Skip to main content

Flimkien Lulju 2016

Page 1

Newspaper Post

Lulju 2016 | Numru 140

Idejn maħmuġin f’Corpus 6

X’inhu dak li jħammeġ verament l-idejn

Ġenituri mhux perfetti 11

Dixxiplina żejda? Protezzjoni żejda? Esperjenza ta’ mara ta’ 42 sena

Especially the blue! 30 Mal-barranin ħafna ħlewwa… imma ma’ tad-dar le! Żewġ rubriki ġodda:

Koppji jirrakkontaw il-Ferħ tal-Imħabba f’ħajjithom 9 P. Marcello Ghirlando OFM dwar il-Bibbja 14


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Vjaææi gœal Lourdes 3, 4, 5 T’IJIEM

minn Lulju sa’ Settembru

Fatima Inÿuru: Fatima, Coimbra, Lisbon, Tomar, Mira d’Aire u oœrajn

10-18 Lulju, 7-15 Awwissu

San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma ESKURSJONIJIET KOLLHA NKLUŸI

15-22 Awwissu

Black Forest Magic Inÿuru: Schwenningen, Dorotheenhutte, Strasbourg u oœrajn

minn Lulju sa’ Ottubru

Costa Brava, Barçellona Inÿuru: Lloret de Mar, Marineland Aqua Park, Mataro Park Shopping Centre u oœrajn

mid-9 Awwissu sat-13 Settembru

minn

¢479 minn

¢599

minn

¢799 minn

¢569 minn

¢379

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


E di to r j a l • D u n A n to n P o r t e l l i

L-Ors ta’ Berlin

S

a mill-1280, l-arma tal-belt ta’ Berlin, il-belt kapitali tal-Ġermanja, turi l-ors – ċertament mhux xi annimal domestiku u mans. Imma fl-2001, orsijiet wieqfa b’idejhom imtellgħa ’l fuq, b’kuluri differenti u tal-fibreglass, bdew iżejnu l-belt ta’ Berlin u ttieħdu f ’ħafna pajjiżi oħra bħala simbolu ta’ ħbiberija, tolleranza u ottimiżmu. F’Malta wasal ukoll dan il-Berlin Buddy Bear. Fl-2015 tqiegħed fil-Kitchen Garden tal-President ta’ Malta. Kull min imur jista’ jarah ‘imlibbes’ minn tfal Maltin biex hekk sar ‘ors’ li jxerred il-ferħ u s-sliem ta’ Malta lil kull min jarah. Ħaġa sabiħa li annimal feroċi u li jwerwer sar xbieha ta’ fiduċja f ’xulxin, ta’ tolleranza ta’ ideat anki meta ma jaqblux ma’ tagħna, aċċettazzjoni ta’ persuni anki meta ma jaqblux magħna. Fid-dinja hawn spazju għal kulħadd u għal kull idea u stil ta’ ħajja sakemm dan ma jweġġax lil ħaddieħor. U f ’pajjiżna wkoll għandna bżonn naċċettaw lil xulxin kif aħna, bid-differenzi kollha tagħna, u nibdew nagħrfu l-ħafna tajjeb li hemm f ’kull wieħed minna. Forsi mhux kumbinazzjoni li fil-faċċata l-Buddy Bear jidher donnu qed iżomm fuq rasu l-kelma FLIMKIEN! Ġesù qalilna mhux biss biex ma niġġudikawx u ma nikkundannawx imma wkoll biex inħobbu lil xulxin bħalma nħobbu lilna nfusna, u bħalma jħobbna hu, jiġifieri b’imħabba bla limiti.

Lulju 2016 • Numru 140

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Ir-ritratt fil-faċċata, meħud minn Raymond Zammit, juri l-Berlin Buddy Bear, simbolu ta’ tolleranza. Jinstab fil-Kitchen Garden tal-President ta’ Malta.

K E L M A TA ’ F RAN Ġ I S K U

Għajnejn imsammra fuq inżul ix-xemx “Kemm niket nistgħu nilmħu fuq tant uċuħ li niltaqgħu magħhom! Kemm dmugħ imxerred f’kull ħin fid-dinja, waħda differenti mill-oħra, u flimkien isawru bħal oċean ta’ deżolazzjoni, li jitkarrab għal ftit ħniena, mogħdrija, faraġ. L-eħrex wieħed hu dak li jinħoloq minħabba l-kefrija tal-bniedem: iddmugħ ta’ min ra quddiem għajnejh lil min jaħtaf vjolentement minnu persuna għażiża; id-dmugħ ta’ nanniet, ta’ ommijiet u missirijiet, ta’ tfal… Hemm għajnejn li spiss jibqgħu msammra fuq inżul ix-xemx u jsibuha bi tqila li jaraw iż-żerniq ta’ jum ġdid.” 5 ta’ Mejju, 2016

Volontarjat ma’ St Jeanne Antide Foundation Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide (VO/0005) qed tfittex nisa maturi li għandhom esperjenza ta’ mpjieg jew ta’ ħidma volontarja fil-qasam soċjali, biex iwettqu ħidma volontarja f’night shelter għal nisa vulnerabbli darba kull tliet ġimgħat. Min hu interessat jibgħat CV ma’ email lil Melanie: melanie.sjaf@gmail.com jew iċempel 7923 3366.


Lulju 2016 | 5

I l- K e l m a ta l-A rċ is q of

Barbikjù f’xatt il-baħar  Charles J. Scicluna • Arċisqof ta’ Malta

S

piss nimmaġina lil Ġesù miġbur maddixxipli kull filgħaxija. L-Evanġelji ma jagħtuniex wisq dettalji dwar dan, imma r-rakkont ta’ wara l-qawmien millmewt ta’ Ġesù, meta dehrilhom fuq ix-xatt u ħejjielhom in-nar, il-ħobż u l-ħut mixwi, jagħtina x’nifhmu li din ma kenitx l-ewwel jew l-unika darba; id-dixxipli ma nħasdux meta raw l-Imgħallem iħejjilhom x’jieklu. Meta Ġesù ordna lid-dixxipli biex jagħtu lin-nies x’jieklu, kien qed jordnalhom xi ħaġa li hu stess kien jagħmel magħhom. Filgħaxija kien ikun il-ħin tal-mistrieħ tagħhom, li hu ħtieġa għal kulħadd. Mingħajru l-ħajja tieħu t-triq għan-niżla. Il-mistrieħ importanti għalina lkoll, l-ewwel u qabel kollox bħala individwi. Aħjar nieqfu għax irridu, milli jkollna nieqfu għax bilfors! Kemm-il darba nintilfu fix-xogħol u ninsew lilna nfusna li qed nagħmluh. U magħna nfusna ninsew ukoll lil dawk ta’ madwarna li, mingħajr ma nirrealizzaw, ikunu qed jissaportuna u jieħdu paċenzja bina. Qatt staqsejt lilek innifsek kemm qed tkun problema għal min iħobbok u jixtieqlek il-ġid, għax int aljenat jew aljenata wisq birrutina tiegħek? Jekk twieġeb b’sinċerità, tista’ tinduna li qed tagħmel il-ħajja diffiċli għalik innifsek u għalihom minħabba li skirt fixxogħol. Ix-xogħol u l-ħidma importanti, iżda l-membri tal-familja tiegħek, għax iħobbuk, lilek iridu mhux dak li tagħtihom. Għalhekk tajjeb tieqaf regolarment, taħseb u tistrieħ, u

terġa’ takkwista l-enerġija li għandek bżonn. Mhux l-ewwel darba li Ġesù qal liddixxipli jmorru f’xi post imwarrab ħalli jistrieħu flimkien. Il-barbikjù f’xatt ilBaħar ta’ Tiberija huwa sinjal ċar ta’ dan. L-Evanġelji ma jgħidulniex li kienu jieħdu nofs id-dar magħhom, kif inħobbu nagħmlu aħna l-Maltin! Iżda jidher ċar li Ġesù kien iħoss il-ħtieġa li d-dixxipli u hu mhux biss jaħdmu flimkien iżda wkoll jistrieħu flimkien. Meta nkunu flimkien, f’ambjent ta’ mistrieħ, inkunu kapaċi nitkellmu fuq dak li n0rmalment ma nitkellmux dwaru s-soltu; inħossuna ħielsa mix-xkiel tar-rutina u talħajja li kultant taf taħbina minna nfusna u minn xulxin. Nawgura lili nnifsi u lilkom li matul dan is-sajf insibu ħin ta’ mistrieħ weħidna u flimkien biex nieqfu u nirriflettu, anki bl-għajnuna tat-talb. Hekk napprezzaw iżjed lilna nfusna u l-familji tagħna, niksbu mill-ġdid l-enerġija u l-ħeġġa li jonqsuna maż-żmien, u ninbnew aħjar bħala familji u komunità. Intenzjoni ta’ Papa Franġisku għal Lulju: Biex il-popli indiġeni, li għandhom l-identità u l-eżistenza tagħhom mhedda, jiġu rrispettati.


When I grow up I want to be.....

By donating ₏2.33 on

50617374

you can feed 7 children for one day. By donating ₏6.99 on

50618820

you can buy books for one child for a year.

Please help these children achieve their dreams when they grow up, so they can be fully ALIVE.

w w w.missio.org.mt


Lulju 2016 | 7

Iż-Żwieġ 105. X’inhu s-Sagrament taż-Żwieġ? Iż-Żwieġ hu sagrament li fih raġel u mara, li huma mgħammdin, iwiegħdu li jkunu ta’ xulxin f’ħajja ta’ mħabba li hi dejjiema, esklużiva u sesswali, u li jaqsmu flimkien ir-responsabbiltà ta’ din il-ħajja bit-tama li jkollhom l-ulied u li jtellgħu familja. 106. Min jiċċelebra s-Sagrament taż-Żwieġ? Huma l-għarajjes li jiċċelebraw is-Sagrament taż-Żwieġ u huma għalhekk il-Ministri ta’ dan is-Sagrament. Iżda, biex din iċċelebrazzjoni tgħodd, jiġifieri tkun valida, ilKnisja llum titlob li normalment ikun hemm preżenti qassis u żewġ persuni oħra bħala xhieda tal-wegħdiet tal-għarajjes. 107. Liema ‘misteru tal-Knisja’ juri u jwettaq is-Sagrament taż-Żwieġ? Il-misteru tal-Knisja li dan is-Sagrament juri u jwettaq hu r-rabta u l-għaqda tażżwieġ. Hu dak is-sehem fis-Saċerdozju ta’ Kristu li permezz tiegħu l-miżżewġin huma kkonsagrati għal dejjem għal xulxin u għal uliedhom.

Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J. 108. Liema ‘misteru tal-Grazzja’ juri u jwettaq dan is-sagrament taż-Żwieġ? Il-misteru tal-Grazzja li dan is-Sagrament juri u jwettaq hu s-sehem fis-Saċerdozju ta’ Kristu li permezz tiegħu l-miżżewġin jikbru flimħabba ta’ xulxin. Din il-grazzja tagħtihom il-qawwa li jidħlu flimkien għall-problemi tal-ħajja miżżewġa u jagħmlu l-familja sinjal tal-għaqda fl-imħabba li hemm bejn Kristu u l-għarusa tiegħu, il-Knisja. Għalhekk San Pawl isejjaħlu Sagrament kbir (Efesin, 5). 109. Iż-Żwieġ jista’ jsir aktar minn darba? Iż-Żwieġ normalment ma jistax isir aktar minn darba sakemm il-miżżewġin għadhom ħajjin għax l-għotja jew il-konsagrazzjoni li jagħmlu lil xulxin hi għal dejjem. Divorzju ċivili ma jħollx żwieġ validu bejn persuni mgħammdin. 110. X’inhu l-annullament? L-annullament ifisser li l-Knisja uffiċjalment tagħraf li dak li kienu jaħsbu li kien żwieġ ma kienx difatti jgħodd bħala żwieġ, jiġifieri ma kienx żwieġ validu għal xi raġuni jew oħra. Darba oħra: Il-Qrar


0%

SIT PO LE DE ILAB AVA

Starting from

€8,999

Price includes Scrappage Scheme

VISIT OUR NEW SHOWROOM AT ANTONIO BOSIO STREET, MSIDA! Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 2016 0751/2 Mob: 99991666 Email: info-iml@iml.mizzi.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: jcassar@mizzimotors.com.mt

www.suzuki.com.mt


Lulju 2016 | 9

I l- F e r ħ ta l- I m ħ a bb a

Rokna ġdida li fiha kull x a h a r, ko p p j i m i ż ż e w ġ i n jikkummentaw siltiet mill-Eżortazzjoni ta’ Papa Fr a n ġ i s k u ‘A m o r i s L a e t i t i a ’.

Tiskuża u tagħder

M

in jaf kemm-il darba smajt u qrajt din l-espressjoni f’ħajti! Ngħid il-verità, dejjem kienet iġġegħilni nirrabja ġo fija. Kif tista’ tħalli lil min jabbuża minnek u toqgħod tagħdru u tiskużah f’kollox! Lanqas Alla ma jrid! Kienet għalhekk sorpriża sabiħa meta qrajt it-tifsira li Papa Franġisku ta lil din l-espressjoni fl-Eżortazzjoni ‘Amoris Laetitia’ (Il-Ferħ talImħabba). F’paragrafu 112 huwa jispjega li “kollox tagħder” jew “kollox tiskuża” għandha x’taqsam l-aktar ma’ kif nużaw ilsienna, jiġifieri li tegħleb l-impuls li tiġġudika bl-addoċċ, ma titkellimx ħażin fuq l-ieħor, tkun konxju tad-deni li kliem mimli għira u rabja jista’ jħalli. Dal-kliem fakkarni f’dak li kont inħoss meta ommi u missieri kien ikollhom xi jgħidu: ħafna għajjat u kliem iebes bejniethom. Niftakar il-biża’ li kien jaqbadni u kif kont ningħalaq fija nnifsi. Xi drabi kont immur nistaħba xi mkien. Wara kien jgħaddilhom; fil-fatt baqgħu jħobbu lil xulxin sal-mewt. Imma naħseb qatt ma rrealizzaw kemm dawn l-argumenti sħan tagħhom lili kienu jaffettwawni. Madankollu, din l-esperjenza lili wasslitni biex nagħraf li m’għandix nirreaġixxi meta nkun irrabjata u li hemm modi oħra kif naffronta nuqqas ta’ qbil. Niftakarni ngħid lili nnifsi: “Meta niżżewweġ, ma rridx inkun hekk!” Issa ilna miżżewġin kważi 40 sena. Nirringrazzja ’l Alla li dan irnexxielna nwettquh f’ħajjitna – żewġi inzerta jaħsibha eżattament bħali. Il-mod kif nikkomunikaw bejnietna minn dejjem kien ta’ valur kbir għalina; konna

kollox?

wegħedna lil xulxin li qatt ma niġġieldu blgħajjat jew tagħjir, la quddiem it-tfal u lanqas minn warajhom. Kliem bħal dan iweġġa’ wisq u kelma, ladarba tgħidha, ma terġax tiġborha lura. Tista’ forsi titlob skuża, iva, imma l-imħabba tkun tajtha theżżiża. Ħaġa oħra importanti għalina kienet li qatt ma nwaqqgħu l-kelma ta’ xulxin quddiem ittfal, iżda dejjem insostnu u nfaħħru lil xulxin quddiemhom. B’dan nemmnu li tajniehom sens ta’ sigurtà u x’inhu rispett. Minkejja li nħobbu lil xulxin, la jien u lanqas żewġi m’aħna perfetti; kien hemm drabi li weġġajna lil xulxin. Kif jgħid il-Papa f’paragrafu 113, kien ta’ għajnuna għalina niftakru u nemmnu li l-imħabba tagħna “għalkemm mhux perfetta, xorta waħda hi vera”. Ippruvajna niffukaw fuq it-tajjeb ta’ xulxin aktar milli d-difetti. Ippruvajna ma ninsewx li aħna wkoll għandna bżonn min jagħder u jiskuża lilna! Il-Papa jfakkarna li “aħna lkoll taħlita kumplessa ta’ dawl u dellijiet” u li l-partner tagħna huwa aktar importanti mill-ħafna affarijiet żgħar li hemm fih li forsi jdejquna. Meta spiċċajt naqra dawn il-paragrafi talAmoris Laetitia ħassejt fija ferħ u gratitudni li “fit-tajjeb u l-ħażin” taż-żwieġ tagħna jien u żewġi “għadirna u skużajna” d-dgħufija ta’ xulxin. Il-Papa jispiċċa paragrafu 113 hekk: “L-imħabba u l-imperfezzjoni jgħixu flimkien. L-imħabba tagħder kollox u żżomm il-kwiet quddiem il-limitazzjonijiet tal-maħbub.” CM


10 | Flimkien

Żg ħ a ż ag ħ S I LVA N A C A R D O N A

x’inhi d-dinja għalik? Din kienet mistoqsija li sħabi u jien ippruvajna nwieġbu waqt li konna qed niddiskutu fi grupp.

“A

ħsbu ftit,” qalulna. “Id-dinja għalik tfisser id-dar tiegħek? Il-garaxx fejn tintefa’ tarma l-karozza ma’ sħabek? Il-bandli tar-raħal? It-triq fejn tiġri bir-rota? Iċ-ċentru tażżgħażagħ? Jew id-dinja tfisser ukoll lil hemm minn fejn tgħixu?” U kull wieħed u waħda minna beda jaħseb u jwieġeb skont kif iħoss hu. Min qal li d-dinja għalih tfisser pajjiż kbir. Min qal li hi post fejn tgħix. Min qal li d-dinja hi pjaneta kbira mimlija ħlejjaq sbieħ. Ħaddieħor qal li tfisser ilfamilja, l-iskola u l-ambjent li jgħix fih kuljum. Xi ħadd qal li d-dinja tfisser in-natura u l-ambjent. Uħud qalu li d-dinja tfisser l-imħabba, ilferħ u l-paċi ta’ ġo fik. Imma kien hemm ukoll min ma kienx jaf xi tfisser id-dinja għalih. Oħrajn qalu li d-dinja għalihom ma tfisser xejn. Tfisser biss ħabs għax maqbudin f’xi ħaġa li ma jistgħux jinħallu minnha. Tfisser solitudni għax ġew imwarrba minn dawk li suppost iħobbuhom, tfisser dwejjaq għax ħafna jmaqdruhom. Tfisser qtigħ il-qalb għax il-ħajja saret tqila wisq għalihom u ma

jafux fejn se jmiddu l-pass li jmiss. Tfisser biża’ għax ma jarawx futur sabiħ. Tfisser dinja bla skop ta’ xejn. Tfisser telqa, ġlied u mewt. Imbagħad komplejna niddiskutu, u xi ħadd qal, “Tassew ħasra li waqt li wħud minna nħarsu lejn id-dinja b’mod sabiħ, hawn oħrajn li d-dinja tfisser diżappunt kbir. Min jaf kieku ningħaqdu lkoll flimkien u naraw x’nistgħu nagħmlu aħna, biex id-dinja ssir aħjar għal kulħadd?!” U ħrigna b’idea! Ftehemna li matul dawn il-vaganzi tas-sajf kull wieħed minna jgħin persuna oħra tagħraf is-sabiħ li hemm fiha u madwarha. Dan se nagħmluh billi niddedikaw ftit ħin kuljum għaliha billi nosservawha, nisimgħuha u naraw x’għajnuna għandha bżonn. Ħafna drabi, min ikun għaddej minn xi ħaġa ma jindunax li għandu bżonn l-għajnuna. B’hekk inkunu aħna li ngħinu lil dik il-persuna tqum fuq saqajha. Aħna deċiżi li l-idea tagħna se nwettquha. U int għandek xi idea? X’tista’ tagħmel int dan is-sajf biex id-dinja ssir aħjar għallpersuni li taf jew li se tiltaqa’ magħhom?


Mhux perfetti,

Lulju 2016 | 11

imma tajbin biżżejjed! I

l-familja hija waħda mill-isbaħ affarijiet li tana Alla. M’hemmx dubju. Veru li kulħadd iġorr ġo fih il-kodiċi ġenetiku tiegħu, imma ħafna minn dak li aħna nafuh lit-trobbija li tawna l-ġenituri. Imma ġenituri perfetti ma jeżistux. Jeżistu biss ġenituri li huma “tajbin biżżejjed”. Ġenituri li xi drabi jagħmlu żbalji, mhux għax iridu. Imma hemm żbalji u żbalji. Hemm żbalji li jħallu effett fuq l-ulied għal ħajjithom kollha. U xi drabi dawn l-iżbalji jistgħu jiġu evitati. Xi ġenituri ma jirrealizzawx kemm huma importanti l-ewwel tliet snin tat-trobbija: iż-żmien li fih tintgħaġen il-bażi tal-karattru; meta tiskopri l-ħajja, il-familja u ħafna valuri importanti oħra. Żmien speċjali meta l-ġenituri jridu juru mħabba, kemm bil-ġesti kif ukoll bil-kliem. Xi drabi tisma’ min jgħid, “Lit-tfal trid iżżommilhom! Uża id tal-ħadid!” Għalkemm xi drabi, kif ngħidu, “love must be tough”, dan ma jfissirx li għandu jsir biss kif iridu l-ġenituri. Il-fatt li tkun ġenitur ma jagħtikx dritt tinsulenta lil uliedek, ma tagħtihomx ċans jitkellmu, tgħajjat magħhom, terfa’ jdejk fuqhom u tikkastigahom – qishom xi proprjetà tiegħek. Dixxiplina żejda toħloq tfal injorati, fgati, ridikolati u żgur li ’l quddiem mhux se jiżviluppaw f’persuni sħaħ, kuntenti, li jafu kif iġibu ruħhom.

Min-naħa l-oħra xi ġenituri huma protettivi żżejjed, dejjem jipproteġuhom, jevitawlhom l-ostakli, jagħmlulhom ħajjithom faċli, jagħmlulhom kollox huma. F’kelma oħra jżommuhom “tfal” – anki meta wliedhom isiru nisa u rġiel! L-abbuż fuq it-tfal ma jseħħx biss meta nsawtuhom jew ngħajruhom imma wkoll, anki bla ma rridu u bla ma nafu, meta nżommuhom dipendenti fuqna u mhux kapaċi jieħdu deċiżjonijiet għalihom infushom. Id-dmir tal-ġenituri mhux biss li jmorru għax-xogħol, jieħdu t-tfal l-iskola, jagħmlu l-faċendi u jsajru. Xogħolhom hu li jrabbuhom, jgħinuhom isiru persuni sħaħ, kuntenti u kunfidenti fihom infushom. Persuni li jħossuhom maħbuba, stmati, kapaċi jieħdu deċiżjoni, bi skop fil-ħajja, kapaċi jitilqu mill-bejta u jibnu tagħhom. Hu hemmhekk li l-ġenituri jistgħu jgħidu li rnexxew bħala ġenituri – anki jekk mhux ġenituri perfetti, imma għall-inqas ġenituri “tajbin biżżejjed”! Naf x’qed ngħid. Għandi 42 sena u kelli nitgħallem minn esperjenza qarsa ta’ protezzjoni żejda mill-ġenituri li kważi rvinatli ħajti. Jekk taħseb li saru xi żbalji fit-trobbija tiegħek fil-passat jew għamilt xi żbalji int stess fit-trobbija ta’ wliedek u għandek bżonn l-għajnuna, fittex lil min jista’ jgħinek.

Mibgħuta minn Daniela Farrugia Camoin, parent coach u trainee psychotherapist, li akkumpanjat lill-mara li kitbet din l-ittra.


12 | Flimkien

M . G ri x t i

Idejn maħmuġin

f’Corpus I

l-Ħadd 28 ta’ Mejju mort ilquddies. Festa ta’ Corpus. Fl-omelija l-qassis għamel enfasi kbira biex ma jsirx dagħa bl-Ewkaristija u biex ma nitilgħux nitqarbnu b’idejn maħmuġin. “Bħal talmekkanik,” qal, “jew bħal xi mara li ma taħsilx idejha wara li tagħmel ix-xirja.” Nifhem li m’għandekx tidgħi. Nifhem ukoll li m’għandekx titla’ titqarben b’idejk maħmuġin b’nuqqas ta’ rispett. Imma kont nippreferi kieku l-qassis tkellem fuq modi oħra kif l-idejn jistgħu jkunu maħmuġin, pereżempju: • min jibgħat ittri anonimi li bihom jifred il-familji. • min moħħu f’ħaddieħor, iqassas fuqu, u joqtlu bi lsienu. • min fit-testment jagħmel inġustizzji u preferenzi bejn uliedu. • min jisraq u jħawwad fin-negozju. • min isellef flus b’imgħax għoli. • min jagħmilha tal-bully ma’ min hu dgħajjef. • min jixxaħħam għall-flus jew għal xi pjaċir. • min jisfrutta lill-ħaddiema u jħallashom bil-laqx. • min jabbanduna lill-ġenituri jew ‘jipparkjahom’ f’xi dar tal-anzjani. • min jibqa’ indifferenti quddiem it-traġedja tal-immigranti.

Dawn huma l-idejn tassew maħmuġin! Dawn huwa l-agħar dagħa bilĠisem ta’ Kristu! Mhux dawk li jdellku biż-żejt bħal tal-mekkanik. Jew ta’ dik l-omm bla nifs tipprova tlaħħaq ma’ elf ħaġa. Jalla kull min jitla’ jitqarben ikollu jdejh idellku biss bi ‘ħmieġ’ u ‘rwejjaħ’ bħal ta’ dawn it-tnejn! Fil-verità, ħadd mhu nadif biżżejjed biex jitqarben. Ħadd ma jistħoqqlu jitqarben. Lanqas il-qassis li għamel dik l-omelija. U lanqas jien. Min minna verament jistħoqqlu jmiss imqar it-tarf talmantar ta’ Kristu? L-aħbar it-tajba hi, imma, li anki jekk idejja huma maħmuġin għax għedt dak li ma jmissnix għedt, jew ktibt dak li qatt ma kien imissni ktibt, anki jekk ġibt il-firda u għamilt preferenzi, jew sraqt u sfruttajt, jekk gdibt u xaħħamt, anki jekk abbandunajt u ttraskurajt… xorta waħda hemm tama għalija. Papa Franġisku jgħidilna li t-tqarbin mhuwiex premju għal min hu perfett imma sostenn għal min hu dgħajjef u li qed jipprova jfittex lil Alla f’ħajtu. Idejn il-Missier miftuħin beraħ għal min jammetti d-dgħufija tiegħu. Hu x’inhu d-dnub tiegħi, kbir kemm hu kbir, il-ħniena ta’ Alla hija dejjem akbar. Anki jekk jien ma jistħoqqlix immiss lilu, hu ma jiddejjaqx imiss lili u ‘jiċċappas’ bit-tidlik taż-żejt maħmuġ tiegħi. Dażgur – huwa stess kien lest ixerred demmu kollu għalija! Fuq hekk xtaqtu jitkellem il-qassis f’Corpus!


OLD RAILWAY TRACK S a n ta V e n e r a

Enhancing luxury with an affordable Mediterranean flair. Old Railway Track, Santa Venera | +356 2147 2241 | bridgepoint.com.mt


14 | Flimkien

B I B B JA P. M a rc e l lo G h i r l a n do O F M

X’sens għandha għalija? Għaliex għandi naqra l-Bibbja, ktieb diffiċli miktub ħafna snin ilu?

F

il-fatt, faċli mhijiex! Hija ġabra ta’ 74 ktieb miktuba fuq medda ta’ elfejn sena. Tinqasam fl-Antik Testment u l-Ġdid Testment. L-ewwel ġabra ta’ kotba, l-Antik Testment, tiġbor fiha kotba marbuta malpoplu Lhudi, il-poplu l-magħżul. Kotba li fil-verità huma nisġa tal-esperjenza tal-poplu ma’ Alla, li juri min hu permezz tal-ġrajjiet storiċi tal-poplu. Juri min hu pass pass, ġrajja wara l-oħra, f’nisġa ta’ storja li fil-fatt hija esperjenza ta’ fidi. Nisġa ta’ storja, mela, imlaqqma fil-letteratura, fit-talb, fil-kelma qawwija tal-profeti u fl-għerf ta’ poplu miġbur bil-kitba. It-tieni ġabra, il-Ġdid Testment, fiha t-tħabbira tal-imħabba ta’ Alla f’Ibnu Ġesù – dik li ssejħet il-Bxara t-Tajba. Hemm ukoll l-ewwel esperjenzi tal-Knisja li waqqaf u kitbiet li jixhdu l-esperjenza tal-ewwel komunitajiet Insara mxerrda mad-dinja magħrufa ta’ dak iż-żmien. Mela ġabra ta’ kotba, miġbura u miktuba fuq medda ta’ mijiet ta’ snin, b’awturi differenti, kull wieħed bl-istil tiegħu, f’kuntest storiku, ġeografiku, kulturali, politiku differenti ħafna minn tallum! Allura x’jgħaqqad flimkien dawn il-kotba, din l-esperjenza reliġjuża ta’ poplu? Huwa Alla nnifsu, l-ewwel u qabel kollox. Għax dawn il-kotba, fil-kumplessità u l-varjetà tagħhom, kollha jitkellmu fuq Alla, li juri lilu

nnifsu pass wara l-ieħor, sal-aħħar pass meta juri lilu nnifsu fil-persuna u l-ħidma ta’ Ġesù Kristu, Ibnu. Hemm imbagħad fatt ieħor li jgħaqqad dawn il-kotba kollha li huma miġbura fil-Bibbja: l-Ispirtu ta’ Alla. Kien hu li nebbaħ lid-diversi awturi, matul żminijiet diversi, f’kuntesti differenti, biex jiktbu, kull wieħed skont il-ħila tiegħu, u jittrasmettu din l-esperjenza ta’ Alla. Forsi proprju hawn li nsibu tweġiba għaliex għandi nersaq lejn il-Bibbja, li hija fil-fatt il-Kelma ta’ Alla. L-istess Spirtu li nebbaħ lill-awturi sagri huwa dak li jqanqal fija xewqa li nersaq lejn il-Kelma u fiha nilmaħ il-preżenza ta’ Alla li jaħdem fl-istorja talbnedmin. U jekk jien naqra l-istorja ta’ Abraham, jew ta’ Mosè, jew il-kitbiet profetiċi u t-tagħlim tal-għerf li hemm f’diversi kotba, nilmaħ f’dawn il-ġrajjiet lill-istess Alla li jaħdem anke llum fija. U jekk jien naqra l-Bxara t-tajba ta’ Ġesù, ġrajjiet il-Knisja tal-bidu, il-kelma tal-appostli, il-kelma ta’ Pawlu lillInsara tiegħu, nilmaħ li f’dik il-Kelma hemm kelma għalija wkoll. Veru li hi kelma miktuba minn bnedmin ta’ sekli li għaddew, imma kelma dejjem ħajja u attwali għalija llum u li tista’ tlaqqamni fl-esperjenza ta’ Alla li jħobbni u jindukrani. Veru dan kollu? Jidher li iva. Persuni li ħadu l-Bibbja bis-serjetà saru qaddisin!


Lulju 2016 | 15

Ġ aw h a r I n s a r a D u n Hec to r S c e r r i

Trid li Alla jaħfirlek? San Girgor ta’ Nissa (335-395) huwa wieħed mill-Padri ‘Kappadoċi’ – jiġifieri wieħed minn tliet Missirijiet il-Knisja (Santi Padri) li kienu mill-Kappadoċja, reġjun fit-Turkija tal-lum. Kien ħu San Bażilju l-Kbir. Girgor huwa magħruf ħafna għallkitbiet tiegħu u għall-kapaċità straordinarja li kellu fir-rettorika. Kien strumentali biex jiġi ċċarat it-tagħlim Nisrani. Jibqa’ magħruf għall-Omeliji tiegħu.

* * *

“Kif wieħed ma jistax ikun fid-dlam, meta huwa fid-dawl, hekk ma jistax ikun li min għandu għajnejh lejn Kristu jkollu wkoll għajnejh lejn xi ħaġa li mhi xejn” (Dwar ilKtieb ta’ Koħelet). “Trid li Alla jaħfirlek dnubietek? Aħfer in-nuqqasijiet ta’ ħaddieħor, u Alla jagħmel l-istess. Għax il-ġudizzju ħieles tiegħek – li int tagħmel skont ir-rieda tiegħek – fuq ħuk, hu x’inhu, għad isejjaħ fuqek il-ġudizzju ta’ Alla. Dak li inti tagħżel għalik għad ikun mitmum mill-ġudizzju divin” (Dwar il-Missierna). “San Pawl kien iqis ruħu iblah għal Kristu. L-għaqal tiegħu u l-għerf tiegħu ma kinux f’dawk il-ħwejjeġ li fihom dejjem naħsbu hawn fid-dinja, tant li jgħid: ‘Aħna boloh minħabba fi Kristu’, qisu jrid jgħid: Aħna għomja għal dak li għandu x’jaqsam malħajja li ngħixu f’din id-dinja, għaliex il-ħarsa ta’ għajnejna hi ’l fuq, lejn is-sema” (Dwar il-Ktieb ta’ Koħelet).

* *

“Ejjew ma nħallux il-bżonnijiet tal-ġisem iħabbtuna żżejjed. Ejjew ngħixu wkoll xi ftit għal Alla. Il-ħniena u l-ħlewwa huma kwalitajiet għeżież għal Alla, u huma kapaċi jibdlu f’alla lill-bniedem li jilqagħhom u jħallihom jikbru ġewwa fih, għax jibdluh billi jqabbluh mat-Tajjeb sabiex fih terġa’ tiddi x-xbieha oriġinali, immortali, li kienet fih fil-bidu, u li hi akbar milli jista’ jifhem il-bniedem stess” (Dwar il-karità). “Tlieta huma l-ħwejjeġ li juru x’inhi tassew il-ħajja Nisranija: l-għemil, il-kliem u l-ħsieb. L-ewwel il-ħsieb, imbagħad il-kliem li juri u jxandar il-ħsieb li jkun tnissel filmoħħ, u wara l-ħsieb u l-kliem jiġi l-għemil, li bih isir dak li jkun inħaseb.... Kull min stħoqqlu jiżżejjen bl-isem ta’ Kristu, x’jeħtieġlu aktar jagħmel ħlief jgħarbel sewwa biex jara jekk il-ħsibijiet, il-kliem u l-għemil kollu tiegħu jwassluhx għand Kristu jew ibegħduhx minnu?” (Dwar ilPerfezzjoni Nisranija).


SU P P O R T E D EMPLOYMENT PROGRAMME Positive Supported Employment Programme

HOTLINE 7707 5555

Offering Support and Employment to the

VULNERABLE

197, Office B, Triq il-Marina, Pieta Malta.T: (+356) 2703 6602 | 2707 5555 | 2707 5556 | E: info@ma4se.org The official Supported Employment Programme affiliated to the Malta Association for Supported Employment. VO-1159 Malta Representative of the European Union of Supported Employment.


Taste More


18 | Flimkien

S P I R I TWAL I TÀ

Fl-Evanġelju u fl-Ewkaristija

X

’nistgħu nagħmlu biex lil Ġesù Kristu nagħrfuh dejjem iżjed? Sempliċi ħafna. Fl-Evanġelji għandna veru ritratt ta’ Ġesù storiku, ta’ Ġesù kif kien jgħix fil-Palestina. U fl-Ewkaristija għandna lil Ġesù Kristu ħaj fostna llum. La lil wieħed u inqas lill-ieħor ma nistgħu narawh b’għajnejna, imma r-rakkont talEvanġelju huwa kelma ta’ Alla li jwasslilna b’mod qawwi u ħaj dak li jfisser. Meta naqraw l-Evanġelju nħossu li l-figura ta’ Kristu ta’ elfejn sena ilu hija ħajja u nħossuha qrib tagħna ħafna, daqslikieku Ġesù ta’ Nazaret għadu jgħix fostna llum. Min-naħa l-oħra, l-Ewkaristija hija l-istess Ġisem u Demm ta’ Kristu Rxoxt, ħaj, preżenti, anki jekk moħbi fl-ispeċi sagramentali: inħossuh ikellimna, jispirana u jqawwina. Santa Tereża waslet biex kellha fidi hekk ħajja fil-preżenza ta’ Kristu flEwkaristija li kienet tgħid: “Kieku jgħiduli li Ġesù jinsab fid-dar ta’ ħdejja, ma kontx immur narah, għax ġa qiegħed miegħi fitTabernaklu, u jżurni kuljum fit-Tqarbin. Jiena l-għajnejn li għandi f’wiċċi ma nemminhomx iktar mill-għajnejn tal-fidi tiegħi. L-għajnejn tal-ġisem jitqarrqu, dawk tal-fidi, le.” Inpoġġu flimkien iż-żewġ figuri, Ġesù tal-Evanġelju u Ġesù tal-Ewkaristija, u jkollna

x-xbieha eżatta ta’ dak li Ġesù kien u ta’ dak li Ġesù hu llum. Tridu tassew tkunu tafu lil Ġesù Kristu? Tridu tiġu mibdulin fih? Aqraw l-Evanġelju quddiem it-Tabernaklu, ħuduh fittqarbin, itolbuh kif kienu jitolbuh id-dixxipli: “Mulej għallimna! Mulej, ma nifhmux xi trid tgħid, fissirhulna!” M’hemm ebda dubju li hekk kull wieħed minna jista’ jieħu idea ġenwina ta’ Ġesù, għalkemm ladarba Ġesù huwa għani bla tarf, ħadd ma jista’ jifhmu għalkollox, jew isir ħaġa waħda miegħu, jew jimitah perfettament. Kull wieħed minna jifhem u jimita x’uħud biss mill-aspetti tal-figura ta’ Ġesù. Il-qaddisin kollha ppruvaw jimitaw lil Ġesù u kienu wieħed mhux bħall-ieħor. San Pawl mhux bħal San Pietru, u dan mhux bħal Ġwanni. San Franġisk ta’ Assisi mhux bħal San Duminku, u dan mhux bħal Sant’Injazju, bħalma dan mhux bħal San Ġwann Bosco. Wara kollox, ilkoll kemm aħna għandna nippruvaw niffurmaw idea ta’ Ġesù Kristu u nidħlu, kemm jista’ jkun, fl-intimu talpersuna tiegħu. It-triq ta’ ħajjitna trid issir it-triq li fiha niltaqgħu, b’mod iktar veru u iktar impenjat, ma’ Ġesù fl-Ewkaristija, li hu l-istess Ġesù, l-uniku, l-irxuxtat u ħaj, li jħobb lilna u lill-bnedmin kollha tal-istorja tad-dinja.

Minn kitba ta’ Pedro Arrupe sj, ‘Kif iltqajt ma’ Ġesù’ (Pubblikazzjoni tal-Kumpanija ta’ Ġesù)


Lulju 2016 | 19

Kont Taf? 16

3

2

13

5

10 11 8 9 6 7 12 4 15 14 1 Il-kaxxa maġika ta’ Dürer

Fl-inċiżjoni “Melencolia I” fir-rokna ta’ fuq insibu “kaxxa maġika” li fiha Albrecht Dürer uża n-numri minn 1 sa 16. F’din il-kaxxa maġika, kull ringiela tammonta 34 (jiġifieri l-ewwel ringiela 16+3+2+13=34; it-tieni ringiela 5+10+11+8=34; eċċ.). L-istess l-erba’ kolonni (16+5+9+4=34; 3+10+6+15=34; eċċ.), u anki ż-żewġ djagonali (16+10+7+1; 13+11+6+4). Mhux biss! Anki fl-erba’ numri tan-nofs (10+11+6+7), fl-erba’ numri li hemm fl-erba’ rkejjen (16+13+4+1), kull wieħed mill-erba’ kwadranti (16+3+10+5; 2+13+8+11, 9+6+15+4; 7+12+1+14). Fiha ħafna aktar arranġamenti u kollha jagħtu 34 (min iridhom, jiktbilna). Iż-żewġ numri tan-nofs fir-ringiela t’isfel juru s-sena li fiha saret (1514) u li hi wkoll is-sena li fiha mietet ommu Barbara (twieldet fl-1451 u mietet fl-1514 – bl-istess numri!). In-numri 4 u 1 fl-irkejjen ta’ isfel jikkorrispondu għal “D” u “A” li huma l-inizjali ta’ Dürer Albrecht, li meta għamel din il-kaxxa kellu 43 (34 bil-maqlub).

Malti tajjeb

Bejn 11 u 19 • Niktbu tnax-il dixxiplu (mhux tnax il-dixxiplu); ħmistax-il jum; tmintaxil dehra. • Hekk ukoll tinkiteb ‘kemm-il’ (Kemm-il flixkun trid? Għedtlek kemm-il darba!) ‘l-ewwel nett’ jew ‘l-ewwelnett’? Iktibhom mifrudin: l-isbaħ nett; wara nett; taħt nett; fl-aħħar nett; mill-bidu nett; quddiem nett; l-ewwel nett.

Le quatorze juillet? Dan xi jkun?

Bil-Franċiż tfisser “l-erbatax ta’ Lulju” u tfakkar ir-rewwixta li wasslet biex il-fortizza-ħabs tal-“Bastilja” taqa’ f’idejn il-partiġjani fl-1789. Meta l-fortizza ntrebħet fiha nstabu biss seba’ priġunieri, imma l-Bastilja kienet simbolu tal-awtorità tar-Re f’nofs Pariġi, għalhekk il-waqgħa tagħha baqgħet simbolu tar-Rivoluzzjoni Franċiża. L-14 ta’ Lulju huwa jum nazzjonali fi Franza. Minflok il-fortizza llum hemm pjazza. Sena wara, iċ-ċavetta tal-ħadid talbieb tal-Bastilja ngħatat bħala rigal lil George Washington, l-ewwel President tal-Amerika, u llum tinsab fid-darmużew f’Mount Vernon.


20 | Flimkien

R . B o n e l lo

Iż-żewġ għajnejn Għandi żewġ għajnejn: waħda tal-laħam li biha nara dak li nħares lejh, dak li jidher minn barra. Imbagħad għandi l-għajn tal-fidi, li biha nara dak li ma jidhirx, dak li hemm lil hinn. • Bħala infermiera, bl-għajn tal-laħam naf li qed innaddaf il-feriti, nagħti t-titqiba, inbiddel il-boroż tal-ilma, inqassam ilpilloli. Imma bl-għajn tal-fidi nipprova nġib tbissima fuq wiċċ tifla żgħira, inqawwi qalb anzjan jien u ngħattih għallejl, infarraġ qraba mnikkta, infaħħar ’l Alla ta’ tarbija li twieldet, nilmaħ lil Ġesù fil-pazjenti kollha, anki dawk l-aktar diffiċli. • Jien skrivan f’dipartiment. Bl-għajn tal-laħam nagħmel dmiri billi nwieġeb l-emails, noħroġ l-irċevuti, inwieġeb it-telefon. Imma bl-għajn tal-fidi nagħti l-ġurnata bl-aktar mod professjonali, ngħin lil sħabi, ngħaddi kelma tajba, nirrispetta lis-superjuri tiegħi, u naqdi lil Ġesù fil-klijenti li nservi bil-qalb. • Bl-għajn tal-laħam jiena nissepara l-iskart. Noħroġ il-borża ħadra bil-plastik, il-laned u l-karti ħdejn il-bieb ta’ barra, u darba fix-xahar noħroġ il-fliexken u l-vażetti tal-ħġieġ. Bl-għajn tal-fidi nemmen li qed nagħti sehmi favur l-ambjent, biex ta’ warajna jibqgħu jgawduh sabiħ u nadif, kif tahulna l-Ħallieq.

• Bħala għalliem, bl-għajn tal-laħam inħares lejn it-tfal fil-klassi, nagħmel ir-rassenja, ngħallimhom skont il-kurrikulu, nikkoreġi l-pitazzi. Bl-għajn tal-fidi nagħraf li jien l-aktar element importanti fil-klassi għax huwa jien li noħloq l-atmosfera, il-burdata tiegħi li taffettwa t-‘temp’ tal-ġurnata; nagħraf li għandi l-kapaċità tremenda li nagħmel il-ħajja tal-istudenti miżerabbli jew mimlija ferħ; li nkun għodda ta’ turment, inkella ta’ ispirazzjoni; li numilja u nweġġa’ jew li ninkuraġġixxi u nfejjaq; li ngħin student jilħaq il-milja ta’ dak li Alla jixtiequ jsir. • Bl-għajn tal-laħam jiena naħrat, niżra’, inħawwel, niżbor, inlaqqam, insaqqi u naħsad. Bl-għajn tal-fidi nirrealizza li għalkemm jien inħawwel u nsaqqi, filfatt hu Alla li jkabbar. Bl-għajn tal-fidi nirrealizza li l-istess ħobż u nbid, “frott tal-art u xogħol il-bniedem”, isiru għalina l-ikel u x-xorb tal-ħajja. • Bl-għajn tal-laħam naqdi dmiri bħala ġenitur billi ngħin fix-xogħol tad-dar, nixtri, insajjar, inwassal lit-tfal l-iskola, immur għax-xogħol. Bl-għajn tal-fidi nżomm quddiem għajnejja li ftit ftit kuljum qed nonġor u nillixxa u nqiegħed ġebla fuq oħra… għax qed nibni katidral.

Ispirata mill-espressjoni “għajn tal-laħam u għajn tal-ħġieġ” li użaha għall-ewwel darba kittieb Sudamerikan, u kkwotata minn Papa Franġisku f’diskors li għamel liż-żgħażagħ f’Kuba, f’Settembru tal-2015.


22 | Flimkien

D ot t. G odf r e y Agi u s

Vini varikużi

Mistoqsija: Il-vini ta’ riġlejja mqabbżin ħafna. Missieri kellu l-‘varicose veins’ u ta’ 65 għamel operazzjoni biex rabtuhomlu. Din tintiret? X’nista’ nagħmel biex nevita l-operazzjoni? X’sinjali rrid nara biex inkellem tabib?

L

-arterji ta’ ġisimna jġorru d-demm lejn kull parti tal-ġisem, u l-vini jġorru d-demm lura lejn il-qalb biex dan jerġa’ jiċċirkola. Biex imur lura lejn il-qalb missaqajn irid jitla ’l fuq. Dan jiġri billi l-muskoli tar-riġlejn iservu biex jingħafsu dawn il-vini, li minn ġewwa fihom valvoli li bihom iddemm jitla’ ’l fuq u ma jerġax lura. Bl-età l-vini jitilfu l-elastiċità tagħhom u għalhekk wieħed jista’ jkollu l-vini varikużi meta jikber. It-tqala tista’ ġġib jew iżżid ilvini fis-saqajn, għalkemm kultant jirranġaw waħedhom wara t-tqala. In-nisa għandhom ċans aktar mill-irġiel biex ikollhom dawn il-vini minħabba li l-ormoni tan-nisa jirrilaxxaw il-vini. Din il-kundizzjoni tintiret ukoll, jiġifieri jekk xi membri tal-familja għandhom din ilkundizzjoni, għandek ċans akbar li jkollok int ukoll. L-aktar li jinsabu l-vini varikużi huwa fis-saqajn għax il-waqfien iżid il-pressjoni fil-parti t’isfel tal-ġisem. Ħafna drabi dawn jidhru koroh biss, iżda kultant jistgħu jagħtu xi problemi. Jistgħu jkunu sinjali ta’ problemi oħra fiċ-ċirkolazzjoni ġenerali. Il-problemi li jagħtu dawn il-vini huma wġigħ u toqla fis-saqajn, bugħawwiġijiet, nefħa fir-riġlejn, ħakk fil-ġilda, fuq u madwar il-vini, xi ulċeri fil-ġilda tas-saqajn li diffiċli ħafna biex tfejjaq, infjammazzjoni tal-vini u ‘blood clots’, u meta tolqot xi waħda minnhom jista’ joħroġ ħafna demm. Nieqfu ftit hawn u nagħtu parir żgħir. Jekk jiġri dan, għandek mill-ewwel timtedd u ttella’ saqajk ’il fuq biex tnaqqas il-pressjoni

fil-vina, tagħfas biċċa ċarruta nadifa fuq il-post minn fejn ħiereġ id-demm, u ssejjaħ tabib jew ambulanza malajr kemm jista’ jkun għax tista’ tiżvina u l-kundizzjoni ssir serja ħafna. Biex tevita li din il-kundizzjoni tikber, ipprova naqqas il-waqfien żejjed f’post wieħed, għax meta timxi u tħaddem ilmuskoli tkun qed tagħmel tajjeb. Ilbes ‘support tights’ li jżommu l-vini milli jintefħu iżjed. Hemm xi mediċini wkoll li jordnahomlok it-tabib li jikkontrollaw iċċirkolazzjoni fil-vini. Anki jekk ikollok vini varikużi li ma jkunux qed jagħtuk fastidju, xorta tajjeb tara tabib u tgħidlu jekk hemmx bżonn tagħmel xi ħaġa, għax kull każ huwa partikolari u mhux kulħadd l-istess. Jista’ jkun hemm bżonn li tieħu trattament ħafif, iżda jista’ jkun hemm bżonn ukoll li dawn il-vini jiġu injettati, marbuta jew imneħħija biex ma jinqalgħux komplikazzjonijiet ’il quddiem. Ibagħtu l-mistoqsijiet tagħkom hekk: Flimkien, It-Tabib, Kurja, Floriana. VINI VARIKUŻI

VINI B’SAĦĦITHOM Fluss tad-demm Valvola bil-ħsara Nefħa fil-ħajt tal-vina Demm li jinġabar fil-vina

Fluss tad-demm Valvola magħluqa


I TTR I M I LL- QARR E JJA

Lulju 2016 | 23

ITTRA REBBIEĦA

Ara x’ħallejt warajk!

Ftit ilu qrajt li darba waħda Albert Einstein, famuż għax żviluppa t-teorija tal-relatività, tela’ fuq ferrovija u ntasab fl-aħħar vagun, li kien mimli nies. Ħdejh kien hemm xi ġuvintur li bdew jagħmlu ħafna storbju, jitkellmu baxx u ħażin. Xħin waslu fiddestinazzjoni, niżel kulħadd, inkluż Einstein u ż-żgħażagħ. F’ħin minnhom Einstein dar fuqhom u qalilhom, “Ħallejtu xi ħaġa warajkom fuq il-ferrovija.” Xi wħud minnhom telgħu jiġru jfittxu, qabel ma din tkompli bil-vjaġġ, iżda ma sabu xejn u ġew lura u qalulu, “X’ivvintajt int? Ma ħallejna xejn warajna!” Einstein dlonk wieġeb, “Iva, ħallejtu xi ħaġa warajkom. Ħallejtu impressjoni ħazina!” V. Mifsud, Qawra

Persekuzzjoni fiċ-Ċina

Xi drabi ħdejn il-bieb tal-knisja fejn nattendi jien nara kopji tal-fuljett maħruġ mill-ACN (Aid to the Church in Need). Ħasra li ħafna jibqgħu għaddejjin u lanqas biss jindenjaw ruħhom jieħdu wieħed, avolja b’xejn. Laqatni ħafna l-aħħar numru li fih dwar ilpersekuzzjoni tal-Insara fiċ-Ċina. Meta taqra minn xiex għaddejjin dawn l-Insara ħutna jħammarlek wiċċek: knejjes imwaqqgħin, slaleb jitneħħew minn fuq knejjes oħra, multi kbar, permessi miċħuda. Tant hi sitwazzjoni tal-biża’ u perikoluża li lanqas jistgħu jingħataw dettalji. Nappella lill-qarrejja talFlimkien biex juru interess billi: (a) jaqraw ħa jinfurmaw ruħhom (b) jitolbu kuljum għal ħutna l-Insara ppersegwitati, mhux biss fiċĊina (ċ) jgħinu finanzjarjament. R. Bartolo, Valletta

Oqbra ġodda Oqbra ġodda għall-bejgħ fiċ-ċimiterju talGudja. Ikkuntattja lill-Arċipriet Fr Martin Cardona (parrocca.gudja@maltadiocese.org; 2169 5039, 9929 6042).

L-Omelija minn Santa Marta

Papa Franġisku, fl-opinjoni tiegħi, għandu talent kbir. Kapaċi jitkellem fil-qosor, bi kliem sempliċi, imma li jmisslek qalbek. Fuq kollox jirnexxilu jmiss il-kuxjenzi tagħna, tad-dinja u anki tal-Knisja, u jġiegħlek taħseb u tinbidel. Kuljum fuq TV2000 jkun hemm programm jismu “Il Diario di Papa Francesco”. Fih iġibu xi jkun qal il-Papa fl-omelija fil-quddiesa li jqaddes f’Santa Marta jew fl-udjenza ta’ nhar ta’ Erbgħa. Ikun hemm ukoll diversi mistiedna biex jikkummentaw kliem il-Papa. Ikun fil5:30pm eżattament qabel ir-Rużarju minn Lourdes. Bl-omeliji ta’ Santa Marta tista’ tħalli lill-Papa jiffurmalek qalbek u moħħok, ftit ftit, kuljum. A. Mangion, San Ġiljan L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: flimkien@maltadiocese.org; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Volontarjat mar-refuġjati f’Ragusa CLC (Christian Life Communities) javżaw li l-proġett ta’ xogħol volontarju mar-refuġjati f’Ragusa (Sqallija) qed jerġa’ jsir fis-sajf. Ikun hemm ‘shifts’ ta’ tliet ġimgħat li bdew fil-25 ta’ Ġunju u se jibqgħu sejrin sad-9 ta’ Ottubru. Għal aktar informazzjoni biex tieħu sehem ikkuntattja lil Jenny Zammit 7942 1968 jew zammitjenny@gmail.com


PRINT YOUR TEAM KITS Make an impression by printing your own team’s kits. With a multitude of personalisation options, you will surely leave your mark.

full gear print

PERSONALISATION

NUMBERS

SPONSORS

T: 2144 0815 www.uvprint.com.mt


I f h em da k l i t ieko l J E F F R E Y A X I A K N u t r i z z j o n is ta

Il-Quinoa B

ħalissa l-quinoa hija waħda mill-aktar ikel popolari għal min joqgħod attent x’jiekol minħabba d-dieta jew is-saħħa. Hija żerriegħa b’ħafna proteini u fiha kull m’għandna bżonn biex nibnu ġisem b’saħħtu, jiġifieri sustanzi li għandna bżonn biex nibnu l-proteini li ma nsibuhomx lesti fl-ikel imma li ġisimna jrid jibnihom hu stess minn affarijiet oħra li nieklu. Barra dan, il-quinoa fiha ħafna fibra, vitamini B u E, u minerali oħra bħall-ħadid, il-potassa, il-kalċju, il-magniżju u l-fosfru. Minn żmien il-qedem, l-Incas (MessikuPerù) kienu jsejħulha “omm iż-żrieragħ” u jqisuha bħala ‘sagra’. Insibuha fi tliet kuluri: bajda, ħamra u sewda. Il-quinoa fiha ħafna flavonoids, li huma antiossidanti qawwijin li jagħtu ħafna benefiċċji. Il-quinoa fiha aktar fibra minn ħafna żrieragħ oħra, jiġifieri bejn 17 u 27 gramma fibra kull kikkra quinoa li nieklu. Apparti li ħafna drabi tkun imkabbra b’mod organiku, din hija totalment mingħajr gluten u tista’ tintuża minflok il-qamħ biex iżżid in-nutrijenti fl-ikel. Għalkemm karboidrat, il-quinoa għandha wkoll glycaemic index baxx, jiġifieri ma ttellax ħafna z-zokkor fid-demm. Studji juru li l-quinoa tista’ ssaħħaħ il-metaboliżmu, jiġifieri biha tista’ tnaqqas iz-zokkor u l-livelli ta’ xaħam ħażin fid-demm. Tgħinek ukoll tnaqqas il-piż u tqawwi saħħtek. Il-quinoa faċli ħafna ddaħħalha f’dieta li tkun qed tagħmel, u tagħti togħma tajba lillikel. Illum issibha f’ħafna ħwienet li jbigħu ikel ta’ kull tip u ssibha f’pakketti lesti kemm tużahom f’xi insalata jew ma’ xi ikel ieħor.

Lulju 2016 | 25

Gallettini tal-quinoa Ingredjenti Żewġ terzi ta’ kikkra ilma; terz ta’ kikkra quinoa, kikkra coconut imqattgħa; kikkra oats (ħafur); kikkra dqiq; tliet kwarti ta’ kikkra zokkor ismar; żewġ bananiet mgħaffġin; nofs kikkra tuffiegħ mgħolli; nofs kikkra peanut butter; mgħarfa vanilla; mgħarfa melħ; mgħarfa baking powder; mgħarfa baking soda; tliet kwarti ta’ kikkra frak taċ-ċikkulata. Metodu Għalli l-ilma u l-quinoa f’kazzola. Għatti l-kazzola u naqqas in-nar, u sajjar bil-mod sakemm jinxfu, għal bejn 15 u 20 minuta. Saħħan il-forn sa 350°F (175°C). Dellek 2 karti tal-forn. Ħallat ġo kontenitur il-quinoa misjura, il-coconut, l-oats, id-dqiq, iz-zokkor u l-banana, it-tuffiegħ, il-peanut butter, il-vanilla, ilmelħ, il-baking soda u l-baking powder. Żid iċ-ċikkulata mat-taħlita u fforma blalen fuq il-karti tal-forn. Sajjar fil-forn sħun sakemm isiru kannella mad-dawra, 20 sa 25 minuta. Ħallihom joqogħdu għal ftit minuti qabel tpoġġihom fuq platt biex jibirdu. Tmiem tas-sensiela. Ħajr mill-qalb lil Geoffrey Axiak għall-artikli interessanti li kiteb f’din ir-rubrika għal din l-aħħar sena.


Soft, beautiful feet in an instant Use the Velvet Smooth Express Pedi with diamond crystals to file away unsightly hard skin to reveal soft, beautiful feet.

Available form all Scholl Foothealth Centres and pharmacies

schollfoothealthcentre.com

Scholl is a trademark of Reckit Benckiser Group of companies and is used under licence


Lulju 2016 | 27

Log ħ ob • C l au di a Ci n i

2. Ħofra żgħira qisha buttuna f’nofs iż-żaqq (5) 5. L-ewwel mara (3) 6. Qabel isem il-qaddis (3) 7. Fuqu ssajjar (5) 9. Kanvas għall-pittura (4) 10. L-**** iġib id-deheb, imma mhux id-deheb l-**** (4) 11. Din għandha t-tfal (3) 13. Il-belt kapitali tal-Perù (4) 14. Bħal insetti żgħar jew ħniex (3) 15. Aktar wiesgħa (3) 17. Frisk, artab, teneru (4) 18. Parti mill-‘għamara’ f’kamra tal-banju (4) 19. Perriċt il-ħwejjeġ biex jinxfu (5) 20. Linja (3) 21. Annimali tal-baħar (3) 22. Indifferenza, apatija (5)

Weqfin 1. Toqob f’kamra biex tgħaddi l-arja (11) 3. Xogħlu jsajjar (3) 4. Lista ta’ affarijiet f’riċetta (11) 7. Għasfur isaffar ħafna, aktarx isfar (7) 8. Xorb tal-pirati! (3) 12. Sikkina tingħalaq (3) 15. Is-seba’ pjaneta mix-xemx (5) 16. Kull min jerfgħu jsib xi jxomm! (3)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Ħ

Tisliba 1

2

3

4

5

6 7

8

9

10 11

12

13

14 15

17

16 18

19 20

21 22

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimdudin: 2. TEŻOR, 5. ARK, 6. AVE, 7. ĠARAR, 9. TAMA, 10. IKLA, 11. VOT, 13. WARD, 14. DRO, 15. ASS, 17. SNIEN, 18. UMLI, 19. ATTUR, 20. IVA, 21. JUM, 22. XITLA. Weqfin: 1. SANTU WISTIN, 3. ŻIR, 4. METABOLIŻMU, 7. ĠARDINA, 8. RIT, 12. ORS, 15. APTIT, 16. SUR. Rebbieħ/a: A. Aquilina, il-Birgu

I

Sib il-Kliem ĠAMRI, ĦMARA, FROĠA, ĦMURA, TEWMA, PINNA, SAĦĦA, SANTA, PONOT, GRIŻI

Ħ

Ż M

Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru żewġ ismijiet ta’ FROTT. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, PO Box 90, Floriana. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: KUĠIN u TIFLA.

Ġ

Rebbieħ/a: R. Kasap, Ħaż-Żabbar

Qed tistenna tarbija? Tixtieq tagħmel kors kif tredda’ t-tarbija fil-kumdità ta’ darek stess? Matul

dan is-sajf l-Association of Breastfeeding Counsellors (fi ħdan il-Moviment ta’ Kana) qed toffri korsijiet dwar it-treddigħ fuq bażi individwali u mfassla skont il-bżonnijiet tal-omm u l-familja tagħha. Għal aktar informazzjoni jew appuntament: 9923 9089 jew biancosandra@hotmail.com jew Facebook.

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Mimdudin


FONDAZZJONI PONTIFIĊJA

Kun int il-Ħniena t’Alla “Nistieden lilkom ukoll, biex flimkien malAid to the Church in Need, twettqu opri ta’ ħniena f’kull parti tad-dinja”. Il-Ħadd tal-Ħniena Divina

Wieġeb għall-appell tal-Papa u agħti sehmek fil-proġett tal-ħniena li l-Aid to the Church in Need (Malta) ser tisponsorja 40 seminarista tas-Seminarju tal-Arċidjoċesi ta’ San Pedro f’Portoviejo, l-Ekwador.

Ikkuntatjana

Posta: Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038

Telefon: 21487818

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am – 4pm

Isem u Kunjom Indirizz Postali Telefon

Email

Aid to the Church in Need (Malta) 39b, Triq l-Imdina, H’Attard ATD 9038 Tel: 21487818 Email: info@acnmalta.org

www.acnmercy.org

Aid to the Church in Need Malta

@acn_malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.


Lulju 2016 | 29

C l au di a Ci n i

Għalina t-tfal Inkun leali • Biex inkun leali rrid nibqa’ fidil lejn dak li ngħid u nwiegħed, mhux nibdel kif jaqbilli. • Jekk inkun leali ħaddieħor jista’ jafdani u joqgħod fuq kliemi. • Nuri li jien leali meta naqbeż għal ħuti jew ħbiebi jekk xi ħadd jagħmlilhom xi ħaġa ħażina. • Inkun leali meta ma nitkellem kontra ħadd minn wara dahru. Tkellem mal-ġenituri dwar kif tista’ tkun leali jekk • xi ħadd jipprova jġelldek ma’ ħaddieħor; • xi ħadd jgħidlek tgħid gidba għalih; • jippruvaw idejqu jew jittantaw lil oħtok jew lil ħuk; • jgħidulek “tissellef ftit” mill-portmoni tal-mamà; • jippruvaw iwaqqgħu għaċ-ċajt ir-reliġjon tiegħek.

Kompetizzjoni bi premju Wara li twieġeb, ifforma kelma blittri li hemm fil-kaxxi s-sofor. 1.

2.

3.

4.

5.

6.

1. Fih tpoġġi l-ġelat jew il-perżut! 2. Erbgħa għal darbtejn. 3. Fuqha tpoġġi xi kotba u oġġetti oħra. 4. Dan ikollu żewġt iqliezi. 5. Kelma ta’ apprezzament. 6. Purtiera tal-qasab. Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għallIn Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: FROTTA. Rebbieħ/a: L. Vella, Raħal Ġdid

SIB IT-TRIQ Ibda mill-fetħa tal-lemin u oħroġ mill-fetħa tax-xellug. Wara pinġi l-istampa b’kuluri sbieħ.


30 | Flimkien

L-A ħ ħ a r Paġ n a

Especially the blue I ran into a stranger as he passed by. “Oh, excuse me please,” was my reply. He said, “Please excuse me too. I wasn’t even watching for you.” We were very polite, this stranger and I. We went on our way, and we said good-bye. But at home a different story is told, How we treat our loved ones, young and old. Later that day, cooking the evening meal, My daughter stood beside me very still. When I turned, I nearly knocked her down. “Move out of the way,” I said with a frown. She walked away, her little heart broken. I didn’t realize how harshly I’d spoken. While I lay awake in bed, God’s still small voice came to me and said, “While dealing with a stranger, common courtesy you use, But the children you love, you seem to abuse. Look on the kitchen floor, You’ll find some flowers there by the door. Those are the flowers she brought for you.

She picked them herself, pink, yellow and blue. She stood quietly not to spoil the surprise, And you never saw the tears in her eyes.” By this time, I felt very small, And now my tears began to fall. I quietly went and knelt by her bed; “Wake up, little girl, wake up,” I said. “Are these the flowers you picked for me?” She smiled, “I found them, out by the tree. I picked them because they’re pretty like you. I knew you’d like them, especially the blue.” I said, “Daughter, I’m sorry for the way I acted today. I shouldn’t have yelled at you that way.” She said, “Oh, Mom, that’s okay. I love you anyway.” I said, “Daughter, I love you too, and I do like the flowers, especially the blue!”


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206, Fax: 21 252 207 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Flimkien Lulju 2016 by Archdiocese of Malta - Issuu