Mejju 2013 Numru 102
Editorjal 3 • Il-kelma tal-Arçisqof 5 • Il-mixja tal-Knisja 5 • Is-Sena tal-Fidi 6 • Dwal mill-Konçilju: Litur©ija 7 • Tnax-il rigal g˙all-‘Preçett’ 9 • G˙arus b’©ilda skura 10 • Stejjer ta’ fidi 13 • Don Puglisi: ‘Kont qed nistennieha!’ 18 • Ittra lil min se jag˙mel il-GriΩma 21 • Drittijiet ta’ ra©el li abbanduna l-familja 23 • Ìebel fil-marrara 25 • Log˙ob 27 • Tfal 29 • In-Nassa 30 •
BSL
Britannia Tours
Æiti/Pellegrinaææi gœal
Lourdes 4 t’ijiem sœaœ Tluq kull nhar ta’ Tnejn Grupp 1 Grupp 2 Grupp 3 Grupp 4
MINN
15-20 Lulju 29 Lulju - 3 Awwissu 12-17 Awwissu 26-31 Awwissu
¢489
5 t’ijiem sœaœ Tluq kull nhar ta’ Æimgœa Grupp 1 Grupp 2 Grupp 3 Grupp 4 Grupp 5
MINN 5-11 Lulju 19-25 Lulju 2-8 Awwissu 16-22 Awwissu 30 Awwissu - 5 Settembru
¢529
5 t’ijiem sœaœ Tluq kull nhar ta’ Erbgœa Grupp 1 Grupp 2 Grupp 3 Grupp 4 Grupp 5
10-16 Lulju 24-30 Lulju 7-13 Awwissu 21-27 Awwissu 4-10 -10 Settembru
MINN
¢529
Æiti oœrajn Fatima/Portugal 7-14 Lulju Krakow/Poland 28 Lulju - 4 Awwissu Lourdes/Costa Brava 9-11 Settembru Padre Pio/San Giovanni Rotondo/Assisi/Ruma 22-29 Lulju Medjugorje 15-22 Settembru Santiago de Compostela/Madrid/Lourdes 4-13 Awwissu
Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim tripla/twin, full board u huma nkluÿi Titjiriet, Lukanda, Trasferimenti, servizzi ta’ Tour Leader, Direttur Spiritwali u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw)
Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620
editorjal dun anton portelli
Il-˙tie©a ta’ xulxin Drajna li kważi kull ġimgħa jkollna xi kampanja ta’ ġbir ta’ flus fuq il-mezzi tax-xandir bħala għajnuna lil min hu bi bżonnijiet partikulari, kemm Maltin kif ukoll barranin. U aħna dejjem inkunu ġenerużi. Mhux biss għax għandna minn fejn ngħinu lil ħaddieħor u għax qalbna tajba (diġà kien induna San Pawl!) imma fuq kollox għax nagħrfu li aħna għandna bżonn xulxin aħwa fl-istess familja. Nagħrfu wkoll li kull persuna hija xbieha ta’ Alla u għandha n-nifs ta’ Alla fiha! Dan hu li jagħmilna tant prezzjużi! Donnu anki l-Mulej għandu bżonn il-kumpannija tagħna! Mhux għalhekk ħalaqna u ħabbna u bagħtilna lil Ibnu bniedem bħalna f’kull sitwazzjoni tal-ħajja tagħna? Dan Ġesù jħobbna anki meta ma nħobbuhx! U lili jistedinni nagħmel bħalu ma’ ħuti kollha! ■
WALK BETTER LIVE BETTER
Probably the most comfortable shoes you’ll ever wear
Ideal also for Diabetes, Poor Circulation, Ulcers, Amputation, Arthritis, Wounds, Bandages, bunions, blisters, corns, calluses
Lightweight paramedical shoes with extra toe space.
6, Alpha Court, Constitution Str, Mosta, (near Eurosposa) Tel: 21434318 19, High Str, Ħamrun (near San Ġorġ Preca Church) Tel: 2743 4318
Il-kelma tal-arÇISQOF Mons. P. Cremona O.P. storja tal-knisja fil-qosor
Il-mixja tal-Knisja
Il-Papa Fran©isku Habemus Papam – Din kienet l-aħbar li aħna lkoll fil-Knisja Kattolika konna qed nistennew. Li ma konniex qed nistennew kien l-isem: Jorge Mario Bergoglio. Ma konniex nafu li se jkun mill-Arġentina. Ma kienx fost dawk l-aktar imsemmija – għalkemm sirna nafu li fil-konklavi ta’ qabel kien ġab it-tieni l-akbar numru ta’ voti wara Joseph Ratzinger. Il-Papa l-ġdid kellu ħafna ‘primati’ karatteristiċi li bdiehom hu: (1) l-ewwel Papa Ġiżwita (2) l-ewwel Papa millAmerika ta’ Isfel (3) l-ewwel wieħed li ħa l-isem ta’ Franġisku ta’ Assisi. Kull Papa jħalli t-timbru tiegħu. Benedittu XVI ħalla l-marka tiegħu bilkitbiet profondi tiegħu. Franġisku sa millewwel mument uriena l-programm tiegħu: l-imħabba, l-umiltà u l-faqar. Papa Franġisku għażel li jagħti qima lil Ġesù u jimxi fuq il-passi tiegħu meta Ġesù ddeskriva lilu nnifsu bħala dak ‘ta’ qalb ħelwa u umli’. Dawn l-aspetti diġà kien jgħixhom meta kien għadu Arċisqof ta’ Buenos Aires. Din hija l-mixja li rridu nagħmlu aħna wkoll, wara r-Ragħaj tagħna: li jkollna mħabba Nisranija lejn kulħadd għax din tkun l-attitudni ġewwenija tagħna; ikollna umiltà quddiem Alla u quddiem il-bnedmin biex ma nħallux is-suppervja tagħna tbegħedna minn Alla u l-proxxmu tagħna. ■
Minn din il-˙ar©a se nibdew rokna Ωg˙ira dwar l-Istorja tal-Knisja. Se n©ibu biss l-aktar persuna©©i u ©rajjiet importanti biex wie˙ed ikollu idea ˙afifa imma kronolo©ika tal-Istorja. L-ittra ‘c’ (circa) tindika li d-data hi approssimattiva c.33 Pentekoste. L-Ispirtu s-Santu jinżel fuq id-dixxipli. San Pietru joħroġ jippriedka f’Ġerusalemm. Jitgħammdu 3,000 ruħ c.34 Jintgħażlu l-ewwel seba’ djakni, fosthom Stiefnu, li jiġi mħaġġar f’Ġerusalemm. Preżenti għat-tħaġġir ikun hemm Sawlu minn Tarsu. c.36 Sawl jikkonverti fi triqtu lejn Damasku fejn kien sejjer biex jaqbad l-Insara. Wara tliet snin fid-deżert jingħaqad mal-appostli. Jibda jagħmel tliet vjaġġi missjunarji. c.39 Kornelju, kaptan fl-armata Rumana, jitgħammed minn Pietru - ġrajja importanti li turi li l-missjoni tal-Knisja kellha tkun għallbnedmin kollha. c.42 Persekuzzjoni kontra l-Insara fil-Palestina matul il-ħakma ta’ Erodi Agrippa. Fis-sena 44 jinqatel l-appostlu San Ġakbu (ħu Ġwanni l-Evanġelista). Pietru jintefa’ l-ħabs. Ħafna Nsara jaħarbu lejn Antijokja, u hekk l-Insara jibdew jitferrxu barra l-Palestina. F’Antijokja d-dixxipli ta’ Ġesù jibdew jissejħu ‘Kristjani’ għall-ewwel darba.
Hearing aids you try at home No upfront costs...No commitment...No risk! Try it, wear it, love it! Wouldn’t it be great if you could try a product before making a significant investment...to make sure it fits your needs and lifestyle before saying, “I’ll take it?” And, if you didn’t have any upfront payment, well, that would be better yet! Most companies cant let you do this, of course. But at Cleartone Hearing we can. Our clinic has been selected as the only hearing healthcare provider in Malta to provide this totally new and unique service.
FREE 4 week trial Our FREE 4 week trial will give you the opportunity to try the very latest hearing aid technology in everyday life without any upfront cost or commitment. We invite you to take advantage of this limited-time opportunity*, call us today on 214 30571. Cleartone Hearing is the official Malta distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. Join us at one of our clinics running from Monday 20th May - Saturday 25th May. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.
CLEARTONE HEARING MALTA LTD 11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd
Call: 21430571 *First come, first served basis
CA NO LL W
A standard clinic fee will apply.
IS-SENA TAL-FIDI Fr Hector Scerri
Erfa’ dawn l-artikli dwar l-aktar veritajiet çentrali tal-fidi Nisranija (il-Kredu) biex fi tmiem is-Sena tal-Fidi jkollok f’idejk ©abra fil-qosor tal-fidi tag˙na.
Nemmen f’Ìesù li g˙andu ji©i biex jag˙mel ˙aqq mill-˙ajjin u mill-mejtin Il-ġrajja ta’ Ġesù Kristu bdiet bl-Inkarnazzjoni – meta sar bniedem bħalna. Laħqet il-quċċata tagħha fil-Misteru tal-Għid tiegħu meta bata, miet u qam rebbieħ fuq id-dnub u l-mewt. Il-ġrajja ta’ Kristu ssib il-qofol tagħha fit-Tieni Miġja tiegħu, fl-aħħar taż-żmien u tmiem id-dinja, meta hu għad jerġa’ jiġi fil-glorja. Mhux biċċa tagħna li nkunu nafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa tiegħu” (Atti 1:7; Mk 13:32) biex dan iseħħ. Is-sejħa tanNisrani mhix li joqgħod jispekula kif u meta dan għad iseħħ. Tiftakru s-sensazzjonaliżmu li kien hawn fiddinja b’rabta ma’ data partikulari f’Diċembru 2012 li xi wħud kienu qed ibassru bħala l-aħħar tad-dinja?
Il-konverżjoni ta’ kuljum tagħna hija aspett ieħor importanti kif ngħixu dan iż-żmien ta’ stennija sakemm iseħħ tmiem id-dinja u l-miġja ta’ Ġesù fl-aħħar taż-żmien.
Aħna l-Insara msejħin biex b’tama kbira nistennew it-Tieni Miġja tal-Messija. Sakemm jasal – u dan ma nafux meta – inkomplu nimpenjaw ruħna li nisimgħu l-Kelma tiegħu, niċċelebraw il-Misteri tal-ħajja tiegħu permezz tal-Liturġija, u naqdu lil xulxin b’għemejjel tajba.
dwal mill-konçilju
“Din il-mixja tagħna bħala l-Poplu Pellegrin ta’ Alla – jiġifieri Poplu li qiegħed fi vjaġġ – twassal għal dak il-jum meta “isseħħ il-milja ta’ Kristu” (Ef 4:13), fejn Alla jkun “kollox f’kulħadd” (1 Kor 15:28).
Meta jiġi fil-glorja fl-aħħar taż-żmien biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, Kristu jikxef il-ħsibijiet moħbija tal-qlub u jagħti lil kull wieħed skont ma jkun għamel u skont kemm ikun laqa’ jew stmerr ilgrazzja, jiġifieri l-għajnuna li jkun tah Alla.
Fl-aħħar jum, Ġesù jgħidilna: Kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40). Jum Dinji kontra l-omofobija
Fis-17 ta’ Mejju kull sena madwar id-dinja kollha tinżamm l-International Day Against Homophobia (fil-qosor IDAHO) biex tkompli titneħħa d-diskriminazzjoni, il-vjolenza u l-preġudizzji kontra persuni gay. F’Malta wkoll se ssir siegħa talb filkappella tal-Università nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju fis-7pm. Wara jkun hemm refreshments. Organizzata minn Drachma LGBT u Drachma Parents. Kulħadd mistieden. Għal aktar tagħrif: 79442317.
Ibnek jew bintek gay?
Drachma Parents huwa grupp ta’ ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Jissapportjaw ġenituri oħrajn bħalhom, u jgħinuhom jifhmu, jaċċettaw u jkunu ta’ sapport huma stess għal uliedhom, li huma wlied Alla. Il-laqgħa ta’ Ġunju se ssir il-Ħamis 20 ta’ Ġunju fit-8pm, Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta. Għal aktar tagħrif: 79442317.
X’qal il-Konçilju dwar il-Litur©ija Siltiet mill-Kostituzzjoni Sacrosanctum Concilium tal-Konçilju Vatikan it-Tieni • Il-Liturġija ssaħħaħ kuljum lil dawk li huma fil-Knisja u minnhom tagħmel tempju qaddis fil-Mulej, dar fejn jgħammar Alla (2). • Kristu hu dejjem mal-Knisja tiegħu ... preżenti fil-Quddiesa fil-persuna talministru u taħt ix-xbihat ewkaristiċi … preżenti bil-qawwa tiegħu fis-sagramenti … preżenti fil-Kelma tiegħu għaliex ikun hu nnifsu li jitkellem meta fil-Knisja jinqraw il-Kotba Mqaddsa … preżenti meta l-Knisja titlob u tlissen is-salmi (7). • Il-Liturġija hi l-quċċata li lejha timxi l-ħidma tal-Knisja u fl-istess waqt l-għajn li minnha ġejja kull qawwa tagħha (10). • Is-sehem sħiħ u ħaj tal-poplu fil-Liturġija hu l-ewwel għajn indispensabbli li minnha l-fidili jieħdu l-ispirtu tabilħaqq Nisrani (14). • Is-Sagramenti għandhom bħala skop li jqaddsu l-bnedmin, jibnu l-ġisem ta' Kristu u jagħtu qima ’l Alla. Bħala sinjal huma mhux biss jissupponu l-fidi iżda bil-kliem u bl-egħmejjel jagħtuha wkoll l-għajxien, iqawwuha u jfissruha għalhekk jissejħu sagramenti tal-fidi (59). • Il-Knisja tiċċelebra kull tmint ijiem il-misteru tal-Għid fil-jum li jissejjaħ Jum il-Ħadd, meta l-fidili għandhom jinġabru flimkien biex jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jieħdu sehem fl-Ewkaristija, u b'hekk jiftakru fil-Passjoni, il-Qawmien u l-Glorja tal-Mulej Ġesù (106). Għal raġunijiet ta’ spazju xi partijiet tat-test tad-dokument tqassar u ġie editjat. Flimkien Mejju 2013 | 7
BOV casHLINK VIsa
ħallas b’mod sigur u faċli meta tkun imsiefer Sew jekk ser issiefer fuq xogħol jew għal btala, BOV kard hija l-għażla ideali biex tħallas meta tmur tixtri jew tiekol barra. Impenn lejn is-suċċess tiegħek.
BOV cards
Termini u kundizzjonijiet japplikaw.
2131 2020 I bov.com
Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c. 58, Triq Żakkarija, Valletta VLT 1130 - Malta
l-ewwel tqarbina
Tnax-il rigal g˙all-Preçett Lista ta’ rigali li tifel li se jag˙mel l-Ewwel Tqarbina jixtieq ming˙and il-©enituri tieg˙u
N
ixtieq ma tibqgħux tgħiduli aktar li fitTqarbin se nirċievi lill-‘Bambin’. Aħjar tgħiduli li se nirċievi lil Kristu Rxoxt! Nixtieqkom tfissruli li l-ostja hi fil-fatt ħobż – avolja tant hi rqieqa u ċatta li tixbah lil kollox barra l-ħobż. Nixtieqkom ma tikkonfondux iżżejjed li meta nitqarben mhux se nkun qed nifhem kollox. U lanqas tgħidu li ‘ma ħaqqnix nitqarben’. Wara kollox, hawn xi ħadd li jifhem eżatt x’inhi l-Ewkaristija? U hawn xi ħadd jista’ xi darba jistħoqqlu jitqarben? Nixtieqkom turuni l-essenzjal mhux dak li jgħaddi. Uruni li teżisti sbuħija oħra ... mhux biss dik tal-wiċċ jew tal-libsa l-bajda imma tal-qalb. Fissruli li wara li nitqarben m’għandix għalfejn nagħmel ġenuflessjoni lejn itTabernaklu, għax dak il-ħin jien stess inkun Tabernaklu. Nixtieqkom li wara t-Tqarbin tgħiduli xi talb ta’ ringrazzjament bħal: ‘Grazzi Ġesù talli ġejt ġo fija. Ġesù jien inħobbok. Ġesù għinni nħobbok aktar.’ Itolbu miegħi għassaċerdot li qarbinni, għall-familja, ħbiebi, il-mejtin, it-tfal kollha li qed ibatu. Nixtieq li dakinhar tal-Ewwel Tqarbina intom, missieri u ommi, titqarbnu miegħi wkoll – u mhux dakinhar biss! Nixtieq li nkun nista’ ngħid, ‘Id-daddy għandu lil Ġesù ġo fih, u l-mummy għandha lil Ġesù ġo fiha. U jien għandi lil Ġesù ġo fija wkoll.’ Hawn xi ħaġa isbaħ minn din?
Nixtieqkom tifhmu li hu dmir tagħkom, mhux tal-kappillan, li trabbuni fil-fidi. Nixtieq narakom titolbu. Nixtieq ma narakomx tiġġieldu; narakom tidħqu u kuntenti flimkien; nixtieq narakom taħfru. Nixtieq li l-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina tkun quddiesa sabiħa imma sempliċi; b’kant li jieħu sehem fih kulħadd; quddiesa li għaliha tattendi l-parroċċa kollha, biex nibda ninduna li aħna niffurmaw parti minn Knisja kbira, u nibda nħossni kburi li jien membru fiha. Nixtieq li ma toqogħdux titkażaw għax xi ħadd minn sħabi ma jkollux liż-żewġ ġenituri jitqarbnu miegħu. Nixtieqkom tagħmluli party żgħir għallEwwel Qrara wkoll - mhux biex tagħtuni r-rigali imma biex nifhem aktar il-ferħ li ġġib magħha l-maħfra u l-ħbiberija ma’ Alla. Nixtieq li l-okkażjoni tal-Ewwel Tqarbina ma tibqax tissejjaħ aktar ‘Preċett’. Ilkelma ‘preċett’ tfisser ‘obbligu’ jew ‘regola li trid tobdiha bilfors’, meta fil-fatt l-Ewwel Tqarbina hija festa u libertà. ■ Flimkien Mejju 2013 | 9
Relazzjonijiet
G˙arus b’©ilda skura Meta t-tifla tag˙na, ta’ 20 sena, studenta l-Università, ©iet tg˙idilna li kienet bdiet to˙rog ma’ ©uvni mill-Affrika, u li kienet bi ˙siebha tiƒƒew©u, ir-reazzjoni tana b˙ala ©enituri kienet wa˙da m˙allta G˙arus b’©ilda skura L-omm: Għall-bidu niftakarni ngħid li din il-ġibda ta’ bejniethom kienet xi ħaġa li tgħaddi, li wara ftit xhur tispiċċa fix-xejn. In-namrati għall-bidu ma jaraw l-ebda difett f’xulxin, jaraw kollox ileqq, imma mażżmien ma jibqgħux jimxu fuq is-sħab. Il-missier: Imma mhux hekk ġara fil-każ tat-tifla. L-ewwel reazzjoni tiegħi kienet li m’għandniex ngħaġġlu. Deherli li l-ewwel kellna naraw il-karattru tiegħu u mhux inħallu l-preġudizzji (u forsi r-razziżmu li ma nammettux li għandna) jiġru bina. Ma ridtx li niġu influwenzati mill-fatt li dan ilġuvni ġej mill-Affrika u għandu ġilda skura aktar minn tagħna. L-omm: Għall-kuntrarju jien kont konvinta li kellna ngħaġġlu biex nipperswadu t-tifla biex titilqu. Nies millAffrika, bir-rispett kollu lejhom, għandhom kultura u trobbija differenti għalkollox minn tagħna, għalhekk rajna d-diffikultà għat-tifla u l-għarus tagħha li jiffurmaw familja dejjiema bejniethom. Ġibna quddiem għajnejna x’se jgħidu l-familjari tagħna meta jkunu jafu li l-għarus tat-tifla 10 | Flimkien Mejju 2013
huwa ta’ kulur ieħor! Kif se jaċċettaw Affrikan bħala wieħed mill-familja? Il-missier: Imma x’tagħmel it-tifla tagħna b’ħajjitha m’għandux jiddependi minn x’jaħsbu tal-familja. L-importanti hu x’tixtieq hi, x’inhu dak li jagħmilha kuntenta. L-importanti li t-tifla u żewġha jkunu jaqblu f’dak li jixtiequ f’ħajjithom. L-omm: Diment li sitwazzjoni bħal din tiġri lil ħaddieħor, faċli tgħid li m’għandekx timxi bil-kulur tal-ġilda. Imma meta tmiss lilek jew il-familja tiegħek, tinduna li mhux daqshekk faċli. Veru li kieku dan il-ġuvni kien ‘abjad’ probabbli ma tarax daqshekk problemi, imma fil-verità anki kieku kien ‘abjad’ xorta jista’ jkun hemm differenzi kbar fil-kultura u t-trobbija. Imma meta l-persuna tkun ‘sewda’ ġeneralment dawn id-differenzi narawhom aktar. Il-missier: Ma rridx nagħti l-impressjoni li aċċettajt kollox mill-ewwel. Għall-bidu bilkemm tinduna x’laqtek! Trid tkun realistiku għax ma tistax tgħid li ma jeżistux problemi f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Ġibna quddiem għajnejna wkoll li meta,
jekk Alla jrid, ikollhom it-tfal, dawn kienu se jiltaqgħu ma’ diffikultajiet kbar biex jagħmlu ħbieb għaliex ħafna tfal oħra kienu se jiskartawhom! L-omm: Finalment imma, wara li tkellimna mat-tifla dwar dawn iddiffikultajiet, id-deċiżjoni kellha tibqa’ tagħha - anzi tagħhom. U ġaladarba ħadet id-deċiżjoni b’mod liberu u b’moħħ miftuħ, anki wara li fittxet għajnuna, dehrilna li dmirna kien li naċċettawha u nissapportjawha fiha. L-inqas ħaġa li ridna kienet li t-tifla tħoss li issa lanqas lilha m’aħna se naċċettaw! Il-missier: Il-mara kienet spiss tgħidli, ‘Possibbli ma setgħetx issib ġuvni Malti li jkun iħobbha? Kien hemm għalfejn tiżżewweġ Affrikan?’ Kelli biċċa xogħol nissapportja lil marti wkoll! L-omm: Min-naħa l-oħra bdejna ngħidu, ‘Għandha tkun it-tifla tagħna li trid tibdel id-deċiżjoni tagħha minħabba li s-soċjetà Maltija ma taċċettax nies b’ġilda skura? Jew trid tkun is-soċjetà Maltija li tinbidel f’din il-ħaġa u mhux il-kontra? Il-missier: Kif suppost inġibu ruħna bħala Nsara? Aħna mhux dejjem tgħallimna li bħala Nsara għandna naċċettaw lil kulħadd, ġej minn fejn ġej? Mhux dejjem għallmuna li m’għandniex niġġudikaw sempliċement mill-kulur ta’ dak li jkun? L-omm: Fil-każ tat-tifla tagħna kien hemm problema inqas - għax l-għarus Affrikan tagħha huwa tal-istess reliġjon tagħna.
Ir-reliġjon tista’ tkun fattur li minħabba fih relazzjoni tista’ tisfaxxa. Il-missier: Jien u l-mara ħassejna libertà interna kbira meta ġejna f’punt li ma bqajniex aktar influwenzati minn x’jgħidu n-nies. It-tifla tagħna kienet waslet qabilna f’din il-ħaġa. L-importanti għalina llum huwa l-ġid u l-kuntentizza tagħha. Jekk ittifla u l-għarus tagħha jinħabbu tassew, u verament jaħdmu biex ikollhom relazzjoni soda, ma hemm l-ebda raġuni għala ż-żwieġ tagħhom ma jirnexxix. L-omm: Forsi aħna konna qed nipproġettaw il-beżgħat u d-dubji tagħna fuqhom. Forsi għalihom dawn ilmistoqsijiet u d-dubji ma jaffettwawhomx u għalihom tassew mhumiex problema. Il-missier: Ċerti problemi jistgħu jaffettwaw kwalunkwe relazzjoni, mhux biss fejn hemm koppja ta’ ‘razza mħallta’. Wara kollox, anki kieku t-tnejn huma Maltin, xorta ż-żwieġ jista’ ma jirnexxix. Imma hawn Malta r-razza ‘mħallta’ qisha teżisti biss fejn hemm kulur ta’ ġilda differenti. L-omm: Sinċerament ngħid li sirt nitlob għalihom kuljum. Ma nitlobx biex jinfirdu, kif kont nitlob fil-bidunett. Nitlob biss biex iħobbu lil xulxin u jkunu kuntenti. Kull meta jitolbuni ngħinhom f’xi ħaġa, nipprova ngħinhom kif nista’. Xi darba, imma, naħseb li rridu naqtgħu l-passaġġ biex immorru niltaqgħu mal-familja tiegħu fl-Affrika…. Imma naħseb dik se tkun esperjenza oħra! ■ Flimkien Mejju 2013 | 11
IBQA’ GHIX KUNTENT GEWWA DAREK BIL-LIFT TAT-TARAG Ghall-Aqwa Kwalita’, Kumdita’, Sigurta’, Konvenjenza u Liberta’.
Electric Scooter
Platform Lift
Curved Stairlift
CEMPEL LIL COMFORT STAIRS GHAL KWOTAZZJONI B’XEJN
Straight Stairlift
Showroom, 15, Triq Tumas Dingli, Mosta | Tel: 2157 4846, 2141 2687 Mob: 9987 5336 / 9949 9540 | Email: info@comfortstairs.com | www.comfortstairs.com
Stejjer ta’ fidi
Stejjer ta’ fidi Storja Rebbie˙a
G˙ax-xhur li ©ejjin ‘STEJJER TA’ FIDI’ se jie˙du post l-ittri tal-qarrejja. Il-voucher ta’ €20 (jissarraf f’ikla g˙and Pollino’s, Malta International Airport) jittella’ bix-xorti fost l-istejjer li jidhru f’dak ix-xahar u mhux g˙ax l-istorja jew l-esperjenza rebbie˙a tkun tqieset a˙jar jew aqwa mill-o˙rajn. Ibg˙at l-istorja ta’ fidi tieg˙ek hekk: Flimkien, Stejjer ta’ Fidi, Kurja, Floriana jew flimkien@maltadiocese.org.
Il-big day tieg˙i
Għandi 47 sena, miżżewweġ b’żewġt itfal. Kont moħħni biss fix-xogħol, naħdem 16-il siegħa kuljum. Madwar tmien snin ilu bdejt inħoss ġibda għat-talb, bdejt niffrekwenta aktar il-quddies u s-sagramenti. Forsi l-Mulej kien qiegħed jippreparani bil-mod għal aħbar ħażina: fi Frar 2008 qaluli li kont marid serjament. Dak il-ħin minn fommi ħarġet talba spontanja: ‘Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni!’ Naturalment, bdejt nitlob iktar u b’fiduċja akbar, speċjalment lillMadonna Ta’ Pinu. Għaddejt erba’ xhur Mater Dei, imbagħad The Royal Marsden, l-Ingilterra, fejn għamluli ħafna testijiet u kemoterapija biex jippreparawni għal the big day – il-ġurnata li fiha jagħmlulek intervent qasir imma li jfisser ħajja jew mewt. Il-big day kienet l-Erbgħa 24 ta’
Novembru, 2010. Kont ġejt f’sensija, u fil-kamra kien hemm in-ners u żewġ familjari. Dak il-ħin ħabbat il-bieb, u daħal ħdejja saċerdot biex iqarbinni. Ma nistax nesprimi l-ferħ, il-konsolazzjoni u l-kuraġġ li ħassejt dak il-mument – speċjalment meta kont naf li s-saċerdot ma kienx jiġi kuljum iqarben. Bdejt nirringrazzja lil Ġesù li għażel dak il-mument preċiż, mhux biss biex iżurni imma wkoll biex nitqarben. Ħassejtni xxurtjat daqs iż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws! Veru li l-mediċina għamlet il-parti tagħha, imma l-preżenza ta’ Ġesù fit-triq tat-tbatija ħassejtha l-ħin kollu - esperjenza li saħħitni fil-fidi. Illum jien imfejjaq, u ngħid lil kulħadd: ‘It-talb ikisser il-blat!’ Paul
Mhux kumbinazzjoni!
tluq tagħna mill-Kenja ltqajna ma’ Samuel, tifel ta’ sentejn: ħafi, kiesaħ silġ, bil-ġuħ, u l-iżgħar tifel fiċ-ċentru. Kienu sabuh ħdejn il-kadavru ta’ ommu. Meta wasalna Malta ma stajniex inneħħuh minn moħħna. Konna mħassba sew għalih, u t-tfal tagħna ssuġġerew li naddottawh u nġibuh jgħix magħna. Tlabna lil Alla għad-dawl, u ftit ġimgħat wara bdejna l-proċess ta’ adozzjoni. Fis-sajf tal-2000 kellna d-dokumenti kollha lesti u tlaqna għal Najrobi flimkien ma’ wliedna – għax din kellha tkun xi ħaġa tal-familja kollha! Kellna appuntament
Avviż f’gazzetta lokali fl-1997 biddel il-ħajja tiegħi u ta’ marti Miriam. L-avviż kien sejħa għal xogħol volontarju fil-Kenja. Sentejn wara bħala grupp konna se mmorru l-Iżrael imma minħabba instabbiltà f’dak il-pajjiż erġajna morna l-Kenja fejn kellha tinbena skola tas-snajja’ mis-Soċjetà tal-Mużew. Dak iż-żmien kellna tifla ta’ 14 u tifel ta’ 12 li afdajniehom f’idejn il-ġenituri tagħna. Qabel wasalna l-Kenja, il-grupp żar orfanatrofju f’Ruiru fejn it-tfal kienu jorqdu mal-art imxarrba, għalhekk iddeċidejna li nagħmlulhom sodod fejn jorqdu. Lejlet it-
Flimkien Mejju 2013 | 13
fil-qorti ta’ Najrobi imma konna se nitilfu kollox għax il-mara Kenjana maħtura bħala tutur legali ta’ Samuel ma tfaċċatx għasseduta, u l-qorti kienet waslet biex tagħlaq għall-vaganzi ta’ Awwissu. Fuq l-insistenza tagħna l-maġistrat aċċetta li jistenna, iżda l-tutur legali baqgħet ma ġietx! B’xorti tajba Sister Pauline, soru Maltija tal-Ulied tal-Qalb ta’ Ġesù, ħabiba tagħna u li għenet ħafna biex isseħħ din l-adozzjoni, kienet magħna l-qorti. Fl-aħħar minuta l-maġistrat iddeċieda li jaċċetta l-firma tas-soru minflok dik tat-tutur legali. Kien il-15 ta’ Awwissu, festa ta’ Santa Marija. Samuel issa kien magħna u ‘tagħna’. Imma l-kbir għadu ġej! Qabel tlaqna lura, żorna l-orfanatrofju. Żewġt itfal imfarfrin, James u Martha, ġew jibku ħdejna: kienu ħut Samuel! Tħawwadna għal mument. Għall-ewwel darba matul il-proċess kollu bdejna niddubitaw jekk konniex qed nagħmlu tajjeb. Konna se nagħmlu sew li nadottaw lil Samuel u fl-istess ħin nifirduh minn ħutu? Irriflettejna fuq kif seħħew iċ-ċirkustanzi: (a) il-fatt li minflok l-Iżrael spiċċajna l-Kenja (b) Samuel bla dar u misjub ħdejn il-katavru ta’ ommu (ċ) iltqajna miegħu fl-aħħar jum tal-esperjenza tagħna fil-Kenja (d) uliedna stess kienu ssuġġerew li nadottawh (e) minkejja l-burokrazija kollha, bil-mod ilmod l-affarijiet kienu bdew isibu posthom (f) id-deċiżjoni fl-aħħar minuta tal-maġistrat li jaċċetta l-firma ta’ Sr Pauline. Dan kollu kien kumbinazzjni? U l-istorja ma spiċċatx hawn! Ftit xhur wara ltqajna ma’ koppja oħra li xtaqu jadottaw tifel mill-Affrika, avolja diġà kellhom żewġt itfal tagħhom. Staqsewna nafux b’xi tfal bejn is-7 u l-10 snin. Dawn kienu propju l-etajiet ta’ ħut Samuel! Insomma, f’inqas minn sena, James u 14 | Flimkien Mejju 2013
Martha ġew adottati mill-ħbieb tagħna u qed jgħixu Malta. L-aħwa kollha llum jistgħu jiltaqgħu flimkien f’ambjent ferm aħjar milli setgħu jkollhom fil-Kenja. Dan kollu ma jistax ikun kumbinazzjoni! L-ismijiet użati, ħlief dak tal-kittieb, mhumiex dawk reali. Joseph Bugeja Grazzi
Grazzi tal-˙afna esperjenzi sbie˙ u stejjer ta’ fidi li qed tibag˙ulna. Jiddispjaçina li min˙abba nuqqas ta’ spazju ma nistg˙ux in©ibuhom kollha mill-ewwel. Grazzi lil kull min qed jikteb
Irtir gÓall-familji bit-tfal
Nieqfu mill-ġiri tal-ħajja biex intejbu r-relazzjoni tagħna bħala koppja. Niddiskutu, nistrieħu flimkien u nitgħallmu minn xulxin. • Imexxi Fr. Godwin Preca, SJ • Mill-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju filgħaxija sal-Ħadd, 12 wara nofsinhar • Dar Manresa, Victoria, Għawdex • 21556635; manresagozo@gmail.com
Be still and know that I am God • • • • •
Irtir għal persuni bejn 20 u 35 sena 10-12 ta’ Mejju; St Joseph Retreat House, Rabat €55 għall-weekend kollha. Jitmexxa minn team ta’ Ġiżwiti Ċempel 79827742 jew email: inygo@jesuit.org.mt
Fidi u KariÛma
• Skopri aktar fil-fond il-kariżma tas-Soċjetà tasSacred Heart. • Seminar is-Sibt 25 ta’ Mejju mid-9am sas-1pm fil-Kunvent tas-Sacred Heart, 88, Triq il-Qalb Imqaddsa, San Ġiljan, STJ 1433. • Irreġistra sal-Ġimgħa 24 ta’ Mejju billi ċċempel lil Sister Mariella Agius, 99478645; srmar@maltanet.net. Is-seminar ikun bla ħlas.
Trade Finance Solutions engineered for business success
FIMBANK FIMBank is an international trade finance specialist with an established reputation as a dynamic and customer-driven provider of trade finance solutions. Through our strong correspondent banking network and offices located across the globe, the Bank offers a unique environment in which trade finance opportunities are identified, innovatively structured and successfully executed.
fimbank.com
A Global Force in Trade Finance
SINGAPORE Sテグ PAULO NEW YORK MUMBAI MOSCOW MALTA LONDON ISTANBUL DUBAI CAIRO BEIRUT
Nies li emmnu Robert Aloisio
Kont qed nistennieha! ‘Mhux mill-kliem tal-vjolenti nibƒa’, imma mis-silenzju tal-onesti’ Don Pino Puglisi
D
on Pino (Giuseppe) Puglisi kien saċerdot Sqalli, kappillan ta’ Brancaccio, kwartier żgħir u mitluq f’Palermo. Iġġieled lill-Mafja bil-kelma u l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ. Għax għamel hekk, safa mhedded u fl-aħħar dabbar tir ta’ pistola f’għonqu. Propju dakinhar li għalaq 56 sena. Imma ħidmietu, anki llum, għadha ta’ ispirazzjoni għal ħafna. L-eżempju kuraġġuż tiegħu, mimli fidi, għandu jimliena kuraġġ biex nemmnu fl-edukazzjoni u ma nieqfu qatt neħduha kontra l-ħażen organizzat li jeżisti. Fil-25 ta’ Mejju, il-Papa Franġisku se jiddikjarah l-ewwel Beatu martri tal-Mafja. Missieru skarpan; ommu ħajjata. Kien qasir u rqajjaq. Kienu jsejħulu ‘3P’ - Padre Pino Puglisi. Dejjem jitbissem; jitkellem bil-mod; jipprova jsib il-kelma addattata. Meta kien jisimgħek, kien ikun moħħu fik, qisu fl-univers kollu ma jeżisti ħadd ħlief int. Sentenza famuża tiegħu: Alla jħobbna, imma dejjem permezz ta’ ħaddieħor. Kien stunat... imma xorta kien ikanta. Jagħtik appuntament … u dejjem jasal tard! Ibati b’imsarnu … imma jibqa’ jiekol l-ikel tal-bottijiet biex jgħaġġel. Kien jgħid
18 | Flimkien Mejju 2013
li l-petrol kien il-ħobż tiegħu għax iktar kien jimpurtah li jimla l-karozza bil-petrol milli l-friġġ bl-ikel, biex ikun jista’ jmur kullimkien, anki bil-lejl. Bl-għaġġla u b’elf ħsieb iduru f’rasu, spiss kien jitlef iċ-ċwievet. Kien imferfex; ibeżżgħek isuq! Kien iqum mas-sebħ biex jitlob. Fi tmiem il-jum, maħlub, kien joqgħod jaqra fuq il-pultruna – fejn spiss kien jorqod. Ma kellux kont ilbank; il-geyser dejjem imtaqqab; il-vitijiet kollha jqattru. L-unika ħaġa ta’ preġju li kellu d-dar kienet librerija mimlija kotba tal-filosofija u l-psikoloġija. Meta offrewlu karigi ta’ prestiġju jew f’parroċċi inqas perikolużi, kien iweġibhom: ‘Ħalluni hawn, qalb ilfoqra!’ Kien jirrifjuta l-flus li l-Mafjużi kienu joffrulu għall-festa tal-parroċċa ta’ San Gejtanu. Ma kienx iħalli Mafjużi magħrufa jakkumpanjaw f’purċissjonijiet reliġjużi. Meta ġie biex jirristawra knisja li s-saqaf tagħha kien qed jaqa’ ma ħalliex li x-xogħol isir minn kuntrattur li l-Mafja kienet issuġġerietlu. Madankollu mill-pulptu talknisja kien saħansitra stieden lill-għedewwa moħbija tiegħu: ‘Ejjew nitkellmu u niddiskutu.’
Don Pino ma ppruvax jikkonverti lil min kien ilu maqbud fl-għanqbuta tal-Mafja. Għamel minn kollox biex ma jħallix jidħlu fiha lit-tfal li kienu jiġru barra fit-toroq u li kienu jħarsu lejn il-Mafjużi bħala l-idoli tagħhom, nies li jistħoqqilhom rispett. Kien jemmen li fit-tfal wieħed jista’ jħalli marka. Permezz ta’ attivitajiet u logħob kien jurihom kif wieħed jista’ jikseb ir-rispett tal-oħrajn bla ma jkun kriminal; li wieħed jista’ jirbaħ ir-rispett billi jħaddan ideat u valuri tajba. Don Puglisi neħħa mit-toroq ħafna tfal li mingħajru kienu jibdew b’xi serqa żgħira u jispiċċaw fil-kuntrabandu tas-sigarretti jew it-traffiku tad-droga. B’hekk huwa sar ostaklu għall-Mafja għax kien qed ‘jeħodilhom’ it-tfal. Don Pino kien qed jaħseb ukoll biex jorganizza skola sekondarja li ma kenitx teżisti fi Brancaccio. Lanqas ma kienu jeżistu klinika tal-first-aid jew servizz diċenti ta’ trasport pubbliku. Waqqaf ukoll assoċjazzjoni biex tagħfas fuq il-kunsill lokali ħalli jsiru t-tibdiliet meħtieġa - iżda dawn ma kellux jarahom hu. Kien iħobb jgħid: E se ognuno fa qualcosa, allora si può fare molto! Fil-15 ta’ Settembru 1993, Don Pino ħareġ mill-karozza Fiat bajda tiegħu, u kien dieħel f’daru fi Piazza Anita Garibaldi, f’xi l-għaxra ta’ bil-lejl wara surprise party li għamlulu ħbiebu f’għeluq sninu. Salvatore Grigoli, Mafjuż ta’ 30 sena jirrakkonta hekk il-mument tal-qtil: “Ilqassis kien qed jipprova jiftaħ il-bieb taddar. Kellu bagalja f’idu. Kollox ġara fi ftit sekondi. Indunajt li Gaspare Spatuzza (29 sena) resaq qrib tiegħu, ħadlu l-bagalja u
qallu b’vuċi baxxa, ‘Dun, din hija serqa.’ Don Pino dar, ħares lejh u tbissimlu – ħaġa li qatt m’jien se ninsa u li ma ħallitnix norqod bil-lejl – u qallu, ‘Kont qed nistennieha’. Bija lanqas kien induna għax kont warajh. Imbagħad jien sparajtlu tir f’għonqu, minn wara.” Grigoli u Spatuzza weħlu għomorhom il-ħabs. Wara, nidmu minn għemilhom u bdew it-triq tal-konverżjoni. L-istess weħlu l-aħwa Filippo u Giuseppe Graviano, il‘mandanti’. Fuq il-qabar ta’ Puglisi fiċ-Ċimiterju ta’ Sant’Ursula f’Palermo hemm minquxa l-kliem mill-Vanġelju ta’ San Ġwann: ‘Ħadd m’għandu mħabba akbar minn: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu’ (15:13). ■ L-Oratorio ‘San Paolo Evangelizza i Maltesi’
Fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi u b’tifkira tal-mitt sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar Malta fl-1913, l-Arċidjoċesi ta’ Malta se tippreżenta l-oratorio ‘San Paolo Evangelizza i Maltesi’ ta’ Carlo Diacono. L-oratorio, li nkiteb 100 sena ilu għall-okkażjoni tal-Kungress, se jsir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Ġimgħa, 31 ta’ Mejju fis-7.30pm. It-test fi tliet atti nkiteb minn Mons. Giovanni Formosa, professur tat-teoloġija fl-Università ta’ Malta. L-ewwel att jiddeskrivi t-tempesta u l-mirakli li wettaq San Pawl f’Malta u kif dawn wasslu lil missirijietna jaċċettaw it-tagħlim tiegħu. It-tieni att juri kif il-fidi titqawwa speċjalment bit-tagħlim fuq l-Ewkaristija. L-aħħar att jesprimi r-radd il-ħajr li l-Maltin urew lil Pawlu meta ġie biex jitlaq minn Malta. L-oratorio se jiġi esegwit mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, il-Kor Mirabitur u numru ta’ solisti, taħt ir-direzzjoni ta’ Dun Ġwann Galea. Jista’ jattendi kulħadd. Dħul b’xejn. Flimkien Mejju 2013 | 19
GÓalfejn Il-GriÛma il-parrinu?
Ittra lil min se jag˙mel il-GriΩma
K
if taf, il-Griżma tissejjaħ ukoll ‘Konfirmazzjoni’. Fil-Magħmudija int sirt iben jew bint Alla, imma l-Griżma tgħinek tikber bħala iben jew bint Alla. Hekk ukoll meta twelidt, int sirt iben jew bint il-ġenituri tiegħek, imma maż-żmien ir-relazzjoni tiegħek magħhom trid tikber, mhux tibqa’ l-istess bħal meta kont tarbija. Ftakar li fil-Konfirmazzjoni huwa Alla l-ewwelnett li se jikkonfermak. Kien hu l-ewwel li qal IVA għalik - biex twelidt int u stajt issir ibnu jew bintu. Fil-Griżma Alla jerġa’ jgħid l-IVA tiegħu u jikkonferma li int ibnu jew bintu, u jagħmlek kapaċi tikkonferma l-fidi tiegħek. Bil-Griżma se jibda żmien għalik fejn int se tagħti xhieda ta’ ħajja Nisranija quddiem l-oħrajn. Mhijiex ħaġa faċli, imma ħaġa sabiħa u straordinarja! Hu għalhekk li teżisti drawwa antika filKnisja li jkun hemm parrinu jew parrina fil-Griżma. Ġeneralment il-parrinu ma tagħżlux waħdek imma flimkien malġenituri tiegħek. Ara li jkollok sehem fl-għażla u mhux jiddeċiedu ommok u missierek għalik. Wara kollox il-parrinu se jkun tiegħek mhux tagħhom. Naturalment l-akbar xhieda u għalliema tal-fidi għalik huma l-ġenituri tiegħek u ħadd ma jista’ jeħdilhom posthom, lanqas il-parrinu. Il-parrinu jrid ikun hu stess irċieva l-Konfirmazzjoni – inkella kif se jagħtik xhieda tal-importanza tal-Griżma? Importanti wkoll li tagħżel xi ħadd li
f’ħajtu qed jagħti xhieda ta’ ħajja Nisranija, li jħobb lil Alla, li hu kburi li hu Nisrani. Ma jagħmilx sens li jkun parrinu min mhux qed jgħix il-wegħdiet tal-Magħmudija inkella kif se jkun xhud ta’ ħajja Nisranija għalik? Dan ma jfissirx li għandna niġġudikaw lil ħaddieħor – Alla biss jaf x’hemm fil-qalb tal-bniedem, u Hu biss jista’ jiġġudika. Il-fatt biss li xi ħadd ikun jiġi minnek mhux biżżejjed biex ikun parrinu. Lanqas ma għandu jintgħażel ‘għax inkella jieħu għalih’ jew ‘għax dak għandu minn fejn jagħtini rigal tajjeb’! Lanqas għax ilġenituri tiegħek iħossuhom obbligati lejh għal xi ħaġa. Li tkun parrinu hija responsabbiltà mhux dritt. L-importanti hu li l-parrinu jkun xhud veru tal-fidi Nisranija; ikollu fidi li inti tixtieq li jkollok bħalha; li jieħu deċiżjonijiet dwar il-fidi u l-ħajja li int ukoll tixtieq tieħu. Għalhekk il-parrinu li se tagħżel se jmur għand il-kappillan u jiddikjara li hu membru fil-Knisja Kattolika, li jaċċetta t-twemmin tagħha, li ma jittraskurax it-tagħlim Nisrani u t-talb, li jirċievi regolarment il-Qrar u t-Tqarbin, u li jaf bid-dmir tiegħu li jgħinek tikber filfidi u tgħix kif għallimna Ġesù. Ibqa’ miexi fil-fidi Nisranija tiegħek. Kun lest li tgħixha b’mod ħaj, biex jekk xi darba tintalab tkun parrinu ta’ xi ħadd, tkun lest li tagħmel dan billi tagħti xhieda tal-fidi tiegħek. ■ Flimkien Mejju 2013 | 21
Millennium Insurance Agency Ltd 28 Flat 12, Strait Street, Valletta VLT 1432 Tel: 2123 6355 • 2123 6253
Acting of behalf of certain Underwriters at Lloyd’s Millennium Insurance Agency Ltd. is licensed to transact insurance business by the Malta Finanacial Services Authority
L-avukat Dr Raymond Zammit
F’kaƒ li ra©el tal-familja u missier ta’ƒew©t itfal, wara aktar minn 20 sena ƒwie©, jabbanduna l-familja, u wara jinstab li kien ilu jittradixxi lil martu g˙al kwaƒi sentejn, xi drittijiet jifdallu skont il-li©i Maltija fuq id-dar u speçjalment fuq it-tfal? SCP
Drittijiet ta’ ra©el
li abbanduna l-familja I
l-ħtija jew in-nuqqas ta’ ħtija rigward it-tkissir taż-żwieġ ma għandhiex ikollha effett fuq l-aċċess għat-tfal jew fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri lejn it-tfal. Rigward it-tfal, ir-regola ewlenija li fuqha jimxu l-Qrati tagħna hi t-tfittxija ta’ dak li jissejjaħ ‘l-aqwa interess tat-tfal’. Ma jkunx ġust għat-tfal li jitilfu l-kuntatt ma’ xi wieħed millġenituri biss għax dak il-ġenitur ikun naqas fid-doveri tiegħu lejn martu. Dwar id-dar, jekk din tkun tifforma parti mill-komunjoni tal-akkwisti – jiġifieri tkun inxtrat u tħallset waqt iż-żwieġ – allura d-dar tkun tat-tnejn u s-soltu d-dar tinbiegħ u r-rikavat jinqasam bejniethom. Dan ikun jista’ jsir b’mod aktar komdu jekk mill-prezz ilpartijiet ikunu jistgħu jixtru żewġ units iżgħar, imma l-Qorti għandha s-setgħa li tħalli parti tgħix fid-dar, pereżempju sakemm it-tfal ikunu kibru, qabel ma d-dar tinbiegħ. Il-parti li tkun wettqet l-adulterju, imma, tista’ titlef sehemha minn dak mixtri jew imħallas mill-parti l-oħra wara li jkun beda l-adulterju. Il-liġi tagħti diskrezzjoni pjuttust wiesgħa lill-Qorti biex din tkun tista’
tittratta b’mod differenti ma’ nies u ċirkostanzi li jkunu neċessarjament differenti. Il-liġi tal-familja hi waħda mżewqa u sensittiva għax tolqot direttament il-ħajja tal-familji tagħna. Dawn huma sitwazzjonijiet delikati ħafna, u kull min jaħdem f’dan il-qasam irid jiżgura ruħu li jaħdem b’ċerta kawtela u sens ta’ rispett lejn iż-żewġ partijiet, biex kemm jista’ jkun tittaffa l-ħsara li tista’ ssir lill-partijiet kollha. Ibgħat id-diffikultajiet legali tiegħek: Flimkien, Avukat, Kurja, Floriana. Tiħux din it-tweġiba minflok parir legali. Għal problemi legali, fittex għajnuna professjonali. ■ Irtir-Seminar dwar l-Etika Professjonali
Kif għandu jġib ruħu l-professjonist Nisrani (tabib/a, nurse, social worker, għalliem/a, eċċ.). ma’ persuni b’valuri u għażliet differenti minn tiegħu? X’nitgħallmu minn Ġesù li għen lil kull min iltaqa’ miegħu? • Mill-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju filgħaxija sal-Ħadd, 19 wara nofsinhar • Imexxi Fr. Paul Pace, SJ • Dar Manresa, Victoria, Għawdex • 21556635; manresagozo@gmail.com Flimkien Mejju 2013 | 23
Magaƒin ta’ kull xahar ma˙ru© mill-Kulle©© tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien çempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neçessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti
Grafika Outlook Coop
Stampar Velprint Ltd
Man Man is that being who has invented the gas chambers of Auschwitz. However, he is also that being who has entered those gas chambers upright, with the Lord’s Prayer or the Shema Yisrael on his lips - Victor E. Frankl Servizz Ekumeniku fi Ûmien Pentekoste
Óin: Il-Ħamis 16 ta’ Mejju fis-6.30pm Post: St Andrew’s Scots Church, Triq Nofsinhar, il-Belt Jippriedka: Fr Martin Cilia, MSSP
Irtir fil-kampanja
Bogħod mill-istorbju ta’ madwarna, f’xi kappella ċkejkna, fil-kampanja sabiħa Għawdxija, ninġabru biex nisimgħu l-Kelma ta’ Alla u nħalluh ikellimna. Mumenti ta’ skiet, talb u qsim ta’ esperjenzi. • Mill-Ġimgħa, 24 ta’ Mejju filgħaxija sal-Ħadd, 26. • Imexxu Dr Edward Warrington u Ms Clare Camilleri • Dar Manresa, Victoria, Għawdex • 21556635; manresagozo@gmail.com
Inti taqra l-FLIMKIEN b’tipi kbar?
Jekk inti taqra l-Flimkien B’TIPI KBAR, għidilna x’taħseb dwarha. It-tipi huma kbar biżżejjed? Kien diffiċli takkwista kopja? Taf b’nies oħra li jixtiequ kopja b’tipi kbar? Iktbilna: Flimkien, Kurja, Floriana.
SAÓÓITNA Dr Peter Ferry M.D., M.Sc., F.R.C.P.
Ìebel fil-marrara Biex wie˙ed jifhem kif jitrabbew il-©ebel fil-marrara, tajjeb l-ewwel nifhmu kif ta˙dem il-marrara
H
emm likwidu li jiġi magħmul fil-fwied li jissejjaħ bile. Hu magħmul minn kulur, imluħa, kolesterol u lecithin. Dan il-bile jgħaddi minn tubi żgħar ħafna li jiffurmaw tubu akbar li nsejħulu main bile duct u jinħażen fil-marrara. Kif il-marrara tħoss li hemm ikel xaħmi fl-istonku, issir kontrazzjoni tal-marrara u joħroġ il-bile ġewwa l-musrana ż-żgħira biex jgħin fiddiġestjoni tax-xaħmijiet. Ġebla fil-marrara tifforma mill-materjal tal-likwidu tal-bile. Dawn il-ġebel huma komuni mhux ħażin. Waħda minn kull tliet nisa, u wieħed minn kull sitt irġiel, jistgħu jkollhom ġebel fil-marrara xi darba jew oħra f’ħajjithom. Ir-riskju li wieħed ikollu ġebla fil-marrara jiżdied bl-età, fit-tqala, bl-obeżità, meta wieħed jitlef ħafna piż f’qasir żmien, meta jkun hemm familjari oħra jbatu bil-ġebel fil-marrara, f’min għandu d-dijabete u min jieħu l-pillola kontraċettiva. Il-maġġoranza tan-nies li jkollhom ġebla fil-marrara ma jindunawx biha, u din ma
L-Art Imqaddsa malFranÌiskani PellegrinaÌÌi 2013 • L-Art Imqaddsa: 22-30 ta’ Mejju; 17-25 ta’ Lulju; 4-12 ta’ Awwissu; 4-12 ta’ Settembru • L-Art Imqaddsa u s-Sinaj: 3-13 ta’ Novembru Tagħrif jew booking: Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, 8 Triq Santa Luċija, Valletta. 2124 2254; comalt@ofm.org.mt
tagħmlilhom l-ebda deni. Madankollu, terz ta’ dawn (speċjalment min ipejjep u nisa li kellhom ħafna tfal) jistgħu jsofru xi konsegwenzi tal-ġebla fosthom: Uġigħ qawwi fin-naħa ta’ fuq taż-żaqq fuq il-lemin - meta l-ġebla tkun weħlet f’wieħed mit-tubi tal-marrara; Infjammazzjoni tal-marrara - hawn wieħed tista’ taqbdu s-suffejra għax il-kulur tal-bile joħroġ fid-demm; Infjammazzjoni fil-frixa - meta l-ġebla teħel fil-tubu tal-ħruġ tal-frixa u ssodd ilfluwidi tal-frixa milli joħorġu fil-musrana. It-tabib jeżaminalek żaqqek u jagħmel xi testijiet tad-demm u ultrasound ta’ żaqqek. Il-kura tinvolvi mediċini għalluġigħ, antibijotiċi u drip. Xi drabi jkollha ssir operazzjoni biex titneħħa l-marrara jew il-ġebla li tkun qed issodd. Minħabba nuqqas ta’ spazju dan ix-xahar ir-rokna dwar l-Ambjent qed titħalla barra; terġa’ tkun magħna f’Ġunju. Irtir-Seminar dwar l-Etika Professjonali
Kif għandu jġib ruħu l-professjonist Nisrani (tabib/a, nurse, social worker, għalliem/a, eċċ.) ma’ persuni b’valuri u għażliet differenti minn tiegħu? X’nitgħallmu minn Ġesù li għen lil kull min iltaqa’ miegħu? • Mill-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju filgħaxija sal-Ħadd, 19 wara nofsinhar • Imexxi Fr. Paul Pace, SJ • Dar Manresa, Victoria, Għawdex • 21556635; manresagozo@gmail.com Flimkien Mejju 2013 | 25
Available from: St Martha Str, Victoria Gozo – Tel: 2385 9360 Psaila Str, Birkirkara (next to Dhalia) – Tel: 2385 9272
www.europharma.com.mt
FREE UNDERGROUND PARKING FOR EUROPHARMA CLIENTS
Email: info@europharma.com.mt
LOGÓOB Claudia Cini
Mimdudin 1. Għatu tal-ġebel li jgħatti bir (5) 3. Stazzjon; waqfa fi vjaġġ (5) 7. Il-kap tax-xjaten (7) 9. Xlieqa; irritazzjoni fil-ħalq (4) 10. Fiha jinxteħtu l-voti fl-elezzjoni (4) 11. L-ewwel bniedem (4) 12. Rmiġġ, żubrun (4) 16. Ħa l-aħħar nifs (4) 18. Magħmul ħaġa waħda (4) 19. Membri ġodda fis-servizz (7) 20. Re li minnu tnissel Ġesù (5) 21. Kummidjant; pulċinell (5) Weqfin 1. Frotta tixbah lill-berquqa (5) 2. Bla dubju; ċert (4) 4. Barri spanjol (4) 5. Dan il-baħnan ġarr il-bieb warajh (5) 6. Biha tpejjep it-tabakk (4) 7. Dari kien jibdel il-borom imtaqqba (7) 8. Maltempati ta’ qawwa kbira (7) 13. Ordni; amar (5) 14. Bankina ma’ xatt il-baħar (4) 15. Moralment korrett (5) 17. Sir ---- Żammit, isem marbut maddeni rqiq (4) 18. Żaqq; ġuf (4)
Tisliba 1
2
3
4
5
6 7
8
9
10
11
12
13
14
16
15
17
18
19
20
21
Soluzzjoni Tisliba April: Mimdudin: 1. TOQBA, 3. BTALA, 7. TRUMBUN, 9. ĦSAD, 10. NANI, 11. SJUF, 12. TOND, 16. SOLL, 18. SERP, 19. ATTRATT, 20. DAMMA, 21. STIMA. Weqfin: 1. FGURA, 2. TRAB, 4. FAJL, 5. DOĊĊA, 6. MINA, 7. FARFETT, 8. ABBILTÀ, 13. ŻBALL, 14. TUBU, 15. BUBUN, 17. TALB, 18. AJRU. Rebbie˙: M.R. Gauci, il-Fgura
Irba˙ voucher ta’ €25 ming˙and V&F Portelli and Sons Ltd, Mrie˙el. Ibg˙at it-twe©iba sal-15 taxxahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefon u l-indirizz. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, il-Furjana.
Çajta
A B C D E F G H I J K L M
DxR A÷I Y+V W-T OxZ Q÷I H+O E-B U÷P ZxM N+Y U-N J÷Z
20 4 22 2
N O P Q R S T U V W X Y Z
G-J IxD D+F VxZ L-A X+M RxZ A+X K÷I S-D N+T G÷I C-H
Alfakodo 13
Irba˙ voucher ta’ €10 ming˙and Alfsons Enterprises, Óamrun, billi tuƒa l-g˙ajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibg˙atha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, Floriana Soluzzjoni ta’ April A 15 N 9
B 20 O 4
C 7 P 10
D 1 Q 17
E 12 R 23
F 24 S 13
G 21 T 25
H 14 U 3
I 6 V 16
J 19 W 11
K 2 X 22
L 8 Y 26
Rebbie˙: C. Zammit, Pembroke
Wara li marret tieġ għall-ewwel darba, tifla żgħira staqsiet ‘il ommha għaliex l-għarusa liebsa l-abjad. Omm: Għax illum hi l-aktar ġurnata kuntenta ta’ ħajjitha! Tifla: Allura għalfejn l-għarus liebes l-iswed? Flimkien Mejju 2013 | 27
M 18 Z 5
Advanced protection you can live with TENA products for men are designed to be strong, comfortable and protect where men need it most, so when you’re busy living life, life has your undivided attention. For more information kindly e-mail tena@pharma-cos.com or call 2144 1870 Monday to Friday between 8am and 5pm www.tena.com.mt
Dry fast core™
TENA MEN Dry fast coreTM TENA products are designed for rapid absorption to avoid the risk of leakage onto clothing. Odour ControlTM TENA products are pH-balanced to fight odour and keep you fresh and comfortable. Anatomical shaped designed to fit comfortably in standard briefs and give protection when men need it most. New highly adhesive strips make sure TENA protection is where you need it when men need it.
dis Il-Qad ar h tax-xa
PAÌNA GÓAT-TFAL Claudia Cini
San Filippu Neri Twieled Firenze, l-Italja, fit-22 ta’ Lulju, 1515
Kien tifel ċajtier u mimli enerġija Kien imur jitlob għall-kwiet f’kappella fil-muntanji Ħass li kellu jiddedika ħajtu għal Alla
Jigsaw Puzzle
Magħruf bħala ‘L-Appostlu ta’ Ruma’
Waqqaf il-Konfraternità tas-Santissima Trinità Xtaq imur missjunarju fl-Indja, iżda sħabu kkonvinċewh jibqa’ Ruma
N E
A
D
J
F
J J
I
U
A
M
A
A
S
I
Ç
Irba˙ voucher ta’ €10 ming˙and Alfsons Enterprises Ltd, Óamrun billi dda˙˙al il-biççiet tal-jigsaw puzzle fil-kaxxa ta’ hawn ta˙t biex tifforma sitt ismijiet ta’ nisa.
Biegħ il-kotba kollha u beda jgħix ta’ eremita
Il-festa tiegħu nfakkruha fis-26 ta’ Mejju
F’Ruma beda jgħallem lil xi subien sinjuri u jistudja fl-istess ħin
Log˙ob bi premju
Kien jitlob ħafna bil-lejl u jgħin ħafna morda u foqra
Wara 3 snin telaq l-istudji għax ħass li qed itellfuh mit-talb
R
I
L
V
B
R
J
O
A
N
E S I
D
A A
L
Ibg˙atha hekk: Flimkien, Jigsaw Puzzle, Kurja, Floriana.
T
A Soluzzjoni tal-Jigsaw Puzzle ta’ April
F
M
A A A I I I
B J Ó D Ó M K Ó S F S W
A A A A A E
D R R L R D
Rebbie˙: R. Spiteri, Óal Farru© Flimkien Mejju 2013 | 29
L-AÓÓar paÌna
In-nassa Darba waħda kien hawn ġurdien li fettillu jħares minn ġo xaqq fil-ħajt tar-razzett. Ra lill-bidwi u ’l martu jiftħu pakkett. “Min jaf x’fih! Min jaf kemm fih ikel tajjeb!” qal il-ġurdien bejnu u bejn ruħu. Imma msarnu malajr niżlulu f’saqajh meta nduna li filpakkett kien hemm … nassa tal-ġrieden! Il-ġurdien telaq lura jiġri lejn il-bitħa tar-razzett biex javża lil sħabu: “Hawn nassa f’din id-dar! Hawn nassa f’din id-dar!” It-tiġieġa baqgħet b’rasha baxxa tnaqqar in-nuħħala, u qaltlu: “Sur ġurdien, jista’ jkun li din hi problema tiegħek imma żgur li mhix tiegħi! Ma jinteressanix.” Għalhekk il-ġurdien dar fuq il-ħanżir u qallu: “Hawn nassa tal-ġrieden f’din id-dar!” “Jiddispjaċini ħafna, sur ġurdien,” wieġbu l-ħanżir, “Imma ma nista’ nagħmillek xejn ħlief nitlob għalik!” Il-ġurdien hawnhekk mar għand il-baqra. Din malajr weġbitu: “U inti taħseb li jien se nibża’ minn nassa tal-ġrieden?”
30 | Flimkien Mejju 2013
Il-ġurdien dar u daħal lura d-dar, qalbu sewda, ċert li xi darba jew oħra kien se jkollu jiffaċċja lill-bidwi u n-nassa waħdu. Dak il-lejl stess instema’ ħoss ġej min-naħa tad-dar, bħal ħoss ta’ nassa tal-ġrieden tingħalaq. Il-mara tal-bidwi ġriet lejn il-kċina biex tara x’kien inqabad. F’dak id-dlam ma rnexxiliex tara li fin-nassa kien inqabad id-denb ta’ serp velenuż. Is-serp gidem id il-mara u l-bidwi telaq jiġri biha l-isptar bit-trakk tiegħu. Meta xi sagħtejn wara wassluha lura fir-razzett, il-mara kellha deni qawwi. Issa kulħadd jaf li biex tniżżel id-deni jaqbillek tieħu ftit brodu tat-tiġieġa, għalhekk il-bidwi qabad il-mannara u mar fil-bitħa jfittex it-tiġieġa, li ma damitx ma saret brodu. Imma d-deni ma riedx jinżel, għalhekk il-ġirien, il-qraba u l-ħbieb organizzaw ruħhom biex jiġu jarawha u ma jħalluhiex mument waħedha. Biex jitmagħhom ilkoll, il-bidwi kellu bilfors joqtol il-ħanżir. Il-mara qalbet għall-agħar, anzi wara xi jiem mietet. Tant ġew nies għallfuneral li l-bidwi kellu joqtol il-baqra biex jitmagħhom ilkoll. Għalhekk l-ewwel darba li tisma’ li xi ħadd għandu xi problema, u taħseb li mhux se tmiss lilek, ftakar li meta l-inqas wieħed minna jkun fil-periklu, inkunu qegħdin filperiklu aħna lkoll! ■