NEWSPAPER POST
Diçembru 2013 Numru 109
3 Editorjal 5 Il-kelma tal-Arçisqof 5 It-theddida tal-IkonoklaΩmu 6 Tliet mistoqsijiet marbutin mal-Milied 7 Ifhem dak li tg˙id u tag˙mel 9 Kwiekeb fid-dlam 10 Is-Sena Litur©ika 14 Fidi anki filmaltempata 18 Ji©ri x’ji©ri! 21 Qarrejja 23 Parroççi Maltin: L-Iklin 25 Adulti b’Down Syndrome 27 Log˙ob 29 Tfal 30 Kelli ˙olma, ÌuΩeppi
BSL
Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!
Ruma
Kanonizzazzjoni tal-Papa Æwanni XXIII u tal-Papa Æwanni Pawlu II Inÿuru Ruma, Assisi u Tivoli L-eskurzjonijiet huma kollha nkluÿi fil-prezz 25-28 ta’ April
MINN
¢599
Æurnata xiri æewwa Katanja Inÿuru Is-suq ta’ Katanja, Auchan u Etnapolis 16 ta’ Diçembru
MINN
¢139
Pellegrinaææ æewwa l-Art Imqaddsa Inÿuru Nazareth, Æerusalemm u Jericho Titjiriet Diretti mal-Air Malta 25 ta’ Frar - 4 ta’ Marzu
MINN
¢1066
Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim Tripla u jinkludu Titjiriet, Lukanda bil-Kolazzjon, Trasferimenti, Servizzi ta’ Tour Leader u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620
editorjal Dun Anton Portelli
Nistaqsi ftit lili nnifsi…
I
lna li bdejna bit-tħejjija għall-Milied: ilbies, ikliet, parties, rigali … imma wkoll is-siġra tal-Milied, il-holly, u l-presepju. Xi ftit jew wisq, il-Milied għadu t-tifkira tat-twelid ta’ Ġesù. Imma, fil-verità, f’ħajti nħoss lil Ġesù? Biħ u mingħajru … xorta? Ġieli ninsa … li jien Kristjan? Ikun hemm mumenti jew sigħat li fihom … ma jkunx hemm il-preżenza ta’ Alla? Fil-mumenti kbar ta’ ħajti … kien hemm Ġesù? Fil-mumenti ż-żgħar, ta’ kuljum … ikun hemm Ġesù? Ġesù ġie, imma jien mhux dejjem nilqgħu! Ġesù ġie biex jibqa’ miegħi! Mhux biss fil-presepju, imma f’kull sekonda tal-ħajja tiegħi. Ejja Mulej Ġesù, u ibqa’ miegħi. ■ Kompetizzjoni Vodafone
Rebbie˙a: Marisa Bugelli, Óal Qormi
Magaƒin ta’ kull xahar ma˙ru© mill-Kulle©© tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien çempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neçessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti
Grafika Outlook Coop
Stampar Velprint Ltd
Faççata: Rappreƒentazzjoni tal-ewwel Milied fi Greccio, Knisja Ta’ Ìieƒu, il-Belt minn Paolo Abdilla, Darshton Grech u Deacon Grech. Ritratt: P. Joe Caruana ofm u Daniel Cardona (Photocity).
AÓSEB FUQHA ADVENT
“When the gentle light of the advent candles begins to shine in the dark days of December – a mysterious light in a mysterious darkness – it awakens in us the consoling thought that the divine light, the Holy Spirit, has never ceased to illumine the darkness of the fallen world.” – Edith Stein (Santa Tereƒa Beneditta tas-Salib)
Trid li Flimkien b’TIPI KBAR jasallek dritt id-dar? Jekk trid li l-magażin jasallek id-dar bil-posta, agħtina ismek u l-indirizz flimkien ma’ ċekk ta’ €10 jew 38 bolla ta’ 26ċ. Ikollok imħallas għal sena sħiħa. Jekk tibgħat ċekk, agħmlu pagabbli lil: Kulleġġ tal-Kappillani. Ibgħat hekk: Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, Floriana. Għal aktar tagħrif, ċempel 25906400, 21374942 jew email flimkien@maltadiocese.org.
GOOD SHEPHERD FUND Grazzi tas-sapport
Grazzi mill-qalb lil kull min laqa’ l-appell li għamilna f’Novembru għal donazzjoni għall-Good Shepherd Fund (fond ta’ għajnuna għas-saċerdoti). Jekk trid tibgħat donazzjoni ibgħatha hekk: • bil-posta (b’ċekk f’isem il-Good Shepherd Fund) lil: Good Shepherd Fund, Kurja, Floriana; jew • permezz tal-kappillan tal-parroċċa tiegħek; jew • iġġibha personalment il-Kurja, Floriana, f’invilopp magħluq. Għal darba oħra, f’isem is-saċerdoti Maltin, GRAZZI tal-ġenerożità tiegħek. Flimkien Diçembru 2013 | 3
il-kelma tal-arÇisqof Mons. P. Cremona O. P.
Meta a˙na sirna wliedu
D
an ix-xahar niċċelebraw il-Milied, il-festa ta’ meta l-Iben ta’ Alla sar bniedem. Fih naraw l-imħabba ta’ Alla li sar bniedem bħalna f’kollox, minbarra d-dnub. Imma hemm misteri iktar profondi f’din il-ġrajja! Dan kollu Ġesù għamlu għalina, għal kull wieħed minna. Qatt ħsibt kemm tiswa int quddiem Alla meta huwa bagħat l-Iben ta’ Alla biex isalvak, avolja kellu jgħaddi millmewt tas-Salib? Naqraw fil-ktieb tal-Ġenesi meta Alla ħalaq il-bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu. Meta jrid, iħares madwaru biex jara l-wiċċ ta’ Alla, qabel l-univers, qabel iddinja kollha, irid iħares lejn il-bniedem, kull bniedem. Il-bniedem biss huwa xbieha ta’ Alla. Fih biss tinsab ix-xbieha ta’ Alla. U meta ġie Ġesù Kristu, baqa’ jurina min aħna quddiem Alla. Hu qalilna li Alla huwa fuq kollox MISSIER għalina. Mela aħna wlied – bin jew bint – Alla l-Missier. Ejjew dan il-Milied ma nifirħux biss bil-miġja talBambin Ġesù imma wkoll b’dak li wriena: li f’Ġesù aħna sirna wlied! ■
storja tal-knisja fil-qosor (8)
It-theddida talIkonoklaΩmu 545
Imut Dionysius Exiguus. Kien l-ewwel li beda juża t-twelid ta’ Ġesù bħala l-bidu tal-Istorja. Beda jintuża l-kliem ‘Qabel Kristu’ u ‘Wara Kristu’. Il-kalkoli tiegħu kienu żbaljati b’4-6 snin. 590-604
Pontifikat ta’ Papa San Gregorju Manju. Ħalla influwenza kbira fuq id-duttrina u l-liturġija. Il-kant Gregorjan hu msemmi għalih. 680-81
It-tielet Konċilju ta’ Kostantinopli jikkundanna l-Monotelitiżmu (ereżija li kienet tgħid Ii Kristu kellu volontà bħala Alla imma ma kellux volontà bħala bniedem). 726
L-Imperatur Ljun III jagħmel kampanja kbira kontra l-qima tal-istatwi, xbihat u relikwi. Dan il-moviment jissejjaħ ‘Ikonoklażmu’ (tkissir tax-xbihat) u jġib diżgwid kbir fil-Knisja. Papa Gregorju III jikkundanna l-Ikonoklażmu, u jiddikjara li l-qima tax-xbihat sagri ma tmurx kontra l-fidi. 787
Irtir ta’ tÓejjija gÓall-Milied Meditazzjoni fuq l-ikona tal-Misteru tal-Inkarnazzjoni Mill-Ġimgħa, 13, sal-Ħadd, 15 ta’ Diċembru Imexxi: Fr. Gerald Buhagiar Dar Manresa, Victoria, Għawdex – 2155 6635 4 | Flimkien Diçembru 2013
It-tieni Konċilju ta’ Niċea jikkundanna l-Ikonoklażmu u l-Adozzjoniżmu (ereżija li kienet tgħid li Kristu kien l-iben addottat ta’ Alla).
HEARING TESTS ARE
AS SIMPLE AS EYE TESTS & C AN
HELP TO IMPROVE THE QUALITY OF YOUR LIFE JUST AS EASILY
HEARING AWARENESS EVENT 27th January - 29th January
Corinthia Hotel & Spa, De Paula Avenue, San Anton, BZN9023, Malta
Cleartone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. Join us at our Hearing Awareness Event running from Monday 27th January - Wednesday 29th January. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.
CLEARTONE HEARING MALTA LTD 11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd
Call: 21430571
id o av nt o t e ly ntm r ea poi k o p Bo disa
KUN AF IL-FIDI TIEGÓEK Dun Hector Scerri
Tliet mistoqsijiet marbutin mal-
Milied
1. F’dawn il-jiem, fl-omeliji nisimg˙u l-kelma inkarnazzjoni. X’nifhmu eƒattament b’din il-kelma? Il-kelma inkarnazzjoni, li ġejja mil-Latin, nużawha biex ngħidu li l-Iben ta’ Alla sar bniedem: litteralment li ħa ġisem tad-demm u l-laħam bħal tagħna. L-Iben ta’ Alla, jiġifieri t-tieni Persuna tat-Trinità Qaddisa li hi minn dejjem, sar bniedem fil-“milja taż-żmien” (Gal 4:4). Spiss il-kelma inkarnazzjoni nużawha f’rabta malMilied, u dan huwa korrett. Imma l-mument preċiż meta seħħet l-inkarnazzjoni huwa meta l-Iben ta’ Alla tnissel fil-ġuf ta’ Marija Verġni bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Dan niċċelebrawh it-Tħabbira tal-Mulej fil-25 ta’ Marzu, magħrufa fostna bħala l-Lunzjata. Disa’ xhur wara, fil-Milied, niċċelebraw itTwelid tal-Feddej, Ġesù, l-Iben ta’ Alla. Fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu, San Ġwann jgħarrafna bl-inkarnazzjoni meta jikteb: “U l-Verb sar bniedem (Verbum Dei caro factum est) u għammar fostna” (Ġw 1:14). Dan huwa misteru kbir, wieħed mill-ikbar fit-twemmin Nisrani. Alla sar bniedem biex jifdina middnub. 2. Dak kollu li naraw fil-presepju, x’sens fih? Sa minn meta San Franġisk ta’ Assisi għamel l-ewwel presepju fis-seklu tlettax, din ir-rappreżentazzjoni tat-twelid ta’ Ġesù kompliet tikber u tiżviluppa artistikament. 6 | Flimkien Diçembru 2013
Xog˙ol u ritratt ta’ Peter Borg
Ġie li naraw presepji mill-isbaħ, kemm fid-djar kif ukoll f’postijiet pubbliċi. Ta’ min insemmu wkoll il-presepju Naplitan, ispirat minn teoloġija profonda fil-mod kif inhu strutturat. Importanti niftakru li messaġġ importanti li għandu joħroġ minn kull presepju huwa dak tal-faqar u s-sempliċità għax, kif jgħidilna San Luqa fl-Evanġelju, “ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda” (Lq 2:7). Kull figura fil-presepju għandha messaġġ x’tagħtik. Meta tkun quddiem presepju, ieqaf u aħseb ftit dwar x’qed jgħidlek il-Mulej. Tista’ tagħmel dan anke bħala parti mit-tħejjija spiritwali tiegħek fil-jiem tan-novena tal-Milied. 3. Xi tfisser l-espressjoni: “litur©ija ta’ ƒmien il-Milied”? Fil-liturġija hemm diversi “żminijiet qawwija” – bħall-Avvent (li qegħdin fih bħalissa), ir-Randan u żmien il-Għid. Bejn il-Milied u l-Festa tal-Magħmudija ta’ Ġesù huwa ż-żmien liturġiku tal-Milied. Permezz talqari u l-ħafna talbiet tal-liturġija, inkomplu nimmeditaw il-misteru tal-Inkarnazzjoni. Matul dan iż-żmien, hemm bosta festi solenni marbutin mal-Milied: il-festa tal-Familja Mqaddsa, il-maternità ta’ Marija, u l-Epifanija. Jalla f’kull waħda minn dawn il-ġranet, nilqgħu l-istedina li jkun qed jagħmlilna l-Mulej biex nitqaddsu minnu. (Ara wkoll l-artiklu dwar is-Sena Liturġika f’paġna 10.) ■
IL-QUDDIESA
Ifhem dak li tg˙id u tag˙mel Il-kant Min jagħżel il-kant fil-Quddiesa għandu jara li jitkantaw innijiet li jgħinu lill-poplu jesprimi s-sentiment li għandu jitqanqal f’dak il-mument partikolari tal-Quddiesa (maħfra, ringrazzjament, adorazzjoni, petizzjoni). L-iskop tal-kant fil-Quddiesa mhux li juri kemm hu kapaċi l-kor jew is-surmast! Barra dan, m’hemmx għalfejn li l-kant tant ikun twil li ma jħallix ċans lil dak li jkun jagħmel ftit talb personali, bħal fil-ħin ta’ wara t-Tqarbin. Naturalment min ikun irid ikompli jitlob individwalment jista’ jagħmel dan anki wara l-Quddiesa. Dan jirrikjedi li filknisja jibqa’ jinżamm ambjent ta’ ġabra. Proçessjoni Il-Quddiesa tibda bil-proċessjoni tassaċerdot lejn l-altar, imbagħad issir dik blofferti, u oħra waqt it-Tqarbin meta nersqu nirċievu l-ġisem ta’ Kristu. Kull proċessjoni hija sinjal li l-Knisja hi magħmula minn persuni li jemmnu fi Kristu u li għadhom fi triqthom lejn is-sema: pellegrini. Waqt dawn il-proċessjonijiet normalment isir kant flimkien. In˙abbtu fuq sidirna Fil-bidu tal-quddiesa ngħidu t-talba “Nistqarr ’il Alla li jista’ kollox…” Meta naslu fil-kliem ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-akbar ħtija tiegħi, inħabbtu fuq sidirna. Dan il-ġest jenfasizza li d-dnub tagħna hu tassew ħtija tagħna.
Is-sinjal tal-paçi Wara li nitolbu l-Missierna, nagħtu sinjal ta’ paċi lil xulxin – sinjal li aħna paċi maloħrajn, u m’aħniex miġġildin. Ma nkunx qed ngħid li jien paċi ma’ dak ta’ ħdejja biss imma ma’ kulħadd, fil-Knisja u fid-dinja. Is-sinjal tal-paċi tista’ tagħtih billi ssellem b’rasek jew tieħu b’idejn ta’ ħdejk. L-aktar importanti mhux is-sinjal li nużaw biex nagħtu l-paċi lil xulxin imma li nkunu nies ta’ paċi u nippruvaw “inbiegħdu minna kulma jista’ jġib il-firda”. ■
IBQA’ GHIX KUNTENT GEWWA DAREK BIL-LIFT TAT-TARAG Ghall-Aqwa Kwalita’, Kumdita’, Sigurta’, Konvenjenza u Liberta’.
Electric Scooter
Platform Lift
Curved Stairlift
CEMPEL LIL COMFORT STAIRS GHAL KWOTAZZJONI B’XEJN
Straight Stairlift
Showroom, 15, Triq Tumas Dingli, Mosta | Tel: 2157 4846, 2141 2687 Mob: 9987 5336 / 9949 9540 | Email: info@comfortstairs.com | www.comfortstairs.com
RIFLESSJONI Joyce Zammit
Kwiekeb fid-dlam X
i skiet! X’ħemda! Is-sema mimli kwiekeb, m’hemmx imqar sħaba waħda tgħattihom. Kemm jidhru sbieħ f’dan id-dlam! Tant kesħa – wara kollox hu x-xahar ta’ Diċembru, fil-muntanji. X’tistenna? Imma hawn ħafna skiet u ħemda wkoll. Stenna ftit, hemm x’inhu ġej, x’jien nara qalb is-siġar tal-foresta? Dwal, ilħna ... Fejn sejrin dawn in-nies semplici, raħħala, bdiewa, b’fanal f’idejhom, b’ħarsa ta’ stennija? Fejn sejrin? Nimxi magħhom, telgħin iżjed ’il fuq, lejn l-għerien li hemm fuq il-muntanja. Issa wasalna. Dan l-għar mhux kbir ħafna, imma b’xi mod irnexxielna nidħlu kollna kemm aħna. Fil-ħemda nħarsu madwarna. Mejda ċkejkna fin-nofs mgħottija bi tvalja semplici, nadifa, bajda silġ. Xi ħadd lestiha biex titqaddes quddiesa fuqha.
U hemm, mal-ġenb tagħha, x’jien nara? Baqra u ħmara? U maxtura ċkejkna bit-tiben fil-qiegħ tagħha? U issa kant ħlejju, kant ta’ ferħ, u saċerdot irodd issalib biex jiċċelebra l-quddiesa. Jerġa’ jaqa’ s-skiet. Raġel qsajjar jersaq lejn il-maxtura u fiha jpoġġi xbieha ta’ tarbija ċkejkna. X’qima u x’imħabba! Bid-dmugħ f’għajnejh idur lejna, ikellimna dwar dak il-lejl tant żmien ilu, lejl mimli kwiekeb ukoll, meta l-anġli taw l-aħbar li kien wasal is-Salvatur. X’imħabba, jgħidilna, li Alla stess jibgħat lil Ibnu fid-dinja biex aħna wkoll insiru wliedu! U Franġisku jerġa’ jerfa’ t-tarbija minn ġol-maxtura, u din titwieled mill-ġdid ġo qalbna, aħna li qegħdin f’dan l-għar fi Greccio, u fil-qalb ta’ dawk kollha li għad jgħixu din l-esperjenza ta’ mħabba huma wkoll. It-tbissima tat-tarbija timliena bittama ta’ futur mimli ferħ u paċi. U nħares lejn is-sema u nifhem li l-kwiekeb tarahom l-iżjed u l-isbaħ ... meta madwarhom ikun hemm id-dlam! ■
Flimkien Diçembru 2013 | 9
LITURÌIJA
Is-Sena Litur©ika X
’nagħmel biex niftakar xi data jew ġrajja importanti? Normalment nimmarkahom fuq il-kalendarju: birthdays, anniversarji, laqgħat, viżti għand it-tabib u l-hairdresser, eżamijiet tat-tfal, ikla mal-ħbieb. Naturalment mhux bilfors nimmarkahom bil-lapes fuq il-kalendarju li għandna fil-kċina; illum għandna l-mowbajl u l-kompjuter! Anki l-Knisja għandha l-kalendarju tagħha. Dan jgħinna nħejju ruħna u fl-istess ħin nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li jkun hemm matul is-‘Sena Liturġika’. Għalkemm is-sena kalendarja tibda fl-1 ta’ Jannar u tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru, is-Sena Liturġika tibda fl-ewwel Ħadd tal-Avvent (din is-sena fit-2 ta’ Diċembru, 2013) u tispiċċa fi Kristu Re tas-sena ta’ wara (l-aħħar Ħadd ta’ Novembru, 2014). Sta©uni Is-Sena Liturġika għandha l-istaġuni tagħha wkoll. Dawn mhumiex is-sajf jew ix-xitwa, imma: L-Avvent; il-Milied; Żmien Matul is-Sena (1); ir-Randan; it-Tlett Ijiem Imqaddsa tal-Għid; l-Għid; Żmien l-Għid; Żmien Matul is-Sena (2). Atmosfera Fuq spazju ta’ sena, kull staġun jiċċelebra aspetti differenti tal-Misteru ta’ Kristu (l-istennija, it-twelid, il-passjoni, il-mewt u 10 | Flimkien Diçembru 2013
IBDA HA
WN
L-AVVENT ÛMIEN MATUL IS-SENA (2)
ÛMIEN IL-MILIED
KRISTU RE IL-MILIED ÛMIEN MATUL IS-SENA (1)
L-GÓID
IR-RANDAN
ÛMIEN IL-GÓID IL-ÌIMGÓA MQADDSA
l-qawmien tiegħu, it-tlugħ tiegħu fis-sema, Pentekoste, u l-istennija sakemm jerġa’ jiġi fil-glorja). L-atmosfera differenti ta’ kull staġun tinħoloq bil-kant differenti, bit-talb u l-qari magħżul għall-Quddiesa u l-kuluri marbutin mal-istaġun. Jekk ikun hemm problema ta’ spazju, dawn tista’ ma taghmilhomx forma ta’ lista, kif qeghdin, imma f’paragrafu: Kuluri • Avvent: Vjola (imma fit-tielet Ħadd tal-Avvent jista’ jintuża r-Roża) • Milied: Abjad (jew Deheb) • Żmien Matul is-Sena 1: Aħdar. (Iż-Żmien Matul is-Sena fih 33 jew 34 Ħadd u jinqasam fi tnejn: ftit Ħdud jiġu qabel ir-Randan; il-bqija jkomplu wara l-Għid) • Randan: Vjola (fir-raba’ Ħadd
tar-Randan jista’ jintuża r-Roża) • Ħadd il-Palm: Aħmar • It-Tlett Ijiem Imqaddsa tal-Għid: Ħamis ix-Xirka: Abjad; Ġimgħa l-Kbira: Aħmar; Vġili tal-Għid: Abjad • Żmien il-Għid: Abjad • Pentekoste: Aħmar • Żmien Matul is-Sena (minn wara Pentekoste sa Kristu Re): Aħdar (għalkemm jintuża wkoll l-Abjad fil-festi tal-Madonna u xi qaddisin, jew l-Aħmar fil-festi tal-appostli u l-martri). Qari tal-Óadd Il-Misteru ta’ Kristu jiżvolġi ftit ftit quddiemna wkoll permezz tal-qari talQuddiesa. Il-qari tal-Ħdud huwa mifrux fuq tliet snin (Sena A, Sena B, Sena Ċ). F’Sena A jintuża l-vanġelu ta’ San Mattew (bħalissa fil-fatt qegħdin fis-Sena A). F’Sena B nużaw dak ta’ San Mark. F’Sena Ċ naqraw minn San Luqa. Il-vanġelu ta’ San Ġwann jintuża f’ċerti Ħdud matul it-tliet snin. Qari matul il-©img˙a Il-qari għal matul il-ġimgħa (mit-Tnejn sas-Sibt) jinfirex fuq sentejn: Sena I (snin li jispiċċaw bil-fart bħall-2013) u Sena II (snin li jispiċċaw biż-żewġ bħall-2014). FlAvvent u r-Randan il-qari ta’ kuljum huwa magħżul apposta, u ma jimxix mal-iskema li semmejna fil-paragrafu ta’ qabel. Ripetizzjoni? Għalkemm il-Kalendarju Liturġiku jirrepeti
ruħu kull sena, dan ma jfissirx li l-Liturġija hija dejjem l-istess ħaġa. Jekk nimxu ’l quddiem fil-mixja tal-fidi tagħna, il-mod kif nieħdu sehem fil-Liturġija jkun dejjem ġdid u aktar profond. Wara kollox, Kristu ma jerġax jitwieled f’Betlem kull 25 ta’ Diċembru! Sar bniedem darba, u m’għandux għalfejn jerġa’ jitwieled. Imma f’ċertu sens ieħor tista’ tgħid ukoll li Kristu jerġa’ jitwieled mill-ġdid ġo fina – meta aħna ngħixu kif jixtieq hu. Hekk ukoll, Ġesù ma jerġax imut u jirxoxta għall-ħabta ta’ Marzu-April kull sena, għax il-fidwa tagħna diġà seħħet u m’għandhiex għalfejn terġa’ sseħħ. Imma f’ċertu sens ieħor – meta aħna ngħixu l-wegħdiet tal-Magħmudija tagħna b’mod aktar fidil – inkunu qegħdin inħalluh imut u jqum ġo fina. Ġo fina jseħħ Għid ġdid! U din il-ħajja tagħna, bis-sabiħ u l-ikrah tagħha, tiġi offruta lill-Missier minn Kristu nnifsu f’kull Quddiesa li nisimgħu. Ftakar: fil-Liturġija aħna ma noqogħdux nirreċtaw l-istejjer tal-Bibbja; ma noqogħdux ‘nilagħbu’ tal-Knisja. Fil-Liturġija (u f’ħajjitna) aħna ngħixu l-Misteru ta’ Kristu! ■ Open Weekend f’Dar Frate Jacoba
Is-Sibt 14 ta’ Dicembru, mill-5pm sas-7:30pm Il-Ħadd 15, mid-9am sas-7pm Ikun hemm quddies is-Sibt (5pm) u l-Ħadd (9am, 5pm) Dar Frate Jacoba, Wied iż-Żiju, Marsaskala Tel. 20995249; www.youth-alive.net Flimkien Diçembru 2013 | 11
id-dar taLProvidenza
Festa ta’ Ġenerożità 1 ta’ jannar Mid-9:00aM ‘l quddieM
L-aĦjar taLent LokaLi
Xandira teLeviŻiva fuq L-istazzjonijiet LokaLi ĊemPeL issa
€10 €15 €25 €7 SMS
516 02 012 517 02 013 518 02 014 506 18 922
organizzata minn radju rtk
www.apsbank.com.mt Flimkien Diçembru 2013 | 13
SENA TAL-FIDI Marcelle Shaw
Fidi, anki
fil-maltempata B˙ala konkluƒjoni g˙as-Sena tal-Fidi, li g˙alqet fl-a˙˙ar Óadd ta’ Novembru, dehrilna li jkun xieraq infakkruha b’din ir-riflessjoni li ©ejja.
X
i darba jew oħra kulħadd jesperjenza problemi f’ħajtu: daqqa żgħar u jgħaddu; drabi oħra jheżżuk u jsabbtuk. U wara li ndumu nirrabjaw u nikkumbattu magħhom, nindunaw li għandna bżonn l-għajnuna, għax ħadd mhu kapaċi jikkontrolla dak li jidher impossibbli. Hekk għamlu l-appostli meta kienu fuq id-dgħajsa ma’ Ġesù fuq l-Għadira tal-Galilija. Inqalgħet maltempata kbira. Għall-ewwel ippruvaw jikkumbattu magħha – wara kollox huma kienu sajjieda ta’ esperjenza kbira. Meta ħarsu lejn Ġesù, rawh rieqed fin-naħa ta’ wara tad-dgħajsa. Wara li nfilġu jidderieġu d-dgħajsa u jbattlu l-ilma biex ma jegħrqux, daru lejh b’ħafna biża’. Anzi staqsewh għaliex ma kienx qed jinkwieta li kienu se jegħrqu. Ġesù qam u qalilhom: “Dal-biża’ kollu għaliex? Mela m’għandkomx fidi?” (Mark 4:35). Ġesù qam u sikket il-maltempata u waqa’ l-bnazzi. Min jaf kemm ħassewhom 14 | Flimkien Diçembru 2013
miksurin biċ-ċanfira! Imma min jaf ukoll kemm xtaqu li qajmuh qabel! Aħna x’nagħmlu fil-problemi tagħna? Nibżgħu u nippanikjaw, jew nieqfu u nitolbu? Jogħġobni ħafna vers 8 ta’ Salm 16: “Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi, għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.” Spiss ninsew li Ġesù qiegħed fuq iddgħajsa magħna, għax ikun moħbi fuq wara, u aħna nippruvaw insalvaw lilna nfusna. Kieku jkollna fidi qawwija żgur li nibqgħu kalmi u mmorru npoġġu ħdejn Ġesù, ċerti li Alla għandu kontroll assolut tas-sitwazzjoni. Biex inħallu lil Alla jidderieġi d-dgħajsa tal-ħajja tagħna lejn ir-rieda tiegħu kulma għandna nagħmlu huwa li nafdawh kompletament. Xi drabi nistaqsi għaliex jinqalgħu l-problemi. Jiena naħseb li Alla jridna nesperjenzaw il-miraklu tal-qawwa tiegħu, is-saħħa ta’ idu u l-preżenza tiegħu, biex il-fidi tagħna tagħtih kontroll assolut ta’ ħajjitna. U kull darba li jiġri dan, ikun qed iwassalna f’post aktar qrib tiegħu. ■
ESPERJENZA
Ji©ri x’ji©ri!
Ħ
ames snin wara numru ta’ diżgrazzji fil-familja, fosthom il-mewt ta’ binha l-kbir, omm kellha xenata ma’ binha ż-żgħir, Larry, tant li fl-aħħar dan qabad iċ-ċwievet tal-karozza u telaq, u ma ġiex lura aktar. Naturalment għaddiet minn żmien diffiċli ħafna. Rabja kbira magħha nnifisha (fejn żbaljajt?), ma’ binha (għaliex għamiltilna hekk?), ma’ żewġha (dak dejjem iħallini waħdi!) u ma’ Alla (għaliex jien?). Mir-rabja għaddiet għad-dipressjoni, u mid-dipressjoni, għaddiet għalliżolament. Ingħalqet f’kamritha, bla aptit ta’ xejn, u ntilfet fil-memorji tal-passat li kien għadda.
18 | Flimkien Diçembru 2013
Jum minnhom, daħlet fil-karozza u saqet sat-tarf tal-preċipizzju. Kemm tagħfas il-gass, u teħles minn kollox. Ħafna kienu qalulha, “Ħalli lil Larry f’idejn Ġesù”. Faċli tgħidha! Kienet ippruvat, kieku, imma kull darba kienet “terġa’ tieħdu lura” u ġġorr ittoqol kollu hi. Tkompli tirrakkonta hi: Kien hemm, fil-karozza, ftit metri mittarf, li tlabt: “Mulej, ma nafx kif se nġorr dan it-toqol. Se nagħtik ’il ibni Larry. Jekk qatt ma jerġa’ jiġi lura d-dar, u qatt ma nerġa’ narah aktar, jiġri x’jiġri, Mulej, inħallih f’idejk!” Jiġri x’jiġri. Meta għedt u fhimt dal-kliem, ħassejtni nieħu r-ruħ, l-għoqla fuq l-istonku bdiet titlaq. Erġajt startjajt il-karozza, dawwart, u soqt lura d-dar. Ċertament li dak li ġara lili mhux bilfors se jiġri lilek. M’hemm xejn maġiku filkliem “jiġri x’jiġri”. L-importanti hu li titlaq minn idek dak li qed jikkaġunalek l-uġigħ, speċjalment jekk qed iġibu fuqek xi ħadd għażiż għalik. Kont kważi tlift kollox, minbarra moħħi – avolja anki dak ma kontx bogħod ħafna milli nitilfu! Imma wasalt fil-punt fejn stajt ngħid, “Jiġri x’jiġri, Mulej!” minflok “Għaliex jien, Mulej?” Irrealizzajt li ma stajtx insewwi dik issitwazzjoni jien waħdi. Ma stajtx inġib ’il Larry lura. Ma stajtx nibdlu jien. Alla biss seta’ jmiss lil ibni u jibdlu, meta u kif jaf hu. Dażgur għamilt il-parti tiegħi wkoll. Ma
qbadtx u tfajt il-problema tiegħi fuq Kristu u farfart idejja. “Għin ruħek biex Alla jgħinek!” Din mhux xi ħarba mir-realtà! Domt għal ħafna xhur immur għand psikologu. Anki żewġi ġie miegħi. Imma wasalt f’punt fejn kulma stajt nagħmel kien li nħalli ’l Larry “imur”, inħallih f’idejn Alla, inħalli ’l Alla jaħdem fil-ħajja ta’ ibni. Mod wieħed kif tagħmel dan hu billi timmaġina f’moħħok xena fejn int qed tpoġġi lil ibnek (jew lil xi ħadd għażiż għalik) ġo kaxxa. Mentalment, iksi l-kaxxa b’wrapping paper sabiħa. Ġib quddiem għajnejk indana taraġ. Int qiegħda isfel. Fuq nett hemm Ġesù. Immaġinak tielgħa, tarġa tarġa, bil-pakkett f’idejk. Kif tasal fuq nett, qiegħed ilpakkett f’riġlejn Ġesù. Stenna sakemm jiġbru u jpoġġih f’ħoġru. Immaġina lil Ġesù jiftaħ il-pakkett, jaqbad lil ibnek (bintek jew xi ħadd għażiż għalik), u jgħannqu miegħu. Kun ċerta li Ġesù qed iżommu sew. Emmen li qatt mhu se jitilqu. Int tajthulu f’idejh, u issa f’idu. Imma issa ġej l-iebes!... Meta tkun tajt ir-rigal tiegħek lil Ġesù, dur, u ibda nieżla. F’nofs it-taraġ tista’ tiġik ix-xewqa li ddur ħa tara jekk ibnek (bintek) għadux f’idejn Ġesù. Forsi trid tisma’ f’moħħok lil Ġesù jgħid, ‘Ħadd mhu se jeħodli lill-għażiż ------- (poġġi isem il-persuna għażiża għalik) minn idi, u jien m’jien se nitilqu qatt minn idejja.’ Int u nieżla t-taraġ, irringrazzja ’l Alla talli ħa kollox f’idejh hu. Isma’ lilek innifsek tgħid, “Kollox sew. Issa lil ------ ħallejtu f’idejk, u tlaqtu minn idejja. Aħdem fil-ħajja ta’ ------- kif jidhirlek int.” Dan li għedna jgħodd kemm jekk dan
ix-xi ħadd għażiż ikun ibnek/bintek li forsi rribella, xi ħadd mill-familja li għamel għażliet ħżiena u żbalja, xi ħadd vittma ta’ marda jew diżgrazzja. Meta tkun għamilt dan l-eżerċizzju, u tkun tlabt din it-talba, ma jkollokx għalfejn tħoss aktar li kollox jiddependi fuqek. Meta tkun ittentat biex terġa’ tieħu kollox lura f’idejk mill-ġdid, irrepeti dan l-eżerċizzju mentali, u ftakar f’dak il-mument preċiż meta lil Ġesù ppreżentajtlu l-persuna għażiża għalik, u hu laqgħu jew laqagħha bit-tenerezza u l-imħabba kollha tiegħu. Agħmel kopja ta’ din it-tpinġija sempliċi u qegħidha f’post fejn taraha spiss, biex tfakkrek li int ħallejt lil dak ix-xi ħadd għażiż f’idejn Ġesù. Issa, hu qiegħed safe f’idejh, u int tista’ tkompli biddmirijiet tiegħek, minflok tipprova ġġorr piżijiet li huma tqal wisq għalik. Addattata minn SPLASHES OF JOY IN THE CESSPOOLS OF LIFE ta’ Barbara Johnson
Ibnek jew bintek gay?
Drachma Parents Group huwa grupp ta’ ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Jissapportjaw ġenituri oħrajn bħalhom, u jgħinuhom jifhmu, jaċċettaw u jkunu ta’ sapport huma stess għal uliedhom, li huma wlied Alla. Il-laqgħat li jmiss se jsiru f’dawn id-dati: • it-Tnejn 30 ta’ Diċembru, fil-Millennium Chapel fis-7.30pm (Quddiesa); • il-Ħamis 16 ta’ Jannar, f’Mount St Joseph, Mosta, fis-7.30pm; • il-Ħamis 20 ta’ Frar, f’Mount St Joseph, Mosta, fis-7.30pm. Ċempel 79442317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett b’mistoqsijiet u tweġibiet dwar is-suġġett. Flimkien Diçembru 2013 | 19
HOME FINANCING SOLUTIONS
MAKING LIFE SIMPLE FOR YOU We make your home loan selection simple by providing clear terms for all of our products. Call us today to find out more. We think you’ll be pleasantly surprised. psbank facebook.com/a
2122 6644
apsbank.com.mt
values you can bank on
APS Bank Ltd. is licensed by the Malta Financial Services Authority. Any loan application is subject to lending criteria and final approval by the respective branch.
ITTRI MILL-QARREJJA
L-ittri g˙andhom juru l-isem s˙i˙ u l-lokalità. Kull ittra tista’ ti©i mqassra u editjata. L-ittra tax-xahar tirba˙ voucher ta’ €20 li jissarraf f’ikla g˙and Pollino’s, Malta International Airport. Ibg˙atha email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Ittri tal-Qarrejja, Kurja, Floriana. ITTRA REBBIEÓA
M
Vjatku fit-toroq
eta kont żgħir kont nieħu sehem fil-vjatku, li kien joħroġ lejl u nhar. Kienet tinħass ċerta fidi meta jinħareġ is-Sagrament mill-knisja sad-dar tal-moribond u lura. Niftakar li fil-parroċċa ta’ San Duminku, il-Belt, hekk kif jindaqqu l-ewwel tokki biex juru li wasal biex joħrog il-vjatku, ċorma tfal u anzjani kienu jinġabru fissagristija biex jilbsu ta’ abbatini jew fratelli. Xi drabi fit-toroq kienu jinħarġu qsari u twapet. Bil-lejl kienu jinħarġu l-lampi minħabba d-dlam. Illum il-fidi tidher li naqset u daħlet ċerta bruda, imma ma nistgħux nerġgħu nkebbsuha bil-vjatku jew billi nżidu l-purċissjonijiet. In-‘nar’ nistgħu nżommuh mixgħul bit-Tqarbin u s-sehem fil-Quddiesa. Jalla meta l-Mulej jerġa’ jiġi, isib il-fjamma għadha taqbad. Il-ġenituri għandhom fuq spallejhom ir-responsabbiltà li jgħaddu l-fidi lil uliedhom. ■ Ralph Micallef, il-Belt Valletta
X’talab Ratzinger lill-Bambin
N
aħseb li din li ġejja tinteressa lillqarrejja ta’ Flimkien. Dan l-aħħar instabet ittra li Joseph Ratzinger kiteb lill-Bambin Ġesù fl-1934 meta kien għadu ta’ 7 snin. Fiha talbu rigali għall-Milied. L-ittra nstabet fid-dar ta’ oħtu Maria fir-raħal ta’ Marktl am Inn fil-Bavarja, fejn twieldu. Kienet tgħid hekk: ‘GħaΩiΩ Bambin Ġesù, ejja malajr fid-dinja. Inti ġġib il-ferħ lit-tfal kollha. Ġib il-ferħ lili wkoll. Nixtieq ikolli Volks-Schott, libsa ħadra għall-Quddiesa, u Qalb ta’ Ġesù.’ Volks-Schott kien missal tal-Quddiesa bil-Ġermaniż u l-Latin. Dak iż-żmien kien
hemm edizzjoni għall-kbar u oħra għattfal. Il-libsa ħadra li xtaq ikollu tirreferi għal-libsa li hu u ħutu kienu jużaw meta ‘jilagħbu’ tal-quddiesa. Ommhom kienet ħajjata u kienet tħitilhom l-ilbiesi kif xtaqu huma. Xtaq ukoll santa talQalb ta’ Ġesù, li l-familja kienet devota ħafna lejh. Fuq l-istess karta kien hemm ukoll it-talbiet ta’ ħuh Georg (10 snin, li talab lil Ġesù jġiblu karti vojta tal-mużika u libsa bajda, ukoll biex jużaha fil-‘quddiesa’) u oħtu Maria (ta’ 13, li xtaqet ktieb bl-istampi). ■ C. Micallef, ÓaΩ-Żebbuġ
Ritratt: Joseph Ratzinger ta’ 5 snin
Flimkien Diçembru 2013 | 21
Time after time, under all circumstances You wear it just like normal underwear and get all the extra protection and security you need in everyday life.
For more information kindly e-mail tena@pharma-cos.com or call 2144 1870 Monday to Friday between 8am and 5pm
TENA Pants offer the perfect solution for both women and men with light to moderate leakage. It features a breathable, textile-like material, integrated absorbent core with extra capacity and soft elastics ensuring a comfortable fit. TENA Pants offer you security and discretion so you can experience the freedom to do whatever you want. Size ranges is from extra small to extra large with varying absorbancy levels. FeelDry™ gives outstanding dryness, through quick inlet absorption and excellent retention.
www.tena.com.mt TENA IS AVAILABLE FROM ALL PHARMACIES AND SUPERMARKETS
PARROÇÇI MALTIN Dun Keith Bonnici, ParroÇÇa Familja Mqaddsa, L-Iklin
Ûg˙ira, imma b’qalb kbira M
adwar erbgħin sena ilu, meta twelidt jien, l-Iklin kien jikkonsisti f’ħafna raba’ u għelieqi u ftit djar. Illum huwa parroċċa pjuttost żagħżugħa b’madwar 3,200 ruħ. Ilha parroċċa biss mid-19 ta’ Marzu, 2005. Mhix parroċċa tradizzjonali b’xi knisja antika, xi ġojjell tal-arkitettura, bil-każini tal-banda, partiti politiċi u l-bqija. La festa esterna ma għandna, u lanqas vara titulari! Hawn ħafna familji li ġew joqogħdu hawn bejn 25 u 35 sena ilu, meta kienu għadhom koppji żgħar, u issa wliedhom jew iżżewġu jew waslu għaż-żwieġ. Hawn numru konsiderevoli ta’ żgħażagħ kif ukoll nies ta’ bejn il-50 u s-60. Il-knisja tagħna hija moderna, mgħammra bl-air conditioning u tesa’ mat350 ruħ. L-idea oriġinali kienet li dik li llum hija l-knisja tintuża bħala sala parrokkjali u fuqha mbagħad tinbena l-knisja. Ġara, imma, li spiċċaw il-flus u m’għamilna xejn minn dan! Għal ħafna snin, qabel ma nbnew il-knisja u ċ-ċentru pastorali tal-lum, innies tal-Iklin kienu jisimgħu l-quddies ġo garaxx u kienu jikru x’imkien biex jgħallmu
d-duttrina lit-tfal. Issa, bit-tħabrik ta’ diversi nies, għandna ċentru pastorali sempliċi, imma spazjuż, li jintuża għal diversi laqgħat pastorali oħra. Meta l-Iklin sar żona pastorali awtonoma, għaxar snin ilu, kien meħtieġ li jintgħażel patrun titular. Billi ż-żona kienet qed timtela b’familji ġodda żgħażagħ li għażlu li jissetiljaw hawnhekk, intgħażlet il-Familja Mqaddsa bħala mudell għall-familji tallokal. Dan l-aħħar il-parroċċa nqasmet f’erba’ żoni skont ix-xewqa tal-Arċisqof Pawlu Cremona. Il-ħsieb hu li kull żona jkollha ‘Grupp tal-Evanġelizzazzjoni’ tagħha. Ilmembri ta’ dawn il-gruppi żgħar jiltaqgħu darba f’ġimgħa biex jirriflettu dwar ilVanġelu tal-Ħadd ta’ qabel u jippjanaw xi attività jew inizjattiva pastorali fiż-żona tagħhom. S’issa waqqafna żewġ ‘Gruppi tal-Evanġelizzazzjoni’ u qed naħdmu biex inwaqqfu t-tielet wieħed. Inkomplu nitolbu li nkomplu nibnu flimkien parroċça żgħira, imma b’qalb kbira: komunità Nisranija ħajja u attiva, komunità mżejna b’ħafna persuni li lesti jagħtu millħin tagħhom għal Alla u għal ħaddieħor. ■ Flimkien Diçembru 2013 | 23
www.horizons.com.mt
SAÓÓITNA VALERIE GATT & MICHELLE CILIA
Adulti b’Down Syndrome
I
d-Down Syndrome hija kundizzjoni ġenetika kkawżata minn kromożom żejjed: il-kromożom 21. Hi tipikament assoċjata ma’ karatteristiċi fiżiċi u ċerta diżabbiltà intelletwali u/jew fiżika oħra. Sal-età ta’ 16, is-servizzi tas-saħħa għal tfal b’Down Syndrome jiġu offruti u kkordinati miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU). Imma nħass il-bżonn li s-servizzi ta’ kura u sapport, kif ukoll edukazzjoni dwar saħħa ħolistika u ħajja proattiva, għandhom jitkomplew matul il-ħajja kollha ta’ dawn l-individwi u l-familjari tagħhom. Għaldaqstant, id-Dipartiment tal-Kura Primarja flimkien mal-Assoċjazzjoni tad-Down Syndrome ħadmu flimkien biex tinfetaħ klinika għall-promozzjoni tassaħħa ta’ persuni b’Down Syndrome minn 16-il sena ’l fuq. Il-klinika topera miċĊentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara kull nhar ta’ Sibt filgħodu, u toffri servizz mediku bla ħlas. Matul il-viżti li jsiru mit-tabiba u l-infermiera tal-inqas darba f’sena, isir assessment tal-persuna b’mod ħolistiku u screening għal xi mard u kundizzjonijiet mediċi li persuni b’Down Syndrome huma f’riskju akbar li jbatu minnhom, bħallmard tal-qalb, it-tirojde u n-nuqqas ta’
smigħ. Jistgħu wkoll ikunu referuti għal xi testijiet oħra, follow-ups jew viżti għand professjonisti oħra. Minbarra l-aspett mediku, il-klinika toffri wkoll pariri u informazzjoni meħtieġa, skont il-bżonnijiet tal-individwu. Jiġu wkoll organizzati proġetti edukattivi u attivitajiet innovattivi li jindirizzaw problemi speċifiċi u ġenerali ta’ adulti b’Down Syndrome u l-familji tagħhom. Il-kontinwazzjoni ta’ monitoraġġ tassaħħa u l-edukazzjoni li toffri din il-klinika huma essenzjali kemm għall-kwalità ta’ ħajja aħjar tal-adult bid-Down Syndrome, kif ukoll għas-sens ta’ appoġġ u punt ta’ referiment għal familjari/qraba tagħhom. B’hekk hu rrakkomandat li kull persuna li għandu Down Syndrome, minn età ta’ 16-il sena ’l fuq u li toqgħod Malta jew Għawdex tirreġistra ma’ din il-klinika. Inħeġġu lillfamiljari u dawk li jieħdu ħsieb persuni b’Down Syndrome biex jagħmlu użu minn dan is-servizz billi jċemplu 21494960 jew jibagħtu imejl fuq dsc.phc@gov.mt għal appuntament mal-Adult Down Syndrome Clinic. Valerie Gatt u Michelle Cilia jaħdmu fl-Adult Down Syndrome Clinic bħala charge nurse u deputy charge nurse, rispettivament. Flimkien Diçembru 2013 | 25
Home Insurance Because there’s no place like home
Normal is great, when you get it back Insurance cover at just €0.50c a day* *premium based on average property sum insured
Scan with your smartphone for an instant quote
your secure option
Citadel Insurance p.l.c. • Casa Borgo • 26 Market Street • Floriana FRN 1082 • Tel: 2557 9000 • E-mail: info@citadelplc.com Branches: Gżira 2133 2151 • Ħaż-Żebbuġ 2146 4873 • Naxxar 2141 9198 • Paola 2180 6247 • San Ġwann 2733 0044 • Tied Insurance Intermediaries: Malta Citadel Insurance p.l.c. is a company authorised to carry on general and long term business of insurance and is regulated by the MFSA.
•
Gozo
LOGÓOB Claudia Cini
Mimdudin 1. Kummidjant (5) 3. Idea; ħjiel (5) 7. Ir-residenza uffiċjali tal-Papa (7) 9. Torta tal-ħelu għal għeluq sninek (4) 10. Pastaż u ħamallu (4) 11. Tal-baħar mielaħ (4) 12. Iżżejjed (4) 16. Fejn Ġesù għamel l-ewwel miraklu (4) 18. It-tifel tiegħi (4) 19. Dublin hi l-belt kapitali ta’ dal-pajjiż (7) 20. Qrib (5) 21. Is-Sinjur Alla (5) Weqfin 1. Benedizzjoni (5) 2. Tal-ħobż jieklu l-għasafar tal-bejt (4) 4. Tajjar abjad fis-sema (4) 5. Xkupilja tal-lanżit (5) 6. Passaġġ taħt l-art (4) 7. Strumenti jinżammu taħt l-għonq (7) 8. Kaċċaturi (7) 13. Ilsir (5) 14. Sagrament ta’ maħfra (4) 15. Muntanja magħrufa għall-għaxar kmandamenti (5) 17. Strumenti kbar, b’ħafna kordi, bi gwarniċ forma trijangolari (4) 18. Armu dija qawwija (4)
Tisliba 1
2
3
4
5
6 7
8
9
10
11
12
13
14
16
15
17
18
19
20
21
Soluzzjoni Tisliba Novembru: Mimdudin: 1. LAPSI, 3. QLUGÓ, 7. RUÛARJU, 9. TWAL, 10. KNIS, 11. AZZJ, 12. VAVU, 16. RETT, 18. FRIX, 19. TRAVERS, 20. ÌANNI, 21. ONIST. Weqfin: 1. LUTTU, 2. SBUL, 4. LAJK, 5. ÓASSA, 6. VANN, 7. RAZZETT, 8. UNIVERS, 13. TRONÌ, 14. NAVA, 15. RXOXT, 17. TREN, 18. FRAN. Rebbie˙: J. Gauci, Birkirkara
Irba˙ voucher ta’ €25 ming˙and V&F Portelli and Sons Ltd, l-Imrie˙el. Ibg˙at it-twe©iba sal-15 taxxahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefown u l-indirizz. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, il-Furjana. A B C D E F G H I J K L M
Q-D W÷T IxM P+K MxB U÷Z A+R C-B A÷F L+B O-N E+F Y-C
5
2
3
N O P Q R S T U V W X Y Z
H-X XxM R÷R S+T J÷F W-P V÷M ZxF D+M FxN C-E K+H G-V
10
Alfakodo
Irba˙ ƒew© kotba offruti minn Merlin Publishers Ltd billi tuƒa l-g˙ajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibg˙atha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, il-Furjana Soluzzjoni ta’ Novembru A 5 N 2
B 26 O 11
C 8 P 9
D 12 Q 13
E 18 R 17
F 21 S 20
G 24 T 3
H 1 U 15
I 6 V 22
J 19 W 25
K 10 X 23
L 14 Y 16
M 4 Z 7
Rebbie˙: J. Mifsud, il-Mosta
Kont taf?... L-ogÓla quÇÇata?
Livell tal-Ba˙ar
Everest
Mauna Kea
L-ogħla muntanja li hawn fid-dinja mhijiex l-Everest, li hi għolja 8,848 metru (29,029 pied), u li tinsab fuq il-fruntiera bejn iċ-Ċina u n-Nepal, imma Mauna Kea li hi għolja 10,100 metru (32,100 pied), li tinsab fuq il-gżira ta’ Hawaii, fl-Oċean Paċifiku ... bid-differenza li żewġ terzi ta’ Mauna Kea jinsabu taħt il-baħar! Flimkien Diçembru 2013 | 27
dis Il-Qad ar h tax-xa
PAÌNA GÓAT-TFAL Claudia Cini
San Franġisk Saverju Twieled fis-7 ta’ April 1506, f’Javier (għalhekk insejħulu ‘Saverju’), Spanja
F’Pariġi ltaqa’ ma’ San Injazju ta’ Loyola
Kien minn familja aristokratika, u għadda ħafna snin f’ambjent ta’ gwerra
Kien missjunarju f’artijiet li kienu jagħmlu parti mill-Imperu Portugiż: l-aktar fl-Indja, il-Ġappun u l-Indoneżja
Ta’ 19-il sena mar Pariġi jistudja l-Arti u l-Filosofija
Log˙ob bi premju
Jigsaw Puzzle
Irba˙ voucher ta’ €10 ming˙and Alfsons Enterprises Ltd, il-Óamrun billi dda˙˙al il-biççiet tal-jigsaw puzzle fil-kaxxa ta’ hawn ta˙t biex tifforma sitt numri. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Jigsaw Puzzle, Kurja, il-Furjana.
X
Flimkien ma’ San Injazju u ħamsa oħra waqqfu s-Soċjetà ta’ Ġesù (il-Ġiżwiti)
Dan kollu għamlu minkejja li kien ibati ħafna biex jitgħallem il-lingwi barranin Miet fit-3 ta’ Diċembru 1552 f’xatt il-baħar, hu u jistenna dgħajsa li kellha twasslu ċ-Ċina, fejn xtaq ħafna li jmur iwassal il-vanġelu Patrun tal-missjunarji kollha
R
M
T
A
E
B
GÓ
E
D
I
T
S GÓ A A A
D
GÓ A Ó
S
I
S W IE Ó Soluzzjoni tal-Jigsaw Puzzle ta’ Novembru
Għalliema: Ben, jekk inpoġġilek żewġ gomom fil-but tal-lemin, u tnejn oħra f’tax-xellug, kemm ikollok gomom b’kollox?
B
Ben: Tnejn, Miss. Ben: Iva naf, imma l-but tal-lemin imtaqqab!
A
S
ÇAJTA
Għalliema: Mela ma tafx li 2 + 2 = 4?
A
W
E
R
B
Ì
I
M GÓ A
GÓ A
Ó
A
M
I
S
I
B
T
T
L
IE
T
A
T
N
E
J
N
S
Rebbie˙: M. Seychell, Óal Tarxien
SN ADV 110X75.indd 1
16/10/2013 17:12
L-AÓÓAR PAÌNA Maqluba gÓall-Malti minn Violet Schembri
Kelli ˙olma, ÌuΩeppi...
K
elli ħolma, Ġużeppi, u ngħidlek issewwa ma nistax nifhimha sew, imma naħseb li għandha x’taqsam mat-twelid tat-tifel tagħna. Rajt ħafna nies li kellhom ħafna x’jagħmlu. Kienu ilhom iħejju għall-festa minn xi sitt ġimgħat qabel: iżejnu djarhom, jixtru lbiesi ġodda, jonfqu kemm jifilħu, u jakkwistaw rigali sbieħ u lussużi. Imma l-isbaħ waħda hi din: li dawn ir-rigali ma kenux għat-tifel tagħna. Bdew ikebbuhom ġo karti lussużi, ileqqu u sbieħ, jorbtuhom b’żigarelli fini u jpoġġuhom taħt siġra. Iva, Ġużeppi, taħt siġra! Ġo djarhom kollha kellhom siġra li l-friegħi tagħha mlewhom b’tiżjin ileqq. Fil-quċċata tagħha poġġew figura – naħseb li kien anġlu sabiħ. Imbagħad rajt mejda mimlija bl-aqwa ikel u nbid. Kulħadd kien mistieden għal din il-festa. Kien hemm daħq u ferħ kbir, l-aktar meta bdew jagħtu r-rigali lil xulxin.
30 | Flimkien Diçembru 2013
Imma kun af, Ġużeppi, li ma kien hemm ebda rigal għat-tifel tagħna! Tawni l-impressjoni li ħadd ma kien jafu, għax ħadd ma beda jsemmih. Mhux stramba li ħadu dak ix-xogħol kollu, tajru tant flus filpreparazzjonijiet għall-festa ta’ għeluq snin xi ħadd li mhux talli ma bediex jissemma’ iżda tawni l-impressjoni li lanqas biss kienu jafuh? Għedt bejni u bejn ruħi li, li kieku t-tifel tagħna kellu jidħol f’dawk id-djar għaċċelebrazzjonijiet, żgur kien iħossu barrani. Kien hemm atmosfera tant sabiħa u n-nies dehru tassew ferħana, imma jien ħassejtni li rrid ninfexx f’bikja kbira għax it-tifel tagħna kien injorat minn kwazi kulħadd! X’ħasra għal Ġesù li ma kienx apprezzat u milqugħ fil-festa ta’ għeluq sninu! Meta stenbaħt għedt, ‘Għall-erwieħ, kienet biss ħolma. Imma tkun tassew traġedja kbira kieku din il-ħolma ssir realtà!’ Marija
RTK 4 Charity
FAMILJI FIL-BŻONN
Tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek b’dawn il-metodi: Tiġi fl-uffiċċju ta’ Radju RTK, Blata l-Bajda, u tagħti d-donazzjoni tiegħek. (għal kull għotja tingħata irċevuta)
Permezz tat-telefon: 5160 2040 €10.00 5170 2041 €15.00 5180 2042 €25.00
IXTRI S-CD ‘Kewkba li ddiet’
Ibgħat SMS: 50618921 €7.00
Żur is-sit www.rtk.org.mt
Facebook: www.facebook.com/ cometome.childrenshomes
Permezz tal-Bank Accounts (KAMPANJA RTK FAMILJI FIL-BŻONN) HSBC A/C 033 157108050 BOV A/C 400 10162286 APS A/C 105 43110022
Grazzi.