Newspaper Post
Awwissu 2016 | Numru 141
L-importanti fil-ħajja mhux it-trijonf imma t-taqbida; l-essenzjali mhux li tirbaħ imma li tkun issilitt. P i e r r e d e c o u b e r ta i n
Quddiesa quddiem 200 ferut 14 L-Imħabba kollox tittama! 9 Koppja tirrakkonta l-ferħ tal-imħabba fiż-żwieġ tagħhom.
M’għandix x’nagħmel! 10 Suġġerimenti prattiċi għaż-żgħażagħ għas-sajf
Fl-anniversarju tal-bomba atomika fuq Hiroxima
Minn fejn se nibda? 15 P. Marcello Ghirlando dwar minn fejn tibda taqra l-Bibbja
Ġbarnieh mid-dranaġġ! 22 Rakkonti mill-ħajja ta’ Madre Tereża
BSL
Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!
Special Departure
Lourdes 4 ijiem
minn
¢399 3-8 Awwissu, 22-27 Awwissu
Dubrovnik
Inÿuru: Dubrovnik, Cilipi, Cavtat, Medjugorje, Kotor, Budva, Pocitelj, Mostar, Neretva River, Kolocep Island, Sipan Island u Lopud Island
fuq baÿi ta’ bed & breakfast
minn
¢479
Minn Lulju sa’ Settembru
Krakow - Poland
Inÿuru: Krakow, Czestochowa, Jasna Gora, Zakopane, Tatra Mountains, Wadowice, Kalwaria Zebrzydowska u Wielicska Salt Mines
minn
¢579
29 Awwissu - 5 Settembru
San Giovanni Rotondo Inÿuru: Pietrelcina, Piana Romana, San Giovanni Rotondo, Foggia, Monte Sant’Angelo, Lanciano, Assisi, Cascia, Ruma, Vatikan u Tivoli
15-22 Awwissu (15 Awwissu - Festa Pubblika)
minn
¢799 half board u eskursjonijiet inkluÿi fil-prezz
Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt
E d i to r j a l • D u n A n to n P o r t elli
Awwissu 2016 • Numru 141
Olimpijadi Oħra
M
atul Awwissu se naraw u nisimgħu ħafna dwar atleti, midalji, bnadar u innijiet waqt il-Logħob Olimpiku f’Rio de Janeiro. Imma forsi ftit nagħtux kas li f’Settembru, f’Rio wkoll, isiru l-Logħob Paralimpiku – Olimpijadi għal atleti b’diżabiltà. Ma nistgħux ninsew li fil-Logħob Paralimpiku ta’ Seattle, fl-1992, fit-tellieqa tal-100 metru wieħed mill-kompetituri waqa’ u ma setax. Il-kompetituri l-oħra waqfu, marru lura ħdejh, għenuh iqum, kien hemm min biesu, u flimkien imxew lejn it-tmiem tal-ġirja, id f’id, bla ambizzjoni personali li jirbaħ xi ħadd. U hekk spiċċa ġie l-ewwel kulħadd! In-nies preżenti nfexxew f’ċapċip kbir. Ġrajja li tgħallimna li: • hu possibbli li jiġi l-ewwel kulħadd u ma jitlef ħadd; • l-ambizzjoni għas-suċċess m’għandhiex tagħmina għall-bżonnijiet ta’ ħaddieħor, l-aktar jekk ikun dgħajjef; • li turi solidarjetà hu aħjar milli tkun l-aqwa; • fil-ħajja kulħadd jista’ jkun rebbieħ; • m’għandniex inwarrbu lil min hu differenti minna; • aħna lkoll ulied l-istess Missier u aħwa ta’ xulxin; • Alla lilna jħobbna lkoll l-istess, u din l-imħabba waslet għandna permezz ta’ Marija Ommna.
Charles Magro Jiddispjaċina nħabbru l-mewt ta’ Charles Magro, membru fil-bord editorjali tal-Flimkien sa mill-bidu nett, jiġifieri mill-2004. Fost il-ħafna interessi li kellu Charles insemmu t-trejdjunjoniżmu, l-edukazzjoni, il-parroċċa, l-Azzjoni Kattolika u l-ġurnaliżmu. Kien editur ta’ Sagħtar għal ħafna snin, kontributur regolari ta’ Leħen is-Sewwa, u għal numru ta’ snin ħa ħsieb ilpaġna letterarja fil-Flimkien. Charles kien poeta u kellu għal qalbu ħafna l-poeżiji dwar il-Madonna. Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti
Grafika Outlook Coop
Stampar Velprint Ltd
K E L M A TA ’ F RAN Ġ I S K U
“Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni!”
Ħa naqsam magħkom xi ħaġa personali. Filgħaxija, qabel nidħol fis-sodda, jien nagħmel din it-talba qasira: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni!” U nitlob għal ħames darbiet il-Missierna, waħda għal kull pjaga ta’ Ġesù, għax Ġesù saffiena bil-pjagi tiegħu. U jekk dan nagħmlu jien, tistgħu tagħmluh intom ukoll, id-dar, u tgħidu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni!” u ġġibu f’moħħkom il-pjagi ta’ Ġesù u tgħidu Missierna f’ġieħ kull waħda minnhom. Ġesù dejjem jismagħna (...) Agħmluha qabel tidħlu torqdu, kull filgħaxija. U issa ejja llissnu flimkien din it-talba sabiħa: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni!” (22 ta’ Ġunju, 2016)
Flimkien fuq Radju Marija Programm ġdid dwar il-kontenut tal-magażin Flimkien. Kull l-ewwel Erbgħa u l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10:00am.
When I grow up I want to be.....
By donating ₏2.33 on
50617374
you can feed 7 children for one day. By donating ₏6.99 on
50618820
you can buy books for one child for a year.
Please help these children achieve their dreams when they grow up, so they can be fully ALIVE.
w w w.missio.org.mt
Awwissu 2016 | 5
I l- K elm a ta l-A rċ isq o f
Kull omm hija
tama F
’nofs Awwissu aħna l-Maltin, flimkien mal-Knisja kollha, niċċelebraw it-tlugħ ta’ Ommna Marija fis-sema. Niftakru fl-omm li writna fil-mument tat-tbatija ta’ Binha fuq is-salib, waqt l-aħħar nifsijiet tiegħu qabel miet. Lil ommu tahielna b’ommna. Spiss niftakru fiha bħala l-omm tagħna, l-aktar meta aħna stess inkunu telgħin jew wasalna fil-quċċata tal-Kalvarju tagħna. Barra minn hekk, kif inhu xieraq, għandna stima kbira lejn l-ommijiet tagħna, dawk li ġabuna fid-dinja, u ta’ dan inroddulhom ħajr minn qalbna, kif inhu xieraq. Huma, mittbatija mimlija mħabba tagħhom, waslu biex jagħtu ħajjithom ħalli aħna nieħdu l-ħajja. Mit-tbatija li tqarreb lejn il-mewt tagħhom, ħadna l-ħajja aħna. Uħud minnhom lanqas gawdew il-frott ta’ tbatijiethom, lanqas biss rawh! Aħna u nifirħu bit-tlugħ ta’ Marija fis-sema, patruna speċjali tagħna l-Maltin, inroddu ħajr lil Alla għall-għażla li hija għamlet li tgħix it-tqala tagħha biex tatna, kif niċċelebraw filMilied, lill-Iben ta’ Alla nnifsu. Imbierka dik it-tqala li tat id-dawl lid-dinja! Iżda mbierka wkoll dik it-tqala li tintemm fi ħlas f’kull sekonda, madwar id-dinja, li qed toħroġ għad-dawl ħajja ta’ bniedem ieħor. It-tbatija ta’ kull ħlas tisfa’ fix-xejn mal-bikja tat-tarbija li tbexxaq għajnejha għall-ewwel darba biex tħares lejn wiċċ dik li ġarritha ġo fiha. It-tbatija tinbidel f’ferħ. Intenzjoni tal-Papa għal Awwissu
L-imħabba tal-maternità tkun għaddiet mill-uġigħ tal-ħlas għall-possibiltajiet, il-ferħat u t-tamiet ta’ dik il-ħajja fl-ewwel passi tagħha fid-dinja. Kull maternità hija tama. Kull maternità hija opportunità oħra, mogħtija minn Alla li jaħdem id f’id malbnedmin u bil-bnedmin, biex il-bnedmin jilħqu dejjem iżjed il-qofol tagħhom. Aħna u nifirħu bit-tlugħ ta’ Marija fissema ma nistgħux ma niftħux għajnejna u qalbna għad-don tal-maternità ta’ kull mara li f’għotja ta’ mħabba, anke għal wild mhux magħruf tagħha sakemm iġġorru f’ġufha, tagħtih lilha nnifisha. Nirringrazzjaw lil Alla tat-tama li kull omm għandha f’uliedha. Nirringrazzjaw lil kull mara li tqis biss il-ġid tal-wild tagħha, anke fl-iktar sitwazzjonijiet imwiegħra. Huma eroj – bla ġieħ f’għajnejn ħafna – li ddeċidew li jinsew lilhom infushom biex jagħtu ħajjithom għal uliedhom, uħud minnhom iktar minn darba. Marija ġiet imtella’ fis-sema għax saret Omm Alla. It-triq tal-qdusija tagħha bdiet bil-maternità tagħha f’sitwazzjoni diffiċli, iżda b’imħabba sħiħa. Imbierka dik il-mara li bħalha tapprezza l-maternità tagħha! Huwa pass kbir fil-mixja tagħha biex tikseb dinjità ogħla u timxi ’l quddiem fit-triq talqdusija. X Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta
Biex l-isport ikun okkażjoni ta’ fraternità u jagħti s-sehem tiegħu għall-paċi fid-dinja
FONDAZZJONI PONTIFIĊJA
Kun int il-Ħniena t’Alla “Nistieden lilkom ukoll, biex flimkien malAid to the Church in Need, twettqu opri ta’ ħniena f’kull parti tad-dinja”. Il-Ħadd tal-Ħniena Divina
Wieġeb għall-appell tal-Papa u agħti sehmek fil-proġett tal-ħniena li l-Aid to the Church in Need (Malta) ser tisponsorja 40 seminarista tas-Seminarju tal-Arċidjoċesi ta’ San Pedro f’Portoviejo, l-Ekwador.
Ikkuntatjana
Posta: Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038
Telefon: 21487818
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am – 4pm
Isem u Kunjom Indirizz Postali Telefon
Aid to the Church in Need (Malta) 39b, Triq l-Imdina, H’Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: info@acnmalta.org
www.acnmercy.org
Aid to the Church in Need Malta
@acn_malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
Awwissu 2016 | 7
“Naħfirlek dnubietek” (Il-Qrar) 111. X’inhu s-Sagrament tal-Qrar? Is-Sagrament tal-Qrar huwa r-rit li bih, permezz tal-ministru tal-Knisja, nerġgħu nsiru ħbieb ta’ Alla, anki meta nkunu għamilna dnub gravi (jew “mejjet” – ara wkoll mistoqsija 205 f’ħarġa aktar tard, meta nittrattaw dwar l-imħabba) wara li ġejna meħlusin mid-dnub tan-nisel filMagħmudija. 112. X’hemm bżonn biex jinħafru d-dnubiet f’dan is-Sagrament? Biex jinħafru d-dnubiet f’dan is-Sagrament hemm bżonn li nindmu minn dnubietna, nixtiequ li nkunu maħfura u nagħtu kelma li bil-Grazzja ta’ Alla ma nerġgħux nidinbu. Normalment hu meħtieġ li nqerru d-dnubiet kollha gravi għand il-qassis li jagħtina l-assoluzzjoni u l-maħfra tal-Knisja. Soltu tingħata wkoll xi ħaġa bħala sinjal ta’ “penitenza” li għandna nagħmlu, biex nuru li jisgħobbina għad-dnubiet tagħna tal-imgħoddi u li nixtiequ nġeddu ħajjitna fi Kristu. 113. X’inhuma l-kliem tal-assoluzzjoni li soltu jlissen il-qassis f’dan is-Sagrament? Meta l-qassis jagħti l-assoluzzjoni normalment jgħid din it-talba: “Alla, missier il-ħniena, bil-mewt u l-qawmien ta’ Ibnu għall-ħajja ħabbeb mill-ġdid id-dinja miegħu, u sawwab fuqna l-Ispirtu qaddis tiegħu għallmaħfra tad-dnubiet. Hu, bil-misteru talKnisja, jaħfirlek dnubietek u jagħtik is-sliem. U jien naħfirlek dnubietek fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.” 114. Liema ‘misteru tal-Knisja’ juri u jwettaq dan is-sagrament tal-Qrar? Il-misteru tal-Knisja li dan is-Sagrament juri u jwettaq hu r-rikonċiljazzjoni u l-ħbiberija
mill-ġdid ma’ ħutna Nsara waqt li millġdid neżerċitaw is-saċerdozju tagħna tal-Magħmudija li kien miżmum minħabba dnubietna. 115. Liema ‘misteru tal-Grazzja’ juri u jwettaq dan is-sagrament tal-Qrar? Il-misteru tal-Grazzja li dan is-Sagrament juri u jwettaq hu l-indiema, dik ilkonverżjoni sħiħa mid-dnub li permezz tagħha nerġgħu ngħixu għal darba oħra bħala ħbieb u wlied ta’ Alla bil-qawwa talIspirtu s-Santu (ara mistoqsija 183 meta se nitkellmu dwar it-tama). 116. Is-Sagrament tal-Qrar hu biss għal dawk li jagħmlu dnub gravi? Il-Qrar hu l-ewwel nett għal dawk li għamlu dnub gravi, iżda jista’ jiġi ċċelebrat ukoll b’mod tajjeb minn dawk li bi dnubiethom ma kinux kisru l-ħbiberija tagħhom ma’ Alla (dwar dan ara mistoqsija 210 u 212, dwar dnubiet venjali) 117. Hu meħtieġ li fis-Sagrament tal-Qrar il-penitent jagħmel qrara tad-dnubiet gravi kollha? Normalment, l-individwu hu meħtieġ li jqerr id-dnubiet gravi kollha fiċċelebrazzjoni privata tas-Sagrament, iżda f’ċerti ċirkustanzi l-penitent mhux mitlub jagħmel dan. Meta ċ-ċelebrazzjoni tal-Qrar issir ġenerali u pubblika l-qrara individwali mhix parti mir-rit ta’ din iċ-ċelebrazzjoni.
Darba oħra nikkonkludu l-Qrar u nibdew il-Griżma tal-Morda. Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.
0%
SIT PO LE DE ILAB AVA
Starting from
€8,999
Price includes Scrappage Scheme
VISIT OUR NEW SHOWROOM AT ANTONIO BOSIO STREET, MSIDA! Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 2016 0751/2 Mob: 99991666 Email: info-iml@iml.mizzi.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: jcassar@mizzimotors.com.mt
www.suzuki.com.mt
Awwissu 2016 | 9
I l- F e r ħ ta l- I m ħ a b b a J . Z a mmi t
L-imħabba kollox tittama! F’Kapitlu 4 tal-Amoris Laetitia, Papa Franġisku jsemmi “l-innu talimħabba” li nsibu fl-Ewwel Ittra lill-Korintin. Fih San Pawl isemmi diversi kwalitajiet tal-imħabba. F’din il-paġna, numru ta’ koppji qed jikkummentaw dwar xi kwalità tal-imħabba li tolqothom b’mod partikolari.
K
onna ilna nippreparaw għal dak il-jum kbir, l-ewwel jum ta’ ħajja ġdida, wara sitt snin namrar (m’għamilniex festin tal-għerusija għax ma kellniex flus!). Dħalna l-knisja fejn wegħidna lil xulxin imħabba dejjiema … u morna għar-riċeviment tat-tieġ tagħna (kollox għadda bħal ħolma) u bdejna l-ħajja ta’ miżżewġin friski! L-istejjer tal-fantasija li konna naqraw fi tfulitna kważi dejjem kienu jispiċċaw bilkoppja miżżewġa tgħix ferħana u kuntenta għal dejjem. Ma rridux immeruh dan, imma lanqas irridu nifhmu li din il-kuntentizza nirċevuha mar-rigali l-oħra tat-tieġ u tibqa’ magħna sal-mewt! Mela f’għeluq l-ewwel anniversarju taż-żwieġ tagħna jitwildilna l-ewwel tifel. Matul it-tqala xejn problemi, imma mbagħad titwieled tarbija bi problema li, skont kull studju professjonali, qatt ma kellha tiġri. Tobba ... aħbarijiet tajba ... aħbarijiet ħżiena ... sentejn, tlieta, stennija, imma wkoll qalbna qawwija għax kellna t-tama, proprju kif jgħid Papa Franġisku: li Alla kapaċi jiddritta dak li hu mgħawweġ u joħroġ it-tajjeb minn kull sitwazzjoni – kulma jitlob minna hu li nafdawh u nħallu f’idejh (paragrafi 116-117 tal-Amoris Laetitia). Kieku kellna nagħmlu graff ta’ dawn it-38 sena li ilna miżżewġin, żgur li jkun kollu tlajja’ u nżul. Inżul, meta għaddejna minn tbatija u problemi ta’ kull tip, tbatija
emozzjonali, mard, problemi fuq ix-xogħol (li mhux dejjem tista’ tħallihom warajk fuq ix-xogħol u għalhekk affettwaw il-ħajja talfamilja kollha). It-tnejn li aħna ġibna magħna valiġġa mimlija esperjenzi u trobbija li konna għexna fit-tfulija tagħna u li jaffettwaw il-mod kif inħarsu lejn il-ħajja. Mhux darba jew tnejn li ġabu argumenti sħan bejnietna. Imma l-imħabba “kollox tittama” – għall-inqas hekk jgħid San Pawl u hekk jikkwotah Papa Franġisku ... u hekk nixtiequ nikkwotawh aħna wkoll. Aħna nħossu li r-‘riċetta’ hi din: • Insiru nafu min hu tassew Alla, dak Alla li Ġesù wrihulna fil-Parabbola tal-Iben... – le, le, mhux hekk, imma fil-‘Parabbola talMissier il-Ħali’! • Nemmnu tassew li Hu naqqax isimna fuq il-keffa ta’ jdejh biex żgur qatt ma jinsiena. • Inħallu f’idejh dak kollu li jista’ jfixkilna għax il-viżjoni tiegħu hi ħafna ikbar minn tagħna u Hu biss jaf x’inhu l-aħjar għalina u għall-għeżież tagħna. U b’dawn l-ingredjenti kollha r-riżultat ma jistax ikun ħlief tama għall-preżent u għall-futur, speċjalment meta għad niltaqgħu mal-għajn tat-tama nnifsu. Hemmhekk, jgħid il-Papa, is-sieħeb tagħna jkun ittrasformat kompletament bil-qawmien ta’ Kristu, fejn il-fraġilitajiet u l-patoloġiji tiegħu jisfumaw. Dan jgħinna nħarsu lejn is-sieħeb tagħna b’għajnejn ġodda.
10 | Flimkien
Żg ħ a ż ag ħ S ilva n a C a r d o n a
Xi dwejjaq, m’għandix x’nagħmel!
A
wwissu! Nofs il-vaganzi tas-sajf. Imma kemm se ndum nitgħażżen fuq is-sufan, bil-laptop f’ħoġri niċċettja ma’ sħabi u nilgħab fuq l-internet? U kemm se ndum rieqed u nqum tard, kważi eżatt għall-ħin tal-ikel? Imma llum, meta kont wiċċi ’l fuq fis-sodda, ħsibt f’dawn: • Irrid nipprova nsib ġurnata fil-ġimgħa u niddedikaha għal persuna li tieħu ħsiebi (missieri, ommi, nanna). Insib xi ħaġa li nistgħu nagħmlu flimkien (nixtru, nimxu, ngħumu) li tqarribna aktar bejnietna. • Niddedika ġurnata oħra fil-ġimgħa biex innaddaf u norganizza kamarti... bla ma ngerger jew nonfoħ! Jekk norqod fl-istess kamra ma’ ħija, inħajru nagħmluha flimkien. • Nitgħallem nuża l-washing machine u nonxor ħwejġi. • Immidd idi u nitgħallem insajjar xi ħaġa. Immidd idi wkoll fil-ħasil talplatti, mhux dejjem inħallih għal ommi. • Nipprova nqum kmieni biex nara s-sbuħija taxxemx tielgħa minn
•
•
• • •
•
•
•
•
fuq il-baħar. Xi darba filgħaxija nipprova nammira x-xemx nieżla. Spettaklu millisbaħ... u b’xejn! Immur ngħum u nirrilassa. Nixtri maskra u nammira l-ġmiel ta’ taħt il-baħar. Irrid nitgħallem nistagħġeb bil-bebbux, iċċagħaq, ir-rizzi, il-mewġ. Nistieden xi żewġt iħbieb id-dar u nagħmlu xi ħaġa kreattiva flimkien: nibnu mudell ta’ xini, niżbgħu bieb u twieqi, inħawlu pjanti. Nara għandix talent u nara kif niżviluppah. Nitgħallem strument jew nibda sport li jgħinni niċċaqlaq ftit. Noħroġ mid-dar u għal darba fil-ġimgħa nġib ruħi ta’ turist f’pajjiżi stess. Malta żgħira, imma akbar mill-belt jew ir-raħal fejn noqgħod! Naqra ktieb sabiħ. Ninteressa ruħi f’dak li qed jiġri fid-dinja. Anki dwar xi ħadd li ta xhieda tal-fidi tiegħu. Insib saċerdot li jifhimni u mmur inqerr għandu bil-kwiet. Insir ħabib tiegħu u mhux biss inqerr għandu. Darba fil-ġimgħa nfittex kappella. M’għandix għalfejn nistħi jew niddejjaq nidħol u noqgħod quddiem is-Sagrament, niftaħ qalbi ma’ Ġesù. Għall-inqas il-Ħadd immur il-quddies u nitqarben....
Kont se nibqa’ għaddej bil-lista imma, qed ngħid... issa tant għandi x’nagħmel li m’għandix ċans nagħmel kollox! Mhux se nibqa’ aktar nitgħażżen fis-sodda sa nofsinhar. Mhux se nibqa’ naħli l-ħin fit-television u facebook, għax is-sajf diġà għadda nofsu!...
the AugustiniAn institute - Pietà
Academic Year 2016-2017 Augustine For All
Ancient Christian literature 1st - 5th centuries 10 Lectures held on Fridays, from 18:15 to 19:15hrs Commencing: Friday, 7th October 2016 (to Friday 16th December 2016) Venue: Augustinian Institute Pietà Malta Subscription fee: €30 (couples €50) (incl. tea/coffee/biscuits break+one publication for free)
the 20th AnnuAl Augustine leCture 2016
Date: Monday 21st November 2016 theme: seeking Augustinian insights on the Christian in Public life today Venue: Augustinian Institute Pietà Malta time: 18.15hrs speaker: Revd Prof. Michael Bruno STD(Lat.), St Joseph’s Seminary NY USA Chairman: Prof. Albert Fenech Entrance free (a reception will follow) Date: Tuesday 22 November 2016 theme: rediscovering Augustine’s saeculum and the state of Contemporary Augustinian hermeneutics Venue: University of Malta - Gateway Hall E time: 19.00hrs speaker: Revd Prof.Michael Bruno STD(Lat.), St Joseph’s Seminary NY USA Chairman: Professor Joe Friggieri Entrance free: (a reception will follow) nd
leCtio Augustini
A series of eight two-hours sessions commencing on Friday 20th January 2017 (up to Friday 17th March 2017) theme: Augustine’s the City of god time: 18.00 to 20.00hrs Venue: Augustinian Institute - Pietà, Malta subscription fee: €35 (couples €60) (incl. tea/coffee/biscuits break+one publication for free). For participants: text in Maltese of the City of god (2 vols.=1700p.) for €10 onlY
PhilosoPhY For All
1st year (1st & 2nd semester): From Thursday 13th October 2016 Thursday 2nd March 2017 Plotinus, neoplatonism & Christian neoplatonism 2nd year (1st & 2nd semester): Thursday 12th October 2017 Thursday 8th March 2018 the Philosophy of Augustine of hippo subscription fee for one year (October 2016 - March 2017): €40 (couples €70) (incl. tea/coffee/ biscuits break+one publication free) subscription fee for whole study-unit (2 years - October 2016 - March 2018): €75 (couples €140) (incl. tea/coffee/ biscuits break+one publication free)
the CitY oF goD seminAr
Wednesday, 24th January 2017 at 6.30pm His Eminence Cardinal G. F. Ravasi will deliver the Inaugural Lecture launching The City of God Seminar The evening will be under the patronage of the VR Prior Provincial OSA Dr Ray Francalanza SThD Venue: Main Hall, St Monica School T. Spinelli Street Gzira. Entrance Free - tea/coffee/biscuits break
liVe-in
Saturday 29th from 4.00pm, Sunday 30th April & Monday 1st May 2017 Augustine of hippo on teaching the Christian faith
grADuAtion
Date: Friday 31st March 2017 time: 6.30pm Presiding: Prof Dr Joe M. Cacciottolo Pro-Rector UOM Venue: Poor Clares Monastery, Regional Rd St. Julian’s
The majority of the lectures are in Maltese. For info: Revd Prof. S. Caruana OSA PO Box 61 Imsida PO MSD1000 t. 21249407 - m. 9940 2102 - 7728 1249 e. caruana.salvino@gmail.com - salvino.caruana@um.edu.mt Adm. sec. Ms A. Borg T. 2701 0827 - m. 9945 0099 - 7708 7711 e. toineborg@onvol.net Subscription fees are to be made by cheque to Rev. Prof. Salvino Caruana OSA
12 | Flimkien
Dietrich Bonhoeffer (1906-1945) kien teologu u ‘pastor’ Luteran. Wara l-istudji tiegħu fil-Ġermanja, ta servizz pastorali f’Barċellona u New York. Fl-1931 reġa’ lura fil-Ġermanja u oppona bi sħiħ inNaziżmu. B’diversi manjieri, flimkien ma’ oħrajn, kien fir-reżistenza kontra Hitler. Ġie mgħallaq ftit jiem qabel il-waqgħa ta’ Hitler. Fost l-aktar kotba magħrufa tiegħu nsibu: “The Cost of Discipleship” u “Letters and Papers from Prison”.
*
Is-skiet quddiem il-ħażen huwa minnu nnifsu ħażen: Alla ma jgħoddniex mingħajr ħtija. Meta ma titkellimx tkun qed titkellem xorta. Meta ma taġixxix tkun qed taġixxi.
*
Meta niġġudikaw lill-oħrajn insiru għomja. Min-naħa l-oħra, hija l-imħabba li tagħti d-dawl. Meta niġġudikaw lill-oħrajn inkunu għamejna lilna nfusna għall-ħażen tagħna u għall-grazzja li l-oħrajn għandhom iddritt jirċievu mingħandna (The Cost of Discipleship).
*
“Grazzja rħisa” (cheap grace) hija l-grazzja li nsawbu fuqna nfusna. Grazzja rħisa hija l-predikazzjoni tal-maħfra mingħajr sejħa għall-indiema, il-magħmudija mingħajr dixxiplina ekkleżjali, il-komunjoni mingħajr stqarrija ... “Grazzja rħisa” hija l-grazzja mingħajr dixxipulat, grazzja mingħajr issalib, il-grazzja mingħajr Ġesù Kristu, ħaj u inkarnat.
*
Ġesù nnifsu ma ppruvax jikkonverti liż-żewġ ħallelin fuq is-salib; huwa stenna sakemm wieħed minnhom dar lejh (Letters and Papers from Prison).
Ġ aw h a r I n s a r a D u n Hec to r S ce r r i
Qbadt ferrovija żbaljata? *
Għandna nitgħallmu nħarsu lejn nies oħra anqas fid-dawl ta’ dak li jagħmlu jew li jonqsu li jagħmlu, u aktar fid-dawl ta’ dak li jbatu (Letters and Papers from Prison).
* *
Jekk taqbad ferrovija żbaljata, għalxejn tiġri fil-kuritur tagħha fid-direzzjoni opposta!
* *
Irridu nkunu lesti li nħallu lil Alla jinterrompina.
*
Ġesù Kristu għex fost l-għedewwa tiegħu. Flaħħar, id-dixxipli tiegħu kollha telquh. Fuq is-salib kien għalkollox waħdu, imdawwar minn nies ħżiena u żeblieħa. Hu għalhekk li huwa kellu jiġi, biex iġib il-paċi lill-għedewwa ta’ Alla. Hekk ukoll in-Nisrani: postu mhux li jkun maqtugħ fil-ħajja tal-klawsura imma li jkun fost l-għedewwa. Hu hemm li huwa mibgħut. Hemm hija l-ħidma tiegħu (Life Together: The Classic Exploration of Christian Community).
Aħna nitolbu għal affarijiet kbar u ninsew ngħidu grazzi għad-doni ordinarji u żgħar (u mhux daqshekk żgħar) (Life Together: The Classic Exploration of Christian Community). Fil-ħajja ordinarja, ftit nintebħu li aħna nirċievu ferm aktar milli nagħtu, u li huwa biss bil-gratitudni li l-ħajja ssir għanja.
t n a r G 0 0 3 2 € o t et up
G
Call us on
21 424 750 www.solarsolutions.com.mt
Experience - Quality - Affordability
2/3 Tal-Balal Road, Xwieki, L/O Għargħur, Malta
14 | Flimkien
Ħi rox im a
Quddiesa quddiem
F
200 ferut
it-8:00am tas-6 ta’ Awwissu tal-1945, il-bomba atomika splodiet fuq Ħiroxima u qerdet il-belt kollha. 80,000 ruħ mietu f’temp ta’ minuta. Id-dar tagħna (tal-Ġiżwiti) kienet waħda mill-ftit li baqgħu weqfin. Birriefnu tal-isplużjoni l-ħġieġ u l-bibien tqaċċtu kollha. Bdilna d-dar fi sptar, u lqajna 200 ferut biex nieħdu ħsiebhom. L-għada, fil-5:00am, qabel ma bdejna ngħinu l-feruti u nidfnu l-mejtin, qaddist fiddar tagħna. F’mumenti ta’ traġedji bħal dawn tħossok iktar qrib ta’ Alla u tal-għajnuna tiegħu. Tabilħaqq, il-post ma kienx addattat biex inissillek devozzjoni. Il-kappella, nofsha meqruda, kienet mimlija feruti, kollha minn tulhom fl-art, wieħed ħdejn l-ieħor, jitgħawġu bl-uġigħ. Bdejt il-Quddiesa kif stajt qalb dik il-folla ta’ nies li ma kienu jifhmu xejn minn dak li kien qed jiġri fuq l-altar. Ħadd minnhom ma kien Nisrani, qatt ma kienu raw Quddiesa. Ma nistax ninsa x’ħassejt meta dort lejhom biex ngħidilhom “Il-Mulej magħkom” (konna għadna nqaddsu b’daharna lejn in-nies) u rajt dik ix-xena quddiemi. Ma flaħtx niċċaqlaq, bqajt issummat, dirgħajja miftuħa, inħares lejn dik it-traġedja umana – ix-xjenza, il-progress tekniku użati biex jeqirdu l-bniedem. Kulħadd għajnejh fuqi b’ħarsa ta’ tbatija u disperazzjoni, qishom jistennew mill-altar xi ftit tal-faraġ. X’dehra terribbli! Ftit minuti wara, fuq l-artal niżel dak li fuqu Ġwanni l-Battista stqarr:
“Fostkom hemm wieħed li intom ma tafuhx.” Qatt daqs dakinhar ma ħassejt xi jfisser tkun waħdek fost dawk li ma jifhmu xejn dwar Ġesù Kristu. Hemmhekk kien hemm ilFeddej, dak li ta ħajtu għalihom ... iżda huma ma kinux jafu min kien. Jien biss kont naf. Minn fommi ħarġet waħedha talba għallqlub xierfa li tefgħu l-bomba atomika: “Mulej, aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu.” Tlabt ukoll għal dawk ta’ quddiemi jitgħawġu bl-uġigħ: “Mulej, agħtihom il-fidi biex jaraw, u l-qawwa biex jifilħu għat-tbatija.” Meta għollejt l-Ostja quddiem dawk l-iġsma kollha ġrieħi tlabt minn qalbi: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi: ħenn għal din il-merħla bla ragħaj!” Żgur li minn dik l-Ostja u dak l-altar ħarġu xmajjar ta’ grazzji. Wara sitt xhur, meta kważi kollha mfejqin ħallew id-dar tagħna (mietu tnejn biss), ħafna minnhom kienu tgħammdu. Kollha kienu tgħallmu li l-imħabba Nisranija taf tagħder, tgħin, tagħti faraġ li hu aqwa minn kull faraġ ieħor, taf tnissel ċertu ħsieb li jgħinek titbissem anki fit-tbatija, u taħfer lil min tant ġiegħlek tbati. Quddies bħal dawk huma waqtiet mimlijin intenzjoni sagramentali, u jwassluk biex tifhem dak li, mingħajr fidi, huwa iebes ħafna jew impossibbli tifhem: is-sens tat-tbatija, ilkobor u s-sbuħija tas-sagrifiċċju tal-karità. Kitba ta’ Pedro Arrupe sj minn “Kif iltqajt ma’ Ġesù” (Pubblikazzjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù)
Awwissu 2016 | 15
Bi b b j a P. M a rcello G h i r l a n d o, O F M
Minn fejn se nibda? Għandi Bibbja d-dar u nixtieq naqraha, imma minn fejn se naqbad nibda?
J
ien dejjem nissuġġerixxi li jekk wieħed jixtieq jaqra u jitlob bil-Bibbja, l-aħjar li jkollu waħda tiegħu personali. Għax il-Bibbja hija fil-fatt il-Kelma tal-Mulej li tissieħeb miegħi fil-mixja tal-ħajja, u s-sieħeb jeħtieġ li nkun nafu sewwa, inkun “ta’ ġewwa” miegħu, inkun naf nistrieħ f’paġni u siltiet li jkunu messewli qalbi, inkun naf sewwa dawk is-siltiet li aktar faċli jitfgħuni fuq ir-runway tat-talb. Fi ftit kliem, tkun Bibbja “tiegħi”, bis-sinjali u l-marki tiegħi, bħal dik il-kuruna tar-rużarju li ngħożż biex fuqha nżebbeġ l-avemarijiet imlaqqma filmisteri ta’ Ġesù. Kif taqraha l-Bibbja jekk m’intix midħla tagħha? Hemm diversi għażliet. Tista’ tibda mill-ewwel ktieb tal-Antik Testment u timxi ktieb wara ieħor. Jew tibda bil-Vanġeli u tkompli bl-Atti tal-Appostli u l-kitbiet l-oħra tal-Ġdid Testment. Inkella aqra l-kotba tal-Profeti jew ibda bil-ktieb tas-Salmi. Tista’ tagħżel li taqra siltiet magħżula minn pubblikazzjonijiet bibliċi ta’ riflessjoni. Tagħżel x’tagħżel, ikun jiswielek li taqra xi introduzzjoni ċkejkna li kważi kull Bibbja ġġib fil-bidu nett jew qabel kull ktieb. Żgur li “antipast” ta’ introduzzjoni jgħinek tgawdi aħjar l-ikla tal-Kelma tal-Mulej! Probabbilment se jasal mument meta tkun tixxennaq biex tkun taf ftit aktar fuq kull ktieb tal-Bibbja. Għajnuniet hawn kemm trid: kotba, xi taħdita tajba, xi programm tar-radju msejjes fuq tagħlim bibliku, korsijiet. Hawn ħafna, imma basta jkollna l-ġuħ u l-għatx għalihom u r-rieda tajba li nitgħallmu biex niggustaw il-Kelma ta’ Alla li nixtiquha tkun is-sies ta’ ħajjitna.
73
Kotba tal-Bibbja
Testment il-Qadim: 46 • Ġenesi, Eżodu, Levitiku, Numri, Dewteronomju (flimkien jissejħu ‘Pentatewku’); • Ġożwè, Imħallfin, Rut, 1 u 2 Samwel, 1 u 2 Slaten, 1 u 2 Kronaki, Esdra, Neħemija, Tobit, Ġuditta, Ester, 1 u 2 Makkabin = Kotba Storiċi; • Ġob, Salmi, Proverbji, Koħèlet, Għanja tal-Għanjiet, Għerf, Bin Sirak = Kotba tal-Għerf; • Isaija, Ġeremija, Lamentazzjonijiet, Baruk, Eżekjel, Danjel = Profeti Kbar; • Hosegħa, Ġoel, Għamos, Għabdija, Ġona, Mikea, Naħum, Ħabakkuk, Sofonija, Ħaggaj, Żakkarija, Malakija = Profeti Żgħar. Testment il-Ġdid: 27 • Mattew, Mark, Luqa, Ġwanni = Vanġeli; • Atti tal-Appostli; • Ittri Apostoliċi: lir-Rumani, lill-Korintin 1 u 2, lill-Galatin, lill-Efesin, lill-Filippin, lill-Kolossin, lit-Tessalonikin 1 u 2, lil Timotju 1 u 2, lil Titu, lil Filemon, lil-Lhud; Ittra ta’ San Ġakbu, ta’ San Pietru 1 u 2, ta’ San Ġuda, ta’ San Ġwann 1, 2 u 3; • Apokalissi.
18 | Flimkien
S pi r i t wa li tà
Immaġina ftit
D
aqqu t-8:00am. Id-direttur talkumpanija waqaf iħares barra mit-tieqa tal-uffiċċju. Ftit ’il bogħod hemm il-ħassiela, qiegħda naqra bilqiegħda fuq banketta, tixxotta l-għaraq. Raġel ieħor, sejjer ix-xogħol bil-karozza, waqt li mara tad-dar ġiet lura mix-xirja, għadha kemm wasslet it-tfal l-iskola. Anzjan spiċċa jfittet il-biskuttell fil-kafè fl-istess ħin li studenta sejra l-Junior College bil-headphones ma’ widnejha. Immaġina ftit kieku dawn kollha, u aħna lkoll, hu x’inhu xogħolna jew ir-rwol tagħna fil-ħajja, nieqfu ftit fit-8:00am u nitolbu lkoll l-istess talba flimkien! Mhux biss f’Malta imma fid-dinja kollha. Tliet minuti biss. Daqshekk tieħu biex tgħid l-Anġelus. Perfett għal min għandu ħafna x’jagħmel. Min jaf kieku kellna nqajmu mill-ġdid iddrawwa tal-Anġelus, imqar darba fil-ġurnata, fit-8:00am, f’nofsinhar jew fis-6:00pm! Talba sempliċi li fiha nħabbru l-Inkarnazzjoni, meta Alla sar bniedem u ma ddejjaqx “jiċċappas magħna”. L-Anġelus ġej minn żmien meta ħafna kienu jaħdmu fl-għelieqi imma, għal ftit mumenti kuljum, meta jdoqqu l-qniepen, kienu jwarrbu l-għodda minn idejhom u jinġabru biex jitolbu. Ħin meta jiftakru flaktar ħaġa importanti, f’dak li jiġi l-ewwel, f’Dak li lilu jappartienu tabilħaqq. Jiftakru li dak li jiswa l-aktar mhux ġej mill-flus, mill-fama jew minn kemm jipproduċu, imma mill-magħmudija tagħhom. Imma l-Anġelus kien jingħad anki mill-propjetarji tal-art li fuqha l-bdiewa
kienu jaħdmu. Lis-sultan u lill-isqof kien ifakkarhom li jekk kellhom xi dinjità din ma kenitx ġejja mill-ġid jew il-pożizzjoni li għandhom imma mill-fatt li huma wlied Alla. Għal ħin wieħed kulħadd isir indaqs. Kulħadd jitlob l-istess talba. Ħin l-Anġelus jgħinek tieqaf u tiftakar li l-bnedmin mhumiex biss ħaddiema, produtturi, konsumaturi, negozjanti, sidien jew klijenti. Qabel kollox il-bnedmin huma wlied Alla. Jiswew għax kien hemm xi Ħadd li ħalaqhom, ħabbhom u miet għalihom. Immaġina ftit kieku dak id-direttur kellu jgħid: “L-Anġlu t’Alla ħabbar lil Marija” … u jisma’ lill-ħassiela twieġbu: “U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu”. It-tnejn imbagħad jgħidu s-Sliema flimkien! U kieku dik il-mara tad-dar, diġà għajjiena, mill-kċina tgħid: “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej” … għandha mnejn tisma’ raġel għaddej fil-karozza jwieġeb: “Ikun minni skont kelmtek.” U fl-istess ħin, dak l-anzjan fis-siġġu bir-roti jgħid: “L-Iben t’Alla sar bniedem”… u t-tfajla studenta twieġbu: “U għammar fostna.” Forsi hekk nibdlu l-mod kif inħarsu lejn xulxin, kif inġibu ruħna, kif nitkellmu fuq xulxin. Għax, meta toqgħod tqis, kif tista’ tkun trid id-deni lil persuna li tkun tlabt magħha? Meta tqis ukoll li dik il-persuna (direttur, ħassiela, impjegat, mara tad-dar, anzjan, studenta) fil-fatt għandha wiċċ u għandha isem: iben Alla, bint Alla, ħu Kristu, oħt Kristu. Għandna ħafna drawwiet sbieħ u sempliċi. Għax ma nużawhomx?... Jekk trid tgħid l-Anġelus miegħi, tista’ ssibu f’paġna 30.
Awwissu 2016 | 19
Mijiet ta’ kappelli
M
adwar Malta u Għawdex insibu mijiet ta’ kappelli mifruxin fl-ibliet, l-irħula u l-lokalitajiet meqjusa bħala mwarrba f’dawn il-gżejjer. L-għaqda volontarja Ħbieb il-Kappelli Maltin twaqqfet fl-24 ta’ Ottubru 2011 u taħdem biex dawn il-kappelli jkunu apprezzati. Torganizza żjarat fihom li matulhom jingħata tagħrif dwarhom. Tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-awtoritajiet fejn tara li xi kappelli jeħtieġu xi tiswijiet. Dawn il-binjiet huma xhieda tal-fidi u d-devozzjoni li kellhom missirijietna. Fl-imgħoddi, in-nies li kienu jgħixu f’ċerti nħawi mwarrba kien diffiċli għalihom jattendu l-quddies u l-funzjonijiet reliġjużi fil-parroċċi. Għalhekk inbnew dawn ilkappelli biex fihom seta’ jmur is-saċerdot iqaddes u jamministra sagramenti oħra. Minbarra dawn il-kappelli mibnija għalihom, insibu wkoll oħrajn li jiffurmaw parti minn palazzi antiki. F’dawn ukoll kienu jsiru funzjonijiet reliġjużi. Insibu wkoll kappelli f’kunventi għall-istess skop. Insibu kappelli mibnija f’għamla sempliċi, u oħrajn mibnija b’sengħa kbira u mżejna bi skultura ornamentali u statwi skolpiti fil-ġebla Maltija. Fihom insibu wkoll inkwatri mpittra minn artisti magħrufa.
Miż-żjara appostolika ta’ Mons. Pietru Dusina tal-1575 għandna ħafna tagħrif interessanti dwar il-kappelli li kienu jeżistu f’dawk iż-żminijiet. Ħafna mill-kappelli msemmija f’din iż-żjara għadhom weqfin sallum. Xi wħud jinsabu fi stat tajjeb ħafna għax għadhom jintużaw sal-lum. F’xi wħud minnhom saħansitra tiġi ċċelebrata l-festa titulari tal-qaddis jew qaddisa tagħhom. F’dawk il-jiem wieħed jista’ japprezza l-ornamenti antiki u rikki li għandhom mijiet ta’ snin u li jixhdu kemm kien hemm min ħadem fl-imgħoddi biex ilibbes dawn il-kappelli b’opri artistiċi. Sfortunatament kappelli oħra jinsabu fi stat ħażin u jinħtieġu manutenzjoni urġenti. Jekk din ma ssirx dawn jistgħu jiġġarrfu, u għallpajjiż ikun telf patrimonjali kbir. Minħabba l-iżvilupp li sar f’għadd ta’ lokalitajiet xi wħud minn dawn il-kappelli qed jerġgħu jintużaw għall-ħtiġijiet reliġjużi ta’ dawn l-inħawi. Fosthom hemm dawk li nbidlu f’kappelli tal-adorazzjoni. L-għaqda Ħbieb il-Kappelli Maltin torganizza żjarat lil dawn il-kappelli kull tielet Ħadd tax-xahar (minn Ottubru sa Ġunju). Żur il-paġna Facebook: Ħbieb il-Kappelli Maltin. Artiklu mħejji mill-Għaqda Ħbieb il-Kappelli Maltin (hbieb@kappellimaltin.com).
20 | Flimkien
Kont Taf? IKTEB MALTI TAJJEB
‘baxx baxx’ jew ‘baxxbaxx’ jew “baxx, baxx”?
Kull fejn xi frażi tikkonsisti mill-istess kelma ripetuta, iż-żewġ kelmiet jinkitbu separati: pass pass; ftit ftit; kemm kemm; biss biss; sitta sitta; naqra naqra; fuq fuq. Għalhekk, ikteb: baxx baxx.
Din l-irħama għar-rimi?
Il-biċċa rħama li minnha Michelangelo għamel l-iskultura famuża ta’ David kienet inqatgħet 43 sena qabel biex l-artist Agostino di Duccio jagħmel minnha statwa ta’ Erkole. Imma l-irħama ġiet abbandunata. Wara 10 snin, skultur ieħor, Antonio Rossellino qabad jaħdem fuq l-istess irħama imma lanqas dan ma kompla għax sabha iebsa wisq. Fl-1501 ġiet f’idejn Michelangelo, u dan lesta l-kapolavur fi tliet snin.
Karti tal-logħob
Lejl twil 42 sena!
Uranu (Uranus) hija waħda mill-pjaneti li jduru madwar ix-xemx. Skoprieha William Herschel fl-1781. Iddum 84 ġurnata biex iddur max-xemx (id-dinja tagħna ddum 365 jum). Fuq Uranu hemm irjieħ li jlaħħqu mad-900 km fis-siegħa. Għandha 13-il ċirku madwarha u hija l-aktar pjaneta kiesħa fis-sistema solari kollha b’temperatura medja ta’ -224°C. Għalhekk tissejjaħ “il-ġgant tas-silġ”. Uranu għandha 27 qamar, fosthom: Titania, Cupid, Oberon, Umbriel, Ariel, Miranda. Peress li hi maqluba f’angolu ta’ 98 grad, fil-parti ta’ fuq ta’ Uranu jkun iljum għal 42 sena sħaħ filwaqt li fil-parti ta’ isfel ikun il-lejl, imbagħad jinqalbu. L-element kimiku ‘uranju’ (uranium) issejjaħ hekk għax instab 8 snin biss wara li ġiet skoperta l-pjaneta Uranu.
Aqbad it-52 karta tal-logħob u ħawwadhom. Imbagħad ifrixhom fuq il-mejda, wara xulxin. U jien nagħmel l-istess: inħawwadhom u mbagħad nifrixhom fuq il-mejda. X’inhi l-possibbiltà li l-karti tiegħi jkunu fl-istess ordni bħal tiegħek? Inkella, fi kliem ieħor: x’possibbiltà hemm li 500 sena ilu xi ħadd ħawwad il-karti u meta firixhom sab li huma fl-istess ordni li jsibu ruħhom il-karti tiegħek? Il-possibbiltà hija inkredibbilment remota. Tant hu kbir in-numru ta’ arranġamenti differenti li kieku tgħoddhom issib li huwa akbar min-numru tal-kwiekeb fl-univers! Ir-riżultat huwa n-numru 8 segwit minn 67 żero! Għall-“eżattezza” hemm 80,658,175,170,943,878,571,660,636,856,403,766,975,289,505,440,883,277,824,000 ,000,000,000 arranġamenti differenti! Għalkemm numru enormi, tista’ tasal għalih b’mod ‘faċli’: 52 x 51 x 50 x 49 … sakemm tibqa’ sejjer sal-1.
22 | Flimkien
Ġbarnieh mid-dranaġġ!
Għaliex mhumiex jitbissmu? Kont f’dar tal-anzjani fejn l-ulied kienu jitfgħu lill-ġenituri tagħhom u jinsuhom hemm. Dawn l-anzjani kellhom kollox: ikel tajjeb, post komdu, televixin. Imma kollha kienu qed iħarsu lejn il-bieb ta’ barra. Ħadd minnhom ma kien jitbissem. Dort lejn soru u staqsejtha: “Għaliex kollha jħarsu lejn ilbieb ta’ barra? Għaliex mhumiex jitbissmu?” Weġbitni: “Dawk kuljum jistennew li jiġi jżurhom xi ħadd minn uliedhom.” Inġibu lura lil uliedna! Għaliex ħafna żgħażagħ fil-Punent inħakmu mid-drogi? It-tweġiba li sibt kienet li filfamilja ma jsibu lil ħadd biex jilqagħhom. L-ulied jiddependu fuqna għal kollox: saħħa, ikel, sigurtà, imma wkoll li jsiru jafu u jħobbu lil Alla. Uliedna jistennew dan kollu mingħandna, imma spiss jiġri li l-ġenituri jkollhom wisq x’jagħmlu jew ikunu separati. Għalhekk iż-żgħażagħ isibu refuġju fit-toroq, fid-drogi u vizzji oħrajn. Nagħmel appell lil kulħadd: “Ejjew inġibu lura lil uliedna!” L-ulied huma r-rigal ta’ Alla. Kull tifel jew tifla huma maħluqa xbieha speċjali ta’ Alla għal ħwejjeġ akbar. Jeħtieġ nerġgħu nagħmlu lil uliedna ċ-ċentru tal-attenzjoni u l-kura tagħna. L-imħabba tibda mid-dar. Mhux kemm nagħmlu jgħodd imma kemm inpoġġu mħabba f’dak li nagħmlu.
M a d r e Te r eż a
Rakkonti mill-ħajja ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta li se tkun iddikjarata qaddisa x-xahar id-dieħel. Miġburin mitTabib Andrew Baldacchino. Il-fqar huma nies kbar Lejla waħda ġbarna erba’ persuni mit-triq. Waħda minnhom kienet f’kundizzjoni terribbli. Lis-sorijiet għedtilhom: “Ħudu ħsieb it-tlieta l-oħra, l-agħar waħda ħalluha għalija.” Għalhekk bl-imħabba dort biha kif kont nagħmel is-soltu. Malli poġġejtha fis-sodda, fuq wiċċha dehret tbissima sabiħa. Qabditli idi u lissnet kelma waħda: “Grazzi” – u mietet. Dak il-ħin dħalt f’qoxorti u staqsejt lili nnifsi: “Jien x’kont ngħid kieku kont minflokha?” Probabbli li kont nipprova niġbed l-attenzjoni fuqi nnifsi biex jindunaw li jien bil-ġuħ, qed immut, kiesħa silġ u muġugħa! Imma din ilmara tatni xi ħaġa prezzjuża, tatni mħabbitha mimlija gratitudni. U mietet bi tbissima fuq wiċċha. Il-fqar huma nies kbar. Sejjer id-dar t’Alla Ġbarna raġel mid-dranaġġ, nofsu mikul middud. Wara li ħadnieh magħna d-dar, qalilna biss dan il-kliem: “Għext fit-triq bħal annimal, imma issa ħa mmut bħall-anġli, maħbub u kkurat.” Wara li neħħejnielu d-dud kollu minn ġismu, tana tbissima kbira u qalli, “Sor, se mmur id-dar għand Alla” – u miet. Kienet ħaġa tant sabiħa tara l-kobor ta’ dak ir-raġel li seta’ jitkellem hekk mingħajr ma jagħti tort lil ħadd. Bħal anġlu! Dan huwa l-kobor tan-nies li huma spiritwalment sinjuri anke jekk fqar materjalment.
Awwissu 2016 | 23
PAĠ NA L E TT E RARJA M i r i a m E ll u l
Il-qarrejja mistiedna jibagħtu novelli jew poeżiji qosra għal din il-paġna. Il-kitba li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Ibgħat bl-email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Paġna Letterarja, PO Box 90, Marsa. Sakemm nirċievu kontribuzzjonijiet mingħand il-qarrejja se noffrilkom żewġ poeżiji li ktibt jien stess. Din hija poeżija li ktibt fir-rebbiegħa – staġun sabiħ iżda sfortunatament imċappas bil-vjolenza.
Inħobbok Wisq! (b’dedika lis-sajf)
Għaraq nieżel ma’ ħaddejja lanqas roqgħa b’naqra frisk, jaħarquni xfar għajnejja, imma xorta nħobbok wisq!
Rebbiegħa Mdemmija Għaliex jixxerred demm innoċenti? Għaliex dawn l-iġsma mxerrdin, b’għajnejhom imżellġa, ċċassati, mwerwrin, f’rebbiegħa kaħlana milquta mill-ikreh destin? Xi jġiegħel lill-bniedem jaħseb fih biss u jwarrab lil ħuh li mingħalih jgħaddi mingħajru u jitfgħu f’miżerja u nfern li jkissruh? Kemm hu aħjar li kieku fuq mejda tonda jew kwadra, u ftit siġġijiet, ipoġġu tad-dinja l-kbar kapijiet, u jaslu, jiftiehmu bla ġlied u inkwiet! Mulej, ħa jasal it-talb ta’ kull Malti għal dawn ħutna li jgħixu fil-qrib, biex jinħeles pajjiżhom mill-mewt u mill-krib, bħalma x-xita ħaslet id-demm mis-Salib. Myriamme Ellul
Nonfoħ, nilheġ, b’telqa kbira met’għall-bżonn noħroġ irrid. Jekk bil-ġuħ, indellek ftira, imma xorta nħobbok wisq! Glalen t’ilma kuljum nixrob; frott, ħaxix – dak l-ikel biss. F’waqt bis-sħana kulħadd jokrob, jiena ngħid, “Inħobbok wisq!” Ja xemx tisreġ, taħraq, taqli, kif tħammarna lkoll nirien! Anki nifsi qisek ħadtli, imma nħobbok nibqa’ jien! Jien naf ħafna min jistmerrek, lanqas tgawdi ma jħallik ... imma jien, ja sajf imbierek, minn xahar għal ieħor nistenniek! Is-sajf jasal, għalxejn tgorru, u t-tbissima f’wiċċi tfiġġ. Aqbdu l-basket, il-baħar morru, u taraw kif tgħaddu l-ħin! Myriamme Ellul
Awwissu 2016 | 25
S a ħ ħ i t n a D ot t. G o d r e y Agi u s
Il-Murliti L
-emorrojdi (il-murliti) huma vini li jinsabu fl-aħħar parti tal-musrana. Dawn il-vini jistgħu jintefħu, jirqaqu u jirritaw ruħhom meta tipporga, u kultant joħroġ ħafna demm minnhom. Hemm żewġ tipi ta’ emorrojdi: dawk li jkunu ġejjin minn vini fil-kanal tal-ippurgar ftit ’il fuq; u dawk li jinsabu fit-tarf ta’ dan il-kanal. Tal-ewwel ma tantx jagħtu sintomi ħlief li joħroġ id-demm minnhom u kultant jistgħu joħorġu ’l barra. Ħafna drabi jerġgħu jidħlu waħidhom, iżda jinħassu minn barra u tista’ terġa’ ddaħħalhom ’il ġewwa. Imbagħad hemm dawk l-emorrojdi li jkunu fuq barra. Dawn jagħtu ħafna sintomi ta’ wġigħ, toqla, u joħroġ id-demm minnhom. Kultant dawn l-emorrojdi, li huma vini, jistgħu jkollhom trombożi, jiġifieri d-demm jagħqad ġo fihom u jikkaġunaw ħafna wġigħ. Importanti ngħidu li jekk tara d-demm minn wara dejjem għandek tkellem lit-tabib tiegħek għax, għalkemm din il-kundizzjoni tal-emorrojdi hija komuni ħafna, qatt ma għandek tieħu deċiżjoni waħdek għax ikun hemm bżonn li t-tabib jeskludi kundizzjonijiet oħra li minħabba fihom tista’ tara d-demm minn wara u li jistgħu jkunu aktar serji. Fosthom hemm il-kanċer tal-musrana u l-kolite kronika u kundizzjonijiet oħra li kollha jibdew billi tara d-demm minn wara.
Meta t-tabib ikun eżaminak u jgħidlek li l-kawża tad-demm ġejja mill-emorrojdi biss, u minn ebda kawża oħra, wieħed jista’ jibda l-kura. Ir-raġunijiet għaliex wieħed ikollu l-emorrojdi jvarjaw. Fost il-kawżi prinċipali fin-nisa hemm it-tqala li minħabba l-pressjoni kbira li tagħmel fuq il-vini t’isfel iġġib nefħa fil-vini u b’hekk joħorġu l-emorrojdi u l-vini varikużi fis-saqajn. Raġunijiet oħra huma x-xogħol bilwieqfa f’post wieħed jew bilqiegħda għal tul ta’ ħin, ħxuna żejda, u meta wieħed jipporga dejjem iebes. L-emorrojdi jintirtu wkoll. X’tista’ tagħmel biex tevita? Id-dieta hi importanti u għandha tikkonsisti f’ħafna fibra, li nsibuha fil-ħaxix, fil-frott u fil-ħobż ismar. Imma bil-fibra biss mhux biżżejjed, għax biex taħdem din trid issib ħafna ilma. Għalhekk irridu nixorbu ħafna ilma biex ma tippurgax iebes imma aktar artab. Fost ilfrott nissuġġerixxi l-kiwi. Hemm ukoll ħafna ingwenti, u jeżistu wkoll xi pilloli, iżda dawn irid jiktibhomlok it-tabib tiegħek. Qatt tieħu mediċini mingħajr ma tkun tkellimt mattabib! Ibgħat mistoqsijiet jew suġġerimenti dwar suġġetti hekk: Flimkien, Saħħitna, PO Box 90, Marsa.
26 | Flimkien
g ua r d i a n a n gels
Recalling the blessings Meħuda minn “The Word Among Us”, mibgħuta minn Rita Grech.
W
e often consider guardian angels the stuff of bedtime stories and little children’s religion classes. But when you think about it, this teaching is actually breathtaking: God loves each of us so much that he has given us our very own angel to watch out for us! Day after day, no matter what we are doing, our angels are with us, praying for us, sending us messages of hope and comfort, urging us to stay close to the Lord. Even in our darkest hour or our deepest sin, our guardian angels never give up hope. And neither should we! It can be easy to get caught up in the concerns of the day and lose sight of the love that surrounds us. But the teaching about guardian angels tells us that God is always aware of us. He is always offering us exactly what we need. Recalling the blessings that God has given us – blessings like our guardian angels – can help build up our confidence in him and keep us from wavering when things don’t go our way. It can help us live “like children” (Matthew 18:3): trusting in his care, seeking his will, and thanking him for his mercy. In prayer today, remind yourself of the many good things God has done for you. Recall specific instances when you have experienced his help. But also list the truths of our faith
that speak volumes about his love. Then, turn your heart to him in worship, praise, and adoration. “Thank you, Father, for sending an angel to watch over me. May I come to share your life with all the angels, singing your praises forever!”
Awwissu 2016 | 27
Lo g ħ o b • C l au d i a C i n i
2. Lampadarju mdendel mis-saqaf (5) 5. Għomor, żmien (3) 6. Akronimu bl-Ingliż għall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (3) 7. Bħall-karti jew bħas-silġ (5) 9. Tħossu biex tara kemm tħabbat qalbek (4) 10. Bħal nota għolja; tip ta’ angolu filġeometrija; gravi (4) 11. Reġa’ kiseb dak li tilef (3) 13. “Id-dinja ----, in-nies imgħażel u x-xitan jagħżel” (Qawl: iż-żmien dejjem għaddej u x-xitan iżeffinna fin-nofs) (4) 14. Manku (3) 15. Saħħa; addijo (3) 17. Imsemmi għal Sant’Antin (4) 18. Mhux dan imma l----- (4) 19. Taqqab, qasam, fetaħ, ippenetra (5) 20. Spirtu; fatat (3) 21. Magħruf ukoll bħala “Bajtar ta’ San Ġwann” meta jkun bikri jew “Bajtar ta’ San Pietru” meta jkun imwaħħar (3) 22. Kalkolu bejn wieħed u ieħor (5)
Tisliba 1
Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.
K
4 6
7
8
9
10 11
12
13
14 15
17
16 18
19 20
21 22
Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimdudin: 2. ŻOKRA, 5. EVA, 6. SAN, 7. KUKER, 9. TILA, 10. UNUR, 11. OMM, 13. LIMA, 14. DUD, 15. USA, 17. TARI, 18. BIDÈ, 19. NXART, 20. RIG, 21. ĦUT, 22. BRUDA. Weqfin: 1. VENTILATURI, 3. KOK, 4. INGREDJENTI, 7. KANARIN, 8. RUM, 12. MUS, 15. URANU, 16. ABT. Rebbieħ/a: M. Mifsud, l-Iklin
Sib il-Kliem
R S A I S
3
5
Weqfin
1. Tgħinek tiċċekkja għandekx deni (11) 3. Mhux misjur (3) 4. Speċi ta’ vapuri ta’ taħt il-baħar (11) 7. Xkubetta; arma tan-nar (7) 8. Kif ġralu l-ġelat meta ħallejtu fix-xemx! (3) 12. Uża għajnejk (3) 15. Għaġin forma ta’ ċfuf żgħar (5) 16. Gelgul ta’ ilma; bejn żewġ għoljiet (3)
2
KARRU, BAĊIR, PIZZA, DOVIK, SITTA, ĠAĦAN, ĦAMIS, QORMI, MUŻEW, BORŻA Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru ŻEWĠ ISMIJIET TA’ N ISA. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, PO Box 90, Floriana. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: ĦAWĦA u PRUNA. Rebbieħ/a: L. Caruana, Raħal Ġdid
Il-Mixja u l-Ħolma ta’ Franġisku ta’ Assisi Sensiela ta’ 14-il programm fuq Radju RTK • Kull nhar ta’ Erbgħa fid-9:30pm Imtella’ mill-Ordni Franġiskan Sekulari
Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda
Mimdudin
Get proven results in just SEVEN days.
Available from all Scholl Foothealth Centres and pharmacies
schollfoothealthcentre.com Scholl ÂŽ is a trademark of Reckit Benckiser Group of companies and are used under licence.
Għalina t-tfal Kif għandi naħfer?
Awwissu 2016 | 29 C l au d i a C i n i
Pinġi bil-kulur
• Tistħix u tibżax titlob skuża meta tiżbalja jew tagħmel xi ħaġa ħażina. • Meta tħossok irrabjat jew imweġġa’, tagħmilx li jiġik f’moħħok l-ewwel. Ieqaf u aħsibha ftit. • Taħfer ma jfissirx li ma tagħmel xejn jew “tibqa’ taħtha”. Ifisser li tfittex id-dritt tiegħek imma bla ma tpattiha. • Meta toqgħod taħseb kif se tpattiha, tkun qed tiżra’ l-mibegħda ġo fik. Qisek żrajt ġo fik ħaxixa ħażina li diffiċli teħles minnha. • Qabelxejn, aħna naħfru għax Ġesù hekk qalilna nagħmlu. Anki hu ħafer. Tiftakar meta? Tkellem mal-ġenituri dwar x’tista’ tagħmel jekk: • xi ħadd kissirlek jew ħadlek xi ħaġa; • min kellu jiġi għalik biex jiġbrok minn xi mkien, ittardja u ħalliek tistenna; • int stess għamilt xi ħaġa ħażina jew weġġajt lil xi ħadd; • xi ħadd qal gidba fuqek jew għajjat miegħek.
Kompetizzjoni bi premju
Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor.
1.
2.
3.
4.
5.
6.
1. 2. 3. 4. 5. 6.
Ċarruta li ġġorrha miegħek fil-but. L-oppost ta’ lemin. Elf u elf. Dawn dejjem ibaħħru. Dawn jirreċtaw fuq il-palk. Tilbisha ma’ wiċċek fil-Karnival.
Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: BNAZZI Rebbieħ/a: K. Babington, il-Qawra
30 | Flimkien
l-a ħ ħ a r paġ n a
L-Anġlu t’Alla ħabbar lil Marija. U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu. Sliema … Qaddisa. Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej. Ikun minni skont kelmtek. Sliema … Qaddisa.
L-Anġelus
L-Iben t’Alla sar bniedem. U għammar fostna. Sliema … Qaddisa. Itlob għalina, qaddisa omm Alla. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħidna Kristu. Nitolbu: Xerred Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħek biex aħna, li bit-tħabbira tal-anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-Passjoni u s-Salib tiegħu naslu għas-sebħ tal-Qawmien. Bi Kristu Sidna. Ammen.
Pittura: Jean-François Millet - L’Angelus
USD TERM DEPOSIT ACCOUNTS
5 YEARS AT 3%* or 2 YEARS AT 2%* LIMITED OFFER *Gross of Tax
SIMPLE AND SECURE…USD Interest payable monthly or annually and is fixed for the entire duration of the term • Minimum deposit $2,000 • Interest cannot be added to Capital and has to be credited to a savings account held with APS Bank Ltd • Offer valid for a limited period. psbank
facebook.com/a
2122 6644
apsbank.com.mt
values you can bank on
Terms and Conditions Apply. APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Legal Notice 383 of 2015.
FEELING FREE AT HOME
invest in comfort and safety for yourself or your parents
Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters
Tel: +356 21 252206, Fax: 21 252 207 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta