Skip to main content

Flimkien April 2014

Page 1

Numru 113

Newspaper Post

April 2014 |

3 Editorjal 4 Il-kelma tal-Arċisqof 5 Il-Mewt is-Sewda 6 Ħobżna ta’ kuljum 7 Jista’ jkun fireproof? 9 Affettwa anki lili 10 L-aħħar kilometri ta’ Ġesù 13 Rapporti li n-Nazzarenu qam mill-mewt 18 Il-bagalji lesti! 19 Tliet pari jdejn 21 Ittri mill-Qarrejja 23 Parroċċi Maltin: Ħal Tarxien 25 Slielem fuq bjut 27 Tisliba u Alfakodo 29 Il-bermuda 30 Quddiem il-Kurċifiss


BSL

Britannia Tours … your holiday starts here!

Lourdes 4 Full Days 14-19 July, 28 July - 2 August, 11-16 August, 25-30 August 5 Full Days 4-10 July, 18-24 July, 1-7 August, 15-21 August, 29 August - 4 September 5 Full Days 9-15 July, 23-29 July, 6-12 August, 20-26 August, 3-9 September

MINN

¢499 MINN

¢539

MINN

¢539

All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620


Editorjal • Dun A nton Por telli

Ir-ritratt tal-Papa

I

r-ritratt tal-Papa jaħsel saqajn żgħażagħ ħabsin sena ilu kien laqatna ħafna meta rajnieh. Rajna Papa jitbaxxa quddiem żgħażagħ li s-soċjetà kienet diġà warrbithom fil-ġenb għal dak li kienu għamlu. Forsi ftit ftakru li meta San Ġwann flEvanġelju tiegħu jgħidilna kif Ġesù libes il-fardal u ħasel riġlejn l-appostli, huwa ried jurina kif l-Imgħallem kien ta lilu nnifsu għalkollox billi sar qaddej, umilja ruħu, neża’ mid-dinjità tiegħu biex jipprepara lillappostli (u lilna) għall-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien tiegħu. L-istedina ta’ Ġesù u ta’ Papa Franġisku hija li aħna wkoll inneħħu l-libsa tassuppervja tagħna, tas-sens ta’ superjorità, l-arja żejda, u l-imnieħer imxammar, biex bħalhom numiljaw ruħna u nitbaxxew ħalli naqdu lil xulxin u lil min hu l-aktar filbżonn spiritwali u materjali. U b’dan il-mod naslu għall-Qawmien tagħna. Kienet l-imħabba li wasslet lil Ġesù u lill-Papa biex jaħslu s-saqajn tal-oħrajn. Għandha tkun l-istess imħabba li twassal lilna biex inkunu qaddejja ta’ xulxin.

April 2014

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Mini-Kwizz Kemm hemm kotba fil-Bibbja? Ara t-tweġibiet f’paġna 6.

Time When, as a child, I laughed and wept, time crept. When, as a youth, I dreamed and talked, time walked. When I became a full-grown man, time ran. And later, as I older grew, time flew. Soon I shall find, while travelling on, time gone. Will Christ have saved my soul by then? Amen. (Iskrizzjoni fuq l-arloġġ tal-katidral ta’ Chester, l-Ingilterra) Mibgħuta minn Genevieve Portelli, Qormi

AIL - A5 General Advert.indd 1

29/01/2014 17:46


Il-Kelma tal-Arċisqof • Mons P. Cremona O.P.

Alla ma ħalaqx id-dnub!

F

it-18 ta’ dan ix-xahar, nibdew ngħixu l-misteru tas-Salib ta’ Ġesù, sakemm naslu għal Ħadd il-Għid, fl-20 ta’ April. Xtaqt naqsam magħkom ħsieb fuq is-Salib. Mhux kulma hawn madwarna ħalqu l-Mulej! Id-dnub, it-tbatija u l-mewt ma kienx hu li ħalaqhom. Dawn huma konsegwenza tad-dnub tal-bniedem. Waħda mir-raġunijiet għala Ġesù ġie fiddinja kienet biex hu jgħaddi anki minn dawn, biex jekk ngħixuhom miegħu, aħna wkoll inkunu għajn ta’ grazzja. Ġesù ma setax jgħaddi mid-dnub, imma għadda għadda mit-tentazzjonijiet fid-deżert, biex meta nkunu ttentati, niftakru kif hu għeleb it-tentazzjoni. Huwa fil-mument tad-dnub biss li nkunu għaddejjin minnu “weħidna” – għalkemm il-Mulej jagħtina l-grazzja biex noħorġu minnu wkoll. L-istess ħaġa ngħiduha għall-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesù. Alla la ħalaq it-tbatija u lanqas il-mewt, imma Ġesù għadda minnhom, biex aħna nkunu nistgħu ngħaddu minnhom (tbatija u mewt) magħqudin miegħu. F’dawn il-jiem ejjew ngħixu anke s-slaleb li nkunu għaddejjin minnhom, fid-dawl u masSalib ta’ Ġesù.

Ibnek jew bintek gay? Drachma Parents Group huwa grupp ta’ ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Jissapportjaw ġenituri oħrajn bħalhom, u jgħinuhom jifhmu, jaċċettaw u jkunu ta’ sapport huma stess għal uliedhom, li huma wlied Alla. Id-data tal-laqgħa li jmiss: • 24 ta’ April (Quddiesa, 7.30pm, Millennium Chapel) Ċempel 7944 2317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett b’mistoqsijiet u tweġibiet dwar is-suġġett.

4 | Flimkien

STOR JA TAL-KNISJA FIL- QOSOR (12)

Il-Mewt is-Sewda 1280 Imut il-Papa Nikol III, li kien stabbilixxa l-Brevjar bħala l-ktieb uffiċjali tat-talb tas-saċerdoti fil-Knisja Rumana. 1281 Papa Martin IV jiskomunika lillImperatur Mikiel Palaeologus. Terġa’ tinħoloq firda bejn il-Lvant u l-Punent wara l-għaqda tal-1274. 1309-77 Għal madwar 70 sena, seba’ Papiet wara xulxin kienu joqogħdu f’Avignon minflok Ruma – għal diversi raġunijiet. F’dan iż-żmien (1321) imut Dante Alighieri, sena biss wara li temm jikteb id-Divina Commedia. 1348-50 Il-Pesta l-Kbira, magħrufa bħala ‘Il-Mewt is-Sewda’ toqtol bejn kwart u terz tal-popolazzjoni kollha tal-Ewropa (mietu bejn 75 u 200 miljun persuna). 1377 Il-Papiet jerġgħu jibdew joqogħdu Ruma u mhux Avignon. 1453 Kostantinopli taqa’ f’idejn il-Misilmin. 1456 Johannes Gutenberg joħloq l-istamperija; l-ewwel edizzjoni tal-Bibbja stampata. 1478 Instigat mir-Re Ferdinandu ta’ Spanja, il-Papa Sistu IV japprova t-twaqqif tal-Inkwiżizzjoni Spanjola, biex jitressqu quddiemha Lhud u Misilmin li wara li kkonvertew u saru Insara jkunu akkużati b’xi ereżija.


HEARING TESTS ARE

AS SIMPLE AS EYE TESTS & C AN HELP TO IMPROVE THE QUALITY OF YOUR LIFE JUST AS EASILY Cleartone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. Join us at one of our Malta & Gozo clinics, running from Saturday 12th April - Thursday 17th April. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology. A standard clinic fee will apply.

CLEARTONE HEARING MALTA LTD 11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd

Call: 21430571 / (mob) 79418101

ty n ra le r wa ilab l a va b o wa l G o n


Il-Missierna (4) • Fr Hector Scerri

6 | Flimkien

Ħobżna ta’ kuljum

F

D

N

I

Ħ

F

ir-raba’ petizzjoni, aħna nduru b’fiduċja fil-Missier għax nafu li jisma’ t-talb tagħna u jagħtina dak li neħtieġu. Att ta’ fiduċja f’Alla li “itella’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita tiegħu sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex” (Mt 5:45). Kif nitolbu fis-Salmi, huwa jagħti lil kulħadd “l-ikel tagħhom f’waqtu” (Salm 104:27).

itolbu lil Alla biex jagħtina l-meħtieġ għall-ġurnata: fi kliem ieħor, li jkollna biex ngħixu. Din it-talba mhix waħda egoista. Innota li qiegħda filplural: agħtina. Dan jurina li aħna, f’għaqda mal-bnedmin l-oħra, qed inpoġġu l-fiduċja tagħna f’Alla biex lil kull wieħed u waħda minna huwa jagħti dak li hu bażiku biex wieħed jgħix u ma jmutx bil-ġuħ. obżna huwa l-ikel tal-art li jsostni l-ġisem u biex ngħixu fiżikament f’saħħitna. Ħobżna huwa wkoll l-ikel spiritwali li jgħaqqadna ma’ Kristu Rxoxt u jagħtina qawwa spiritwali – fi kliem ieħor, il-Ħobż tal-Ħajja, l-Ewkaristija.

Tweġiba għall-Mini-kwizz

an l-ikel – materjali u spiritwali – ma nistgħux ngħaddu mingħajru waqt il-vjaġġ tal-ħajja. Qegħdin nitkellmu dwar ħobża waħda għal ħafna. Il-faqar li Ġesù jgħallimna fid-Diskors tal-Muntanja huwa l-virtù li naqsmu mal-oħrajn kemm il-ġid materjali kif ukoll il-ġid spiritwali. Dan nagħmluh mhux għax imġegħlin imma għax inħobbu lil xulxin, u għalhekk naħsbu f’xulxin. llum hija espressjoni ta’ fiduċja f’Alla li jieħu ħsiebna b’tant imħabba. Illum huwa kuljum: hu l-Illum ta’ Alla. Sant’Ambroġ jgħallem: “Jekk il-ħobż tirċevih kuljum, kull jum huwa għalik illum. Jekk Kristu huwa għalik illum, kull jum jirxoxta għalik. Kif dan? ‘Ibni int, jien illum nissiltek’ (Salm 2:7). Illum, jiġifieri: meta Kristu jirxoxta”.

’din il-petizzjoni tal-Missierna, aħna nistqarru l-fiduċja tagħna f’Alla li jagħti kas u li jipprovdi. Qegħdin nitolbu għall-ikel materjali u dak spiritwali: it-tnejn huma meħtieġa. Qegħdin ukoll niftakru fis-sejħa li jagħmlilna Alla biex nuru s-solidarjetà bejnietna, għax aħna lkoll aħwa, ulied l-istess Missier.

Il-Bibbja fiha 73 ktieb. It-Testment il-Qadim fih 46 ktieb, u hu magħmul mill-Pentatewku (5 kotba, fosthom il-Ġenesi u l-Eżodu); il-kotba Storiċi (16-il kiteb, fosthom l-istorja ta’ Samwel u David); il-kotba tal-Għerf (7 kotba, fosthom is-Salmi, Bin Sirak); il-Profeti (18, fosthom Eżekjel, Ġeremija, Isaija). It-Testment il-Ġdid fih 27 ktieb: Il-Vanġeli (Mattew, Mark, Luqa, Ġwanni); L-Atti tal-Appostli; L-Ittri (21, fosthom ta’ San Pawl); L-Apokalissi.


Lynn Aquilina • Stephania u Daniel Galea Relazzjonijiet

April 2014 | 7

Jista’ jkun fireproof?

G

ħalina, l-ewwel żmien wara ż-żwieġ kien veru żmien sabiħ. Qisu kontinwazzjoni tal-honeymoon. Kollox ġdid, nidraw lil xulxin, naqsmu kollox flimkien. Biss huwa żmien meta nixtiequ li r-relazzjoni tagħna tagħmel pass ieħor ’il quddiem, għax jidħlu realtajiet u sfidi li fl-għerusija ma għaddejniex minnhom. Xi drabi tixba’ tisma’ bi żwiġijiet li ma jirnexxux, għalhekk aħna staqsejna, “X’nistgħu nagħmlu biex ikollna żwieġ dejjiemi, u negħlbu t-tentazzjonijiet u l-ostakoli li tpoġġilna l-ħajja u noħolqu bażi soda għall-familja futura tagħna?” Xi ħadd semmielna l-Marriage Enrichment Course, organizzat minn Genesis 2. Ftit wara rajna r-reklam filFlimkien, u applikajna. Konna b’kollox seba’ koppji, għal sitt ġimgħat konsekuttivi. Konna nibdew b’talba, u wara jkollna ikla. Kull koppja kellha mejda għaliha, qisna f’restorant. Mument ideali biex inqattgħu quality time bejnietna t-tnejn. Dan kien ħin importanti ħafna, speċjalment għal dawk il-koppji bit-tfal li jkollhom inqas ċans ikunu flimkien matul il-ġimgħa. Wara kien ikollna taħdita, fosthom dwar: il-pjan ta’ Alla għalina, il-komunikazzjoni, il-konflitti, il-maħfra, il-ħames love languages, u d-don tas-sess. Kulħadd kellu

Stedina għall-koppji miżżewġa Kif ittejjeb ir-relazzjoni ta’ bejn koppja? Kif ikollok żwieġ ħieni u dejjiemi? Skopri fil-kors prattiku The Marriage Enrichment Course Jibda l-Ġimgħa 2 ta’ Mejju fis-7:30pm Organizzat minn Genesis 2, Institute for Marriage and Family, 1, Oratory Street, Naxxar

booklet b’sommarju tas-suġġett b’numru ta’ eżerċizzji li kienu jkunu l-‘howmwerk’ tagħna. Dawn l-eżerċizzji ħfief kienu jagħtuna opportunità biex niddiskutu bejnietna kif naħsbuha fuq ċerti suġġetti u nsiru nafu aktar lil xulxin u r-relazzjoni tagħna. Anke l-fatt li tipprova ssib ftit minuti fil-ġimgħa biex tgħaddi dawn l-eżerċizzji flimkien diġà huwa pass pożittiv fil-ħajja mgħaġġla tallum. Dan il-kors mhux magħmul għal koppji bi problemi kbar, mhuwiex servizz ta’ counselling. Qiegħed biex isaħħaħ irrelazzjoni billi jgħinkom tgħixu ż-żwieġ filmilja tiegħu. Għalina li għadna nibdew dan serviena ta’ ġid kbir. Il-koppji l-oħra, li kienu f’fażijiet differenti taż-żwieġ (sentejn, għaxar snin, u anke tletin sena), ukoll qalu li kien ta’ ġid kbir għalihom. Għal aktar informazzjoni dwar il-Marriage Enrichment Course: Anthony Rutter Giappone, 99429907


Uliedna • Jessica Borg

April 2014 | 9

Affettwa anki lili

Din hi l-ġrajja ta’ tfuliti, li għext flimkien ma’ ħija li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu (Autism Spectrum Disorder, ASD), kundizzjoni li affettwat mhux biss lilu, imma anki lili.

N

ormalment li tilgħab ma’ ħuk żgħir hija xi ħaġa li tieħu pjaċir biha. Għalija kienet ħaġa veru diffiċli. Kont nipprova fuq li nipprova biex indaħħlu fil-logħob, imma hu qatt ma kien jinteressah; kien ikun irid jilgħab waħdu fir-rokna. Niftakar li kienu jiġu persuni apposta, terapisti, biex jilagħbu miegħu huma. Kont inħossni li jien qisni m’iniex importanti, għax dejjem hu kien jieħu ċ-ċentru tal-attenzjoni. Illum naf li mhux hekk kien, imma ta’ tifla żgħira li kont, hekk wasalli l-messaġġ! Anki l-ħruġ kien problematiku. Ġeneralment għall-attivitajiet tal-iskola kienet dejjem tiġi ommi biss, filwaqt li ħafna tfal oħra kien ikollhom iż-żewġ ġenituri u ħuthom. U l-ftit drabi li konna mmorru lkoll flimkien, kien ikollna nitilqu kmieni għax ħija kien jegħja jew jiddejjaq jew jagħmel xi xenata. Aktar ma kbirt, aktar kien ikolli ħowmwerk x’nagħmel, filwaqt li ħija kien ikollu ħafna inqas. Xi drabi kont nixtieq li jkolli inqas eżamijiet u inqas ħowmwerk, biex inkun bħal ħija! Meta kbirt irrealizzajt li l-logħob għal ħija fil-fatt kien terapija, għax bih kien jitgħallem jitkellem, jifhem, jitħallat maloħrajn, u jitgħallem kif iġib ruħu.

Nirrakkomandaw il-ktieb ta’ Christopher Goodchild, A Painful Gift: The Journey of a Soul with Autism (Darton, Longamn and Todd)

Tgħallimt ukoll naċċetta li ħija ma jissaportix f’postijiet iffullati u ħsejjes qawwija. Anki fl-istudju tal-iskola huwa differenti, għax għandu Individual Educational Plan għalih waħdu. Ftit ftit qed jitgħallem, imma bil-mod u bil-pass tiegħu. Tgħallimt ukoll qatt ma għandi niġġudika lil ħadd fuq l-apparenza għax qatt ma taf dak li jkun minn xiex ikun għaddej. Infakkar lill-ġenituri biex jekk ikollhom ulied b’xi kundizzjoni bħal din, ma jinsewx jinvolvu lil uliedhom l-oħra, anki fit-therapy sessions għax l-involviment tal-aħwa fil-vjaġġ tal-awtiżmu huwa kruċjali kemm għat-tfal infushom bl-awtiżmu kif ukoll għal ħuthom. Tkun ħaġa tajba jekk lil uliedhom l-oħra jispjegawlhom x’inhi awtiżmu, naturalment skont l-età tagħhom u l-istadju li jkunu fih. Din is-sena Autism Day jitfakkar fit-2 ta’ April. Numru ta’ bini prominenti bħall-White House, it-Torri ta’ Pisa, Buckingham Palace u, din is-sena għall-ewwel darba anki l-faċċata ta’ Kastilja, jinxtegħlu blu. L-Autism Parents Association tista’ tiġi kkuntattjata fuq: autismparentsassociation.com


mm e l a us

Ġe r

L-aħħar kilometri ta’ Ġesù

Il-P ta’ Qabar

8 7

F’dawn il-ġranet ħafna minna se jaqraw u jisimgħu r-rakkont tal-Passjoni ta’ Ġesù. Biex wieħed ikollu idea tal-inħawi tal-belt ta’ Ġerusalemm fejn seħħew il-ġrajjiet tas-salvazzjoni tagħna, hawn għandna mappa ta’ Ġerusalemm ta’ żmien Ġesù. Ilġrajja tibda l-Ħamis fiċ-Ċenaklu u tintemm il-Ġimgħa fil-qabar. Imma forsi l-kelma “tintemm” mhix korretta. Minn dak ilqabar kien għadu se jibda kollox…

q Tri

t

alib as-S

Golgota

Palazz ta’ Erodi

1 ĊENAKLU: Ġesù jagħmel l-aħħar ikla mal-appostli. Jaħslilhom riġlejhom. Iwaqqaf l-Ewkaristija: “Ħudu u kulu…” Jindika li Ġuda kien se jittradih. Ġesù jitlob għad-dixxipli tiegħu lill-Missier. Iwaqqaf l-ordni sagri.

2 ĠETSEMANI: Waqt li Ġesù kien qed jitlob fil-Ġetsemani, u jegħreq l-għaraq tad-demm, l-appostli jorqdu. Ġesù jaċċetta r-rieda talMissier. Jasal Ġuda, b’ġemgħa nies miegħu, u jbus lil Ġesù. Pietru jaqta l-widna ta’ Malku, il-qaddej talqassis il-kbir. Ġesù jfejjaqlu widintu. Id-dixxipli jaħarbu.

6

Dar ta’ Kajfa

3

1

Lejn Għemmaws

Ċenaklu: L-aħħar ċena

5

4


April 2014 | 11

3

Palazz Pilatu

GĦAND ANNA U KAJFA: Ġesù jittieħed fid-dar ta’ Anna. Ġwanni jidħol ġewwa; Pietru jibqa’ barra. Anna jistaqsi lil Ġesù dwar it-tagħlim tiegħu. Il-qaddej jagħti daqqa ta’ ħarta lil Ġesù. Anna jibgħat lil Ġesù għand Kajfa u xi membri tas-Sanhedrin. Isawtuh u jobżqulu. Jaqtgħuhielu għall-mewt. Pietru jiċħad lil Ġesù. Is-serduk jidden.

4

It-Tempju

GĦAND PILATU: Ġesù jittieħed għand Pilatu, gvernatur tal-Ġudea. Pilatu jistaqsi lil Ġesù jekk kienx is-sultan tal-Lhud. Ma jsibx ħtija fih. Kif isir jaf li Ġesù kien mill-Galilija, jibagħtu għand Erodi.

5 Ġetsemani

Pont

2

GĦAND ERODI: Erodi jagħmillu ħafna mistoqsijiet, imma Ġesù ma jwiġbux. Erodi jżeblaħ lil Ġesù u jgħaddih biżżuffjett. Ilibbsu libsa ta’ kulur ilellex u jerġa’ jibagħtu għand Pilatu.

6

Wied t a’ Kedr on

JERĠA’ GĦAND PILATU: Pilatu jinsisti li ma sabx ħtija f’Ġesù. Il-Lhud jgħajtu: “Sallbu!” Jagħżlu lil Barabba. Ġesù fflaġellat u nkurunat bix-xewk. Pilatu jikkundannah għall-mewt. Ġesù jerfa’ s-salib. Xmun minn Ċirene jgħinu jġorru.

8

Għalqa tal-Fuħħari

7 IL-GOLGOTA: Ġesù mislub bejn żewġ ħallelin. “Għandi l-għatx.” Is-suldati jaqsmu ħwejġu bejniethom. “Aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu.” Il-kitba fuq is-salib tgħid: ‘Sultan tal-Lhud’. Dawk li kienu hemm bdew jgħadduh biżżmien. Taqa’ dalma kbira. Marija wieqfa taħt is-salib. “Ġwanni hawn hi ommok.” Wieħed mill-ħallelin jitolbu, “Ftakar fija” u Ġesù jwiegħdu l-Ġenna. “Missier, f’idejk nerħi ruħi.” Iċċenturjun jinfed il-ġenb ta’ Ġesù bil-lanza. “Tassew li dan kien l-Iben t’Alla.”

ĠESÙ MIDFUN: Ġużeppi minn Arimatija u Nikodemu jieħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Ikebbuh bil-faxex tal-għażel bil-fwejjaħ, u jidfnuh f’qabar ġdid fi ġnien. Il-qabar magħluq b’ġebla kbira.


F’artiklu li ppublikajna f’dan il-magażin ftit xhur ilu, tkellimna fuq l-artrite. Semmejna l-effetti u x’jikkawża l-artrite. Fost il-ġogi l-aktar effetwati semmejna l-irkoppa, iddahar u l-wirk (hip joint) peress li dawn l-aktar jieħdu piż u strapazz fuqhom. Illum hemm kura għal min għandu artrite fil-wirk. Meta persuna tasal li ma tkunx tista’ timxi, il-moviment tal-ġog hu limitat ħafna u jkun hemm uġigħ kostanti, l-uniku rimedju hu li l-ġog jinbidel. Din tissejjaħ Total Hip Replacement. F’din l-operazzoni il-ġog tal-wirk jinbidel għal wieħed ġdid li jinkludi ukoll fejn ir-ras talġog jaqbad mal-pelvis. Wara l-operazzjoni jrid ikun hemm perijodu ta’ riabilitazzjoni fiżika, biex il-pazjent jerġa’ jakkwista funzjonalità kemm tista’ tkun normali. Ir-riabilitazzjoni

Livelife rehabilitation Centre tistedinkom għal taħdita fuq ‘l-Uġigħ tal-Wirk (hip joint) u l-Irkoppa’ nhar is-Sibt il-5 ta’ April fl-10am. Din il-laqgħa se tkun indirizzata minn Dr. med. Ulrich Rebers li hu speċjalista tal-wirk u l-irkoppa. Jekk jogħġobkom ċemplu 21 339 000 jew 99 131 566 għal iktar informazzjoni jew biex tibbukkjaw post. Għal aktar infomazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq info@livelife.com.mt www.livelifemalta.com • www.facebook.com/livelifemalta 46, Manwel Dimech Street, Sliema

Avviż bi ħlas

Riabilitazzjoni wara Total Hip Replacement

tikkonsisti minn eżerċizzji fiżiċi biex jissaħħew il-muskoli tas-sieq speċjalment dawk ta’ madwar l-operzzjoni; taħriġ biex il-pazjent jerġa’ jitgħallem jimxi normali, peress li minħabba l-uġigħ u l-limitazzjoni tal-moviment dawn jkunu tellfu l-mixja normali; u taħriġ ta’ bilanċ biex eventwalment il-pazjent jimxi mingħajr l-użu ta’ bastun. Dan it-taħriġ isir malfiżioterapisti. Ir-rwol tal-Occupational Therapist hu li jħarreġ il-pazjent f’attivitajiet funzjonali bħal ħasil personali, kif jilbes u jinża’ u kif juża il-kamra tal-banju. Jistgħu jintużaw għodda speċjali bħal toilet seat raisers biex jiffaċilità dan ix-xogħol. Ir-Riabilitazzjoni se tipprepara b’mod komplut lil pazjent biex jerġa’ jmur lura fl-ambjent tiegħu. Hu ser jkun anke eżaminat fid-dar tiegħu biex jingħata rakomandazzjonijiet ħalli jtejjeb l-ambjent ta’ madwaru biex ikun aktar sigur u ta’ għajnuna. Livelife hu ċentru ta’ Riabilitazzjoni privat li jinsab f’tas-Sliema. Hawnhekk iċ-ċentru joffri servizzi kompluti għal min opera ruħu għal-hip replacement, fuq bażi ta’ In-Patient jew anke Out-Patient. Iċ-Ċentru joffri speċjalist fil-qasam tar-riabilitazzjoni kif ukoll tagħmir modern biex il-pazjent jirkupra fl-anqas żmien possibbli.


Il-Qawmien

April 2014 | 13

Kieku fi żmien il-Passjoni kien hemm l-internet, żgur li kien ikun hemm blogs bħal din li ġejja. Din ta’ hawn taħt hi kollha frott tal-immaġinazzjoni, imma tinkludi wkoll siltiet diretti mill-vanġelu. F’dan il-każ il-blog qed jiktbu ċertu Nikodemu. Il-qarrejja jwieġbu lil xulxin, u xi drabi Nikodemu nnifsu jikkummenta wkoll. Segwi din il-blog…

Il-blog ta’ Nikodemu

RUNNING COMMENTARY

Rapporti li n-Nazzarenu qam mill-mewt Ippubblikat: 5 ta’ April (il-Ħadd, tas-sena 33, fis-6:00 am)

W

aslulna rapporti mhux konfermati li maż-żerniq tal-Ħadd, inħasset theżhiża kbira barra l-ħitan tan-naħa ta’ fuq ta’ Ġerusalemm. Qed jingħad li ‘deher anġlu jgerbeb ġebla kbira’ li kienet qed tgħatti l-qabar fejn kien midfun Ġesù ta’ Nazaret. Milli qalu xi nisa dixxipli tan-Nazzarenu, l-anġlu ‘deher qisu berqa, ilbiesu abjad bħas-silġ’. Bil-biża’ l-għassiesa qabdithom rogħda u ħarbu. Rapporti oħra qalu li l-istess anġlu qal lin-nisa li ‘Ġesù ma kienx għadu fil-qabar għax kien qam kif kien qal’. L-istess rapporti jgħidu li n-Nazzarenu ltaqa’ man-nisa wkoll, u qalilhom jgħidu bl-aħbar lid-dixxipli tiegħu u biex jitilqu lejn il-Galilija fejn kellu jiltaqa’ magħhom.

15 comments

COMMENT

L-editur iżomm id-dritt, u huwa awtorizzat, li jikxef l-informazzjoni personali kollha jew parti minnha lil kull persuna jew entità għal skopijiet ta’ azzjoni legali f’każ li tali persuna jew entità tħossha inġurjata b’xi kumment mibgħut. Il-kumment tiegħek ma jintweriex immedjatament. Jekk jogħġbok ħalli ftit żmien jgħaddi sakemm il-kumment tiegħek jiġi kkontrollat. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ara l-Comments Policy tagħna.

sadduċew1 says:

siequmalart says:

IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL TAS-SENA 33, FIS-6:15am

IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIS-7:12am

Jifilħu jħarrfu aktar dawn id-dixxipli tanNazzarenu? Ma jistgħux jammettu li tilfu u li l-‘Messija’ tagħhom issa miet u ndifen? Meta se jniżżluha li m’hemmx ħajja oħra wara din?

Smajt li s-suldati qed ixerrduha li bil-lejl ġew l-appostli u serquh waqt li huma kienu reqdin.

Reply didimu says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIS-6:20am

Jien qabel ma nara b’għajnejja u mmiss b’idejja, ma nemminx…. Reply sadduċew2 says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIS-6:35am

Jien niftakru jgħid lil dan li fi żmien tlett ijiem se jqum. Tgħid mhux hekk?! Reply

Reply Nikodemu: Sorry, imma jekk is-suldati kienu reqdin, kif jafu li ġew l-appostli jisirquh? ġerusalemitan says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIT-8:03am

Ħrejjef tan-nisa, is-soltu tagħhom…. Reply sadduċew1 says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIT-8:05am

Ħeħe…. Reply


14 | Flimkien

ġajru says:

pubblikan says:

IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIS-8:11am

IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FL-10:35am

Ġerusalemitan, ma nafx għalfejn qed tgħid li dawn stejjer tan-nisa. Mhux is-suldati kienu li marru jirrapportaw lill-qassisin? Dawk nisa wkoll?...

Mhux mit-taxxi li jiġbru mingħandna? Dawk dejjem jgħidu kontrina u mbagħad huma jagħmlu agħar!

Reply Nikodemu: Tajba! Naħseb li Ġajru għandu punt hawn! sikrana says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIT-8:25am

Jekk is-suldati ammettew li kienu reqdin, allura ċ-ċenturjun mhux se jagħmel inkjesta? Mela ħadd mhu accountable f’dal-pajjiż? Reply ex-ċenturjun says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FID-9:04am

Li nara tad-daħk jien f’dar-rapport hu li s-suldati ‘qabdithom ir-rogħda u saru qishom mejtin’. Mela xi training qed jieħdu dawn illum? Fihom għassa wkoll! lol Reply arimatew says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FL-10:18am

Jien smajt li l-qassisin il-kbar taw lis-suldati kemxa ġmielha biex jgħidu dak li ordnawlhom. Naħseb li jekk Pilatu jinduna b’din il-gaffe, mhux se jħalli kollox għaddej…. Reply Nikodemu: M’għandix dubju li anki jekk Pilatu jinduna b’din il-gaffe, il-qassisin u l-Fariżej jafu x’għandhom jagħmlu biex ibellgħulu li jridu, bħalma bellgħulu affarijiet oħra matul il-proċess tan-Nazzarenu, Naf x’qed ngħid għax kont hemm… żerriegħ says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FL-10:31am

Mela l-ewwel taw kemxa ġmielha lil Ġuda biex ittradixxa lin-Nazzarenu; imbagħad xewxu lill-folla biex tgħajjat ‘Sallbu, sallbu’ (tgħid ma tawhomx xi kemxa oħra lil dawn?) … u issa taw kemxa lis-suldati biex jgħidu li ordnawlhom! Mela kemm għandhom flus? Minn fejn qed iġibuhom? Reply

Reply osservatur says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIL-11:22am

Jien għandi xi ħbieb fost id-dixxipli tanNazzarenu u naf biċ-ċert li lanqas huma ma jemmnu li qam. Jekk ma emmnux huma, kif jippretendu li nemmnu aħna? Reply Nikodemu: Jekk lanqas id-dixxipli tiegħu mhuma qed jemmnu li Ġesù qam mill-mewt, mela żgur li ma kinux huma li vvintaw l-istorja li hu qam! U żgur ukoll li mhux huma kienu li marru jisirquh mill-qabar. Mhux hekk?… didimu says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIS-1:15pm

Jien nibqa’ ngħid kif għedt qabel, jiġifieri li qabel ma nara b’għajnejja u mmiss b’idejja, ma nemminx…. Reply ġajru says: IL-ĦADD, 5 TA’ APRIL, 33, FIT-3:00pm

Jien nemmen li Ġesù qam. Nemmen li l-qabar hu vojt, għax hu qam kif kien qal. Nemmen mhux għax rajt il-provi, imma għax qal hekk Hu…. U għax qam Hu, xi darba se nqum jien ukoll… bħalma qamet binti! Reply Nikodemu: Meta darba ltqajt man-Nazzarenu billejl, niftakar li kien qalli: ‘Alla tant ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem’. Naf x’qed ngħid għax kont hemm ukoll.

Fiera fis-Seminarju, ir-Rabat bejn il-Ġimgħa, 2 sal-Ħadd, 4 ta’ Mejju • Fiera tal-Kotba Il-Ġimgħa (3pm-8:30pm), is-Sibt (9am-8:30pm) u l-Ħadd (9am-5pm) • Fiera ta’ pjanti ħwejjeġ, ħaxix, ikel u ħafna affarijiet oħra. Il-Ħadd (9am-5pm)


25 years

1989-2014

25 YEARS OF AFFORDABLE GREEN ENERGY FOR ALL. CELEBRATE WITH US. YOUR ENERGY. TODAY & TOMORROW. ideas for life

PHOTOVOLTAIC S YSTEMS

CALL US ON 2180 7123

80, Triq il-Kaccatur, Qormi, QRM3561 Email: sales@bajadagroup.com


Il-Papa li jidħak

18 | Flimkien

Il-bagalji lesti! Aneddoti mill-ħajja ta’ Ġwanni XXIII li juru l-prattiċità, il-fidi sempliċi, u l-umanità tiegħu Wara li mal-ħdax-il votazzjoni ġie elett Papa, il-Kardinal Angelo Roncalli dam ħafna bilqiegħda, fis-skiet, b’għajnejh magħluqa. Wara, meta staqsewh x’kien qagħad jaħseb, qal, “Ħsiebi mar fuq id-dar tagħna f’Sotto il Monte, f’ommi u missieri. U meta libbsuni s-suttana bajda tal-Papa, ftakart fil-mument meta ommi libbsitni l-abjad għall-ewwel tqarbina.” Ħafna fotografi famużi kienu jitolbuh biex jeħdulu ritratt formali. Wara wieħed minn dawn ir-ritratti, kellu jiltaqa’ malIsqof Fulton Sheen. Milli jidher kien għadu inkwetat dwar ir-riżultat, għax kif ra lil Sheen qallu, “Il-Mulej ilu jaf 77 sena li kont se nsir Papa. Ma setax jagħmilni aktar gustuż ħa niġi tajjeb fir-ritratt?” Kulħadd jaf li Ġwanni XXIII rari kien juża s-Sedia Gestatoria (siġġu tal-Papa, merfugħ minn 12-il raġel). Jum fost l-oħrajn iddeċieda li lir-reffiegħa jżidhom fil-paga. Meta staqsewh għaliex, Ġwanni XXIII wieġeb, “Ħaqqhom iż-żjieda, biex tpatti għaż-żjieda fit-toqol tal-Papa!” L-għada tal-Milied tal-1958, Ġwanni XXIII żar il-ħabs Regina Coeli, f’Ruma. Fid-diskors tiegħu, ammetta li darba hu wkoll, meta kien tifel, seraq tuffieħa. “Dakinhar ħassejt rimors daqskom; domt żmien twil jiddispjaċini għaddnub tiegħi. Imma jien kont iffortunat, għax ma qabdunix! U kif stajt inroddha lura dik it-tuffieħa kieku qabduni? Kont ili li kiltha!”

Darba waħda, lejn Settembru, fil-ġonna tal-Vatikan, Ġwanni XXII ra lill-ġennien jibbottilja l-inbid. Malajr mela tazza bl-inbid, għollieha kontra d-dawl ħalli jara l-kulur, xammu, u daqu kif jafu jagħmlu dawk li jifhmu fl-inbid. Wara li niżżel it-tazza kollha, qal, “Enrico, agħmilli pjaċir, tħallix lillmonsinjuri jiġu jduquh għax se jkunu jriduh għall-quddiesa, u jispiċċaw iqaddsu xi erba’ jew ħames darbiet kuljum!” Is-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Domenico Tardini, kull meta kien jibgħat għalih il-Papa, kellu drawwa jgħid, “Dak t’hemm fuq qed isejjaħli, propju meta għandi dax-xogħol kollu x’nagħmel!” Tardini kellu l-uffiċċju tiegħu isfel nett, filwaqt li l-Papa fit-tielet sular. Biex jurih li kien jaf kif qed jirreferi għalih, Ġwanni darba sejjaħlu u qallu, “Dak t’hemm fuq hu l-Mulej tagħna lkoll, il-Missier li hu fis-smewwiet…. Jien sempliċement dak tattielet sular!” Darba ltaqa’ mar-Rabbi ta’ Pariġi. F’ħin minnhom ġew biex jgħaddu mill-bieb, imma ma setgħux jgħaddu t-tnejn f’daqqa. Kull wieħed minnhom ipprova jċedi lill-ieħor. Ġwanni għamel sinjal b’idu lir-Rabbi, u qallu: “It-Testment il-Qadim l-ewwel, imbagħad it-Testment il-Ġdid!” L-aħħar kliem qabel miet (3 ta’ Ġunju, 1963): “Toqogħdux tikkonfondu għalija…. Jien lest għall-vjaġġ il-kbir; il-bagalji lesti; lest biex nitlaq fi kwalunkwe ħin.”


Il-Papa li jitlob

April 2014 | 19

Tliet pari jdejn Siltiet minn “A Life with Karol” tal-Kardinal Stanislaw Dziwisz

Ġ

wanni Pawlu II mbotta b’saħħtu kollha, kieku, imma kollu għalxejn. Il-bieb il-kbir tal-bażilika ta’ San Paolo Fuori le Mura ma ried jinfetaħ b’xejn. Kienet iċ-ċerimonja li biha kellu jibda l-Ġublew il-Kbir tas-sena 2000. Min kien qed jara ma kienx jaf x’qed jiġri, imma f’daqqa waħda kollox deher ċar: ma kienx il-Papa li ma setax jiftaħ il-bieb! Il-Papa kien qed jistenna lir-rappreżentanti tal-Knisja Ortodossa u tal-Knisja Anglikana biex jimbuttaw flimkien miegħu. U hekk, bi tliet pari jdejn jimbuttaw, il-bieb malajr infetaħ, u t-tliet mexxejja niżlu għarkupptejhom jitolbu flimkien. L-aktar ħaġa importanti fil-ġurnata u l-ħajja tal-Papa Pollakk, Karol Wojtyla (tinqara Vojtiwa) kienet il-Quddiesa. Skont Stanisaw Dziwisz, is-segretarju personali tiegħu, meta kienu jkunu fil-karozza sejrin fuq xi viżta pastorali jew għal xi quddiesa, ma kienx ikun irid ipaċpaċ jew jaħli l-ħin; kien ikun mitluf jimmedita u jitlob. Anki wara l-Quddiesa kien jagħmel 15-il minuta għarkupptejh, f’ringrazzjament. Il-kappella privata tiegħu kienet il-post speċjali tiegħu fejn jiltaqa’ ma’ Alla. Kien iqatta’ ħin fil-kappella kemm jista’. Meta ma kienx ikun barra, kien idum hemm anki sal-11 ta’ filgħodu. Xi drabi s-sorijiet li kienu jieħdu ħsieb id-dar kienu jmorru jittawlulu, bil-kurżità, u dejjem kienu jsibuh fl-istess pożizzjoni: minn tulu fl-art, mitluf fit-talb. Xi drabi kien anki jaħdem fil-kappella. Meta kien jiddraftja xi dokument importanti jew xi ittra pastorali, hemm kien imur jiktbu. Kellu mod interessanti kif jimmarka l-paġni:

minflok juża n-numri, kien jikteb talbiet qosra fil-qiegħ ta’ kull paġna. Kien jagħti importanza kbira wkoll lillQrar. L-aktar ħaġa importanti għalih fil-Qrar ma kenitx l-istqarrija tad-dnubiet millpenitent imma l-maħfra tad-dnubiet minn Alla. Hu stess kien iqerr darba fil-ġimgħa. Anki bħala isqof, kien imur fil-knisja talFranġiskani fi Krakovja, u joqgħod fil-kju jistenna wara min imissu biex iqerr. Jgħidu li mewta tajba tfisser li jkollok tliet pari jdejn jgħinuk tagħmel il-“qabża” minn din il-ħajja għall-oħra: dawk ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi. Ħadd m’għandu dubju li fid9.37pm tas-Sibt 2 ta’ April, 2005, Karol sab tliet pari jdejn jgħinuh jgħaddi mill-“Bieb ilKbir”, li xi darba għad ngħaddu minnu aħna wkoll.

Irtiri f’Dar Manresa, Victoria Għal koppji professjonisti miżżewġin Mill-Ħamis, 3 sal-Ħadd, 6 ta’ April. Imexxi: Rev. Fr. Anton Teuma Għall-Professjonisti bit-Taljan La Chiamata alla Fede e alla Testimonianza nel mondo Mill-Ġimgħa, 11 sat-Tlieta, 15 ta’ April Imexxi: Rev. P. Umberto Libralato, SJ Għall-familji bit-tfal Weekend ta’ riflessjoni u mistrieħ għall-koppji żgħar bit-tfal. Mill-Ġimgħa, 9, sal-Ħadd, 11 ta’ Mejju. Imexxi: Fr. Godwin Preca, SJ Għal aktar tagħrif: 2155 6635; manresagozo@gmail.com


It tri mill-qarrejja

April 2014 | 21

ITTRA REBBIEĦA

L-animaturi janimaw?

Xtaqt nagħmel ftit suġġerimenti dwar kif jistgħu jiġu animati l-quddies. L-ewwel net tajjeb tħalli ftit mumenti kwieti matul il-quddiesa, u mhux il-ħin kollu rridu nisimgħu u ngħidu t-talb u l-kant. M’għandekx tgħajjat (xi drabi twerżaq) fil-mikrofnu b’mod li tinstema’ inti biss – bir-riżultat li ħadd aktar ma jiftaħ ħalqu. Waqt il-konsagrazzjoni m’hemmx għalfejn kulħadd irid joqgħod jisma’ t-talb li tgħid int (minn taħt l-ilsien, veru, imma quddiem il-mikrofnu!). M’hemmx għalfejn il-kummenti qabel tibda l-quddiesa u qabel il-qari jkunu twal – saħansitra itwal mill-omelija nnifisha! Jekk m’intix maqtugħ biex tkanta (pereżempju int stunat) tista’ tħalli l-kant f’idejn ħaddieħor. Aħjar is-skiet minn kant imfarrak. Ftakar: Xogħlok bħala animatur hu li tanima u tgħin lin-nies jipparteċipaw – mhux il-maqlub! PM

For granted Naħdem f’uffiċċju, fejn kurċifiss mal-ħajt. Ftit ’il fuq minnu għandna l-airconditioner. Meta nħoss is-sħana jew il-bard, naqbad ir-remote control, nippunta lejn l-airconditioner u nixegħlu. Meta ma tkunx daqshekk sħana jew bard, l-airconditioner ninsieh u ma nixegħlux. Ġieli tant tkun sħana jew bard li nħares lejn l-airconditioner – donni biex niċċekkja jekk intefiex – imma l-bozza tkun għadha mixgħula – u nserraħ rasi li s-sħana jew il-bard b’xi mod tkun qed tittaffa. Ftit ilu xebbaħt din mar-relazzjoni tiegħi m’Alla. Meta nħossni f’diffikultà, nagħfas ir-remote control biex inħoss ’il Alla f’ħajti, bħallikieku mhux xorta waħda hemm ikun qiegħed; meta nkun għaddejja tajjeb, donni ’l Alla ninsieh u ma nħossx ilbżonn li “niċċekkja”. M. Muscat L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ 2 vouchers ta’ €10 li jissarrfu għand Alfsons Enterprises Ltd, il-Ħamrun. Ibgħatha email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Ittri tal-Qarrejja, Kurja, Floriana.

“Courageous” – messaġġ qawwi Rajt ittra f’xi ħarġa tal-Flimkien, dwar il-film The Story of Us. Xtaqt jien ukoll nissuġġerixxi film lill-qarrejja. Naħseb ħafna mill-qarrejja raw il-film Fireproof – film tajjeb ħafna u li għamel ġid lil ħafna koppji li rawh. Issa ħareġ ukoll Courageous mill-istess produtturi (Sherwood Pictures). Courageous huwa dwar erba’ pulizjotti li juru kuraġġ kbir fil-perikli li jiffaċċjaw ta’ kuljum fit-toroq, imma fid-dar jgħixu storja oħra: min il-ħin kollu jikkritika lil ibnu, min jinjora lit-tifla, min hu divorzjat u bil-kemm jara lil ibnu, min abbanduna lit-tfajla u lil bintu li kellu minnha meta kien iżgħar. Imma tiġri xi ħaġa … u dawn l-irġiel jindunaw bir-responsabbiltà tagħhom bħala missirijiet insara. Ilmessaġġ tal-film jgħodd għal kulħadd – hu ta’ liema reliġjon hu. Inħeġġeġ lill-gruppi u l-għaqdiet jakkwistaw kopja, jarawh u jużawh f’xi diskussjoni mal-ġenituri. Jekk tikklikkjaw Courageous fuq il-website issibu aktar informazzjoni dwaru. J. Curmi, Birkirkara


Parroċċi ħajjin • Dun Reuben Deguara, Kappillan Ħal Tarxien

April 2014 | 23

Komunità li temmen u titlob

I

l-komunità tal-parroċċa ta’ Ħal Tarxien illum tiġbor fiha tliet żoni: dik ta’ madwar il-knisja parrokkjali, dik ta’ madwar ilkunvent tal-patrijiet Agostinjani, u ż-żona hekk imsejħa “Tal-Erwieħ” fejn hemm iċċimiterju tal-parroċċa bil-knisja ddedikata lil Kristu Rxoxt. Fil-madwar tal-parroċċa, jingħaqdu magħha dawk il-parroċċi li ħarġu minnha fi snin differenti: il-parroċċi ta’ Raħal Ġdid, tal-Fgura u ta’ Santa Luċija. Bejn dawn ilparroċċi teżisti koperazzjoni sħiħa; ħafna parruċċani jattendu l-Quddies fil-parroċċi ta’ xulxin. Ta’ min ifakkar li l-parroċċa ta’ Ħal Tarxien għandha aktar minn 400 sena, għax infirdet minn dik ta’ Bir Miftuħ fl-1592. Il-knisja parrokkjali, iddedikata lill-Annunzjata, ġiet ikkonsagrata fl-1792. Il-ħidma pastorali tinqasam fit-tliet żoni msemmija, biex dawk li jinsabu fil-periferija tal-parroċċa (li ġeneralment huma familji ġodda u bit-tfal żgħar) iħossu li huma parti mill-komunità u mill-ħajja parrokkjali. Għalhekk fuq bażi ta’ sentejn qed isiru viżti fil-familji mill-kappillan, is-saċerdoti u r-reliġjużi (Agostinjani), u dan mhux biss fi żmien it-Tberik tal-Għid, imma matul issena. B’dan il-kuntatt mal-familji li jgħixu fil-periferija, li huma ħafna, qed titwettaq ix-

xewqa tal-Papa Franġisku li dawn ukoll ikunu evanġelizzati, iħossuhom parti mill-parroċċa u jibdew jipparteċipaw fil-ħidma parrokkjali kollha. Il-ħidma fil-parroċċa tagħna trid tikkonċentra fuq il-fidi tagħna, sħiħa u mingħajr kundizzjoni f’Ġesù. Wara kollox bil-Magħmudija aħna għamilna din l-għażla għalih. Nixtiequ li kull membru tal-parroċċa jasal biex jgħid, jemmen u jgħix il-verità li: ĠESÙ HUWA Ċ-ĊENTRU TA’ ĦAJTI. Għalhekk il-ġenituri li jagħżlu li jgħammdu lit-tfal tagħhom fil-fidi tagħna aħna nagħmlulhom katekeżi qabel il-Magħmudija permezz ta’ saċerdot fil-familja. Biex ngħinu lill-parruċċani jersqu lejn il-Kelma ta’ Alla u jkunu midħla tagħha, waqqafna grupp tal-Lectio Divina li jiltaqa’ regolarment f’Dar Nazaret. Aħna nemmnu li membri ħajjin fil-parroċċa jfittxu l-għaqda ma’ Kristu u ma’ xulxin l-aktar fil-Quddiesa tal-Ħadd, u permezz tal-Qrar u t-talb komunitarju u fil-familji. Imma fuq kollox nippruvaw inkunu xhieda, bħala dixxipli ta’ Ġesù fil-familji, fl-attenzjoni li nagħtu lill-bżonnijiet ta’ ħutna fil-komunità u fuq ix-xogħol tagħna. Dan jitwettaq permezz tal-ħidma tal-kummissjonijiet li għandna fi ħdan il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u fillaqgħat ta’ formazzjoni li jsiru matul is-sena kollha fil-Parroċċa.


SPRING SUMMER ‘14


Ennis €95

white/black, sizes: 36-42

Giordana €84

black/white, sizes: 36-41

Nore €90

white, sizes: 36-42

Nashir €105

Azelia €80

white, sizes: 36-41

Catherine €115

grey, sizes: 36-41

brown/black, sizes: 36-42

pewter, sizes: 4-8

grey, sizes: 3.5-7.5

21.245.19 €95

62.591.98 €107

82.252.62 €105

81.402.94 €99

41.610.92 €100

62.591.98 €107

brown, sizes: 3.5-8

coral, sizes: 4-6.5

pewter, sizes: 4-8

taupe, sizes: 3.5-7.5

see the full range on

schollfoothealthcentre.com Scholl and Gabor are available from all Foothealth Centres. Scholl is also available from leading pharmacies. While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.


L-Avukat • Dr Raymond Zammit

26 | Flimkien

Slielem fuq bjut Jistgħu jitħallew slielem weqfin jew mimduda fuq bjut jew fi btieħi? Darba smajt li hemm xi liġi dwar dan, imma ma nafx għadhiex jew liema liġi tirregola ħaġa bħal din.

F

’binjiet li jkunu magħmula minn diversi appartamenti, ikun hemm diversi partijiet li jkunu propjetà komuni taddiversi sidien tal-appartamenti. Minħabba dan, u biex jiġu stabbiliti regoli ċari b’obbligi u drittijiet, il-leġiżlatur introduċa l-Liġi Dwar il-Kondominju. Għalhekk dak li jista’ jitħalla fil-partijiet komuni għandu jiġi regolat millassoċjazzjoni tal-kondominju, elett minn fost is-sidien tal-appartamenti. Fejn ma jkunx hemm assoċjazzjoni, allura kull wieħed mill-kopropjetarji talpartijiet komuni jkun jista’ jitlob lil min qed jingombra biex ineħħi l-ingombru, jekk dan qed ifixkel id-drittijiet tal-persuna li tkun qed toġġezzjona. Issa jekk dak li qed jingombra ma jottemperax ruħu, tkun trid tinfetaħ kawża ċivili kontrieh, ibbażata fuq il-kopropjetà. Bħala regola ġenerali, ebda wieħed missidien ma għandu dritt iħalli fil-partijiet komuni oġġetti li jistgħu jingumbraw, u dan għaliex kieku kull sid jagħmel hekk, il-partijiet komuni jimtlew oġġetti mobbli li żgur ixekklu l-użu tal-istess partijiet komuni. Allura jkun utli li fl-ewwel lok tiġi maħtura l-assoċjazzjoni tas-sidien, u fit-tieni lok, kull inkonvenjent jiġi indirizzat lillamministratur maħtur biex hu jara, filwaqt li jipprova jżomm il-paċi bejn id-diversi sidien, li ħadd ma jkun qed jabbuża mill-partijiet komuni. Issa jekk persuna li tkun qed tingombra l-partijiet komuni tibqa’ tippersisti fin-nuqqas tagħha, u dan minkejja li tkun ġiet avżata

mill-amministratur, allura ma jkunx hemm alternattiva oħra għajr li jinbdew proċeduri legali. Għal dan il-għan, kwistjonijiet konnessi ma’ kondominja għandhom jitressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġi. Il-liġi tipprovdi dan bl-isperanza li l-proċess isir aktar malajr. Issa fejn l-oġġetti jitqiegħdu minn persuni li ma jkunux joqogħdu fl-istess blokka, allura aktar ikun hemm raġuni li jintalbu biex ineħħu l-oġġetti ingombranti. Irid jiġi enfasizzat, imma, li għandu jiġi mis-sidien infushom li josservaw ilprinċipji tal-“bonviċinat”. Xejn ma jista’ jissostitwixxi l-edukazzjoni u l-imġiba tajba bejn ir-residenti. Ikun dejjem aħjar li problemi bejn il-ġirien ma jispiċċawx filQrati jew quddiem l-arbitraġġi. Għalhekk ikun għaqli li jiġu stabbiliti l-assoċjazzjonijiet fejn problemi jistgħu jiġu dibattuti u riżolti bi djalogu ċivilizzat. B’hekk wieħed jevita li jmur quddiem Qrati meta dawk li se jaġixxi kontriehom ikun irid iħabbat wiċċu magħhom kuljum. Ibgħat id-diffikultajiet legali tiegħek: Flimkien, Avukat, Kurja, Floriana. Tiħux din it-tweġiba minflok parir legali. Għal problemi legali, fittex għajnuna professjonali. Il-paġna tat-Tabib terġa’ tkun magħna x-xahar id-dieħel.

Open Weekend f’Dar Frate Jacoba (Triq Wied iż-Żiju, Wied il-Għajn) 12 u 13 ta’ April • is-Sibt mill-5pm sas-7.30pm (Quddiesa fil-5pm); • il-Ħadd mid-9am sas-7pm (Quddies fid-9am u l-5pm) Tel: 2099 5249; youthalivefoundation@gmail.com; www.youth-alive.net


Logħob • Claudia Cini

Mimdudin 1. Suldat tal-baħar (5) 3. Bla ħotob; imfattra (5) 6. B’mod ritwali; formali (11) 8. Diretturi; mexxejja (7) 12. Pum tal-metall mal-bieb ta’ barra (7) 15. Sengħa tal-biedja (11) 16. Ulied żgħar tal-bnedmin (5) 17. L-alfabett Malti fih 30 waħda (5) Weqfin 1. Blalen żgħar tal-ħġieġ (5) 2. Ħajt miġbur mill-fosdqa tad-dud tal-ħarir (5) 4. Serratizzi (5) 5. Għammar; għex (5) 7. L-għaxar xahar tas-sena (7) 9. L-ewwel mara (3) 10. Funzjoni reliġjuża (3) 11. Nofs in-nofs (5) 12. Żgiċċatura; skansatura (5) 13. Kbir fl-età; matur (5) 14. Aħbar; messaġġ (5)

CxO Y+Z D÷M V-I X+S UxI Y-U L-Q V÷W M+K B÷I A+X D÷C

6

2

N O P Q R S T U V W X Y Z

ZxN E-Q V-Q OxO OxX N÷O F+Z T-E S+R T-K J÷I U+G P-H

Tisliba 1

2

3

6

4

5

13

14

7

8

11

9

10

12

15

16

Irbaħ voucher ta’ €25 mingħand V&F Portelli and Sons Ltd, l-Imrieħel. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefown u l-indirizz. Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, il-Furjana. A B C D E F G H I J K L M

April 2014 | 27

17

Soluzzjoni ta’ Marzu

Rebbieħ: J. Colombo, San Ġwann

Mimdudin: 1. MAPPA, 3. KAMPA, 6. DIZZJUNARJU, 8. ABBASSO, 12. LUKANDA, 15. KOINĊIDENZA, 16. AGAPE, 17. POSTA. Weqfin: 1. MEDJU, 2. PIZZA, 4. MARIO, 5. ADULT, 7. URAGANI, 9. BLU, 10. SID, 11. ANKRA, 12. LSIRA, 13. ARNIES, 14. MNARA. Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Alfakodo 9

Irbaħ żewġ kotba offruti minn Merlin Publishers Ltd billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, il-Furjana

Soluzzjoni ta’ Marzu 11 26

A 7 N 3

B 15 O 11

C 1 P 21

D 19 Q 17

E 16 R 12

F 23 S 24

G 8 T 4

H 2 U 22

I 20 V 13

J 9 W 26

K 25 X 14

L 6 Y 18

M 10 Z 5

Rebbieħ: L. Galea, tas-Sliema

Kappillan kien qed jipprepara l-omelija tal-Ħadd. In-neputi, li kien qed josserva kollox, staqsieh, “Zi, kif tkun taf x’għandek tgħid?” “Il-Mulej jgħidli, ibni, u jiena nikteb,” wieġbu l-kappillan. “Allura għaliex qiegħed kull darba tingassa dak li ktibt?” Ibgħat iċ-ċajtiet tiegħek f’dan l-indirizz: Flimkien, Ċajt, Kurja, Floriana.


Paġna tat-tfal • Claudia Cini • Disinn: Graziella Grech Cachia

Marzu 2014 | 29

IL-BERMUDA

KOMPETIZZJONI Aqra l-komik flimkien ma’ xi ħadd mill-ġenituri tiegħek. Wieġeb ilmistoqsija li hemm fl-aħħar kif tħoss inti u ibgħathielna flimkien ma’ ismek u l-indirizz hekk: Flimkien, KOMPETIZZJONI KOMIK, Kurja, Floriana. L-ewwel tweġiba tirbaħ voucher ta’ €10 li jissarraf għand Alfsons Enterprises Ltd. Ħamrun. Rebbieħ tax-xahar l-ieħor: R. Muscat, San Ġiljan

KONT TAF? IN-NEMLA

• Hawn aktar minn 12,000 speċi differenti ta’ nemel. • In-nemla m’għandhiex widnejn; “tisma’” billi tħoss il-vibrazzjoni tal-art b’saqajha. • Tħoss u xxomm bl-antenni. • Kapaċi terfa’ 20 darba t-toqol tagħha. • In-nemla torqod seba’ sigħat kuljum. • Meta tiġġieled, tiġġieled sal-mewt. • Kif tmut ir-reġina, il-kolonja kollha tmut warajha. • L-akbar għadu tan-nemla hu ... il-bniedem!


30 | Flimkien

L-Aħħar Paġna

Quddiem il-Kurċifiss

B

ħal kont qisni f’ħolma, ’il bogħod minn kull ħoss, U paċi ġo qalbi, bdejt donni inħoss. Bdejt anke nitħeddel, u bdejt nara ċ-ċpar. Għaddiet żiffa ħelwa, u kollox deher ċar. Sibt ruħi f’nofs folla, fi triq kollha nies, Raġel b’demm iċarċar, b’imħabba bla qies. Staqsejt mara xwejħa, “Fejn sejrin jeħduh?” U b’qalbha maqsuma qaltli, “Se jsallbuh!” Min beda jitħassru għax kien innoċenti, U min beda jgħajru bi kliem insolenti. Qalbi wisq ngħafset, fis-sema rajt dija. Ġie anġlu, u qalli, “Dar-raġel bla ħtija!” Inross bdejt ġol-folla, biex nersaq fil-qrib. Kemm xtaqt imqar ngħinu iġorr is-salib! Iżd’Hu ħares lejja, b’ħarsa t’onestà, Xtaq juri imħabbtu mal-umanità. Min jaf dik il-għuda kemm xtaqet teħfief! Żgur mhux pjaċir tagħha li fuqu tistrieħ. Trab li demmu xorob, kemm ħass dak il-ħin! Minn kollox xtaq jagħmel, u jsir bħal deheb fin. Min jaf dawk il-frosti, li bihom sawtuh, Kemm xtaqu imilu u qima jagħtuh! Il-bżieq li beżqulu kemm xtaq idewwih, U l-ġrieħi jfejjaqlu biex mistrieħ jagħtih.

Il-kliem ta’ stmerrija, illi għajruh bih, Xtaq kien għana t’anġli, u glorja jagħtih. Kuruna minn xitla li nibtet mill-art, Ix-xewk illi għamlet kemm xtaqet kien ward! L-imsiemer li nifdu jdejh u riġlejh, Żgur xtaqu idubu, u ma jersqux lejh. Il-martell li ntuża kien jaf li bla ħtija, Xtaq li jsir tafal, u jeħlislu t-tbatija. Sponża ħall ressqu, xħin Hu jixrob ried; Kemm xtaqet titfarrak u taqa’ irmied! Ma kontx ċert smajtx sewwa x’kien qiegħed jgħidilhom. Possibbli dal-Bniedem kien qiegħed jaħfrilhom? Kemm xtaqt li stajt ngħinu, xtaqt nitla’ ftit ħdejh. Iżd’ Hu mejjel rasu, u għalaq għajnejh, U faqqgħet sajjetta, bis-sema tikrih, Ix-xita qliel niżlet, biex donnha tibkih. Niżżluh, tawh lill-mara, imsejkna dik Ommu, Riedet trossu magħha, f’ħoġorha żżommu, U qalbha ngħafset xħin ġew biex jeħduh, Keffnuh f’liżar abjad, u f’qabar daħħluh. Hekk din il-passjoni, li tant kont rajt ċara, Issa kienet għebet, u xejn ma stajt nara. U b’ħasda ninduna li kont mitluf fiss, Waħdi f’nofs kappella, quddiem Kurċifiss. Francis Camilleri


GOOD NEWS! We are now open at Malta International Airport The Axis Complex, Paceville The Point, Sliema Balzan

FOR COFFEE LOVERS facebook.com/CostaCoffeeMalta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Flimkien April 2014 by Archdiocese of Malta - Issuu