and failed in … but with what it is still possible for you to do.’ Ġwanni XXIII Ibgħat ħsibijiet qosra għal din ir-rokna: Flimkien, Aħseb Fuqha, Kurja, Floriana jew flimkien@maltadiocese.org. Ibqa’ flimkien mag˙na fuq Facebook. Ing˙aqad mag˙na int ukoll fil-pa©na “Magazin Flimkien” u ag˙ti l-kummenti tieg˙ek.
Trid li Flimkien b’TIPI KBAR jasallek dritt id-dar?
Jekk trid li l-magażin jasallek id-dar bil-posta, agħtina ismek u l-indirizz flimkien ma’ ċekk ta’ €10 jew 38 bolla ta’ 26ċ. Ikollok imħallas għal sena sħiħa. Jekk tibgħat ċekk, agħmlu pagabbli lil: Kulleġġ tal-Kappillani. Ibgħat hekk: Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, Floriana. Għal aktar tagħrif, ċempel 25906400, 21374942 jew email flimkien@maltadiocese.org. Flimkien Novembru 2013 | 3
il-kelma tal-arÇisqof Mons. P. Cremona O. P.
F’Novembru Xtaqt infakkar f’żewġ affarijiet: 1. L-g˙ani u Lazzru Ftit tal-Ħdud ilu fil-Quddiesa qrajna l-parabbola dwar raġel għani li kien jorganizza ikliet kbar, u Lazzru li ma kellux x’jiekol. Wara mewthom, il-fqir mar ‘fi ħdan Abraham’; l-għani spiċċa l-infern. La qegħdin f’Novembru, xtaqt nisiltu tagħlima minnha. • Għalkemm l-għani tilef ruħu, Abraham xorta sejjaħlu ‘ibni’; xorta baqa’ jħobbu. Imma l-Ġudizzju mhux se jkun dwar jekk iħobbniex Alla, imma dwar jekk inħobbuhx aħna! • It-tajjeb trid tagħmlu f’ħajtek. Meta l-għani talab lil Abraham itaffilu l-uġigħ, Abraham fakkru fil-vojt kbir li issa daħal bejniethom. • Tistenniex miraklu biex tbiddel ħajtek. L-għani talab lil Abraham biex jibgħat lil xi ħadd jikkonverti lil ħutu. Abraham wieġbu li jekk iridu jikkonvertu, jisimgħu lil Mosè u l-profeti. • Tajjeb titlob għall-mejtin, imma wkoll rawwem fik it-tama li xi darba int ukoll tkun ‘fi ħdan Abraham’. 2. Is-saçerdoti F’Novembru ftakar ukoll fil-ġid li jagħmlu f’ħajtek is-saċerdoti: bilquddiesa u s-sagramenti li jiċċelebraw, bil-qrar, bil-Kelma ta’ Alla, bl-eżempju u t-talb tagħhom, bis-sapport li jagħtuk. Għalhekk itlob għalihom, apprezzahom, inkoraġġihom, u ssapportjahom kif tista’. ■ 4 | Flimkien Novembru 2013
storja tal-knisja fil-qosor (7)
Il-waqg˙a ta’ Ruma 431
Il-Konċilju ta’ Efesu jikkundanna n-Nestorjaniżmu (kien jiċħad li Kristu kellu żewġ naturi, waħda ta’ bniedem u oħra ta’ Alla) u l-Pelaġjaniżmu (kien jgħid li l-bniedem seta’ jsalva ruħu anki bl-isforzi u r-rieda tiegħu biss). 451
Il-Konċilju ta’ Kalċedonja jikkundanna l-Monofiżitiżmu (kien jiċħad li Kristu kien bniedem). 452
Papa Ljun il-Kbir jipperswadi lil Attila biex jeħles lil Ruma mill-qerda. Imma tliet snin wara l-Vandali xorta jidħlu Ruma u jagħmlu ħerba kbira. 496
Clovis, Re tal-Franki, jikkonverti u jsir difensur tal-Kristjaneżmu fil-Punent. Il-poplu Frank kollu jsir Nisrani. 543
Imut San Benedittu. Ħalla effett kbir fuq il-forma tal-ħajja monastika fil-Punent. 533
Mercurius isir Papa Ġwanni II. Ikun l-ewwel Papa li jagħżel isem ieħor. Din id-drawwa saret ġenerali mill-Papa Serġju IV, fis-sena 1009.
HEARING TEST S A R E
AS SIMPL E AS EYE TE STS & C A N HELP TO IMPROVE THE QUA L IT Y OF YOUR L IFE J UST AS EASI LY Cleartone Hearing is the official Malta distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. Join us at one of our clinics running from Saturday 16th November - Thursday 28th November. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.
CLEARTONE HEARING MALTA LTD 11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd
Call: 21430571
CA NO LL W
A standard clinic fee will apply.
KUN AF IL-FIDI TIEGÓEK Fr Hector Scerri
3
Tliet mistoqsijiet #1 Veru li l-Knisja tippreferi
d-dfin u mhux il-kremazzjoni? Sal-1983, il-Knisja Kattolika ma kenitx tippermetti l-kremazzjoni. Fil-Kodiċi tal-Liġi Kanonika li daħal fis-seħħ f’dik is-sena, il-Knisja bdiet tippermetti din ilprattika li permezz tagħha l-ġisem mejjet jinħaraq fi fran li jtellgħu temperaturi għoljin ħafna, b’mod u manjiera li jibqa’ biss irmied. Madankollu l-Knisja tippreferi d-difna tal-ġisem mejjet. L-istess Kodiċi, fil-kanone 1176, para. 3, jgħid: “Bil#3 ħrara kollha, il-Knisja tirrakkomanda li titkompla d-drawwa qaddisa tad-dfin; imma ma tiċħadx il-kremazzjoni, sakemm din ma ssirx għal raġunijiet li huma kuntrarji għat-tagħlim Nisrani”. Il-Knisja tippreferi d-difna għax din tesprimi b’mod aktar ċar il-fidi fil-qawmien mill-imwiet, kif ukoll id-dinjità tal-ġisem tal-bniedem.
#2 Xi drabi tisma’ çerti innijiet
jew kanzunetti fil-funerali li fil-fatt ma jkunux reli©juƒi. Hemm xi regoli dwar il-muƒika u l-innijiet fil-funerali? Bħal kull ċelebrazzjoni liturġika li ssir fil-bini tal-knisja jew f’post ieħor, kif ukoll f’ċimiterju – li għan-Nisrani kien u jibqa’ post qaddis – l-innijiet li jintużaw għandhom ikunu reliġjużi, jiġifieri b’kontenut li jesprimi l-fidi f’Alla l-Imbierek u fl-aspetti prinċipali
6 | Flimkien Novembru 2013
tar-reliġjon Nisranija. L-innijiet waqt iċċelebrazzjoni tal-quddies tal-funeral, kif ukoll waqt mumenti oħra tal-funeral, bħaddifna, għandhom jesprimu fidi fi Kristu Rxoxt u l-misteru tal-Għid, il-fidi fil-ħajja ta’ dejjem u fil-qawmien mill-imwiet. Mużika u kanzunetti oħra, anki jekk kienu ħafna għal qalb il-persuna l-mejta, m’għandhomx jintużaw għax ifixklu mill-ġabra u t-talb li jkun qed isir minn dawk li qed jieħdu sehem fil-liturġija tal-funeral Nisrani. Waqt xi funerali tara ˙afna nies de˙lin u ˙er©in fis-sagristija jew madwar xi konfessjonarju biex iqerru. Dawn ma jfixklux millquddiesa? Ma jag˙tux l-impressjoni li kollox “i©ri u ©erri”? Hi dejjem ħaġa tajba li wieħed jersaq b’indiema u dispożizzjoni xierqa għas-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni u l-Penitenza. Il-ġrajja tal-mewt ta’ xi ħadd tal-familja jew xi kollega tax-xogħol jew wieħed mill-ġirien, jew mewt għal għarrieda ta’ xi żagħżugħ, spiss tqanqal fina, speċjalment jekk inkunu tbegħidna xi ftit mill-Knisja, ix-xewqa li nirrikonċiljaw mill-ġdid ma’ Alla. Din tkun esperjenza ta’ grazzja. Għalhekk il-qrar bl-għaġla u tal-aħħar mument m’għandux ikun. Idealment, wieħed għandu jsib ħin u post tajjeb fejn jista’ jqerr bil-kalma – qabel ilħin tal-funeral – biex hekk jikseb l-akbar ġid spiritwali mis-sagrament. ■
LITURÌIJA
Kant, talb u skiet Tifsira tal-poƒizzjonijiet u l-©esti fil-Quddiesa Vuçi wa˙da Il-kant u t-talb vuċi waħda waqt ilQuddiesa jesprimu l-preżenza ta’ Alla fost il-poplu tiegħu. Sfortunatament din l-idea li aħna ‘poplu ta’ Alla’ għadha ma tantx daħlet fostna – minkejja l-isforzi li saru mill-Konċilju Vatikan it-Tieni. Meta nitolbu u nkantaw flimkien, speċjalment fit-Talba Ewkaristika, inkunu qed nagħmlu innu lil Alla bħala l-poplu tiegħu. Importanti li nieħdu sehem flimkien fit-talb u l-kant – b’vuċi li m’hemmx għalfejn tkun tgħajjat imma li tkun tinstema’. Skiet Is-skiet joħloq atmosfera ta’ kalma madwarna u ġabra ġo fina; jgħinna ninqatgħu mill-għaġla tal-ħajja. Jgħinna nirriflettu fuq il-qari li nkunu smajna, u niftħu qalbna għal dak li nkunu qed niċċelebraw. Is-skiet jista’ jintuża f’mumenti bħall-Att Penitenzjali, wara l-qari tal-Kelma ta’ Alla, u wara t-tqarbin. Sfortunatament ftit li xejn nagħmlu
użu mill-ħin tas-skiet. U meta xi drabi fil-knejjes tagħna jkun hemm is-skiet, ġeneralment kulħadd iħossu skomdu u jibda jqaħqaħ għax ma jkunx jaf x’se jaqbad jagħmel! Imma s-skiet mhuwiex mument li fih ma jiġri xejn – hu opportunità biex nidħlu aktar fil-fond f’dak li jkun qed jiġri fil-Quddiesa u – bħal Marija – ‘ngħożżu f’qalbna dawn il-ħwejjeġ kollha’. Wa˙di jew flimkien? X’nagħmel meta fil-Quddiesa ma jkollix aptit inkanta jew nitlob mal-oħrajn għax ikolli bżonn noqgħod fil-kwiet u nitlob ftit waħdi? Fil-fatt il-quddiesa hija primarjament talba tal-Knisja (talġemgħa) u mhux talba fejn kulħadd jitlob għal rasu. Jekk nifhmu tajjeb it-talb li nkunu qed ngħidu fil-Quddiesa, malajr nindunaw li ħafna mit-talb li nkunu nixtiequ nagħmlu ‘waħedna’ fil-fatt diġà għandu postu f’xi ħin fil-Quddiesa, bħal meta nitolbu maħfra, nitolbu għall-mejtin, infaħħru u nirringrazzjaw lil Alla, nitolbu għall-paċi, eċċ. ■
Flimkien Novembru 2013 | 7
2.7%
Powered by FIMBank
6fixedmonth term deposit
2.6% 2.0% 3 month instant access
fixed term deposit
savings account
Open your online savings account and start earning 2.0% p.a. on your daily savings, with a minimum deposit of ₏50. Alternatively consider tieing your funds for a fixed term and benefit from a high interest rate of 2.6% p.a. for a 3 month fixed term or 2.7% p.a. for a 6 month fixed term starting with a minimum deposit of ₏1,000. Fixed term deposits with longer tenors are also available. All interest rates are quoted on a gross per annum basis.
2132 2102
helpdesk@easisave.com
www.easisave.com
FIMBank p.l.c. is a licensed credit institution in Malta with company registration C17003, is regulated by the Malta Financial Services Authority and listed on the Malta Stock Exchange. The Bank is a participant of the Depositor Compensation Scheme in Malta. Terms and conditions apply.
JUM ISSAÇERDOT
G˙all-okkaƒjoni ta’ Jum is-Saçerdot li niççelebraw f’Novembru, qed in©ibu ƒew© esperjenzi: wa˙da miktuba minn missier ta’ familja li sab g˙ajnuna minn saçerdot, u o˙ra miktuba minn saçerdot b’esperjenza kbira tal-˙ajja
Kieku ma kienx is-saçerdot Anthony Aquilina
L
-1989 tibqa’ mfakkra għal tmiem il-gwerra bierda, għal-laqgħa f’Malta bejn Bush u Gorbachev, u t-tmiem talKomuniżmu fl-Ewropa tal-Lvant. Għallfamilja tagħna, imma, nibqgħu niftakruha għall-prova li għaddejna minnha … u għallgħajnuna li sibna minn saċerdot. Wara diversi esperjenzi ta’ mard f’dik is-sena, ġie Diċembru u faqqgħet sajjetta ħafna akbar: it-tifel il-kbir ta’ 6 snin, Christopher, beda jħossu mdejjaq, muġugħ, jogħtor, jitlef leħnu u bla ma jħoss xejn f’ġismu. It-tifel kien ħakmu vajrus ta’ marda li ddgħajjef il-muskoli u n-nervituri. Beda jmur lura bil-minuti sakemm fl-aħħar, meta mort biex narah, il-konsulent qalli li niżżluh l-ITU. Għedt f’qalbi, ‘ITU?’ Mela Christopher se jmut? U kif se nagħti l-aħbar lil marti Madeleine?
Bdew jgħinuh bil-ventilator u l-fiżjoterapija, biex ġismu ma jiġġammjax. Tawh likwidi biss u għamlulu tracheotomy. Li kien għalihom konna nibqgħu 24 siegħa ħdejh, imma ma stajniex minħabba ż-żewġt itfal l-oħra. Biex tkompli tagħqad lili ħakmitni dipressjoni qawwija li ma ħallitnix nersaq lejn l-isptar. Il-piż waqa’ kollu fuq marti. Imma propju meta ħsibna li se negħrqu, daħlet il-Providenza: Madeleine tirċievi telefonata minn xi ħadd li staqsieha xtaqitx xi għajnuna mill-parroċċa. Mill-għada stess, bdew ġejjin nies biex iwassluna l-isptar (ma kellniex karozza) jew biex joqogħdu mat-tfal l-oħra. Hekk stajna nibqgħu ħdejn it-tifel aktar fit-tul. Sirna nafu li l-moħħ wara dan kollu kien il-kappillan tal-parroċċa li nduna li l-biċċa kienet se ttul, u għalhekk barra li avviċina Flimkien Novembru 2013 | 9
xi nies personalment, ħa ħsieb jorganizza roster biex mit-Tnejn sal-Ġimgħa, filgħodu u filgħaxija, diversi nies jieħdu ħsieb it-tfal jew iwassluna l-isptar. Kien ukoll sensittiv biżżejjed biex is-Sibt u l-Ħadd iħallihom vojta ħalli tal-familja tagħna jidħlu huma wkoll u ma jħossuhomx esklużi. Il-kappillan qabbad lil xi ħadd jixtrilna x-xirja għaliex dan ma stajniex nagħmluh. Saħansitra fil-Milied ipprovdielna l-ikel! Meta xi ħadd ma kienx ikun jista’ jwassalna l-isptar, kien iwassalna hu. In-nies tal-
parroċċa għenuna billi taw il-bottle lit-tarbija, lagħbu mat-tifla, sajrulna u saħansitra xi drabi raqdu għandna, l-aktar meta ħakmitni d-dipressjoni. Dan baqa’ għaddej tliet xhur sakemm it-tifel ħareġ mill-isptar. Marti u jien rajna kemm saċerdot jista’ jkun ta’ ispirazzjoni biex in-nies ikunu ta’ servizz għal min ikun għaddej minn tbatija. U Christopher? Christopher jinsab qawwi u sħiħ, illum jgħix l-Awstralja, miżżewweġ, b’tewmin bniet. ■
Il-fer˙ li nkun saçerdot Fr Timothy Radcliffe, O.P.
I
nqerr magħkom li aktar ma beda riesaq jum l-ordinazzjoni, aktar bdejt nibża’. Kont naf li m’iniex aħjar minn ħaddieħor, u ftakart f’Santu Wistin li dakinhar li ġie ordnat saċerdot kien beka ħafna. Madankollu, aktar ma għadda żmien aktar sirt konvint li l-pass li kont ħadt kien tajjeb, u aktar sirt inħobb is-saċerdozju, speċjalment bis-saħħa tal-konfessjonarju. Fil-konfessjonarju skoprejt li l-ordinazzjoni 10 | Flimkien Novembru 2013
ġġib lilna s-saċerdoti qrib in-nies, qribhom fil-mument propju meta jħossuhom bogħod minn Alla. F’dak il-mument inkunu ħaġa waħda magħhom, ħdejhom, biex flimkien magħhom niffaċċjaw id-dgħufija umana, il-falliment, u d-dnub – kemm tagħna stess kif ukoll tagħhom. Waħda mill-aktar okkażjonijiet ‘qaddisa’ li qatt attendejt kien il-funeral ta’ raġel jismu Benedict, xi 25 sena ilu.
Kont għamiltlu l-Griżma tal-Morda eżatt qabel miet bl-AIDS. L-aħħar xewqa tiegħu kienet li jsirlu l-funeral fil-katidral ta’ Westminster! Irnexxieli nirranġa biex dakinhar Benedict ikun f’nofs il-katidral, kif xtaq hu, f’tebut imdawwar minn ħbiebu, ħafna minnhom ukoll bl-AIDS. F’dak ilpost, ċentru u simbolu tal-ħajja Kattolika fl-Ingilterra, kien hemm dan ir-raġel li kien qed jirrappreżenta lill-emarġinati kollha. U kont hemm ukoll jien, f’isem il-Knisja. Ħassejtni privileġġat li kont preżenti għal dan il-mument meta ħassejt b’mod qawwi ħafna l-qdusija ta’ Alla. Is-saċerdozju nħobbu għax iqarribni lejn nies li jgħixu fit-truf tas-soċjetà. Meta kont is-seminarju kienu jgħidulna li s-saċerdot irid ikun qaddis. Imma dan ma jfissirx li s-saċerdoti huma moralment superjuri għan-nies l-oħra. Is-saċerdoti mhumiex fi klassi għalihom, xi elite. Issaċerdot irid juri l-id imtawla ta’ Alla lejn dawk li jgħixu ‘fit-tarf’ – hu x’inhu dan it-tarf. Għas-saċerdot, il-ferħ li ġġib is-Saltna ta’ Alla mhux xi ħaġa li ‘għad trid tiġi’ imma xi ħaġa ta’ issa. Meta tgħammed Ġesù, instema’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih insib l-għaxqa tiegħi” (Mt 3:17). Mela fil-qalba tal-ħajja tat-Trinità hemm il-ferħ, l-għaxqa u l-gost. Jien inħoss lil Ġesù, is-Saċerdot il-Kbir, jgħannaqni b’dik l-istess għaxqa li l-Missier jgħannaq lilu. Meta Ġesù kiel u xorob mal-pubblikani u l-prostituti, għalih kien gost u mhux obbligu. Meta mess lill-morda, ma kienx qed jagħmel xi ġest ta’ tabib imma kien qed jagħtihom tgħannieqa ta’ ferħ. Ġesù kien jieħu gost ikun man-nies.
Għalhekk hu dmirna bħala saċerdoti li nieħdu gost fil-preżenza tan-nies, minkejja l-iżbalji li jagħmlu, sew jekk miżżewġin jew divorzjati sew jekk single; kemm straight u kif ukoll gay; kemm jekk jgħixu skont it-tagħlim tal-Knisja u anki jekk le. F’dan tikkonsisti l-qdusija tas-saċerdot: li jsib ilferħ u l-għaxqa tiegħu qalb in-nies. Il-Knisja trid tkun komunità fejn in-nies jiskopru li Alla jsib l-għaxqa tiegħu fihom. Dan hu l-ministeru tagħna s-saċerdoti. Din hi ħajti. Din hi r-raġuni għala, wara dawn is-snin kollha, jiena tant ferħan u kuntent li Alla kien miegħi fid-dubji li kelli fil-bidu tas-saċerdozju tiegħi: propju biex il-ferħ u l-għaxqa ta’ Alla jkunu l-ferħ u l-għaxqa tiegħi wkoll. Timothy Radcliffe serva bħala Mastru tal-Ordni tal-Predikaturi mill-1992 sal2001. ■ NGÓinu lis-saÇerdoti tagÓna
Ibgħat donazzjoni għall-Good Shepherd Fund u tkun qed tgħin lill-fond ta’ għajnuna għassaċerdoti Maltin. Ibgħat id-donazzjoni tiegħek: • bil-posta (b’ċekk f’isem il-Good Shepherd Fund) lil: Good Shepherd Fund, Kurja, Floriana; jew • permezz tal-kappillan tal-parroċċa tiegħek; jew • iġġibha personalment il-Kurja, Floriana, f’invilopp magħluq. Jekk trid li tintbagħatlek riċevuta bil-posta, agħtina ismek u l-indirizz. Jekk trid li tintbagħatlek riċevuta bl-email, agħtina l-email address tiegħek. F’isem is-saċerdoti Maltin: GRAZZI tal-ġenerożità tiegħek. Flimkien Novembru 2013 | 11
IBQA’ GHIX KUNTENT GEWWA DAREK BIL-LIFT TAT-TARAG Ghall-Aqwa Kwalita’, Kumdita’, Sigurta’, Konvenjenza u Liberta’.
Electric Scooter
Platform Lift
Curved Stairlift
CEMPEL LIL COMFORT STAIRS GHAL KWOTAZZJONI B’XEJN
Straight Stairlift
Showroom, 15, Triq Tumas Dingli, Mosta | Tel: 2157 4846, 2141 2687 Mob: 9987 5336 / 9949 9540 | Email: info@comfortstairs.com | www.comfortstairs.com
NEWSBOOK Josianne Camilleri
Aktar minn 365 jum
ta’ a˙barijiet
G
ħaddiet sena mit-tnedija ta’ Newsbook.com.mt. L-eċċitament ta’ dan il-proġett qed jgħixuh ta’ kuljum il-ġurnalisti fit-tim ta’ Newsbook u dawk kollha li emmnu f’din l-inizjattiva mill-bidu. L-interess u l-entużjażmu jinħass ukoll fost il-pubbliku li laqa’ tajjeb dan in-news portal li jżomm il-qarrejja aġġornati b’dak kollu li jkun għaddej lokalment u barra minn Malta, inkluż diversi oqsma ta’ interess, fosthom it-teknoloġija u l-isport. Tul din is-sena rċevejna numru sabiħ ta’ kummenti pożittivi dwar l-aħbarijiet li wassalna b’immedjatezza, fil-qosor u bil-Malti. Konna l-ewwel bl-aħbar f’numru ta’ okkażjonijiet, u wassalna l-fatti minn kull aspett biex nitfgħu dawl fuq il-ġrajja. Wassalna wkoll stejjer li ġew investigati mill-Pulizija wara li ġew ippubblikati fuq Newsbook, biex eventwalment ittieħdu l-passi meħtieġa skont il-liġi. Permezz ta’ live streaming xandarna numru ta’ avvenimenti li seħħew f’Malta u madwar id-dinja. Newsbook huwa l-ewwel news portal li nieda mobile phone application, u l-ewwel
li implimenta s-sistema Disqus għallkummenti online. Newsbook jibqa’ minn ta’ quddiem fl-użu u l-integrazzjoni tas-social media networks. Wara sena, għalkemm żmien qasir, wasal ukoll iż-żmien għal bidla. Fi żmien fejn il-ħajja hi mgħaġġla, il-qarrejja jixirqilhom ilkumdità kollha biex jinqdew aħjar. Għalhekk, is-sit il-ġdid jinkludi mhux biss bidliet fil-kontenut iżda wkoll bidliet teknoloġiċi innovattivi. Dwar kontenut, Newsbook issa qed iżommkom aġġornati wkoll dwar sport u aħbarijiet mill-Vatikan. Rigward bidliet teknoloġiċi se tindunaw kif is-sit Newsbook. com.mt jadatta ruħu bl-aqwa mod fuq kull sistema li tużaw, u dan permezz ta’ dak li hu magħruf bħala Responsive Web Design. Jekk trid tkun taf dan x’inhu, idħol fuq www.newsbook.com.mt fuq tablet jew mobile phone. Il-kummenti tagħkom ikomplu jagħmlulna l-kuraġġ u jispirawna nkomplu ntejbu s-servizz li noffru ta’ kuljum. Ħajr lillkumpanija Rightbrain għall-appoġġ tagħhom. ■
Flimkien Novembru 2013 | 13
ULIEDNA
Uliedek
ta˙t is-16? J
ekk iva, allura l-internet u d-dinja virtwali żgur li huma parti importanti minn ħajjithom. Dak li jaraw virtwalment u fuq l-internet jaffettwalhom ħajjithom bl-istess mod li jaffettwahom dak li jiġri madwarhom kuljum. Żgur li ma tridx li wliedek jaraw ċerti programmi jew films, jew jaqraw ċerti magażins. Hekk ukoll għandu jkollok kontroll fuq dak li jaraw fuq l-internet, il-mowbajl u l-logħob li jilagħbu fuq devices teknoloġiċi. Ċertu materjal jista’ jkollu kontenut vjolenti jew ikun sesswalment espliċitu. Jeżistu websajts li jippromwovu l-logħob tal-ażżard, chat rooms fejn uliedek jistgħu jidħlu f’kuntatt ma’ adulti, websajts fejn uliedek jistgħu jibagħtu videos lil ħaddieħor jew forums li jinkoraġġixxu abbuż minn sustanzi illeċti jew il-vandaliżmu. Ftit suġġerimenti minn Vodafone li jistgħu jgħinuk tiggwida lil uliedek b’mod sigur fiddinja diġitali: • Kun af x’kontenut jeżisti fuq l-internet, il-mowbajls u l-consoles tal-logħob. • Tkellem ma’ wliedek dwar x’jistgħu u x’ma jistgħux jaraw. It-tfal jistgħu jiltaqgħu ma’ kontenut mhux addattat għalihom anki jekk sempliċiment jiktbu ħażin indirizz ta’ websajt, jagħfsu fuq xi pop-up mingħajr ma jirrealizzaw, jew ikunu kurjużi jfittxu materjal mhux addattat għalihom. • Fittex kontrolli li jistgħu jillimitaw
14 | Flimkien Novembru 2013
x’jaraw uliedek fuq l-internet, biex isserraħ moħħok. Siti bħal Facebook għandhom kodiċi li jwaqqaf kontenut li ma jkunx addattat, u jekk xi ħadd jilmenta fuq xi ritratt jew materjal ieħor offensiv, dak il-materjal jista’ jitneħħa. • Dejjem fittex li tkun taf x’qed jagħmlu wliedek fuq l-internet, il-mowbajl jew xi għodda teknoloġika oħra. • Iddiskuti ma’ wliedek x’websajts jistgħu jidħlu fihom. Fehimhom għaliex mhux tajjeb li jaqbdu u jiftħu materjal li jibagħtulhom persuni li lanqas biss ikunu jafu. • Ikkomunika magħhom kuljum biex iħossuhom komdi jiftħu qalbhom miegħek. Vodafone qed twassal dawn is-suġġerimenti bħala parti mill-kampanja tagħha biex tgħinek tiggwida aħjar lil uliedek fid-dinja diġitali. ■ KOMPETIZZJONI GÓALL-ÌENITURI
Irbaħ mobile Vodafone Smart Android (bħal dak li jidher fl-istampa) billi twieġeb sal-15 tax-xahar għal din il-mistoqsija: Semmi wieħed mis-suġġerimenti ta’ Vodafone li jgħinek tiggwida lil uliedek b’mod sigur fid-dinja diġitali. Ibgħatha hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Vodafone, Kurja, Floriana.
relazzjonijiet
Words of Affirmation
Quality Time
Receiving Gifts
Acts of Service
Physical Touch
Physical touch Physical touch is a powerful vehicle for communicating marital love. Holding hands, kissing, embracing, and sexual intercourse are all ways of communicating emotional love to one’s spouse.
F
or some individuals, physical touch is their primary love language. Without it, they feel unloved. With it, their emotional tank is filled, and they feel secure in the love of their spouse. Physical touch can make or break a relationship. It can communicate hate or love. To the person whose primary love language is physical touch, the message will be far louder than words. In marriage, the touch of love may take many forms, but some touches will bring more pleasure to your spouse than others. Your best instructor is your spouse, of course. After all, he or she is the one you are seeking to love. She knows best what she perceives as a loving touch. Don’t insist
18 | Flimkien Novembru 2013
on touching her in your way and in your time. Learn to speak her love dialect. Don’t make the mistake of believing that the touch that brings pleasure to you will also bring pleasure to her. Implicit or explicit Love touches may be explicit or implicit. Implicit love touches require little time but much thought, especially if physical touch is not your primary love language and if you did not grow up in a ’touching family’. Sitting close to each other on the couch as you watch your favourite television programme requires no additional time but may communicate your love loudly. Touching your spouse as you walk through
the room where he is sitting takes only a moment. Touching each other when you leave the house and again when you return may involve only a brief kiss or hug but will speak volumes to your spouse. Crisis and physical touch Almost instinctively in a time of crisis, we hug one another. Why? Because physical touch is a powerful communicator of love. In time of crisis, more than anything, we need to feel love. We cannot always change events, but we can survive if we feel love.
All marriages will experience crises: the death of parents, car accidents, sickness, disappointments. The most important thing you can do for your mate in a time of crisis is to love him or her. If your spouse’s primary love language is physical touch, nothing is more important than holding her as she cries. Your words may mean little, but your physical touch will communicate that you care. Your tender touches will be remembered long after the crisis has passed. Your failure to touch may never be forgotten. ■
How can I discover my primary love language?
Having read about the five emotional love languages (Words of Affirmation, Quality Time, Receiving Gifts, Acts of Service and Physical Touch) some individuals will know instantaneously their own primary love language and that of their spouse. For others it may not be that easy. What is your primary love language? What makes you feel most loved by your spouse? Here are three ways to discover your own primary love language: 1. What does your spouse do or fail to do that hurts you most deeply? The opposite of what hurts you most is probably your love language. 2. What have you most often requested of your spouse? The thing you have most often requested is likely the thing that would make you feel most loved. 3. In what way do you regularly express love to your spouse? Your method of expressing love may be an indication that that would also make you feel loved. Love is a choice. And either partner can start the process … today. ■ Tmiem tas-serje. Addattat minn The Heart of the Five Love Languages, Gary Chapman, Northfield Publishing, Chicago Ikkomunika b’mod effettiv
Is-Sibt, 16 ta’ Novembru, 9am-4pm, Is-Seminarju, Tal-Virtù Immexxi minn Ingrid Grech Lanfranco (Psikologa u Terapista tal-Familja) u minn counsellors ta’ Kana. Ċerti sitwazzjonijiet diffiċli tittekiljahom bla għajnuna professjonali, imma jistgħu jkunu opportunità biex il-koppja jitgħallmu l-ħiliet meħtieġa biex jikkomunikaw b’mod effettiv. €50 kull koppja (tinkludi l-ikel u l-coffee breaks). Numru limitat ta’ parteċipanti. Ibbukkja: Kathleen Cefai, 2203 9307. Flimkien Novembru 2013 | 19
N ADV 110X75.indd 1
16/10/2013 17:12
ITTRI MILL-QARREJJA
L-ittri g˙andhom juru l-isem s˙i˙ u l-lokalità. Kull ittra tista’ ti©i mqassra u editjata. L-ittra tax-xahar tirba˙ voucher ta’ €20 li jissarraf f’ikla g˙and Pollino’s, Malta International Airport. Ibg˙atha email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Ittri tal-Qarrejja, Kurja, Floriana. ITTRA REBBIEÓA
Wa˙da f’40,000?
F
il-ħames snin li ilna miżżewġin, fraħna flimkien u bkejna flimkien ukoll. Bkejna meta l-ewwel tarbija twelditilna mejta. Ma ngħidux li ħadnieha kontra Alla, imma konna nħossu vojt kbir ġo fina. It-talb tagħna kien bikja waħda, mimli mistoqsijiet, u xtaqnieh b’xi mod isabbarna. Wara ftit kellna ferħa għax kien se jkollna tarbija oħra! Mas-sitt xahar, però, it-tobba bdew ikemmxu xofftejhom. It-tarbija kienet qed tiżviluppa kundizzjoni ta’ diżabbiltà rari: 1 f’kull 40,000. Sfortunatament dan ikkonfermawh diversi tobba. Aħna u l-familjari tagħna tlabna ħerqana; tlabna għal miraklu. Kien hemm min tana parir immorru l-Ingilterra biex nitterminaw ittqala. Imma aħna bqajna nemmnu, bqajna nitolbu.
The Book of Habakkuk and Select Themes from the Spiritual Exercises
Seminar-Irtir (bl-Ingliż) The Book of Habakkuk deals with important themes such as God’s justice, God’s making use of Israel’s enemies to discipline the Israelites themselves, the problem of the suffering of the innocent. God’s sovereignty and the importance of a total faith in Him are underscored. These tenets will be linked to select themes from the Spiritual Exercises of St. Ignatius. Mill-Ġimgħa, 8 sal-Ħadd, 10 ta’ Novembru Imexxi: Prof. Anthony J. Frendo Mount St. Joseph, Tarġa Gap, Mosta
Wasal il-jum tal-ħlas. Fit-teatru kien hemm aktar tobba mis-soltu, inklużi speċjalisti tat-tfal li sal-aħħar mument baqgħu jgħidu li kien hemm xi ħaġa ħazina. Meta t-tarbija twieldet, għamlulha test wara l-ieħor, imma – nirringrazzjaw lil Alla – Marija twieldet qawwija u f’saħħitha. Bagħtu anki samples tad-demm l-Ingilterra biex jaraw hemmx xi kundizzjoni moħbija, imma għall-grazzja ta’ Alla ma nstab xejn! X’ma nitolbux bil-fidi? Għalina l-mirakli għadhom iseħħu! Tgħiduli allura kif Alla ppermetta li l-ewwel tifla titwieled mejta u t-tieni waħda jfejjaqha? U għaliex lil ħaddieħor ma fejqux? Ma nafux. M’għandniex tweġiba għal dan. Forsi li tistaqsi l-għaliex mhux dejjem hi l-aħjar mistoqsija. Li nafu żgur, anzi konvinti minnu, hu li Alla jħobbna. Ħabbna meta l-ewwel tifla twieldet mejta u ħabbna meta t-tieni waħda fieqet. Hu jħobb liż-żewġ uliedna ndaqs. Anzi Hu jħobb lil kulħadd indaqs. ■ John u Josephine
Flimkien Novembru 2013 | 21
Feel comfortable, smart and stylish with winter ‘13 collection from scholl €90
€90
€90
v en t i lla
ho l mes
c o mpto n
Colour: Black/Brown Sizes: 35-42
Colour: Brown/Black Sizes: 36-42
Colour: Grey Sizes: 35-42
€120
€112
€65
coira
do ris
a n ti be s
Colour: Grey Sizes: 36-42
Colour: Black Sizes: 36-42
Colour: Brown Sizes: 35-42
See the full range on S c h o llfo o th e a lth c e n tre .c o m
ShoeS for ar ound the houS e €40
€40
€35
agnes
morges
lonay
Colour: Black Sizes: 35-42
Colour: Blue Sizes: 35-42
Colour: Blue/Brown Sizes: 35-42
€115
€55
€55
c atherine
duvet
barley
Colour: Black/Brown Sizes: 36-42
Colour: Grey/Dark Grey Sizes: 35-42
Colour: Grey Sizes: 35-42
available from all Scholl foothealth centres in Sliema, Valletta, mosta & fgura, abela’s health & Beauty centre (Gozo), Suffolk (Valletta) and Jeanine (tower road, Sliema). While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert, prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.
PARROÇÇI MALTIN P. Maurice Abela O. Carm., ParroÇÇa Madonna tal-Karmnu, Balluta
Ir-Rag˙aj it-tajjeb iΩur il-familji
I
l-Parroċċa tal-Balluta hi ddedikata lillMadonna tal-Karmnu. Hi fdata f’idejn il-patrijiet Karmelitani, u tinsab f’żona frekwentata ħafna kemm mill-Maltin kif ukoll minn barranin li jkunu fostna għal btala. Fiha toroq ta’ tliet lokaltajiet: San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira, u tħaddan fiha mal-4,500 persuna. Fil-ħidma pastorali tagħna nagħtu prijorità lill-kuntatt dirett man-nies biex inwasslulhom lill-Mulej Ġesù. Dan isir billi nilqgħu lil kull min iżur il-knisja tagħna, kemm meta jieħu sehem fil-liturġija, kemm meta jgħaddi mument ta’ talb jew sempliċement biex jara l-knisja. Barra minn hekk nippruvaw nilħqu lil dawk li ma jiġux huma billi mmorru għandhom aħna. Għalhekk, barra t-tberik tal-Għid, inżuru triq differenti kull xahar matul is-sena kollha. Inżuru wkoll lil dawk il-familji li jkollhom it-tfal li jkunu waslu biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof, u lil dawk li jkun mitilhom xi ħadd mill-familja tagħhom. Biex nagħtu importanza lit-talb, għandna statwa tar-Ragħaj it-Tajjeb li
ddur mingħand familja għal oħra. Il-familja li jkollha f’darha din l-istatwa tinġabar flimkien biex titlob għall-familja u għallvokazzjonijiet. Hija ħaġa sabiħa li diversi familji, wara li din l-istatwa tħalli d-dar tagħhom, jibqgħu jitolbu flimkien kuljum bħala familja. Isiru wkoll korsijiet dwar il-Kelma ta’ Alla u dwar it-talb. Il-Parroċċa tagħna għandha ġemellaġġ mal-Parroċċa ta’ Santu Rokku, Tarija, il-Bolivja. Permezz ta’ dan il-ġemellaġġ, diversi familji jisponsorjaw l-edukazzjoni, il-kura, u l-manteniment ta’ tfal Bolivjani. Kull sena fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu tintbagħat donazzjoni sabiħa lill-missjoni Karmelitana tal-Bolivja. ■ Metodi ta’ Talb
Fl-Eżerċizzi Spiritwali, San Injazju joffri diversi modi ta’ talb biex kulħadd isib l-aħjar mod kif jidħol f’relazzjoni ma’ Alla permezz tat-talb. Mill-Ġimgħa, 8 sal-Ħadd, 10 ta’ Novembru Imexxu: Fr. A. Cilia, Ms. M. Xuereb, Ms. R. Scicluna u Ms. G. Tabone Dar Manresa, Victoria, Għawdex 2155 6635; manresagozo@gmail.com
SAÓÓITNA Louise Zahra
Aççettaha u kompli b’˙ajtek!
I
l-Multiple Sclerosis (fil-qosor, MS) hi marda li taffettwa l-moħħ u s-sinsla tad-dahar. Huwa l-moħħ li jgħid lill-ġisem x’għandu jagħmel permezz ta’ messaġġi li jintbagħtu tul is-sinsla tad-dahar għallmuskoli ta’ ġisimna. Meta taqbdek l-MS, il-myelin, li hija l-qoxra li tipproteġi n-nervituri tal-moħħ u tas-sinsla tad-dahar, tiġi affettwata b’tali mod li l-messaġġi ma jaslux. Multiple tfisser ħafna. Sclerosis tfisser ġerħa. L-MS tista’ taffettwa kull parti tal-ġisem, u taffettwa lil kull pazjent b’mod differenti. Taffettwa n-nisa aktar mill-irgiel. F’Malta hawn madwar 260 persuna li jbatu minnha. Xi sintomi jistgħu jinkludu: għeja kbira, tnemnim u uġigħ, inkontinenza, dgħufija fis-saqajn u l-idejn, tregħid, problema filvista, diffikultajiet biex titkellem, problema fil-memorja u l-ħsieb, u diffikultajiet emozzjonali. 45 fil-mija tal-pazjenti jkollhom jużaw wheel chair jew xi forma oħra ta’ għajnuna biex jimxu. Ix-xjenza għadha ma tafx x’jikkawżaha. Hawn tipi differenti ta’ MS. Bosta nies jirkupraw wara attakk (relapsing remitting), iżda oħrajn jiggravaw wara attakk (progressivi). Bħalissa qed issir ħafna riċerka biex tinstab kura. Sal-lum il-
mediċina tintuża biex il-marda kemm jista’ jkun ma tidħolx altar ’il ġewwa jew, f’każ ta’ attakk, biex jittaffew is-sintomi. Il-Multiple Sclerosis Society of Malta twaqqfet fl-1997. Bħalissa fiha 180 membru, li jiltaqgħu fil-bini tas-soċjetà, l-Imsida. Ikun hemm taħditiet minn newrologi, psikologi, social workers, u professjonisti oħrajn. L-MSS ukoll tissussidja s-servizzi ta’ fiżjoterapija, psikoterapija, occupational, speech u massage therapy lil pazjenti bl-MS. Bħalma wieħed jista’ jimmaġina, l-ispejjeż huma kbar. Biex tkompli bilħidma tagħha ma’ min ibati bl-MS, is-Soċjetà tapprezza għotjiet mingħand benefatturi fil-kont tal-HSBC: 161-96495050. Għal aktar għajnuna, ikkuntattjana bl-email maltams@gmail.com, jew bil-posta: MS Society, P.O. Box 63, B’Kara, jew www.facebook.com/ MultiplesclerosissocietyofMalta. Jekk taċċetta l-marda u tkompli b’ħajtek, tkun qed tagħmel pass kbir ’il quddiem biex taffaċċja s-sitwazzjoni! ■ Louise Zahra hija s-Segretarja tal-Multiple Sclerosis Society of Malta Flimkien Novembru 2013 | 25
LOGÓOB Claudia Cini
Mimdudin 1. Erbgħin jum wara l-Għid il-Kbir (5) 3. B’dawn dgħajsa timxi bir-riħ (5) 7. Talba lill-Madonna (7) 9. Kiber fit-tul (4) 10. Tindif bl-ixkupa (4) 11. u 21. Spekulatur (9) 12. Tifel żgħir jew raġel bla għaqal (4) 16. Ma jqarraqx (4) 18. Irranġar ta’ sodda wara l-irqad (4) 19. Żmerċ; bil-maqlub (7) 20. Ir-raġel ta’ Ġanna (5) 21. Ara 11. mimduda Weqfin 1. Vistu (5) 2. Ħjut irqaq tal-qamħirrun (4) 4. Sekular (4) 5. Ħaxixa tajba mal-insalata (5) 6. Karozza bi spazju għat-tagħbija (4) 7. Bini fejn jinżammu l-bhejjem (7) 8. Is-sema u l-art (7) 13. Frott qisu larinġ kbir (5) 14. Ħnejja (4) 15. Il-qawmien ta’ Kristu mill-qabar (5) 17. Vapur tal-art (4) 18. Fihom jinħema l-ikel (4)
Tisliba 1
2
3
4
5
6 7
8
9
10
11
12
13
14
16
15
17
18
19
20
21
Soluzzjoni Tisliba Ottubru: Mimdudin: 1. ÇIPSA, 3. MEJJU, 7. BLANZUN, 9. GÓAM, 10. FGAT, 11. BNIN, 12. BLAT, 16. ABBA, 18. LTIM, 19. APATIJA, 20. MAPPA, 21. SNIEN. Weqfin: ÇINGI, 2. SALM, 4. ELUF, 5. UNITI, 6. INNU, 7. BARNABA, 8. NGWANTA, 13. DALAM, 14. ARTI, 15. AMMEN, 17. APAP, 18. LJUN. Rebbie˙: G. D’Emmanuele, il-Belt Valletta
Irba˙ voucher ta’ €25 ming˙and V&F Portelli and Sons Ltd, l-Imrie˙el. Ibg˙at it-twe©iba sal-15 taxxahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefown u l-indirizz. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, il-Furjana. A B C D E F G H I J K L M
W-S QxN A+T TxM X-A R+M DxN U÷U J-Q E+H S÷N NxZ G-S
5
4
N O P Q R S T U V W X Y Z
V÷O T+C K-H J-I Y+H AxM F÷Z TxA NxO B-H Q+K P+Z L÷N
Alfakodo
Irba˙ ƒew© kotba offruti minn Merlin Publishers Ltd billi tuƒa l-g˙ajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibg˙atha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, il-Furjana
3
Soluzzjoni ta’ Ottubru A 11 N 3
7
B 6 O 24
C 17 P 13
D 21 Q 8
E 2 R 16
F 23 S 5
G 19 T 26
H 7 U 14
I 15 V 9
J 25 W 18
K 4 X 22
L 20 Y 10
M 12 Z 1
Rebbie˙: J. Manduca, in-Naxxar
KONT TAF? Grazzi lin-naÓla: Kull meta tieħu kuċċarina għasel ftakar li: (1) kien meħtieġ ixxogħol ta’ 12-il naħla ħajjithom kollha biex jipproduċuha; (2) in-naħal għandhom il-lingwa tagħhom li biha juru lil xulxin liema hi l-aħjar għalqa fejn imorru; (3) jafu jgħoddu sa 4 u kapaċi jagħrfu anki l-uċuh; (4) ixejru ġwinħajhom 11,400 darba fil-minuta; (5) in-naħla meta titwieled ma tkunx taf tagħmel l-għasel imma tiġi mgħallma minn dawk akbar minnha; (6) kull kolonja ta’ naħal ikun fiha 20,000-60,000 naħla u reġina waħda; (7) kull kolonja jkollha r-riħa partikolari tagħha biex in-naħal jagħrfuha mill-ewwel. Flimkien Novembru 2013 | 27
K
ulħadd xi darba jew oħra ħass jew sema’ b’xi ħadd li għandu wġigħ f’irkopptu jew idu minħabba l-artrite. Din l-artrite xi tkun? Qabel xejn trid tifhem kif ikun ġog. Il-ġogi għandhom qoxra ta’ qarquċa minn barra li tipproteġi l-parti għadmija tal-ġog. L-artrite tibda meta din il-qarquċa tibda tittiekel jew titfarrak. Hekk, il-parti għadmija tal-ġog titlef il-protezzjoni tagħha u tibda tittiekel min-naħa ta’ barra. Ġisimna jipprova jfejjaq lilu nnifsu, iżda jagħmel dan b’mod ‘goff’ u jiddepożita aktar għadam mal-ġog b’mod li dan jimblokka l-ispazju ristrett fil-ġog u jirriżulta f’nuqqas ta’ moviment u wġigħ. L-artrite tigi predisposta minn dawn il-fatturi: 1. L-obeżità (piż żejjed): il-ġog naturali jista’ jiflaħ tant piż. Kull kilo żejjed li jkollna se jpoġġi aktar piż fuq ġisimna. L-aktar ġogi li jsofru huma l-irkiekel tad-dahar tan-naħa t’isfel, il-hip, l-irkoppa u l-għaksa.
Il-kura tal-artrite trid tibda minn meta nkunu żgħar mhux meta jkun tard wisq. Għalhekk żomm il-piż li suppost, agħmel xi attività sportiva, u evita taħbit żejjed. Illum bl-operazzjonijiet tal-hip u n-knee replacement hemm soluzzjoni għal min ibati bl-artrite. B’din l-operazzjoni terġa’ takkwista l-mobilità u tfieq mill-uġigħ. Ir-rijabilitazzjoni wara dawn l-operazzjonijiet hi importanti ħafna biex terġa’ takkwista l-indipendenza. L-operazzjoni tgħin sa ċertu punt biss; is-saħħa tal-muskoli, il-moviment tal-ġog ġdid, il-bilanċ u l-mixi normali jiġu birrijabilitazzjoni. Ir-rijabilitazzjoni tgħinek ukoll permezz ta’ terapija, eżerċizzji u pariri kif tevita strapazz bla bżonn. Livelife hu l-uniku ċentru ta’ rijabilitazzjoni privat f’Malta għal min għandu xi problema bl-artrite. Għal aktar infomazzjoni ċempel 21339000 jew ibgħat email: info@livelife.com.mt
LiveLife, Physical Rehabilitation Centre 46, Manwel Dimech Street, Sliema, Tel: 2133 9000 • www.livelife.com.mt
Avviż bi ħlas
L-Artite
2. Xi korrimenti jew ksur viċin ilġog: jekk persuna tkun sofriet minn ksur f’xi ġog, bħall-irkoppa jew l-għaksa, jista’ jkun hemm aktar ċans ta’ artrite speċjalment jekk il-ġog jitlef xi ftit millpożizzjoni naturali tiegħu u għalhekk jibda jħokk aktar ma’ xulxin u jiekol il-qarquċa. 3. It-tip ta’ xogħol li tagħmel: Xi xogħlijiet huma fiżikament aktar iebsa minn oħrajn. Illum, grazzi għat-teknoloġija, ħafna xogħlijiet m’għadhomx daqshekk iebsa, imma t-taħbit żejjed ma jgħinx żgur!
dis Il-Qad ar h tax-xa
PAÌNA GÓAT-TFAL Claudia Cini
Miguel Pro
Akkużat li flimkien ma’ żewġ ħutu oħra tefgħu bomba lill-President tal-Messiku
Twieled il-Messiku fit-13 ta’ Jannar, 1891
Qatgħuhielhom għallmewt avolja min għamel l-attentat ammetta
Ta’ 20 sena daħal mal-Ġiżwiti
Qabel miet ħafer lil dawk li akkużawh u li kienu se jisparawlu
Intbagħat jistudja l-Belġju fejn ġie ordnat saċerdot Minħabba saħħtu reġa’ lura l-Messiku
Qabel sparawlu, bil-kurċifiss f’idu, għajjat: “Viva Kristu Re” fit-23 ta’ Novembru.
Ma setax juri li hu qassis inkella joqtluh Kien jilbes ta’ mekkanik, skrivan jew tallab Fuq ir-rota kien iwassal l-Ewkaristija u għajnuna lill-foqra
Log˙ob bi premju
Jigsaw Puzzle
Irba˙ voucher ta’ €10 ming˙and Alfsons Enterprises Ltd, il-Óamrun billi dda˙˙al il-biççiet tal-jigsaw puzzle fil-kaxxa ta’ hawn ta˙t biex tifforma sitt ©ranet tal-Ìimg˙a. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Jigsaw Puzzle, Kurja, il-Furjana.
ÇAJTA
‘Din x’se nagħmel biha?’ qal sewwieq irrabjat lill-pulizjott li kien għadu kemm waħħallu ċitazzjoni. Pulizjott: ‘Żommha, u meta ġġemma’ tlieta oħra bħalha jagħtuk bicycle!’ Ibg˙at çajt jew fatti kurjuƒi g˙al din irrokna: Flimkien, Çajt/Fatti Kurjuƒi, Kurja, Floriana jew flimkien@maltadiocese.org.
M GÓ I
T
T
A
M
A
I
B
J
N
L
IE
B GÓ A
E
R
S
A
Ì
I
T
S
Ó
T
E
N
Soluzzjoni tal-Jigsaw Puzzle ta’ Ottubru
Ó
IE
Ç
O
F
F
F
L
O
K
Ì
E
R
S
I
L
I
B
S
A
Q
M
I
S
X
O
R
Z
K
Rebbie˙: M. Micallef, il-Fgura Flimkien Novembru 2013 | 29
L-AÓÓAR PAÌNA
Maqluba għall-Malti minn Violet Schembri
It-Tewmin M
ara tqila kellha żewġt itrabi f’ġufha. Wieħed minnhom staqsa lill-ieħor, ‘Int temmen li teżisti ħajja oħra wara l-ħlas?’ ‘Dażgur! Xi ħaġa żgur li hemm. Forsi qegħdin hawn biex inħejju ruħna għal dak li se nsiru aktar tard.’ ‘X’inti tgħid? Ħallina minnek. Jien żgur li wara l-ħlas m’hemmx ħajja! Kif tridha tkun dik il-ħajja?’ ‘Ma nafx, imma naħseb li jkun hemm dawl aktar minn hawn, u forsi anki nimxu b’saqajna u nieklu minn ħalqna.’ ‘Tgħidx ħmerijiet! Impossibbli timxi barra l-ġuf, għax il-kurdun qasir wisq. U dwar l-ikel mill-ħalq? Bla sens. Il-kurdun huwa l-uniku mezz ta’ ikel għalina. Neħħi minn rasek li hemm ħajja oħra wara l-ħlas.’ ‘B’danakollu, jien xorta nemmen li jrid ikun hemm xi ħaġa oħra, u tehodhiex bi kbira jekk tkun ħajja differenti minn dik li drajna ngħixu s’issa.’ ‘Imma ħadd qatt ma ġie lura minn hemm wara l-ħlas! Le, le, il-ħajja tispiċċa mal-ħlas. Fl-aħħar mill-aħħar il-ħajja mhix ħlief eżistenza ta’ dwejjaq u dlam li ma jwasslek għal imkien.’ ‘Ħeqq, jien ma nafx eżattament x’se jiġri
30 | Flimkien Novembru 2013
wara l-ħlas. Li naf żgur hu li se naraw lil ommna u li hi se tieħu ħsiebna.’ ‘Ommna? Kif, int temmen f‘dik li jgħidulha ‘Ommna’? U fejn taħseb li qiegħda bħalissa?’ ‘Fejn? Madwarna! Ġo fiha u minħabba fiha li aħna qed ngħixu. Mingħajr l-omm kieku anqas id-dinja ma teżisti.’ ‘Tgħid x’tgħid, jien nibqa’ ma nemminx! Qatt ma rajt lil ‘Ommna’ u għalhekk hi ħaġa loġika li din l-‘Omm’ ma teżistix.’ ‘Kollox sew, imma xi kultant meta nkunu fi kwiet perfett, jirnexxili nħossha żżiegħel bina b’imħabba kbira. Xi drabi naħseb li nisma’ qalbha tħabbat. Taf x’naħseb? Naħseb li veru hemm ħajja oħra tistenniena wara din, u li kulma qed nagħmlu issa hu li nħejju ruħna għaliha.’ L-aħħar jiem f’ġuf ommhom, it-tewmin għaddewhom imħassbin, inkwetati, u xi drabi mbeżżghin. Imma fl-aħħar wasal ilmument tal-ħlas. X’ħin fetħu għajnejhom, it-tewmin bkew bil-ferħ. Dak li raw kien jisboq kull ma kienu ħolmu qabel. Għax la għajn qatt ma rat, u lanqas widna qatt ma semgħet, u lanqas qatt kien daħal f’qalbhom x’lesta Alla għal dawk li jħobbuh. ■
Ĺťurrieq 2-Bedroom semi-finished Apartments with Roof Space, Class 4 Shops & Street Level Garages
99826388
Qormi Spacious 3-Bedroom semi-finished Apartments (approx. 150m2), 3-Bedroom Maisonette, Office space & Class 4 Premises
DIRECT FROM OWNER