Skip to main content

Il-Ġurnal Ħarġa Nru 1

Page 1

Il-ġurnal huwa b'xejn u mhux għall-bejgħ. Tista’ tiġbor kopja mill-fergħat tal-MaltaPost.

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

ĦARĠA Nru 1

p25

Aqra l-verżjoni diġitali minn:

ilgurnal.mt Il-Ġurnal, gazzetta għallistudenti, immirata b'mod speċjali għal dawk f'livell medju u sekondarju.

p11

Editriċi Rita Saliba

p4

p8

Kif Issir

p2

Ġurnalist

p6 The Travellers

p18

p31

Kuluri. u magija

L-Arti ta’ Naomi Gatt

N

aomi Gatt hija disinjatriċi u illustratriċi Maltija. Studjat il-B. Communications u l-Psikoloġija u ilha taħdem fid-disinn grafiku mill-2010.

Fl-aħħar snin iffokat fuq l-illustrazzjoni ta’ kotba għat-tfal u ppubblikat tliet kotba. Tħobb tagħti l-ħajja lill-istejjer permezz ta’ kuluri vivaċi, ħafna dettall u disinji ħelwin. Naomi tispira ruħha mil-logħob tal-kompjuter,

mit-tpinġijiet tat-tifla tagħha ta’ erba’ snin, u minn Toby, il-kelb tagħha li jżommilha kumpanija waqt li taħdem. Naomi temmen ħafna fil-kreattività u tħobb toħloq xogħlijiet artistiċi li jqanqlu l-immaġinazzjoni

fit-tfal. L-illustrazzjonijiet tagħha huma sempliċi u divertenti, bil-għan li jagħmlu l-istejjer aktar attraenti u ta’ gost għażżgħar. Intervista ma' Naomi f 'ħarġa 2

Kif l-arti ssir karriera p5

Kont taf .l.i. p7


2

Ħarġa Nru 1

Pubblikatur, Produzzjoni, Disinn u Reklamar ArtHouse Design Studio Bord Editorjali Rita Saliba (Editriċi), Robert Caruana (Koeditur) Kuntatt info@ilgurnal.mt Website ilgurnal.mt

B’ringrazzjament lid-diversi awturi, kontributuri u sponsors ta’ dan il-kontenut informattiv.

Drittijiet tal-Awturi u Copyright Il-kontenut kollu ta' Il-Ġurnal huwa protett mid-drittijiet tal-awtur u ma jistax jiġi riprodott, ikkupjat jew imqassam mingħajr il-kunsens bilmiktub tal-pubblikatur. Korrezzjonijiet u kjarifiki Aħna impenjati li nipprovdu informazzjoni preċiża u kredibbli. Jekk tinnota xi żball jew informazzjoni skorretta

© ArtHouse Design Studio, 2025.

tista’ tikkuntattjana blemail, u aħna nagħmlu l-korrezzjonijiet meħtieġa fl-iqsar żmien possibbli. Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà L-opinjonijiet espressi fil-ġurnal huma dawk tal-awturi u ma jirriflettux l-opinjonijiet tal-editur jew tal-pubblikatur. Il-Ġurnal mhuwiex responsabbli għal kwalunkwe ħsara jew telf li jista’ jirriżulta millinformazzjoni ppubblikata.

Protezzjoni tad-data u privatezza Il-Ġurnal jimxi mal-GDPR u mal-liġijiet dwar ilprivatezza. Kwalunkwe data personali miġbura mill-qarrejja tintuża biss għall-iskopijiet speċifikati u ma titqassamx ma’ partijiet terzi.

Regoli tal-Logħob Il-kompetizzjonijiet huma miftuħa għall-istudenti sal-15 ta' Jannar 2026. Meta tipparteċipa, ibagħtilna s-soluzzjonijiet fl-indirizz loghob@ilgurnal.mt flimkien ma’ ismek, kunjomok u numru fejn inkunu nistgħu nċemplulek.

Inċemplu lil min ikun bagħtilna l-ewwel risposta tajba li titla' u jrid iwieġeb tajjeb mistoqsija biex jirbaħ il-premju kif inhu indikat filkompetizzjoni rispettiva. Ir-rebbieħa jitħabbru fil-paġna: facebook.com/ArtHouseMalta

arthouse DESIGN STUDIO

Kif Issir

Ġurnalist Illum li ssir ġurnalist ifisser aktar minn sempliċement tikteb rapport. It-teknoloġija moderna, l-internet, il-midja soċjali u l-vidjografija bidlu kif niġbru u nwasslu l-aħbarijiet. Ġurnalist tajjeb għandu jkun kurjuż, jistaqsi l-mistoqsijiet u juża l-għodod diġitali biex jikteb, jirrekordja u jxandar l-istejjer b’mod effettiv.

F’din it-taqsima se nispjegaw il-passi ewlenin biex tibda l-vjaġġ tiegħek fid-dinja tal-ġurnaliżmu! X’inhu l-ġurnaliżmu?

L-intervisti

Mudell għall-aħbarijiet:

Il-ġurnalisti jirrapportaw esperjenzi u ġrajjiet li jseħħu madwarna fuq livell nazzjonali u saħansitra jinfurmaw lin-nies bl-aħbarijiet internazzjonali. Dan iseħħ speċjalment meta dawn l-aħbarijiet fuq livell internazzjonali jkunu se jaffettwaw lil Malta. Eżempju ċar huwa l-gwerra fl-Ukrajna. Xogħol ilġurnalist huwa li jistaqsi l-mistoqsijiet, jikseb il-fatti u jaqsamhom man-nies/ udjenzi li jkunu fuq il-post tax-xogħol jew mid-dar ikunu jistgħu jsegwu l-ġabra tal-aħbarijiet li titlob sigħat ta’ ħidma għal kull kamra tal-aħbarijiet.

Għandek bżonn tagħmel intervista? Hawn xi pariri:

Titlu: Ħu ftit ħin biex tagħmel titlu qasir u ċar.

Ibda billi tagħmel ir-riċerka tiegħek, eżempju x’ġie rrappurtat qabel?

Introduzzjoni: Frażi waħda li biha

Fatt: Il-kelma "ġurnaliżmu" ġejja

mill-kelma Franċiża "journal", li tfisser "aħbarijiet ta’ kuljum"!

L-għodod tal-ġurnalist Biex issir ġurnalist tajjeb trid: Kuraġġ, kurżità u determinazzjoni

Staqsi min, xiex, meta, fejn, għaliex u kif.

Kitba tajba Sentenzi qosra u li jinftiehmu b’mod faċli.

Tisma’, tosserva, iżda fuq kollox tanalizza Ara x’qed jiġri madwarek

imma mhux kulma tisma’ huwa korrett.

Tiċċekkja l-fatti Kun żgur li dak li tgħid hu minnu.

Tkun kunfidenti Staqsi bil-kuraġġ u

l-edukazzjoni.

Lingwaġġ Ġurnalist tajjeb kapaċi jadatta skont il-persuni li se jkun qiegħed jindirizza.

Ipprepara l-mistoqsijiet qabel. Tiddejjaqx titlob għall-għajnuna ta’ ħaddieħor biex tasal għall-persuna li tixtieq tintervista. Kun edukat u uri rispett. Irrekordja jew ikteb in-noti (bilpermess).

tipprova tiġbed lill-qarrej biex ikompli jaqra r-rapport.

Kun onest – Qatt tagħmel stejjer minn rasek!

Kun ġust – Agħti l-istorja kollha, mhux naħa waħda biss.

Agħti krettu – Jekk tuża ritratt

jew informazzjoni, għid minn fejn ħadthom.

1. Titlu: Studenti Maltin bi proġett ġenjali kontra l-ħela tal-ikel

tikteb dwar il-fatti.

2. Introduzzjoni: Grupp ta’ studenti minn skola f ’Malta ħarġu b’idea ġdida biex l-ikel fil-lukandi u stabbilimenti oħra ta’ dak it-tip ma jintremiex.

Konklużjoni: Agħlaq ir-rapport b’xi

3. Bażi tar-rapport: Il-klassi tar-raba’

L-istorja: Fittex, staqsi u analizza biex

ħaġa interessanti li tagħmel ir-rapport wieħed kredibbli, eżempju f ’każ ta’ inċident il-ġurnalist jiċċekkja jekk hijiex għaddejja investigazzjoni.

Dejjem għid grazzi wara l-intervista!

Kif inkun ġurnalist tajjeb?

Eżempju ta’ aħbar fittizja biex jgħinek:

L-Ewwel Aħbar Tiegħek!

Issa li segwejt din l-informazzjoni, lest biex tikteb l-ewwel rapport ġurnalistiku tiegħek?! Agħżel suġġett, bħal avveniment fl-iskola, fiż-żona tiegħek jew xi ħaġa li sirt taf dwarha. Tista' tirbaħ wieħed minn dawn il-kotba mogħtija mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Is-Sur Geġweġ jagħmel waħda tinkiteb

Kun sikur – Qatt ma għandek

taqsam informazzjoni personali online mingħajr l-għajnuna ta’ adult.

kitba ta' Daniela Callus

Ir-Rima Ġġib Tbissima kitba ta' Sylvana Vassallo

Issa tista' ssir ġurnalist int ukoll! Ibagħtilna r-rapport tiegħek ibbażat fuq dak li tgħallimt. Keith Demicoli se jara x-xogħol tiegħek! Stejjer magħżula se jiġu ppubblikati f 'Il-Ġurnal, u kull parteċipant jidħol fiċ-ċans li jirbaħ!

Ara r-regoli tal-logħob.

sena fil-primarja ta’ San Pawl il-Baħar skopriet li ħafna lukandi jarmu l-ikel żejjed kuljum. Iddeċidew li jieħdu azzjoni. Għalhekk il-ġimgħa li għaddiet ippreżentaw proġett li fih il-lukandi jistgħu jagħtu l-ikel li jifdal lil santwarji tal-annimali. Il-pjan tagħhom jinkludi li jwaqqfu kampanja “Happy Fridge” fejn l-ikel jista’ jinġabar. Il-proġett issa qed jiġi kkunsidrat mill-kunsill lokali biex isir realtà.

4. Kumment mingħand xi ħadd fissettur: "Sabiħa ħafna din l-idea! Hekk

ma jintilifx l-ikel u l-annimali jkollhom x'jieklu," qal is-Sur Mario, maniġer ta’ lukanda, f ’kumment ma’ din il-gazzetta.

5. Konklużjoni: L-istudenti qed

jittamaw li proġetti bħal dawn jistgħu jseħħu f ’aktar lokalitajiet f ’Malta u Għawdex biex jgħinu kemm lillambjent kif ukoll lill-annimali. Flimkien mal-għalliema tagħhom qegħdin f ’kuntatt mal-awtoritajiet tal-pajjiż biex flimkien ikunu jistgħu jagħmlu dan ilproġett realtà.

6. Ritratti: Ritratt li juri annimali qegħdin jieklu, jew tal-friġġ mimlija ikel.


3

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Kunu kurjużi u tibżgħux tistaqsu Intervista esklużiva ma'

Keith Demicoli

Intervista minn Robert Caruana

Keith, kif bdejt il-karriera tiegħek bħala ġurnalist? Keith Demicoli: Bdejt ninteressa ruħi sew fil-ġurnaliżmu fl-età ta’ 12-il sena, meta kont

irrealizzajt kif bil-ġurnaliżmu tista’ tassew tbiddel l-affarijiet. Fuq insistenza t’ommi kont ktibt ittra qasira f ’gazzetta bil-Malti biex tiġi stallata telephone box qrib knisja żgħira filKalkara, fejn jien kont abbati. Niftakar li ommi kienet titlobni nċemplilha kif nasal bil-mixi minn Ħaż-Żabbar sal-Kalkara u peress li dak iż-żmien ma kellniex mowbajls, b’telephone box stajt inċemplilha u ngħidilha li wasalt. B’sorpriża kbira, tliet ġimgħat wara l-ittra twaħħlet it-telephone box li jien tant xtaqt. Minn hemm bqajt nikteb regolarment fuq dak li nosserva madwari. Qatt ma ħsibt li nista’ nsir ġurnalist tal-aħbarijiet għaliex il-ħolma tiegħi kienet li nsir kummentatur tal-futbol! Kont inqatta’ sigħat sħaħ nirrekordja kummentarji spontanji fuq voice recorder, li għalija kien ħa post il-ġugarelli. Meta kbirt, studjajt u ggradwajt bħala speċjalista fl-IT, u aktar tard komplejt l-istudji tiegħi fl-Affarijiet Ewropej fl-Università ta’ Malta.

Tiftakar xi ġrajja speċjali jew episodju umoristiku waqt il-karriera tiegħek? Keith: Darba kont qed nagħmel xandira diretta waqt

Ritratt: Ivan Consiglio

li l-pulizija kienu qed jarrestaw raġel. Kont taħt siġra u f ’waqt minnhom nara xi ħaġa kannella fuq il-qmis! Kienet ħamiema li għoġobha tagħmel toilet fuqi! Mument speċjali kien meta intervistajt tfal ta’ madwar 10 snin dwar il-ħolm tagħhom għall-futur. Ħadt gost ħafna nismagħhom jgħidu li jridu jagħmlu xi ħaġa biex nipproteġu l-ambjent.

Ġieli kellek tirrapporta dwar xi ħaġa importanti jew serja ħafna? Keith: Iva, ħafna drabi. Bħala ġurnalist kelli nirrapporta dwar

elezzjonijiet, inċidenti fatali, attakki terroristiċi, maltempati kbar u ġrajjiet storiċi għal Malta, l-Ewropa u d-dinja. F’dawk ilmumenti kien importanti li nitkellem b’mod ċar u nippreżenta l-informazzjoni b’responsabbiltà kbira.

X’parir tagħti lil tfal li jixtiequ jsiru ġurnalisti? Keith: Kunu kurjużi ħafna! Ġurnalist dejjem jistaqsi ħafna Int kont preżentatur popolari tal-aħbarijiet f ’Malta. Kif kienet il-ħajja tiegħek fuq itteleviżjoni kuljum? Keith: Kienet mimlija daqs bajda! Kull ġurnata kienet differenti u dak x’aktarx li jagħmel dan ix-xogħol daqstant eċitanti. Ix-xogħol tiegħi kien jinvolvi li filgħodu jien u l-ġurnalisti sħabi niddiskutu u nippjanaw l-istejjer li kull ġurnalist kien se jaħdem fuqhom għall-bullettin ewlieni tal-aħbarijiet tat-8pm, li kont nippreżenta regolarment sakemm spiċċajt fl-2021. Kien hemm ġranet meta kelli nqum kmieni ħafna biex nipprepara l-aħbarijiet u ġranet oħra meta bqajt tard ħafna. Flaħbarijiet trid tiżgura li kull kelma li tgħid hija korretta u tgħidha b’mod li tinftiehem.

Xi drabi kont tħossok nervuż qabel tidher fuq it-televiżjoni? Keith: Iva, speċjalment

meta bdejt. Niftakar li darba minnhom kont eċitat iktar mis-soltu u kelli nieqaf naqra l-aħbarijiet għal perjodu qasir sakemm erġajt ksibt il-fiduċja fija nnifsi. Tgħallimt li meta tipprepara sew, tħossok aktar kunfidenti u tippreżenta aħjar. Kultant, jekk tagħmel żball, trid tiskuża ruħek u tibqa’ sejjer għax waqt xandira diretta fuq it-televiżjoni jew ir-radju ma tistax tagħfas “pause” jew “rewind”.

mistoqsijiet biex ikun jaf il-fatti u l-verità. Aħdem biex ittejjeb il-kitba tiegħek, isma’ lin-nies b’attenzjoni kbira u qatt tibża’ tistaqsi. Tista’ tibda billi żżomm notebook ċkejken u ikteb dwar affarijiet interessanti li tosserva madwarek.

Li kieku kellek iċ-ċans tirrapporta dwar ġrajja storika, liema tkun? Keith: Kemm hi mistoqsija tajba! Naħseb li kieku nagħżel il-perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija, meta Malta kienet l-aktar ibbumbardjata fid-dinja. Kien mument diffiċli ferm għall-Maltin u kont nipprova nirrapporta l-isfidi enormi li kienu qed jgħixu, fosthom il-ġuħ.

X’inhu l-aktar fatt interessanti li tgħallimt waqt il-karriera tiegħek? Keith Demicoli: Tgħallimt li kull persuna għandha storja x’tirrakkonta. Kull intervista hija opportunità biex tagħti vuċi lil xi ħadd u tagħmel differenza. Hu importanti li tisma’ b’empatija.

Grazzi, Keith! Tgħallimna ħafna dwar il-ġurnaliżmu! Keith: Grazzi lilkom ukoll! Ftakru dejjem li l-aktar ħaġa importanti hija li tibqgħu kurjużi, tistaqsu u tieqfu qatt titgħallmu.


4

Ħarġa Nru 1

Bżonnijiet

Xewqat

kontra

Kif nista’ nkun naf x’inhu l-iktar importanti?

Hemm differenza bejn meta jkolli bżonn xi

ħaġa u meta vera nixtieq xi oġġett. Imma kif nista’ nkun naf x’inhi d-differenza bejniethom? U għalfejn importanti li nkun nafhom dawn l-affarijiet? Immaġina qiegħda fuq gżira ċkejkna waħdek, f’nofs ta’ baħar, u m’għandek xejn miegħek. Taf li ġejja dgħajsa ssalvak f’ħamest ijiem imma trid tistenna sakemm tasal. X’ħa jkollok bżonn f’dawk il-ġranet sakemm tistenna li jiġu għalik?

Agħżel tliet affarijiet minn din il-lista li taħseb li ħa tiġi bżonn:

Din is-sezzjoni nġiebet lilkom mill-inizjattiva Ġemma, mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Jista’ jkun hemm affarijiet li tixtieq minn din il-lista, bħal xi biċċa ċikkulata tajba, imma taħseb li għandek bżonnha iktar millaffarijiet l-oħra? Biex jirnexxilek tgħix tajjeb f’din il-ġimgħa iktar tagħmel sens tieħu l-basket tal-frott u ħaxix għax għandek bżonn tiekol tajjeb kuljum u ħa jservik iktar. L-ilma wkoll ħa jkollok bżonnu għax m’intix se tixrob l-ilma baħar, mhux hekk? U l-aħħar ħaġa? Ir-rota, għalkemm sabiħa li jkollok, m’inti se tagħmel xejn biha għax m’hemmx fejn tmur. Li żgur ħa tiġi bżonn hu xi mkien fejn tistkenn. Naħseb li l-kamp hu idea tajba biex ikollok fejn torqod u tistkenn mix-xemx u x-xita sakemm jiġu għalik. Mela ejja nibda mill-bżonnijiet. Dawn huma affarijiet li bilfors għandi bżonn biex ngħix u ma nistax ngħaddi mingħajrhom: ikel, xorb, post fejn noqgħod, ħwejjeġ, mediċina. Xewqat huma affarijiet li rrid li jkolli imma li nista’ ngħix mingħajrhom, bħal ġelat, ħelu, video games, ditta partikolari u li tiswa l-flus ta’ ħwejjeġ jew żraben. Meta tiġi f’dubju, staqsi lilek innifsek, “Nista’ noqgħod mingħajru dan l-oġġett?”

ilma

ballun

basket frott u ħaxix

ċikkulata

rota

kamp

Madankollu xorta tajjeb li jkollok xewqat! Wara li tieħu ħsieb il-bżonnijiet, sabiħ li minn dak li tkun faddalt matul is-sena tixtri xi ħaġa li tkun ilek tixtieq.

Staqsi lill-adulti li jieħdu ħsiebek għal parir!


ArtWorks

5

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Kif l-arti ssir karriera

Jekk taffaxxinak id-dinja tal-arti, jista’ jagħti l-każ li din it-triq tagħti għallkarriera tiegħek. Il-kampanja ArtWorks tgħinek tagħraf kif tieħu l-ewwel pass.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jista’ jgħinek permezz ta’ ArtWorks, kampanja maħsuba apposta biex tgħin lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jħobbu l-arti u l-kreattività. Grazzi għal din il-kampanja ser ngħinukom tiskopru l-istejjer ta’ artisti Maltin ta’ suċċess.

Iżda qatt ħlomt li tagħmel xi ħaġa kbira bl-imħabba tiegħek għall-mużika, il-pittura, it-teatru, iż-żfin, jew dik il-forma t’arti li tolqtok l-aktar?

Is-setturi kulturali u kreattivi huma wħud mill-aktar oqsma promettenti f’Malta, parti minn ekonomija li qed tikber. U l-istejjer ta’ dawk il-professjonisti li b’suċċess għażlu li jieħdu din it-triq jistgħu jgħinuk biex anke inti tagħmel parti mill-ġenerazzjoni ġdida t’artisti professjonisti.

“

Taċċettax ‘le’ bħala l-aħħar risposta. Ħafn a drabi din kulma tfisser hu li għadu mhux iż-żmien . Kompli ħabrek, sakem m jinbidlu ċ-ċirkostanzi.

ali

ge

er David S

attriċi, preżentatriċi u produttriċi

jipprova jwaqqfek milli taħdem għall-ħolma tiegħek, anke jekk it-triq tkun twila.

”

ur

Darren Tanti

Li tkun artist ifisser “ukoll li titgħallem

prattika tat-teatrnta u

Antonella Galea Lo

ffreda

Toqogħdux lura mit-ta ħriġ “ u korsijiet akkreditati flarti

ancer

l

ee r f t s arti

artist u edukat

”

”

Tħalli ‘l ħadd jgħidlek “x’għandek tagħmel jew

”

tħaddan negozju. B’hekk biss se tmexxi l-karriera tiegħek ’il quddiem.

Ħaddan il-kurżità u ħod kompli tgħallem. Toqg tistenna ‘l ħadd jagħtik v. permess li tkun kreatti

Ann-Marie Buckle

La tiddejjaqx essi ta’ tiċċelebra s-suċċ tkun sħabek. Sabiħ li ità parti minn komun k ne ħi b’saħħitha li tg tasal fejn tixtieq.

”

s

-film l a t r u t t e r i d

“

milleri

Ca Florinda

“

Alan Montanaro

u r t a e tat-t mużik a

ar

że

direttur, għalliem u attur

Mela ejja niltaqgħu ma’ dawn it-tmien ambaxxaturi li se jispjegaw kif tistgħu twittu t-triq għal karriera fl-arti.

t it s

a n e ffi

Kemm fiha gost id-dinja tal-arti, hux?

org

nB Sea

“

Ħaddem moħħok u fassal pjan. Emmen fik innifsek u tħarreġ f’ħiliet li tista’ tużahom f’diversi oqsma.

”

– dawn jagħtuk pedam ent sod u jiftħu bibien għal aktar opportunitajiet.

”

Kont taf li...

L-arti u l-kreattività mhumiex biss mezz kif tesprimi lilek innifsek, iżda jistgħu jkunu parti importanti mill-futur tiegħek. Jekk int imħajjar tibni karriera fl-arti, il-Kunsill Malta għall-Arti jista’ jgħinek sabiex din il-ħolma ssir realtà!

Lee-N Abela

“tidBdl-eiżjjbaaqljix njeitkgkħjiżallmu! Mela loqlok xi żball, għax b’h ekk tkun qed titgħallem xi ħ aġa ġdida u timxi aktar ’il quddiem.

”


6

IL-LAPES

Ħarġa Nru 1

Il-Lapes, li proprjament jismu Claude Agius, huwa wieħed millaktar rappers magħrufa f’Malta. Hu beda jikteb u jirreppja meta kellu madwar 17-il sena. Il-Lapes juża ħafna l-lingwa Maltija fil-kanzunetti tiegħu – u b’hekk jagħti spirtu speċjali lill-mużika tiegħu. Kif bdiet ilpassjoni tiegħu?

Meta kien iżgħar, Il-Lapes kien kultant iħossu differenti minħabba li għandu l-ADHD. Minkejja d-diffikultajiet, hu sab mezz kif idawwar dan kollu f'saħħa: il-mużika u l-kitba talversi. Bil-ħila tiegħu rnexxielu jittrasforma l-enerġija tiegħu fi kreattività kbira.

Għaliex hu interessanti għalik?

Il-Lapes jurina li kull sfida tista’ tinbidel f’opportunità. Huwa eżempju ta’ kif il-mużika tista’ tkun kumpann u kumpanija għalina, filwaqt li tagħtina kuraġġ u turina li m’hemm xejn impossibbli jekk nemmnu filħolm tagħna.

Intervista ma'

IL-LAPES

ħseb li u a t m m d Ke ew għa huwa j ri l-Malti popola ika Maltija? fil-muż

ss li rridu ltija nħo a M a w men Il-ling liha. Nem a ħ g u ld jjiż ilniġġie li ħa l-pa i n jo z z e , però, li fid-dir l-periklu fi d e ħ g obbu Malti qie ’ nies li jħ ta a n u bl-għajn tagħna, l-kultura u a lt a l-M -ċans li hemm iċ d a ħ g i i bdejna fors ak li fors d w ra p u nirk nitilfu.

X'inhuma l-motivazzj o ewlenin li t nijiet ħoss li jagħtu dik l lill-kantan -ispinta ti u t-timijiet ta l produzzjon sabiex juża i Maltin w il-Malt

i?

Jien dejjem em mint fil-Malti u l-kobor tiegħu. Jien trabbejt fil kultura, u għex t ħafna mumen ti sbieħ, speċjalm ent man-nanni et tiegħi. Kienu hu ma li ħaduni fe jn l-għannejja u se mmgħuni siltiet mużikali bil-Mal ti li spiċċaw ba qgħu mnaqqxa ġew wa fija.

nta ħalik li tka Xi jfisser g iss bil-Malti? b u tirrEppja

għalija, ġeneru favorit ed żj l-i a w hu p n Inħoss li r-ra tà tiegħu, u da inħabba fl-ones m t ti, en al M lm Ilja i. eċ ifs sp i lili nn jgħinni nesprim li t at ex l-f bi i i rt on pa sj ap ni l-pas a, huwa dak li jti min-naħa l-oħr saġġ. inwassal il-mes

Xi tgħidiln a dwar il-p tiegħek li fil-passat roġetti ż l-għana u r-rap flimk ewqu (Pereżempju ien? għidilna

kif huma ġen xulxin, iżda ġib eri differenti m thom flimkien inn u rnexxielek ta mill-ġdid b'm għti ħajja od innovattiv lill-għana Ma lti, eċċ.) L-għana u r-ra p huma sinoni mi ma' xulxin. għall-ewwel jid Forsi hru differenti ħafna minn xu il-verità hi li rlxin, biss rima użata, lespressjoni u tagħhom flim ssa ħħa kien tirrappre żenta l-verità kbira. b'sinċerità


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

7

t n o K

taf li ... L-alfabett Malti huwa l-uniku wieħed li juża l-ħ u l-ittra kbira ekwivalenti tagħha: Ħ. Filwaqt li l-ittra ċ/Ċ kienet użata storikament fl-Irlandiż, din l-ittra m’għadhiex tintuża fl-ortografija moderna ta’ din il-lingwa, u allura l-ittra ċ/Ċ ukoll insibuha biss fl-ortografija Maltija. Il-Malti hija lingwa b’sistema ħajja u hija meqjusa bħala l-lingwa omm jew il-lingwa materna – jiġifieri dik il-lingwa ewlenija li tkun ġejt espost għaliha saħansitra sa millġuf – tal-maġġoranza talpoplu Malti u Għawdxi, kif ukoll ta’ ħafna oħrajn li jgħixu lil hinn minn xtutna.

Għalkemm il-Malti ilu ħafna mitkellem u użat mill-popolazzjoni ta’ dawn il-gżejjer li ġew maħkuma minn ġnus u imperi differenti, dan sar lingwa uffiċjali tal-pajjiż fl-1934. Bis-saħħa ta’ dan, il-Malti seta’ jibda jintuża fil-Qrati, fost l-oħrajn, u filwaqt li ħa post itTaljan, ingħata status uffiċjali flimkien mal-lingwa Ingliża.

Il-Malti jagħmel parti mill-familja tal-lingwi li jsejħulhom "Semitiċi", però, fil-verità, għandu ħafna kliem u elementi oħrajn fil-binja tiegħu li maż-żmien ġew minn żewġ sorsi ewlenin oħrajn, u dawn huma: 1) lingwi Rumanzi, bħalma huma l-Isqalli, it-Taljan u l-Franċiż, u 2) l-Ingliż (li jifforma parti mill-familja Ġermanika).

Għandna verżjoni Maltija li minflok ma hija mitħaddta u miktuba hija primarjament issenjalata, u din hija l-Lingwa tas-Sinjali Maltija (LSM). Din il-lingwa hija lingwa b’sistema għaliha, u hija l-lingwa omm ta’ ħafna nies Deaf (persuni neqsin mis-smigħ) Maltin. Din bdiet titqies bħala t-tielet lingwa uffiċjali tal-pajjiż fl-2016.

Il-Malti huwa l-unika lingwa Semitika li tinkiteb uffiċjalment blalfabett Latin – jiġifieri dan l-alfabett li qed taqra bih issa stess.

lsien a l-uniku w u h i lt a ġif ieri Il-M jjiżna – ji t a p ’ a t li traba nazzjona gwa li tin ja u n li a ik n l-u tor ent mal-is gżejjer direttam taltal-poplu allura l-kultura . xin Dan d w a ħ żel G Maltin u jkun jagħ i li k a d a t me ġif ier jf isser li -lingwa, ji għtih il in d m qed ta li jħadde din tkun la e m alma , a jużah l-istess bħ u a ik n u ix identità ajn li jgħ n, r ħ o s ie n tagħti lil a, li trabbew haw għn hom, hawn ma jiġu minn li a h ll o k om u lil dawk ma jkunux għadh k unu k anke je att ma jk q w je , n a w jgħixu ha awn il-gżejjer, iżd d f il q i u lt f rifsu żaw il-Ma ju u u ż ż o . xorta jgħ għhom ta’ kuljum a t a ħajj


8

Tagħrif miġbur minn discoverwildlife.com/animal-facts/animals-in-space

L-Annimali

FL-ISPAZJU

Ħarġa Nru 1

X’aktarx li kulħadd ra xi stampa ta’ astronawta liebes ilbies abjad kemxejn goff. Jew xi immaġni ta’ nies iduru donnhom itiru ġo vettura spazjali.

Imma tafu min kienu l-ewwel astronawti? Kienu propju ħbiebna l-annimali li telgħu fl-ispazju. Sa mill-bidu li l-bniedem beda jesplora x’hemm barra d-dinja tagħna ħass il-bżonn li jkun jaf x’effett għandha l-gravità fuq forma ta’ ħajja bħal tagħna. Il-gravità hija dik li żżommna weqfin fuq saqajna. Xtaq jistudja wkoll l-effetti tat-tul tal-vjaġġ fl-ispazju fuq dawn il-ħajjiet. Għalhekk beda jħarreġ lill-annimali biex ikun jista’ jibgħathom ġo vettura spazjali. Uħud minn dawn l-annimali saru famużi, bħax-xadin Ham, li ntbagħat fl-ispazju mill-aġenzija spazjali NASA. Ham reġa’ lura fid-dinja qawwi u sħiħ u għex ħajja twila.

Annimali oħ ra ma kinux daqstant ixxu fl-ispazju m rtjati. Il-kelb ill-Unjoni So a Laika ttellg vjetika bħala għal sebat iji ħet e speriment. Iż em biss. Laik da Laika għ a ki tagħha deh e n e t m e xet e q jusa bħala e er spiss fil-ġ roj u r-ritratt urnali. Maż-żmien ittellgħu wko ll ġrieden, żr ħut. Bis-saħ inġijiet, fkie ħa tagħhom ren, brimb u il-bniedem sa radjazzjoni anke r jaf aktar d fuq l-għada war l-effetti m u s-saħħa tarta ’ ħlejjaq ħajji Imma tafu lie n fl-ispazju. ma kienu l-e wwel annim kienu żgħar ali li telgħu fl ħafna ħafna -ispazju? Da . Ma naħsib astronawti g wn x li ġiet iddis ħalihom. Kie in ja ta libsa talnu proprju d huma! Id-du u b b bbien iż-żgħ ien, jew fruit ir li joqgħod flies. Dawk speċjalmen fuq il-fruttie t meta tibda ra mimlija fr s-sħana. U d id-dubbiena ott an x’fettillu fl-ispazju? l-bniedem jib għat vantaġġi li Skont ix-xjenza hemm ħafna ju. Ma jiswewx paz fl-is t tibgħat lil dan l-inset għu jintbagħtu ħafna flus u għaldaqstant jist k dan l-insett hek n ħafna minnhom. Barra min em. Is-sistema ied għandu ħaġa komuni mal-bn kif il-ġisem od immunitarja tiegħu, jiġifieri l-m na lil tal-bniedem. jiġġieled lill-mard, tixbah ħaf awta fl-ispazju Ix-xjentisti osservaw li astron m ma jfiq għax jdu jista’ jimrad aktar malajr u rd. Ngħidu li ma jkunx jiflaħ jiġġieled lill-ma ronawta tkun s-sistema immunitarja tal-ast li jaqbadna riħ baxxa. L-istess jiġri lilna wara u jaf ma niġux papali: inkunu xi ftit għajjenin l-ewwel f’xi tellieqa. intbagħat Numru kbir minn dad-dubbien ġġaw għal 109 fl-ispazju fl-1947. L-insetti vvja reġgħet lura lejn km. Meta l-kapsula tagħhom Ix-xjentisti malajr id-dinja nstabu kollha ħajjin. li r-radjazzjoni bdew jistudjawhom. Osservaw lhiex li jkun hemm fl-ispazju ma kel . effett ħażin fuq saħħithom Dan kien pass importanti għall-għarfien talbniedem dwar l-ispazju u l-bidu ta’ vjaġġ interessanti għallannimali astronawti.


9

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Is-Sottomarin Mitluf

Phénix Q157 u l-Arloġġ li Jfakkru Misteru taħt il-Baħar

Minn Sottomarin għal Arloġġ

Il-baħar dejjem kellu sigrieti misterjużi. Wieħed minnhom hu s-sottomarin Franċiż Phénix Q157. Dan kien sottomarin twil madwar 92 metru li kien parti mill-flotta navali Franċiża.

Fl-okkażjoni tal-120 sena din l-istorja reġgħet ħadet il-ħajja grazzi għall-kumpanija ZRC Genève, li twaqqfet fl-1904. ZRC hi magħrufa għall-arloġġi b’saħħithom li jintużaw taħt l-ilma, speċjalment millgħaddasa u anki mill-baħrin tal-flotta Franċiża fis-sittinijiet.

Fil-15 ta’ Ġunju 1939, waqt taħriġ fil-Baħar ta’ Cam Ranh fil-Vjetnam tal-lum, il-Phénix għodos taħt l-ilma iżda ma reġax tela’ fil-wiċċ. Il-baħrin fuq bastimenti oħra raw biss żejt f’wiċċ l-ilma, meta s-sottomarin kien diġà sparixxa. Aktar tard instabu l-fdalijiet tiegħu f’fond ta’ bejn 40 u 100 metru. 89 baħri kienu abbord u ħadd ma salva. Il-kawża baqgħet misteru. Xi wħud qalu li seta’ kien hemm ħsara filbatteriji, oħrajn qalu li xi bieb ma kienx magħluq sew.

Biex tfakkar lis-sottomarin Phénix Q157 u lillekwipaġġ tiegħu, ZRC ħolqot edizzjoni limitata ta’ arloġġ speċjali. Dan mhux biss jagħti ġieħ lil min tilef ħajtu, imma jfakkar ukoll kif l-istorja u t-teknoloġija jistgħu jingħaqdu flimkien.

Espedizzjoni Ġdida

Ġieħ lill-Passat u Ispirazzjoni għall-Futur

Illum ZRC qed tgħin ukoll f’espedizzjoni fil-Baħar ta’ Cam Ranh. Tim ta’ għaddasa professjonali qed jipprova jerġa’ jżur il-fdal tas-sottomarin u jagħti rispett lid-89 eroj li tilfu ħajjithom hemmhekk.

Din l-istorja turi kif xi drabi l-memorja ta’ dak li jiġri ssir ispirazzjoni ġdida. Is-sottomarin Phénix li għereq fl-1939 reġa’ tqajjem illum permezz ta’ arloġġ modern li tista’ tilbsu f’idejk. Hekk, kull darba li wieħed iħares lejn l-arloġġ, jiftakar mhux biss fil-ħin imma wkoll fi storja vera ta’ kuraġġ u misteru taħt il-baħar.

Kont taf li... Il-Phénix Q157 għereq fl-1939 u kien fih 89 baħri.

Instab f’fond ta’ aktar minn 100 metru taħt il-baħar.

Il-kumpanija ZRC Genève kienet toħloq arloġġi għallbaħrin tal-flotta Franċiża.

L-arloġġ speċjali tal-lum ġie maħluq biex jagħti ġieħ lillekwipaġġ mitluf.

victorazzopardi.com


10

Ħarġa Nru 1

Il-kotba ma jiġux mix-xejn!

Din is-sezzjoni nġiebet lilkom mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

I R U T A K I L B TAL-PUB

A N O Ż IŻMALTIN!

mm Wara kull ktieb he PUBBLIKATUR dedikat li jaħseb fikom iln Ma' kull ħarġa ta' da om lk ol ik ex bi ja ej d rr qe qa il-ġurnal se nkunu x. w se tin wġ że a kotba li m inlaqqgħukom ma'

a, m u h n i m w a Ejja nar ssuġġerixxu a ji u anki x'kotb li taqraw!

Jekk qrajt dawn il-kotba, iktbilna xi ħaġa dwarhom u ibgħat email lil matthew.borg@ktieb.org.mt u nippubblikawhielek f'dil-gazzetta u nrebbħuk xi kotba!

tat-tfal. pubblikaturi ta' kotba

Żarbun Imsaħħar

ta’ Norman C. Borg Illustrazzjonijiet ta’ Clàudia Mata Serra

Merlin Publishers

Aħna tal-Merlin Publishers tim ċkejken imma b’qalb kbira daqs librerija mimlija kotba! Aħna nemmnu li l-qari jiftaħlek moħħok (mhux litteralment, eh?) u jagħtik ukoll is-superpoter li tkabbar l-immaġinazzjoni u tara d-dinja b’mod differenti. Nippubblikaw kotba cool u interessanti miktubin mill-aqwa awturi Maltin u nġibu wkoll kotba minn madwar id-dinja biex it-tfal Maltin jitgħallmu dwar kulturi differenti u jesperjenzaw avventuri u emozzjonijiet ġodda. Għalina l-Merlini kull ktieb hu vjaġġ uniku u maġiku li jista’ jibdillek ħajtek!

Dan ktieb perfett għal dawk li joħolmu li xi darba jsiru leġġenda tal-futbol, jew il-pop star internazzjonali li jmiss, imma jaħsbu li qatt mhuma se jkunu tajbin biżżejjed! David, il-protagonist ta’ dan il-ktieb, jurina li jekk temmen fik innifsek u tagħmel ħiltek, tista’ taqbeż ħafna ostakli enormi. Sakemm kellu ż-żarbun imsaħħar jgħinu David ma kellux problemi u seta’ jilgħab bil-ħeffa u l-preċiżjoni ta’ leġġenda ta’ veru ... iżda jaqbdu miegħu xi bullies u ż-żarbun iġibuhulu ċraret! Waslet l-iktar logħba importanti, il-finali, u David jirrealizza li se jkollu jilgħab mingħajr iż-żarbun l-imsaħħar. Issa x’se jagħmel? Tgħid jirnexxilu jibbrilla billi juża l-ħila tiegħu biss?

Orkubellu u l-Ħtif ta’ Orkidea

ta’ Fabrizio Silei Illustrazzjonijiet ta’ Fabrizio Di Baldo Addattat għall-Malti minn Claudia Gauci Jekk jogħġbuk l-avventuri strambi u s-sitwazzjonijiet li jġegħluk tidħaq, dan il-ktieb qed jistenniek! Orkidea, nofsha umana u nofsha orka, hija tifla ħelwa, sabiħa u pulita, imma titfewwaq daqs ippopotamu, tiekol daqs erba’ ljuni u tonħor daqs mitejn ors waqt ir-raqda tax-xitwa! Imdejqa bil-fatt li lin-nannu Orkestu kienet tarah darba fis-sena biss, jum wieħed tiddeċiedi li taqbad it-triq u titlaq tfittxu, vjaġġ mimli avventuri perikolużi imma li fih turi kemm hi b’saħħitha u intelliġenti (u xi ftit diżgustanti wkoll!). Il-karattri ta’ dan il-ktieb iħeġġuna biex naċċettaw lilna nfusna kif aħna, u biex qatt ma nippruvaw ninbidlu biex niġu aċċettati.

BDL

Id-dar tal-pubblikazzjoni BDL ilha tippubblika kotba għall-kbar u għat-tfal għal dawn l-aħħar 35 sena. Fost l-għażla kbira ta’ kotba għat-tfal ippubblikati mill-BDL insibu dizzjunarji għall-istudenti tal-primarja, kotba ta’ referenza tal-ortografija u l-grammatika, il-programm tal-qari Sensiela talQari, is-sensiela tal-qari u l-kotba tat-taħriġ ta’ L-Ewwel Kelmiet, is-sensiela estensiva tal-kotba ta’ tisħiħ u reviżjoni Think & Learn, kif ukoll kotba mmirati għal studenti barranin li qed jitgħallmu l-Malti, kemm fil-livell primarju kif ukoll dak sekondarju. Matul l-aħħar snin BDL ippubblikat numru sabiħ ta’ kotba tal-qari tattfal għal-livelli kollha tal-primarja, kif ukoll għall-adolexxenti. Minbarra xogħlijiet oriġinali BDL ippubblikat ukoll traduzzjonijiet ta’ kotba b’varjetà ta’ temi li żgur jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Minbarra l-kotba BDL hija magħrufa għall-ħolqien ta’ logħbiet bil-Malti għal kull età u fl-aħħar snin ipproduċiet aktar minn 20 logħba differenti.

Il-Papà tiegħi Bravissimu imma Differenti ta' Evan Chetcuti

Dan il-ktieb se jlaqqagħkom ma’ Stella, tifla ċkejkna li flimkien ma’ missierha tgħaddi minn esperjenza li permezz tagħha titgħallem diversi valuri importanti fil-ħajja, fosthom l-inklużjoni, l-imħabba u li kulħadd huwa speċjali minkejja li jista’ jkun differenti. Barra minn hekk, se tindunaw kemm huwa importanti li tħaddmu t-talenti sbieħ li għandkom. Dan ir-rakkont ħelu u oriġinali żgur li se tieħdu gost taqrawh, kemm minħabba l-istorja ħelwa tiegħu kif ukoll minħabba l-istampi sbieħ li jsawruh.

Is-Seħer tal-Prinċipessa Aurora ta' Janet Mallia

Dan il-ktieb huwa parti minn sensiela ta’ tliet kotba. L-istejjer f’din is-sensiela se joħdukom f’renji fantastiċi u jlaqqgħukom ma’ rejiet, prinċipessi u palazzi millisbaħ. Dawn il-kitbet jirrakkontaw ġrajjiet ħelwin mimlijin sorpriżi, immaġinazzjoni u seħer, li żgur se tieħdu gost taqrawhom u jnisslulkom tbissima. Il-Prinċipessa Aurora ma kinitx mill-ħelwin… tfajla mfissda, egoista u pretenzjuża, u moħħha biss biex tidher. Iżda s-seħer tal-kokka Kyla ġegħelha taħrab mill-Palazz Kostanzo għal ġol-masġar… sakemm iltaqgħet ma’ Raffael…


11

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

L-Illustratur tal-Avventuri

Artopja

Kitba u illustrazzjoni ta' Robert Caruana

ollox beda s-Sibt waranofsinhar. Hekk kif it-temp kien imsaħħab u x-xita tqattar, Max kien bilqiegħda fil-kamra tiegħu, ipinġi karattri, draguni u artijiet fantastiċi. Max ma basarx li dawk it-tpinġijiet kienu se jwassluh għal avventura li qatt ma kien se jinsa. Max kellu passjoni għat-tpinġija, imma llum kien qed iħoss li hemm xi ħaġa differenti. Ma’ kull linja li kien qed jimmarka bil-lapes il-karattri fuq il-paġna dehru qed jieħdu l-ħajja. F’daqqa waħda dawl isfar ħafif dar mal-isketchbook. Il-paġni tal-ktieb bdew jinqelbu waħidhom b’mod selvaġġ u d-dawl li kien ħiereġ minnu sar pjuttost b'saħħtu. Max inħasad u telaq il-ktieb minn idu. Riħ maġiku ġibed lil Max għal ġolisketchbook. Max għadda minn ġo skali ta’ kuluri u taħżiż tal-lapes, u spiċċa go tpinġija ta' foresta misterjuża mimlija kreaturi u karattri ħajjin. Kien dak kollu li Max qatt pinġa! Il-post kien jismu Artopja, l-isem li kien kiteb fuq il-qoxra tal-isketchbook. Kienet bħal ħolma. Iżda kien hemm problema waħda: taħżiża ta' figura skura mingħajr fattizzi li kien pinġa Max biex ibeżża’ lil sħabu bih beda jżelliġlu kollox. It-tpinġijiet ta’ Max bdew jisparixxu, id-dettalji tagħhom kienu qed jisfaxxaw fix-xejn. Lil dil-figura Mark semmieha Biża’.

“Max, trid issalva lil Artopja!”

qallu żiemel abjad jismu Luna li Max kien pinġa ftit jiem qabel. “Inti biss, l-illustratur, tista’ tegħleb lil Biża’!” Qalb Max bdiet tħabbat sitta sitta. “Jien? Imma kif?” staqsa Max. “Uża t-talent tiegħek, pinġi!” ħeġġu Luna. B’kuraġġ kbir Max qabad lapes minn ġol-but u pinġa griffin itir, u f'leħħa ta' berqa l-kreatura ħadet il-ħajja, lesta għallisfida. Max tela’ fuq dahru u tar lejn il-forti mudlam ta' Biża’. Bil-griffin itir u jisserrep Max b'ħeffa kbira beda jerġa’ jpinġi bil-lapes fejn kien imżelleġ. Biża’ kompla jżelleġ kull linja li jagħmel Max. Iżda Max b'ħeffa kbira pinġa armata ta’ kavallieri, draguni u żwiemel biex jipproteġu lil Artopja minn Biża’. Flaħħar, b’linja waħda finali, pinġa gomma kbira li ħassret ras Biża’ u Max pinġa wiċċ ta' tfajla gustuża flokha.

Biża’ ħa karattru ġdid li Max malkreaturi l-oħra kollha tawha isem ġdid ta' Prinċipessa Selen, id-dinja ta’ Artopja reġgħet ħadet il-ħajja, u Max kompla jpinġi u għamilha isbaħ minn qatt qabel. Il-Prinċipessa Selen resqet bil-mod lejn Max u tatu bewsa fuq wiċċu. F’dak il-mument Max sab ruħu lura fil-kamra tiegħu, iżomm lapes ileqq. Il-maltempata barra kienet għaddiet. Minn dakinhar 'il quddiem Max kien jaf li t-tpinġijiet tiegħu setgħu jagħmlu ħafna aktar milli jimlew il-paġni: setgħu joħolqu dinjiet sħaħ.

U dik, ħbieb tiegħi, hi l-istorja ta’ kif issir illustratur veru. Billi temmen fl-arti tiegħek, tkun kuraġġuż, taffaċċja l-isfidi, u qatt ma tieqaf tagħmel dak li tħobb, timmaġina u toħloq. Min jaf? Forsi d-dinja li jmiss li ssalva tkun tiegħek stess!


GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

12

Ħarġa Nru 1

Irwoli differenti fl-industrija marittima

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

Din is-sezzjoni nġiebet lilkom millMinisteru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi

Fl-industrija marittima hemm irwoli differenti kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art.

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi jaħdem fuq diversi aspetti tat-trasport fuq l-art, l-ajru u l-baħar, kif ukoll fuq l-infrastruttura tal-pajjiż, bħalma huma t-toroq u l-portijiet. Bħalissa l-Ministeru għaddej b’ħidma fuq kampanja ta’ informazzjoni dwar karrieri fil-qasam marittimu.

Ħafna drabi naħsbu li din l-industrija hija għall-irġiel biss, iżda hemm ukoll ħafna nisa li jagħmlu xogħlijiet fil-qasam marittimu, saħansitra bħala kaptan!

Il-kaptan huwa dak li jmexxi l-vapur lejn id-destinazzjoni tiegħu kif ukoll jieħu ħsieb tal-ekwipaġġ, u tal-passiġġieri, f’każ ta’ vapur illi jġorr il-passiġġieri, bħal pereżempju cruise liners jew il-vapur t’Għawdex. Jgħin lill-kaptan insibu lill-uffiċjal tan-navigazzjoni. Dan jassisti lill-kaptan u jara li l-kundizzjonijiet tat-temp huma sikuri biżżejjed biex il-vapur ikun jista’ jsalpa. Xogħol ieħor importanti ħafna huwa dak tal-inġinier marittimu. Dan jieħu ħsieb ilmakkinarju tal-vapur, u jieħu ħsieb sabiex kollox jaħdem kif suppost. F’każ illi jkun hemm xi ħsarat waqt li l-vapur ikun qiegħed isalpa, l-inġinier marittimu jaħdem mat-tim talmanutenzjoni biex flimkien isolvu l-ħsarat u l-vapur ikun jista’ jkompli bil-vjaġġ tiegħu. Minbarra dan hemm ukoll id-deckhands. Dawn huma dawk li jgħinu fl-irbit talħbula kif ukoll fit-tindif u l-għajnuna lillkaptan meta l-bastiment jidħol u joħroġ mill-port jew jittrakka ma’ xi moll.

Barra minn dawn ix-xogħlijiet li ġeneralment naħsbu fihom meta nisimgħu dwar vapuri hemm ukoll karrieri marittimi relatati mal-ospitalità. Pereżempju hemm il-kok li jipprepara l-ikel għattim abbord, u għall-passiġġieri fuq vapuri talpassiġġieri. Hemm ukoll xogħlijiet bħal stilisti tax-xagħar, personal trainers, barbiera u terapisti tas-sbuħija li huma mfittxija ħafna fuq superyachts u cruise liners. Dawn ix-xogħlijiet jagħmlu l-vjaġġ aktar komdu u pjaċevoli għallpassiġġieri.

L-industrija marittima hija kbira!

Hemm ħafna opportunitajiet għal kulħadd. Jekk tinteressa ruħek f’xi rwol li għandu x’jaqsam mal-qasam marittimu, fl-iskola sekondarja għandek tiffoka fuq is-suġġetti tal-Matematika, il-Fiżika, il-Ġografija, l-Ingliż u lingwi oħra, it-Teknoloġija talInformatika u t-Teknoloġija tal-Inġinerija.

Kont taf li... fil-qasam marittimu jintuża kliem differenti minn tas-soltu? Port tfisser in-naħa tax-xellug tal-vapur Starboard tfisser in-naħa tal-lemin Il-pruwa hija quddiem tal-vapur Il-poppa hija wara tal-vapur

Ċima tfisser ħabel Vira tfisser tella’ eż: vira l-merkanzija Majna tfisser niżżel eż: majna l-merkanzija


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Tipi ta’ vapuri li nsibu fl-ibħra Maltin

Vapuri tal-merkanzija – Dawn il-vapuri kbar huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-oġġetti li nużaw ta’ kuljum, bħal ħwejjeġ u ikel minn pajjiżi oħra. Ħafna drabi jkunu stivati għoljin bil-kontejners, li huma bħal kaxxi tal-metall ġganteski mimlija bil-prodotti.

Superyachts – Dawn il-jottijiet

Ferries – Dawn huma vapuri iżgħar

Sottomarini – Dawn huma vapuri

iddisinjati biex iġorru l-passiġġieri minn post għal ieħor f’distanzi li huma qosra. F’Malta nsibu l-Gozo Ferry, li nużawh biex immorru minn u lejn il-gżira Għawdxija.

Cruise Liners – Dawn huma prattikament bħal lukandi li jżommu f’wiċċ l-ilma u jġorru eluf ta’ passiġġieri madwar id-dinja. Dawn għandhom pixxini, ristoranti u saħansitra teatri abbord.

Dan il-baħar blu Mediterran

lussużi huma bħal vilel kbar fuq wiċċ l-ilma! Bil-pixxini, il-helipads u kulma tista’ timmaġina, is-superyachts spiss narawhom fil-portijiet ta’ Malta.

li jistgħu jivvjaġġaw taħt l-ilma biex jesploraw il-baħar fond jew jgħinu biex jiġu protetti l-pajjiżi. Ċerti sottomarini saħansitra skoprew nawfraġji f’qiegħ l-oċean!

Patrol Boats – Il-Forzi Armati ta’ Malta jużaw dawn il-bastimenti biex iżommu l-ibħra tagħna sikuri. Huma jgħinu f’missjonijiet ta’ salvataġġ u anki jaraw li l-baħħara jsegwu r-regoli marittimi. Il-patrol boats jiġu f’qisien varji; jistgħu jkunu laneċ żgħar imma anki vapuri. Pereżempju waħda millikbar patrol boats tal-Forzi Armati hija l-P71.

Laneċ tal-irmonk – Jew kif nafuhom ukoll, it-tug boats. Dawn il-bastimenti, li wkoll ikunu ta’ qisien differenti, jgħinu biex jiggwidaw vapuri kbar lejn u ‘l barra mill-portijiet billi jiġbduhom jew jimbuttawhom. Mingħajr il-laneċ tal-irmonk ilbastimenti kbar ma jkunux jistgħu jidħlu b’mod sikur lejn ix-xatt!

Kurżità Taf fejn tinsab l-iktar parti fonda tal-baħar fid-dinja? L-aktar parti fonda tal-oċean tissejjaħ Challenger Deep u tinsab taħt il-Punent tal-Oċean Paċifiku fin-Nofsinhar tal-Mariana Trench. L-eqreb art tal-Mariana Trench hija l-gżira territorjali tal-Istati Uniti bl-isem ta’ Guam. Challenger Deep huwa fond madwar 10,935 metru, li jiġu madwar 35,876 pied. Dan ifisser li kieku l-Muntanja Everest, l-ogħla muntanja fid-dinja, titpoġġa taħt l-ilma fil-Mariana Trench, il-quċċata tagħha xorta tkun aktar minn mil taħt l-ilma!

M

in jaf kemm konna nagħfsu l-kulur blu meta npinġu stampa tal-baħar! Birraġun għax dal-baħar Mediterran li jdawwarna magħruf għal kemm għandu kulur blu sabiħ. Artisti famużi pittruh u poeti kbar kitbu dwaru. Dal-baħar Mediterran għadda minn ħafna fenomeni naturali u għandu storja antika. Biex ngħidu xi ħaġa fuq fuq dwar dan il-baħar, il-Mediterran imiss max-xtut ta’ tnejn u għoxrin pajjiż differenti. Ġo fih hemm kważi 3,500 gżira. Bosta minn dawn il-gżejjer huma żgħar fid-daqs. Hemm ukoll gżejjer kbar. L-akbar tnejn jinsabu qrib tagħna. Dawn huma Sqallija u Sardinja. Tistgħu timmaġinaw kemm hemm nies jgħixu fil-pajjiżi tal-Mediterran – ’il fuq minn 15-il miljun persuna. U jekk inkejlu kemm fih ilma, insibu mat-3.7 miljun kilometri kubi ta’ ilma! Iżda tafu li xi darba l-Mediterran kien xott għalkollox mill-ilma? Dan kien ġara ħafna u ħafna snin ilu, sewwasew mas-6 miljun sena ilu, meta l-Mediterran sparixxa għalkollox minħabba fenomenu naturali. Reġa’ mtela flgħargħar li kien laqat id-dinja 5 miljun sena ilu. Xjentisti li ilhom jistudjaw il-Mediterran jgħidu li l-Baħar Mediterran imtela f’inqas minn sentejn. Huwa baħar fond, għalkemm mhux kullimkien l-istess u l-fond ivarja. Il-fond medju huwa dak ta’ 4,900 pied. Ma naħsibx li għandna nifs biżżejjed biex nogħdsu sal-qiegħ tal-Baħar Mediterran. U f'xi postijiet dal-baħar huwa aktar mielaħ minn oħrajn. Aktar ma nersqu lejn il-Lvant insibu l-baħar aktar mielaħ. Dan minħabba li l-ilma baħar jevapora (jinxtorob fl-atmosfera) aktar malajr milli min-naħa talPunent. Il-Mediterran jingħaraf minn ibħra u oċeani oħra mil-lewn skur tiegħu. Dan minħabba li huwa nieqes minn ħafna nutrijenti li jkabbru l-ħaxix tal-baħar. Madankollu l-Baħar Mediterran kien u għadu jsaħħar ħafna baħħara, qanqal ħafna kurżitajiet u nkitbu kotba sħaħ dwar dan il-baħar tant sabiħ.

13


14

Ħarġa Nru 1

n o l r a M rd Atta

te e l h t a skeetMalti Nammetti li ma kont naf xejn dwar l-isport. Imma Marlon, b’doża ta’ entużjażmu, spjegali x’inhu l-iskeet shooting, l-isport li preżentament qed jipprattika b’dedikazzjoni. Marlon Attard qed jagħmlilna unur fil-qasam tal-isparar, jew aħjar kull meta jieħu sehem fil-kampjonati tal-ISSF – International Shooting Sport Federation. Imma ejjew nimxu pass pass (hawn nikkwota lil Marlon), u naraw min hu Marlon, biex nibdew. Marlon introduċa ruħu bħala ġuvni ta’ erbgħa u għoxrin sena. Jgħix ir-Rabat, Għawdex. Trabba f’familja bi tradizzjoni tal-kaċċa. Marlon irrakkontali li meta kienu żgħar ħafna hu u ħuh Marcello kienu jqumu kmieni biex imorru ma’ missierhom. Kienu dawn il-mawriet li xprunaw liżżewġ aħwa jaqbdu l-isparar fuq il-plattini bħala sport. Fi kliem Marlon stess, ma xtaqux li jsegwu d-delizzju ta’ missierhom, imma riedu jiskopru toroq oħra fl-isparar. Kien għad għandu erbatax-il sena meta beda l-isport, flimkien ma’ ħuh li huwa sena ikbar minnu. “Hija ħaġa sabiħa!” jgħidli ta’ spiss Marlon. Wara għaxar snin jipprattika l-isport qed jara r-riżultati u kuntent biddeċiżjoni li għamel.

Marlon Attard jibbenefika mill-Flexi Training Scheme ta' SportMalta, inizjattiva li tassisti l-atleti fit-taħriġ waqt il-ħinijiet tax-xogħol biex jiksbu riżultati eċċellenti fil-kompetizzjonijiet. Jibbenefika wkoll millFond Nazzjonali għallIżvilupp Soċjali permezz ta' SportMalta. Dawn l-atleti jirnexxu fil-livell nazzjonali u juru potenzjal fl-isports rispettivi tagħhom. Iżda kemm kienet faċli jew diffiċli din it-triq sakemm wasal għassuċċess? Fi tfulitu Marlon kien ukoll jilgħab il-futbol, iżda dejjem ħass li ma kienx l-isport tiegħu. Mindu ħajru Marcello għall-iskeet shooting qatt ma ħares lura. L-ewwel sentejn ma kinux faċli. Marlon irrakkontali bejn b’nofs daħqa u bejn bi ħjiel ta’ weġgħa li l-iskola kienu jibbuljawh. Kien ta’ statura żgħira u sħabu kienu jinkuh li s-senter kien itajru meta jispara. Imma l-atleta tagħna altru li ma qatax qalbu. Anzi, din l-esperjenza għamlitu aktar b’saħħtu u ried jirbaħ dan l-ostaklu. Dejjem żamm f’moħħu li kellu għan li ried jilħaq.

U xi jżommu daqstant pożittiv huwa u jipprattika dan l-isport? Marlon jgħid li s-sapport li sab mingħand ħuh Marcello għenu ħafna fil-karriera sportiva tiegħu. Tista’ tgħid li f’kull kompetizzjoni ż-żewġt aħwa kienu qrib xulxin. Anke meta ħuh ma setax ikun miegħu fil-kompetizzjonijiet tal-iSmall Nations Games. Ħsieb Marlon mar f’ħuh. Kif qalli hu stess l-isparar huwa sport li jeħtieġ preparazzjoni mentali u huwa importanti għalih li jaħseb ħsibijiet pożittivi. “Waqt il-finali ftakart fil-familja,” kienu kelmiet li laqtuni tassew. Is-sapport tal-ġenituri f’din it-triq kien importanti immens. Marlon qed japprezza s-sagrifiċċji li għamlu miegħu u ma’ ħuh. Bħal f’kull sport hemm l-iskariġġ u l-ispejjeż. U dan Marlon ma jinsiehx. L-atleta jfittex ukoll ispirazzjoni minn atleti Olimpiċi u jara kif jitgħallem mingħandhom. Jibqa’ jisħaq li l-isparar jirrikjedi ħafna konċentrazzjoni u għalhekk il-preparazzjoni trid tkun dixxiplinata u serja.

X’inhi d-differenza bejn l-iskeet shooting u t-trap shooting? Marlon spjegali li fit-trap shooting it-target li jrid jintlaqat ikun ’il bogħod mit-tiratur, filwaqt li fliskeet shooting it-targets jitwaddbu wieħed mix-xellug u l-ieħor millemin. Is-senter tal-iskeet shooting ikollu żewġ kanen, qagħad jispjegali Marlon bil-paċenzja kollha. Lil Marlon laqtu l-aktar l-iskeet shooting, l-isport li għadu jipprattika sal-lum. Kif jirnexxilu jdaħħal it-taħriġ fliskeda tiegħu, Marlon? “B’ħafna sagrifiċċji!” kienet ittweġiba f’waqtha ta’ Marlon. Ta’ min jgħid li Marlon irid jaqsam ilbaħar kull filgħodu minn Għawdex għal Malta. Jaħdem full-time hawn Malta. Imur lura Għawdex u jibda t-taħriġ tiegħu. Huwa importanti għalih li jżomm ruħu b’saħħtu. Minbarra t-taħriġ tiegħu fl-isparar, Marlon imur

regolarment il-gym u joħroġ jiġri. Iħoss li l-ġiri jikkalmah. Jinħasel bl-ilma kiesaħ. U għalih hija importanti ħafna l-meditazzjoni, speċjalment qabel xi avveniment sportiv. Ħafna drabi anke wara jkun hemm bżonn jevalwa xi jkun mar ħażin jew fiex jista’ jmur aħjar. Il-mawriet fl-iskejjel jitkellem mat-tfal tal-iskola dwar dan l-isport ukoll jgħinuh f’dan ilqasam. Stqarr li biex irnexxa qata’ l-ħruġ biex jiddedika aktar ħin għallisport. Persuna importanti ħafna f’ħajtu, li hija l-għarusa tiegħu, ukoll tagħtih ħafna sapport. Leanne hija psikologa u tgħinu fil-preparazzjoni li jeħtieġ jgħaddi minnha Marlon. Kemm jitħarreġ kuljum? U fejn isir dat-taħriġ? Jitħarreġ mas-siegħa u nofs kuljum, qisu seba’ sigħat fil-ġimgħa. Marlon jisħaq dejjem fuq il-positive thinking. Tul l-intervista nħossu jgħaddi dal-messaġġ filwaqt li jgħid li trid tibqa’ tippersisti minkejja d-diffikultajiet. Waqt kompetizzjoni ma jħarisx lejn ir-riżultat li jista’ jġib imma kif jista’ jagħti l-aħjar tiegħu. “Tarġa tarġa” hija l-filosofija ta’ Marlon, u li trid tkun dejjem saqajk mal-art. Għawdex jitħarreġ fixshooting range, ix-Xwejni, iż-Żebbuġ – Għajn Melill. Jitħarreġ ukoll hawn Malta fis-shooting range ta’ Kandja, limiti tas-Siġġiewi.


15

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Il-Kubiż mu Pablo Picasso

Kitba ta' Rita Saliba

Intervista minn Rita Saliba

Hawn xejn interess f’dan l-isport fost it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna? B’qalbu ftit qawwija Marlon jgħid li dawn l-aħħar sentejn qed jara aktar interess f’dan l-isport, kemm meta jitħarreġ f’Tax-Xwejni kif ukoll Ta’ Kandja. Wera x-xewqa li jkun hawn aktar għarfien dwar l-isport u jingħata aktar importanza. Jixtieq jara aktar impenn u forsi aktar fondi. Ħolma ta’ Marlon hija li jkun atleta full-time. Min jaf? Forsi fi ftit snin oħra… Se jsibna warajh żgur għax qed jagħmlilna unur kull darba li jikkompeti barra minn xtutna. Jammetti li meta kien għadu l-iskola l-isfidi kienu akbar għax kellu jiffoka wkoll fuq l-iskola. Imma issa d-distrazzjonijiet huma inqas u jħoss li jista’ jikkonċentra aktar fuq l-isparar. Min l-aktar li ispirah dan l-aħħar? B’nota ta’ apprezzament f’leħnu Marlon semmieli lillatleta Amerikan Vincent Hancock, atleta tal-Olimpjadi u rebbieħ ta’ bosta medalji tad-deheb. Iltaqa’ miegħu meta mar jikkompeti fil-Kroazja. Tah pariri fit-teknika u kien ta’ għajnuna kbira għalih. Ta’ min ifakkar li Marlon Attard f’din il-kompetizzjoni kien rebaħ il-fidda u mmarka ismu fl-istorja! Il-Grieg Charalambos Chaldiadakis rebaħ id-deheb u t-Taljan Tammaro Cassandro rebaħ il-bronż. Fejn jara lilu nnifsu Marlon ftit snin oħra? Lil Marlon staqsejtu jekk jitħajjarx jgħaddi dan l-isport lil tfal u żgħażagħ oħra bħala kowċ. Marlon weġibni li dan sport li jiftaħlek ħafna toroq u jitħajjar jużah biex ikun ta’ ġid għal min irid jaqbad din id-dixxiplina sportiva. Huwa sport li jimmotivak u li fi ftit kliem jagħmlek persuna aħjar. U nemmen li l-umiltà, id-determinazzjoni u l-entużjażmu ta’ Marlon se jispiraw bosta żgħażagħ. Iżda x’inhi l-akbar ħolma ta’ Marlon? “Li jien u ħija mmorru l-Olimpjadi!” Marlon baqa’ sal-aħħar talintervista jsemmi lil Marcello u l-importanza tas-sapport talfamilja. F’waqt minnhom Marlon staqsa lil ommu, “Ferħana bija u b’ħija?” Inħallikom taqtgħu r-risposta waħedkom!

Ipprova poġġi ftit oġġetti fuq mejda. Ħares lejhom sewwa. X’forma għandhom? Waħdek tibda tinduna b’ħafna forom madwarek. Hekk għamel l-artist famuż Pablo Picasso. Pablo Picasso twieled fi Spanja fl-1881. Tgħallem mingħand missieru, li wkoll kien artist. Pablo kien jaf ipinġi ħafna u rebaħ bosta kompetizzjonijiet. Meta kiber ivvinta stil ġdid ta’ pittura li xxokkja lil ħafna nies.

Seated Portrait of Dora Maar, 1939 minn Pablo Picasso

Picasso għallimna nħarsu u naraw l-affarijiet madwarna b’modi differenti permezz tal-arti tiegħu. Kien minn tal-ewwel li ħareġ bi stil ġdid ta’ pittura li ssejjaħ “Kubiżmu”. Ħafna nies rawha stramba din il-forma ta’ arti, iżda ma damitx ma qabdet fost l-artisti famużi ħbieb tiegħu ta’ dak iż-żmien. F’pittura Kubista kollox jidher donnu mkisser fi kwadri. Ħafna drabi l-artist ipitter l-oġġett jew il-figura umana minn angoli differenti. Allura int tkun qed tħares lejn wiċċ u tara għajn millġenb u oħra minn quddiem u forsi ħalq maqsum f’biċċa fuq u oħra isfel. Picasso kien pitter lill-għarusa tiegħu, Dora Maar, b’dan il-mod. Fil-pittura għajnejha u mneħirha jidhru mpittrin barra minn posthom. Jgħidu li xorta waħda baqgħu ħbieb għax dan kien l-istil speċjali ta’ Picasso.

Bullfight, 1934 minn Pablo Picasso


16

Ħarġa Nru 1

The Maltaverians,

avventura li tagħmel it-teknoloġija ta’ kuljum tinftiehem aħjar

L

-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali f ’Malta (MDIA) b’kollaborazzjoni ma’ Tech.mt ħolqu serje ta’ komiks lokali, The Maltaverians, li qed tiġbed l-attenzjoni għall-mod kif tindirizza t-teknoloġija fid-dinja reali fi stejjer avventurużi, għal kull min iħobb ilkomiks, iħobb jaqra, jew għal dawk li jħobbu t-teknoloġija.

Jake Spiteri

Elisa Bonello

Prof. Borgon Phase

Maħluqa minn team iddedikat, din isserje tgħaqqad l-umoriżmu, l-avventura u persunaġġi kurjużi, inkluża l-favorita tal-qarrejja Bella Bit u l-viljakk Prof. Borgon Phase. Il-komik juri kif l-għodod diġitali jiffurmaw il-ħajja ta’ kuljum.

Rosalbina Aurora

Bella Bit

KAI

Fil-bidla teknoloġika mgħaġġla, The Maltaverians joffri triq differenti kif tista' titgħallem it-teknoloġija permezz ta’ storja. Kull avventura qasira hija bbażata fuq sitwazzjonijiet li kulħadd diġà jiltaqa’ magħhom fil-ħajja ta' kuljum, fosthom is-sigurtà diġitali u online, il-privatezza, il-logħob online, l-internet, il-gadgets, l-intelliġenza artifiċjali, l-algoritmi, id-data, in-networks u bosta oħrajn.

“

L-għan tal-komik hu li jg ħin lill-qarrejja jifhmu aktar ir-realtà diġ itali fid-dinja tal-lum, mill-gadgets li jkollhom f’idejhom u s-sistemi diġitali ta’ ma dwarhom, waqt li jqanqlu interess fil-ka rrieri tat-tech.

”

Skont Trevor (l-editur) u t-tim tiegħu, l-approċċ kreattiv hu importanti daqs il-messaġġ. Il-komik jinkiteb u jiġi kreat permezz ta’ proċess ta’ “writer educator technologist - artist”, li jgħaqqad is-sengħa tradizzjonali tal-illustrazzjoni mat-tagħrif biex il-komik iżomm il-valur avventuruż mingħajr ma jkun akkademiku. Minflok ma jispjega biss kif taħdem it-teknoloġija, The Maltaverians juri għaliex hu importanti kif deċiżjoni żgħira online tista' tħalli effett fid-dinja reali, jew kif għodda sempliċi ssolvi problema ta’ kuljum. Biex il-kontenut ikun saħansitra aktar sempliċi, kull ħarġa tinkludi glossarju li jispjega t-termini tat-teknoloġija. Il-proġett li s’issa żviluppa erba' episodji favur litteriżmu diġitali u qed jitqassam lill-istudenti kif ukoll lill-pubbliku waqt fieri u attivitajiet fosthom PlayCon, Comic Con u TechXpo. Flimkien ma’ kopji printjati hemm ukoll edizzjoni diġitali biex tiżgura li studenti, għalliema u familji jkunu jistgħu jaqrawh fuq kwalunkwe mezz. Waqt PlayCon li seħħet ix-xahar li għadda, kumment komuni kien “Stejjer sbieħ u mingħajr ma’ naf tgħallimt fuq teknoloġiji li lanqas kont naf li jeżistu u li diġà nużahom. Wow u prosit e!!!” Il-komik huwa ppubblikat kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Maħluq minn: Trevor Sammut (Editur /Technologist MDIA), Martin G. Debattista (Kittieb/Lecturer) Robert Caruana (Artist) Pubblikatur: MDIA b’kollaborazzjoni ma’ Tech.mt


17

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

IkKrea komik oriġinali, oħloq storja qasira bbażata fuq itteknoloġija favorita tiegħek. Żomm id-disinn u l-istorja sempliċi.

Il-proċess 1.

Idea Ikteb sentenza waħda, eż: “Żewġt iħbieb isewwu robot li

2.

Characters Min hemm fl-istorja? Xi rwol għandhom?

3.

Script Ikteb x’jiġri b’mod organizzat (dak li ser naraw + dak li

4.

Thumbnails Sketches żgħar tal-panels kif se tippjanahom fuq

5.

Page layout Iddeċiedi kemm panels se jkollok u fejn imorru.

6.

Pencils Tpinġija ħafifa/ċara tal-karattri f’poża, sfond u

7.

Lettering Żid speech bubbles, captions u sound effects (ikteb

8.

Inking Agħti outline skur u nadif fuq il-linji li diġà pinġejt b’pinna

9.

Colour/tones (jekk trid) Agħti l-kulur u żommu sempliċi.

ħarab.”

jintqal).

il-paġna.

affarijiet li tixtieq li jidhru.

kollox bil-Malti).

rqiqa u ħassar il-lapes.

10. Final check Is-sekwenza ċara? It-test jinqara faċilment? L-istorja tinftiehem?

Paġna tal-komiks tinkludi:

1. panel, 2. gutter (l-ispazju bejn il-panels), 3. speech bubbles (djalogu), 4. caption (kaxxa bi spjegazzjoni tan-narratur), 5. sound effects bħal BUMM!, 6. motion lines (juru azzjoni), u 7. framing (viżwal mill-qrib, mill-bogħod, minn fuq, taħt eċċ:).

1

6

4

3 4 2

6

5

L-Avventura tibda hawn

Oħloq paġna waħda A4 b’5–7 panels; daħħal caption, speech bubbles, sound effects u motion lines; żid ismek, l-età u fejn tmur skola u ibgħat ritratt jew scan ċar lil info@ilgurnal.mt. Se jintgħażlu 3 xogħlijiet minn tagħkom biex nuruhom fit-tielet ħarġa ta' Il-Ġurnal!


18

Ħarġa Nru 1

K

ull min isegwi l-mużika lokali żgur li sab ruħu jkanta u jiżfen malkanzunetta bil-lingwa Maltija. Illirika naqbduha mill-ewwel u ma nistgħux ma nammirawx il-kunfidenza tal-mużiċisti li qed iwasslulna melodiji sbieħ u tal-widna. Iżda qatt waqafna nistaqsu dwar dal-vjaġġ li grupp ta’ mużiċisti għaddew minnu biex waslu s’hawn u qed joffru spettaklu ta’ divertiment? Kelli x-xorti li nitkellem ma’ Joseph Xerri, it-trumbettier tal-grupp popolari The Travellers. Bla dubju l-kanzunetti ta’ dan il-grupp smajniehom u rajna wkoll il-filmati abbinati malkanzunetti tagħhom f’bosta oqsma tal-midja. U nintebħu bis-sintonija li tgħaqqad lil dawn il-mużiċisti, li kollha jagħtu s-sehem speċjali biex joħorġu b’suċċess wara l-ieħor. Minn dejjem kont kurjuża dwar l-istrumenti li jintużaw fil-mużika pop, l-aktar it-trumbetta. F’moħħi malajr ġie Joseph. It-trumbetta hija strument li jispikka, ferrieħi u forsi jfakkarni f’xi trumbetta takkumpanja film tal-cartoons ta’ tfuliti meta xi wieħed mill-karattri mqarbin jagħmel praspura. B’mod ieħor it-trumbetta takkumpanja kanzunetta u toffri l-melodija. Joseph, bil-paċenzja kollha, spjegali l-impenn li wieħed jgħaddi minnu biex jitgħallem l-istrument. It-trumbetta hija meqjusa bħala strument tar-ram. L-oriġini tagħha bdiet fl-antik meta kienu jdoqqu l-fanfarri. Kienet tintuża fi żmien ta’ gwerra waqt li s-suldati jimmarċjaw u fil-palazzi rjali. Għaddew is-snin sakemm bdejna naraw jew aħjar nisimgħu t-trumbetta f’xi orkestra. Imma x’ħajru biex jitgħallem ittrumbetta lil Joseph? Bħala tifel kien jammira lill-papà tiegħu, li kien idoqq it-trumbetta. Joseph u ħuh iżgħar minnu wkoll imxew fuq il-passi ta’ missierhom. Ma damux ma bdew jitgħallmu l-istrument mas-Soċjetà Filarmonika Victory (A.D.1898) tax-Xagħra. Hemm sfond ta’ tradizzjoni u kultura f’dan it-tagħlim mal-baned, li naħseb ħalla marka fuq Joseph li jdoqq b’passjoni l-istrument. Madankollu jrid ikun hemm l-impenn ukoll. Joseph stqarr miegħi li mhux kollox kien ħafif għall-bidu. Dejjem tiltaqa’ ma’ tlugħ u nżul. Ibda biex, trid tistudja u tipprattika. Ilkoll nafu li kultant ma tantx ikollna aptit nistudjaw, ngħaddu xi partitura meta nippreferu mmorru nilagħbu logħba. Imma bil-perseveranza naslu. Joseph beda jitgħallem it-trumbetta ta’ ħdax-il sena. U fi żmien sena kien ħareġ idoqq malbanda tal-post. Kompla jirfina u jissoda l-ħiliet tiegħu ta’ trumbettier billi ħa lezzjonijiet oħrajn.

Mhux biċ-ċajt Intervista minn Rita Saliba

Ikellimna Joseph Xerri tat-Trave

llers

Iżda l-mod kif idoqq issa mat-Travellers huwa għalkollox differenti milli ddoqq ma’ banda. Hawnhekk Joseph huwa solist. Spjegali kif f’band kull individwu huwa solist u sehem kulħadd huwa importanti għallband. It-Travellers idoqqu ġeneru ta’ mużika li nsejħulu pop. It-trumbetta ta’ Joseph toffri akkumpanjament bil-melodija. Naturalment hemm strumenti oħrajn fil-band li jagħmlu dan ix-xogħol, bħassaxophone. Kont kurjuża dwar il-ħoss li nisimgħu meta tindaqq kanzunetta. Hemm aktar xogħol li jsir fi studjow biex diska toħroġ b’aktar ħsejjes interessanti. B’użu għaqli tat-teknoloġija jistgħu jiżdiedu aktar ħsejjes jew strumenti.

It-t betta fi żmienrtuam ’ gwerra!

Fil-gwerra kienet tinda qq biex tagħti sinjal ta’ twissija, ta’ attakk u ta’ meta s-suld ati kellhom jirtiraw.

Stajt nifhem li fil-band isir ħafna xogħol biex toħroġ biċċa mużika tal-widna, li tolqot ilġenerazzjonijiet b’mod differenti. Joseph jieħu ħsieb il-marketing u l-immaġni tal-band. Huwa importanti kif tidher fuq ilpalk, dak li nafuh aktar bħala band image. Bla dubju l-band image tatTravellers huwa ta’ livell għoli.

Imma x’jagħmel Joseph fil-ħajja ta’ kuljum, minbarra li jdoqq ma’ grupp popolari? Joseph huwa digital artist. Nistħajjilkom tgħidu, “Mhux ta’ b’xejn, mela, il-filmati tagħhom huma daqstant divertenti!” Fost il-ħafna kurżitajiet staqsejtu kemm kien idum jipprattika jew kemm idum jipprattika malband qabel ma joħorġu jdoqqu quddiem udjenza. Joseph stqarr miegħi li sa sitt snin ilu kien jipprattika mat-tliet sigħat kuljum. Forsi naqqas xi ftit mażżmien. Ilu tlieta u għoxrin sena jdoqq l-istrument, allura nistgħu nimmaġinaw li għandu biżżejjed prattika. Madankollu Joseph xtaq jgħaddi l-messaġġ li wieħed għandu dejjem jibqa’ jistudja u jisma’ l-mużika. Iħobb jisma’ s-sound tracks u l-favoriti tiegħu huma l-klassiċi. Togħġbu l-mużika ta’ Hans Zimmer u John Williams. Ġieli wkoll emozzjona ruħu meta ntilef jisma’ l-melodija. Bejnietna, naħseb li anke aħna nemozzjonaw ruħna meta narawh idoqq it-trumbetta daqstant bil-qalb mat-Travellers! L-armonija bejn il-membri tal-grupp hija waħda li tinħass u flimkien joħolqu espressjoni artistika tal-ġenn. Imma kemm jipprattikaw flimkien dawn it-Travellers? Joseph qalli li għallbidu kienu jipprattikaw anke erba’ sigħat. Jiffokaw l-aktar fuq il-kitba tal-mużika u t-talenti tagħhom jimxu f’armonija. Kull membru tal-grupp huwa individwu u artist. Daqstant ieħor jikkumplimentaw lil xulxin meta joħorġu bi proġett ġdid.

Tafu li f ’qabar antik Eġizzjan instabu żewġ trumbetti? Il-qabar huwa tal-Faragħun Tutankamun. Tgħid x’kellu x’jambihom wara li miet?


aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Tlabt lil Joseph x’parir jista’ jgħaddi lil dawk li jixtiequ jitgħallmu t-trumbetta.

Importanti li wieħed jibda żgħir u jekk il-ġenituri jaraw il-potenzjal fi wliedhom għandhom iħeġġuhom. Huwa strument li jeħtieġ taħriġ fiżiku. Anke l-mod ta’ kif tieħu n-nifs. In-nifs għandu jittieħed mid-dijaframma, jiġifieri miż-żaqq. Meta wieħed jistudja t-trumbetta qed iħaddem l-iżgħar muskoli li għandu l-bniedem, dawk ta’ madwar ix-xoffa. It-tagħlim huwa proċess u hemm bżonn li wieħed jitħarreġ fil-klassiku. Forsi li nipprattikaw siegħa u nofs narawhom ftit twal, imma pass pass tinbena l-istamina. Joseph jisħaq li wieħed m’għandux jaqta’ qalbu u l-aktar messaġġ importanti li xtaq jgħaddi huwa dak talpaċenzja!

F’orkestra jintużaw bejn żewġ trumbetti u erbgħa. Dawn joffru melodija kif ukoll iżommu ritmu.

Qbilt ma’ Joseph meta qalli li kulħadd jitwieled kreattiv u kulħadd għandu xi talent.

Iżda talent trid tieħu ħsiebu.

Joseph huwa eżempju ta’ dan. Għaraf ittalent tiegħu, b’impenn u dedikazzjoni biex iwasslilna mużika mill-isbaħ. U aħna qed nieħdu gost indoqquha, niżfnu mar-ritmu u nieħdu gost, mhux biċ-ċajt!

19


20

Ħarġa Nru 1 Kitba ta' Rita Saliba

lkoll naqblu li m’hawnx isbaħ minn ħarġa ħdejn il-baħar u speċjalment filvaganzi meta t-temp jibda jisħon u nkunu nistgħu ngħumu fih. Imma qatt

ħsibna x’ħajjiet hemm taħt wiċċ l-ilma? U x’perikli qed ngħaddulhom?

IL-BAĦAR MADWARNA

Dan l-aħħar smajna ħafna dwar il-plastik li jintefa’ fil-baħar u l-ħsara li jista’ jagħmel. Ħafna mill-plastik jitfgħu l-bniedem stess, bħal fliexken, boroż u skart ieħor. Anke skart li jintrema fuq l-art jista’ jtir lejn il-baħar. Xi ħut jistgħu jieklu l-boroż għax jaħsbuhom ikel u jmutu. Dan il-plastik idum ħafna snin ma jitkisser u jispiċċa fix-xejn. Dan ilplastik biż-żmien jinkiser f’biċċiet żgħar ħafna li jsejħulhom "microplastics". Tant huma żgħar dawn il-microplastics li ħafna drabi qed jispiċċaw xorta waħda fl-istonku ta’ ħafna ħlejjaq tal-baħar. Ħlejjaq żgħar bħall-imħar u l-arzell qed ibatu ħafna mill-effetti ta’ dawn ilmicroplastics. Kulma jmur qed jonqsu finnumru, minħabba li dat-tip ta’ plastik qed jidħol fis-sistema diġestiva tagħhom.

Imma aħna x’nistgħu nagħmlu?

Minn żmien għal żmien isir xi tindif talbajjiet. Nistgħu nħajru lil sħabna u nieħdu sehem f’dat-tindif. Nippruvaw nixtru ikel li ma jkunx ippakkjat f’ħafna plastik. Għandna nevitaw tazzi u straws tal-plastik. Waqt xi ħarġa nieħdu l-affarijiet tagħna u li se nerġgħu nużawhom. Bil-parti ċkejkna tagħna nkunu qed nibżgħu għall-ambjent, nagħtu eżempju lil ta’ madwarna u ngawdu aktar il-ħlejjaq tal-baħar fil-futur.

IL-PLASTIK

FIL-BAĦAR


21

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Għażilnielkom l-AĦJAR kotba tat-tfal li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024! w? je , a id d ġ l? a i tt t e n zz a i g Qed togħġbok dil Ħoj! Kif Lili żgur li qed togħġobni għax iddeċidejt li nkellmek ftit dwar x’kotba jistgħu jinteressawk jekk tħobb taqra. U jien naħseb li tħobb taqra, hux, għax kieku m’intix tqalleb il-paġni f’dil-gazzetta.

Jiena Matthew u naħdem malKunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Għandi 35 sena, u għalkemm jidhru ħafna aktar minn 8 jew 11, inħobb nagħmel ħafna affarijiet li tħobb tagħmel inti wkoll, ngħidu aħna naqra u nilgħab xi sport ma’ sħabi.

Imma l-aktar li nħobb huwa s-Sibt meta nlesti mix-xogħol u nsib ċans naqra ftit fuq is-sufan, għax jiena l-ħin kollu mal-kotba, daqt joħorġuli minn widnejja u mit-toqob ta’ mnieħri wkoll!

Kif Issir Supereroj 2: Maskra Ħamra Merlin Publishers

Jiena naħseb li t-tfal – anki inti li qed taqra – kollha eroj. Imma ma tkunx eroj hekk, għalxejn b’xejn, e! Kieku jkolli ngħidlek li jeżisti ktieb li jgħidlek kif tkun eroj – anzi SUPEReroj – taqrah? Il-ktieb Kif Issir Supereroj 2: Maskra Ħamra kitbitu Antoinette Borg, u l-kittieba qalbitu għall-Malti għax dan il-ktieb proprja proprja kien inkiteb fl-Iżvezja u allura ma kienx bil-Malti. Dal-ktieb is-sena l-oħra rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal kotba maqlubin għall-Malti. L-istorja ta’ Lisa tixbah lill-istorja ta’ xi wħud minna, tiegħi, u forsi anki tiegħek. Lisa kienu jaqbdu magħha l-iskola, iżda dejjem emmnet li ma kinux qed jagħmlu sew u qatt ma baxxiet rasha.

Il-Każ tal-Kappell Ikkalibrat Merlin Publishers

Ġieli qrajt ktieb iffirmat minnek stess? Jekk le, f’dal-ktieb fl-ewwel paġna nett tista’ tikteb ismek fih u allura jkun ktieb speċjali għax tiegħek biss! Imma jekk tikteb ismek, trid twegħedni li taqrah sal-aħħar. Ma jimpurtax, anki jekk ftit ftit. Il-ktieb Il-Każ tal-Kappell Ikkalibrat inkiteb minn Leanne Ellul, u s-sena l-oħra rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal kotba mmirati għal tfal bejn it-8 snin u t-12-il sena – eżatt eżatt kemm aktarx għandek żmien inti, hux veru?

Jekk inti wieħed jew waħda minn dawk li tieħdu l-ewwel biex issolvu xi mistoqsija, dan huwa l-ktieb għalik! Niltaqgħu mal-Kapural Kukkarda Cucciardi li jgħix fil-pajjiż jismu Maxta – iva, qrajt sew, Maxta mhux Malta. Issa f’Maxta l-kpiepel huma importanti ħafna, mela jekk kappell jiġrilu xi ħaġa kulħadd ifittex jara x’ġara! Affarijiet ma jitwemmnux! F’idejk biex issolvi l-każ.

Meta sabet ktieb jismu Manwal għas-Supereroj bdiet tipprattika s-superħiliet. Libset maskra ħamra u... nieqaf hawn inkella ngħidilkom l-istorja kollha! Lili dal-ktieb għallimni xi ħaġa importanti: li anki jekk tkun żgħir ħafna, jekk tkun temmen fik innifsek u ma tkunx bully ma’ ħaddieħor inti diġà BNIEDEM KBIR! Mela aqbad dal-ktieb u sir SUPEREROJ!

Din is-sezzjoni nġiebet lilkom mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb norganizzaw il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, li fih nagħtu premju lill-aħjar kotba tat-tfal. U llum se nkellimkom dwar tnejn minn dawn il-kotba TA’ VERU!


22

Ħarġa Nru 1 Kitba ta’ Rita Saliba

Il - p

s u tro e ‘ħuta umana l i ej w

’

, s n e m m i ż u j r u k l a m i Ann ojna fis-Slovenja,

li jgħix fl-Għerien ta’ Post . n e jk e k ċ n u g a r d ’ a m h u h b xeb li s ie ’n f i n jo zz a in ġ a m im a naħsbu, li qanqal ħafn D

an l-annimal huwa l-proteus, jew kif ħafna laqqmuh, ‘il-ħuta umana’ minħabba l-lewn tal-ġilda tiegħu li tixbah lil dik ta’ uman abjad. Dal-proteus jgħix fid-dlam, fl-ilma ċar tal-għerien. Għandu forma ta’ gremxula tawwalija b’ras kemxejn ċatta u żewġ pari saqajn fit-truf ta’ ġismu – par qrib ta’ rasu u par ieħor qabel jibda denbu.

Il-proteus addatta ħafna għallambjent li jgħix fih. Jingħad li ilu jeżisti għal miljuni ta’ snin, minn kemm ilhom jeżistu l-għerien f’dil-parti tas-Slovenja. Jitwieled b’żewġ għajnejn iżda jekk inħarsu sewwa ninnotaw li ma jidhrux għajnejh. Biżżmien l-għajnejn jinħbew taħt ġilda kważi trasparenti. B’hekk nafu li addatta għad-dlam. U x’jambihom għajnejh jekk filqiegħ tal-għadajjar tal-għerien hemm dlam ċappa? Biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ għajnejn il-proteus għandu sens ta’ smigħ qawwi ħafna, kif ukoll dak taxxamm. Jikber minn 23 ċentimetru sa 25 ċentimetru u xi drabi anke sa 30 ċentimetru. Biex jiekol donnu bla sabar għax jibla’ l-ikel sħiħ. Ma naħsbux li jibla’ xi ħuta jew xi granċ, tafux! L-ikel tiegħu jikkonsisti f’annimali talilma żgħar ħafna, bħal imħar jew bebbux tal-ilma ħelu u plankton, li huma ħlejjaq mikroskopiċi

bilkemm jidhru. Għaldaqstant idum jiddiġerixxi l-ikel. Meta ma jsibx ikel biżżejjed il-proteus kapaċi jibqa’ fejn ikun mingħajr ma jiċċaqlaq jew jaħli enerġija. Jista’ jibqa’ fl-istess post għal bosta snin u jibqa’ ħaj. Mhux annimal ġellied, u kapaċi jibża’ għat-territorju tiegħu bil-kwiet u l-paċi. S’issa qatt ma ntlemaħ proteus b’ġilda mkemmxa. Jgħidu li l-proteus ma jixjieħ qatt! Huwa diffiċli li tgħid kemm għad hawn proteus minħabba li huwa annimal li jgħix fid-dlam. Nafu li jeżisti fl-Ewropa u li s-Slovenja ddikjaratu bħala annimal protett mil-liġi. Fi żmien meta l-klima qiegħda dejjem tinbidel anke aħna nistgħu nagħmlu l-parti tagħna biex ix-xmajjar ma jiġux imniġġsa. Nibżgħu għad-dinja li qed ngħixu fiha u ma naħlux enerġija bl-addoċċ. Bil-ftit tagħna jaf inkunu qed ngħinu lill-proteus sabiex jibqa’ jeżisti għal ħafna u ħafna snin.


23

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Jinstabu l-ewwel tpinġijiet…

tan-Neanderthals

I

n-Neanderthals minn dejjem qajmu kurżità fil-bniedem. Nistgħu ngħidu li kif dehret l-ewwel immaġini tagħhom maħduma b’xi kompjuter qajmet bosta mistoqsijiet u stagħġib. Imma min kienu tassew dawn in-Neanderthals?

Flutings fl-Għar ta’ Gargas Ritratt: Sharpe & Van Gelder, liċenzjat taħt CC BY-SA 3.0

Figura dettaljata taxxemgħa ta’ Neanderthal b’lanza f’idu fil-Mużew tanNeanderthals fil-Ġermanja Ritratt: EdNurg stock.adobe.com

Homo Erectus 5 mitt elf sena ilu

Homo Sapiens Sapiens minn 35 elf sena ilu

Australopithecus 3.5 miljun sena ilu

Pliopithecus 18-il miljun sena ilu

Homo habilis 2 miljun sena ilu

Homo neanderthalensis 70 elf sena ilu

Eżempji ta’ affarijiet Xi tfisser sostenibbli "sostenibbli"? Ikel sostenibbli

Jekk xi ħaġa hija sostenibbli jfisser li nistgħu nużawha llum, iżda mingħajr ma nispiċċaw biha nagħmlu ħsara lill-ambjent, in-nies jew il-ġejjieni. Huwa bħallikieku qed tgħid:

Immaġina raġel li jgħix fl-għerien. Malajr jgħaddilna minn moħħna xi ħadd miksi xagħar b’xi għuda f’idu u b’saħħtu ħafna. Fil-fatt dawn in-Neanderthals kienu jixbhuna ħafna iżda kienu itqal, b’ħafna muskoli u b’saqajn u dirgħajn qosra. Wiċċhom kien aktar tawwali minn talbniedem modern, b’par ħuġbejn kbar li joħorġu fuq għajnejhom, imnieħer wiesa’ u b’geddum żgħir jew xejn geddum. Tgħiduli, “Dan qisu xi cartoon!” Tassew, ħafna cartoons inħadmu fuq il-bniedem preistoriku imma l-forma ta’ wiċċhom u ta’ ġisimhom kienet tgħinhom biex jgħixu filkesħa. Il-ħuġbejn kemxejn ’il barra kienu jipproteġulhom għajnejhom u l-imnieħer wiesa’ kien jikkontrolla t-temperatura ta’ ġisimhom.

Jekk nixtru ħxejjex mingħand bdiewa lokali nkunu qed ngħinu lillambjent għax l-ikel ma jivvjaġġax ħafna.

Enerġija sostenibbli

Nużaw l-enerġija tax-xemx jew ir-riħ, minflok iż-żejt jew il-faħam, għax dawn ma jispiċċawx u ma jagħmlux ħsara lill-arja.

Riċiklaġġ

Meta tuża l-istess bott jew borża aktar minn darba tkun qed tgħin biex jitnaqqas l-iskart.

“Ejja nużaw biss dak li Trasport sostenibbli Meta nużaw ir-roti, nitilgħu l-karozzi verament għandna bżonn, tal-linja jew nimxu minflok nużaw u nieħdu ħsieb għal għada.” il-karozzi nkunu qed nagħmlu l-arja

nadifa u mhux nieħdu ħafna mill-art għat-toroq.

Għaliex is-sostenibbiltà hija importanti? Nipproteġu n-natura

L-annimali u l-pjanti għandhom bżonn spazju nadif biex jgħixu.

Nieħdu ħsieb għall-oħrajn

Jekk aħna sostenibbli, inħallu biżżejjed riżorsi (bħal ilma u ikel) għall-ġenerazzjonijiet il-futuri.

Naħdmu b’mod intelliġenti

Huwa mod kif nieħdu ħsieb dak li għandna mingħajr ma nagħmlulu ħsara.

Dan it-tagħrif inġabar mill-fdalijiet tal-għadam ta’ dawn in-nies li ġew ħafna u ħafna snin qabilna. Ma jfissirx li nafu kollox dwarhom. Għallkuntrarju! Ix-xjenzati għadhom qed isibu informazzjoni ġdida dwarhom. Riċerka ġdida qed turi li n-Neanderthals kienu jużaw subgħajhom biex iħallu marki jew tpinġijiet fejn kienu jgħixu. Dawn it-tpinġijiet instabu ġo għar f’La Roche-Cotard fi Franza. U kienu saru 57,000 sena ilu! Bil-wisq qabel ma l-bniedem modern wasal f’dawk l-inħawi. Id-disinji huma magħmulin minn ħafna tikek, strixxi u linji. Huma fost l-eqdem disinji li nstabu minn dawn l-umani tal-bidu. X’aktarx li dawn ittpinġijiet saru bis-swaba’ b’metodu aktar magħruf bħala finger fluting. Permezz tas-swaba’ kienu joborxu fuq il-ġebel tal-għerien. Ninnotaw li dawn in-nies kienu intelliġenti biżżejjed biex jagħżlu ġebel lixx fejn ipinġu. Għadna ma nafux xi jfissru dawn id-disinji. Id-disinji huma mqassmin fi tmien biċċiet mas-saqaf tal-għar. Uħud jidhru mpinġija bisswaba’ ċatti jew migrufin. Għalkemm ix-xjenza tatna ħafna informazzjoni u tweġibiet għallkurżitajiet tagħna, għad baqgħalna ħafna x’niskopru u nitgħallmu dwar dawn in-nies. Iżda żgur kienet skoperta sabiħa li sirna nafu li n-Neanderthals kienu wkoll artisti!

Kif tista’ tkun sostenibbli int ukoll? Itfi d-dawl meta ma jkunx hemm bżonnu. Uża mill-ġdid borża jew kontenitur minflok tarmi wieħed ġdid. Tħawwel siġra jew tieħu ħsieb pjanta, għax jgħinu biex jagħmlu l-arja aktar nadifa. Tarmi l-iskart fil-kontenituri tajbin. Irriċikla dak li jista’ jerġa’ jintuża.

Fatt kurjuż!

Jekk kull tifel u tifla fid-dinja jagħmlu azzjoni żgħira kuljum biex ikunu sostenibbli, flimkien nistgħu nieħdu ħsieb il-pjaneta tagħna u nagħmluha post aħjar fejn ngħixu!


24

Ħarġa Nru 1

Is-Servizz Pubbliku mil-lenti taż-żgħar

Din is-sezzjoni nġiebet lilkom mis-Servizz Pubbliku

? ku li bb u P z z vi er S sbi jt a sm Qatt Forsi tinstema’ kelma kkumplikata, imma żgur li f’ħajtek kellek diversi esperjenzi li jinvolvu s-Servizz Pubbliku. Jekk taħseb ftit tirrealizza li ħajtek iddur mal-ħaddiema tasServizz Pubbliku minn meta tkun għadek lanqas biss twelidt.

Kif kont għadek f’ġuf ilmamà, il-mamà kienet tmur l-isptar biex jiċċekkjaw li int qed tikber sew f’żaqqha u kienu jisimgħu qalbek ukoll! Meta wasalt biex titwieled sibt ħaddiema tasServizz Pubbliku li għenuk titwieled b’saħħtek. Dawn huma t-tobba, in-nurses u l-ħaddiema kollha fiċ-ċentri tas-saħħa. Imbagħad il-ġenituri tiegħek marru f’uffiċċju biex jirreġistrawk biex issir ċittadin Malti.

Imbagħad hemm ħafna ħaddiema oħra li jaħdmu biex jieħdu ħsieb pajjiżna, inaddfuh u jikkurawh kemm għalina kif ukoll għat-turisti li jżuruna. Xi ngħidu issa li bdejt l-iskola, kemm qed iduru miegħek ħaddiema tasServizz Pubbliku! Mhux biss l-għalliema u l-LSEs li jkunu fil-klassi, imma anke dawk li jagħmlu xogħol ieħor, bħall-purtinara, l-iskrivani u ma ninsewx is-surmast! Hekk kif tispiċċaw mill-iskola probabbli se ssibu pulizija, li jiżgura li intom toħorġu milliskola bla inċidenti.

U jekk il-mamà jew il-papà ħaduk iżżur xi mużew, jew xi tempji Neolitiċi, f’dawn ukoll issib il-gwidi, li jagħmlu parti mis-Servizz Pubbliku, kif ukoll il-kuraturi li jieħdu ħsieb dawn il-mużewijiet.

Imbagħad għall-attivitajiet ta’ wara l-iskola, bħal pereżempju għalliema talisports inkella għalliema tal-arti.

Issa li qra jt dan kollu naħseb irrealizzajt kemm hu importanti s-Servizz Pubbliku! Int li għadek ċkejken tajjeb li tapprezza kull persuna li tagħmel parti mis-Servizz Pubbliku. Kieku ma kienx għal dawn in-nies li semmejna u ħafna aktar ħa jjitna tkun ferm differenti!

Żgur li spjegawlkom li f’każ t’emerġenza għandkom iċċemplu 112 u malajr tara ġejja l-ambulanza bit-tobba u n-nurses, il-fire engine tas-CPD bil-pumpiera; f’każ ta’ inċident fuq il-baħar jew fl-għoli jkun hemm bżonn ukoll is-suldati tal-armata biex jiġu bil-ħelikopter jew bid-dgħajsa... Dawn in-nies li jistgħu jsalvawlek ħajtek kollha huma parti misServizz Pubbliku!

Min jaf kemm-il bandli dort u lgħabt fih! Dak ukoll aktarx pjanawh periti u project managers li jaħdmu ġod-dipartimenti, bħal pereżempju dak tax-Xogħlijiet Pubbliċi, li wkoll jagħmel parti mis-Servizz Pubbliku!

r tikbe ol a l i s .. for ħżel xogħ ! . f a j Min koll tag ubbliku inti w -Servizz P mas


25

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Sirkolar il-kavallier tal-ekonomija ċirkolari

Circular Economy Malta (CEMalta) hija aġenzija taħt il-Ministeru għallAmbjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika b’missjoni li tbiddel il-mod ta’ kif nużaw ir-riżorsi tagħna, u b’hekk nirbħu l-battalja kontra l-iskart. Preżentament Malta taħdem fuq il-prinċipji ta’ dik li tissejjaħ “ekonomija lineari”, fejn il-prodotti huma użati u mbagħad jintremew. Pereżempju meta nixtru l-ikel take away, wara li nieklu, narmu l-kaxxi tal-ikel, li jkomplu jżidu mal-iskart, li fl-aħħar mill-aħħar huwa ħażin għad-dinja tagħna lkoll. CEMalta qed taħdem biex tbiddel l-ekonomija ta’ Malta għal waħda aktar ċirkolari. L-ekonomija ċirkolari hi meta nerġgħu nużaw il-prodotti, nirranġawhom u nirriċiklawhom minflok narmuhom. B’dan il-mod inżommu l-prodotti fis-suq għal aktar żmien u nġeddu l-ħajja talprodotti, sabiex innaqqsu l-iskart u ngħinu l-ambjent. F’ekonomija ċirkolari l-prodotti jiġu ddisinjati apposta sabiex tiġi mtawla dik li nsejħulha “life-cycle” tal-prodott, li fi kliem iktar sempliċi hija l-ħajja talprodott, billi jiġu rranġati faċilment u jkunu riċiklabbli meta ma jistgħux jintużaw aktar.

Din is-sezzjoni nġiebet lilkom millMinisteru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika

Inti Kif Tista’ Tgħin?

X'Tagħmel Circular Economy Malta? L-Aġenzija toħloq inizjattivi sabiex in-negozji u l-konsumaturi jkunu mħeġġa sabiex jirriċiklaw, jerġgħu jużaw u jnaqqsu l-iskart. Pereżempju CEMalta nediet l-inizjattiva “Bring Your Own Container (BYOC)” blgħan li tnaqqas l-użu tal-kontenituri tal-plastik li jintużaw darba biss. L-inizjattiva għandha l-għan li tnaqqas il-plastik billi tinkoraġġixxi lin-nies biex jieħdu magħhom kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw, meta jixtru prodotti li jinbiegħu f’kontenituri li jintużaw darba biss. L-inizjattiva tal-BYOC tista’ tintuża mill-konsumaturi fi ħwienet reġistrati madwar Malta u Għawdex.

Avolja CEMalta qed tagħmel ħafna biex tgħin lil Malta tikkonverti għallekonomija ċirkolari, hemm affarijiet sempliċi li kulħadd jista’ jagħmel biex jgħin. Tista’ tibda billi tirriċikla aktar id-dar, tieħu l-kontenituri li jistgħu jintużaw iktar minn darba meta tmur tixtri u tużahom għall-ikel tal-iskola wkoll. Tista’ tuża l-affarijiet aktar minn darba, u tipprova tirranġahom qabel ma tarmihom. Passi żgħar bħal dawn jistgħu jagħmlu differenza kbira!

Għaliex l-Ekonomija Ċirkolari hija Importanti?

B’hekk inkunu lkoll kavallieri tal-ekonomija ċirkolari!

L-ekonomija ċirkolari tgħin sabiex nipproteġu l-ambjent billi jitnaqqas l-iskart. Apparti minn hekk, irriċiklaġġ u l-użu mill-ġdid talmaterjali huma iktar effiċjenti milli meta jinħolqu materjali ġodda. L-ekonomija ċirkolari toffri wkoll benefiċċji lin-negozji billi tgħinhom isiru inqas dipendenti fuq il-materjal ġdid (raw materials).

Skennja dan il-QR biex issib mappa tal-ħwienet kollha reġistrati ma’ din l-inizjattiva.

Pereżempju fl-ekonomija ċirkolari mill-ħwejjeġ il-qodma jistgħu jinħolqu ħwejjeġ ġodda, il-fliexken tal-plastik jistgħu jiġu riċiklati biex jinħolqu prodotti tal-plastik differenti, u l-karti jistgħu jerġgħu jiġu użati biex jinħolqu karti oħra. Dan mhux biss jgħin biex jiġi protett l-ambjent, iżda jgħin ukoll biex ma nużawx aktar riżorsi naturali milli meħtieġ.

cemalta.gov.mt


26

Ħarġa Nru 1 Din ir-rokna nġiebet lilkom mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Kitba ta’ Wayne Farrugia

ir-

F

i ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, li ilha taħdem qatigħ sa mill-2014, jeżistu diversi programmi edukattivi, bilgħan li jrawmu l-bilingwiżmu fost it-tfal sa minn età bikrija. Fost dawn il-programmi nsibu ‘Bil-Ħila Tagħkom’, li jixpruna l-ħila tat-tfal fit-tagħlim filwaqt li jħeġġeġ lill-edukaturi sabiex joħolqu riżorsi interattivi u attraenti bil-Malti u bl-Ingliż, f’kollaborazzjoni mad-djar tal-pubblikazzjoni lokali. Dawn ir-riżorsi jitqassmu b’xejn fl-iskejjel u jinkludu kotba kbar, kotba tal-qari, leħħiet, kartelluni, kotba diġitali, applikazzjonijiet għat-tablets, logħob edukattiv, CDs u animazzjonijiet viżivi. Ir-riżorsi stampati jitqassmu lill-edukaturi tas-snin bikrin, tal-primarja u tal-iskejjel medji u sekondarji, waqt li l-animazzjonijiet viżivi jittellgħu fuq ilmezzi soċjali tal-Aġenzija, fosthom l-istazzjon tal-YouTube. Permezz tal-kitba, l-istampi u r-riżorsi awdjoviżivi, it-tfal jistgħu jaqraw, jaraw u jisimgħu, u minn dan kollu jkunu kapaċi jixtarru s-sinjali murija għat-titjib fil-kompetenza lingwistika, kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż.

TAL-AĠENZIJA

Bil-Ħila Tagħkom

Is-sena li għaddiet, fl-2024, rajna żieda sostanzjali fil-ħolqien tar-riżorsi, kemm dawk stampati kif ukoll diġitali, ta’ ġeneri u temi differenti. Ir-riżorsi msemmija jkunu mmirati għal tfal ta’ sena partikolari fliskejjel, it-tielet sena tal-Primarja. Fost dawn il-kotba, immirati għat-tfal tat-tielet sena tal-Primarja, insibu Is-Sur Geġweġ Jagħmel Waħda Tinkiteb, parti mis-serje tal-istejjer tas-Sur Geġweġ miktubin minn Daniela Callus, b’illustrazzjonijiet ta’ Sue Flask u ppubblikati mill-BDL. Din l-istorja ddur madwar il-protagonista, is-Sur Geġweġ, anzjan twajjeb u grazzjuż, li kien dara jieħu ħsieb il-ġnien kbir tal-familja Williams. Inħeġġeġ lit-tfal biex jiftħu l-ktieb u jaqraw din l-istorja tassew sabiħa u li tqanqal ilkurżità. Ktieb ieħor, li żgur jinżel tajjeb mat-tfal tat-tielet sena tal-Primarja, hu Ir-Rima Ġġib Tbissima, ġabra ta’ poeżiji miktubin minn Sylvana Vassallo, b’illustrazzjonijiet ta’ Kathleen Flask u ppubblikat minn Gutenberg Press. Dan il-ktieb jinkorpora seba’ taqbiliet u kull taqbila għandha tema partikolari, u mżewqa bir-rima mbewsa, sabiex jinħoloq ritmu sabiħ għat-temi ttrattati.

Bis-saħħa tal-kelma u l-kuluri vivaċi tal-istampi nistgħu nħeġġu aktar lit-tfal biex jitgħallmu u jtejbu l-ħiliet fil-qari u fis-smigħ għat-tisħiħ tal-ħiliet tagħhom fil-lingwa Maltija.

Kompetizzjoni Is-Sur Geġweġ jagħmel waħda tinkiteb kitba ta' Daniela Callus

Ir-Rima Ġġib Tbissima kitba ta' Sylvana Vassallo

Aqra l-ktieb Il-Misteru tal-Manuskritt il-Vjola (2024) ta’ Evan Chetcuti, misjub fil-libreriji pubbliċi, u wieġeb tajjeb il-mistoqsijiet, u idħol biċ-ċans li tirbaħ wieħed minn dawn il-kotba, ġentilment mogħtija millAġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

1. X’kien jisimha l-fekruna fil-ktieb? 2. X’kien jisimha proprja, is-Sa Vjoletta? 3. X’ħadet magħha fil-basket Pimpa qabel ma telqet lejn il-barumbara?

Tista’ tibgħat it-tweġibiet lill-Aġenzija fl-indirizz elettroniku nla@ilearn.edu.mt sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar 2026.


27

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Fejn kull żiemel jingħata ċans ieħor fil-ħajja Kitba ta' Laura Galea, Voluntiera

Taf li inti tista' tgħin ukoll? Kif, imma? Jekk tixtieq torganizza festin tat-tfal, sessjonijiet ta’ rkib taż-żwiemel għal kull età jew kwalunkwe attività oħra relatata li tista’ tgħin biex tiġbor il-fondi għal dawn il-kreaturi sbieħ, jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tikkuntattja lil Korin bin-numru 99947633. Jekk jogħġbok żur ukoll il-paġna tagħna ta’ Facebook għal aktar dettalji u ejja żurna.

L-RMJ Horse Rescue – l-unika NGO ta’ salvataġġ taż-żwiemel f’Malta – ilha topera għal dawn l-aħħar disa’ snin bil-missjoni li ssalva żwiemel traskurati u destinati għall-qatla. Kull sena madwar 100 żiemel jiġu kkurati, riabilitati u, kull meta jkun possibbli, jingħataw dar ġdida – u b’hekk jingħataw it-tieni ċans sikur fil-ħajja. Wara kull salvataġġ hemm storja ta’ sopravivenza. Ħafna minn dawn iż-żwiemel jaslu midruba, abbandunati jew

destinati għall-qatla. Bil-kura u d-dedikazzjoni l-RMJ tagħtihom lura s-saħħa u l-fiduċja tagħhom u tbiddel id-disperazzjoni f’tama. Barra minn hekk l-RMJ ilha tieħu żwiemel li twaqqfu mill-Animal Welfare, filwaqt li tikkollabora mal-gvern, għax sal-lum m’għandhiex spazju adattat u biżżejjed għalihom. Minkejja li ilha mwaqqfa biss ftit snin l-RMJ Horse Rescue kibret b’mod esponenzjali hekk kif id-domanda

biex jiġu megħjuna aktar u aktar żwiemel tiżdied minn sena għal oħra. Minħabba l-fatt li Malta hija gżira żgħira ħafna u l-art hija limitata huwa estremament diffiċli li ssib nies li huma lesti li jagħtu djar ġodda liż-żwiemel lokalment. Mod wieħed kif ilaħħqu man-numru ta’ żwiemel li jispiċċaw mit-tiġrijiet u fil-periklu li jinqatlu huwa billi jiġbru l-fondi sabiex ikunu jistgħu jesportaw dawn iż-żwiemel barra minn Malta.

LETTERS TO SANTA

25 NovembRU - 31 DICEMBRU IL-BELT valletta

rmjshorserescue.org


28

Ħarġa Nru 1

Id-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art Kitba ta' Laura Galea Assistant Manager, Taqsima għas-Sostenibbiltà, id-Diġitalizzazzjoni u l-Affarijiet Internazzjonali, Transport Malta

I

llum ser nagħtikom xi informazzjoni utli dwar it-Taqsima tas-Sostenibbiltà, idDiġitalizzazzjoni u l-Affarijiet Internazzjonali, li tifforma parti mid-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art fi ħdan Transport Malta. It-taqsima hija magħmula minn 6 membri li kollha jkopru rwoli u dmirijiet differenti. Ir-responsabbiltajiet ewlenin li jaqgħu taħt din is-sezzjoni jkopru fost l-oħrajn l-Iskemi ta' Għotjiet tal-Gvern, il-proċess ta' Diġitalizzazzjoni tas-sistemi diversi tad-Direttorat, kif ukoll il-materji kollha relatati mal-affarijiet internazzjonali, filwaqt li nkunu ta’ sostenn għad-dipartimenti l-oħra li jaqgħu taħt l-istess Direttorat. Kull irwol jitlob impenn u dedikazzjoni, kemm lejn il-klijenti, kif ukoll lejn l-Awtorità. Il-kariga attwali tiegħi tkopri primarjament dak kollu li jirrelata ma' affarijiet internazzjonali, leġiżlazzjoni tal-pajjiż u relazzjonijiet Ewropej. Bħalissa qed nirrappreżenta lill-Awtorità fi proġett ewlieni ffinanzjat mill-UE, imsejjaħ eFTI4ALL. Aspetti ewlenin u kruċjali fi proġetti bħal dan jinkludu t-twaqqif ta' eFTI Gate millIstati Membri, li se tkun soluzzjoni teknoloġika li tippermetti komunikazzjoni diġitali u awtomatizzata bejn l-eFTI Gates tal-Istati Membri kollha u l-pjattaformi tal-eFTI użati mill-operaturi tat-trasport biex jaħżnu u jaqsmu l-informazzjoni u d-dokumenti diġitali tagħhom. Proġett interessanti ieħor li qed naħdmu fuqu bħalissa huwa s-Sistema ta' Kwoti Multilaterali tal-ECMT. Din is-sistema tittratta l-liċenzji li jinħarġu mill-Forum Internazzjonali tat-Trasport, organizzazzjoni fi ħdan l-OECD, u jintużaw minn trasportaturi li jġorru merkanzija fil-kuntest usa' Ewropew, li jestendi mill-Portugall salAżerbajġan, u jinkludi 43 pajjiż differenti. Malta ilha għal żmien membru tas-sistema tal-ECMT. Dawn iż-żewġ proġetti jokkupaw l-akbar parti tal-ħidma tiegħi. F’dawn il-ġranet ospitajna t-tieni laqgħa annwali tal-ECMT f'Malta li tippreċedi t-tnedija talLiċenzja Diġitali l-ġdida. Dan isegwi l-kisba ta’ proġett twil 8 snin, li tmexxa mill-Inġinier Ronald Attard Pullicino, Direttur tat-Taqsima għasSostenibbiltà, id-Diġitalizzazzjoni u l-Affarijiet Internazzjonali, bħala l-president tas-sottogrupp tad-diġitalizzazzjoni. Għal din il-laqgħa kien hemm ukoll preżenti l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta s-Sur Kurt Farrugia, kif ukoll mistiedna distinti oħra.

Il-laqgħa saret fil-binja antika tal-Università fil-Belt Valletta, u kienet mifruxa fuq medda ta’ jumejn. Dan ix-xogħol jifforma parti mill-isforzi kontinwi tagħna biex nikkonsolidaw il-pożizzjoni ta’ Malta fejn jidħol it-trasport tal-merkanzija. Għaldaqstant, l-Awtorità organizzat mawra qasira fuq il-baħar madwar il-Port il-Kbir għaddelegati preżenti. Dan kollu sar sabiex pajjiżi akbar minn Malta jkunu jistgħu jifhmu aktar l-isfidi li jgħaddu minnhom it-trasportaturi Maltin tal-merkanzija.

Kif aċċennajt aktar qabel, l-eFTI4ALL huwa wkoll proġett pjuttost innovattiv u ambizzjuż fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija. Bi pjaċir inħabbru li bejn il-25 u s-26 ta’ Novembru ta’ din is-sena ser jiġi organizzat it-3 konsorzju ġewwa pajjiżna, li ser ikun organizzat mill-Awtorità tat-Trasport f’Malta. Waqt dan il-konsorzju, esperti Ewropej u lil hinn, kif ukoll membri tal-Kummissjoni Ewropea, ser ikollhom l-opportunità li jiddiskutu dan is-suġġett aktar bir-reqqa. F’Mejju li għadda kelli l-opportunità li nieħu sehem fit-2 konsorzju tal-istess xorta li sar ġewwa Copenhagen, id-Danimarka. Attwalment Malta bħala Membru Stat fi ħdan il-proġett qiegħda tevalwa l-possibilitajiet kollha qabel ma timxi għall-pass li jmiss. Fost id-diversi xenarji li nistgħu nagħżlu nsibu dak li nibnu l-eFTI Gate tagħna, li nużaw eFTI Gate ta’ pajjiż ieħor, jew il-multitenancy. Il-multitenancy huwa software li bih applikazzjoni waħda sservi diversi klijenti (tenants), kull wieħed bid-data. L-aċċess huwa sikur u privat individwalment, minkejja li jaqsmu l-istess infrastruttura. Il-vantaġġi primarji ta' sistema b'ħafna klijenti huma spejjeż imnaqqsa b'mod sinifikanti permezz ta' riżorsi kondiviżi, aċċess aħjar biex takkomoda d-domanda dejjem tikber, u manutenzjoni simplifikata

hekk kif l-aġġornamenti jiġu applikati u kondiviżi darba biss minflok għal ħafna drabi. Benefiċċji oħra jinkludu użu aktar effiċjenti tarriżorsi, implementazzjoni aktar mgħaġġla ta' karatteristiċi ġodda, u l-abbiltà għall-fornituri li joffru servizzi b'inqas spejjeż ġenerali. Din it-taqsima hija relattivament ġdida u żgħira, tkopri ħafna aspetti importanti relatati madDirettorat tat-Trasport fuq l-Art. Inħeġġukom issegwuna fuq il-midja soċjali ta' Transport Malta, kif ukoll tibagħtulna email fuq: sdia.tm@ transport.gov.mt jekk tixtiequ ssiru tafu aktar dwar ix-xogħol siewi li tagħmel l- Awtorità.


29

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

Studenti Maltin Jitkellmu mal-Ispazju!

Kitba ta' Trevor Sammut

Immaġina li tkun fil-klassi tiegħek u f’daqqa waħda tista’ titkellem direttament ma’ astronawti li qed iduru madwar id-Dinja fl-ispazju! Dan kien eżattament dak li ġara lil grupp ta’ studenti millKulleġġ Stella Maris fil-Gżira, grazzi għall-Malta Amateur Radio League MARL.

Konnessjoni Storika mal-International Space Station (ISS)

Fil-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira - Faċilitata mill-Malta Amateur Radio League Kif Ġara dan?

L-istudenti setgħu jagħmlu dan il-kuntatt speċjali permezz ta’ apparat tarradju, li hu bħal walkie-talkie super qawwi. Il-MARL, li hu grupp ta’ esperti li jħobbu r-radju, ippreparaw kollox biex l-istudenti jkunu jistgħu jitkellmu mal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS). L-ISS huwa stazzjon kbir li jdur madwar id-Dinja malajr ħafna – sa 28,000 kilometru fis-siegħa!

L-Isfida tat-Teknoloġija

Biex dan il-kuntatt seta’ jseħħ kellhom jintużaw antenni speċjali li jsegwu l-ISS waqt li jkun qed jiċċaqlaq fis-sema. L-esperti tal-MARL installaw apparat li jista’ jibgħat u jirċievi sinjali tar-radju fuq frekwenzi speċjali. Dan kollu għen biex l-istudenti jitkellmu direttament mal-astronawti fuq l-ISS!

X’Kienu Jistaqsu l-Istudenti?

L-istudenti setgħu jistaqsu ħafna mistoqsijiet lillastronawti, bħal: • X’jieklu fl-ispazju? • Kif jorqdu jekk m’hemmx gravità? • Kif taħdem ilkomunikazzjoni hekk ‘il bogħod mid-Dinja? L-astronawti wieġbu b’ħafna interess, u l-istudenti kienu eċċitati ħafna li setgħu

jitkellmu magħhom. Ilkuntatt kien imxandar live fuq YouTube, u ħafna nies setgħu jaraw dan il-mument speċjali.

Għaliex Dan Huwa Importanti?

Dan l-avveniment kien importanti ħafna għax jurina kif it-teknoloġija tista’ tgħinna nikkomunikaw, anke ma’ nies ’il bogħod ħafna minna. L-istudenti tgħallmu wkoll dwar STEM, li tfisser **Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika**. Dawn huma suġġetti importanti għal min jixtieq isir xjenzat, inġinier jew astronawta fil-futur!

Il-Ġejjieni tal-Ispazju f’Malta!

Il-MARL qed jaħdmu biex ikomplu jġibu aktar opportunitajiet bħal dawn f’Malta. Forsi fil-futur aktar skejjel ikollhom iċ-ċans li jitkellmu mal-ISS jew forsi, xi darba, wieħed minn dawn l-istudenti jsir astronawta!

Trid tara l-video talkuntatt mal-ISS? Mur fuq YouTube u fittex Malta ARISS ISS Contact biex tarah!

Esperjenza li Tibqa’ F’Moħħna! Grazzi għal din l-esperjenza unika l-istudenti ta’ Stella Maris mhux biss tgħallmu

fatti ġodda dwar ix-xjenza u t-teknoloġija imma wkoll raw kif dawn jaħdmu fil-prattika. Permezz talkonnessjoni mal-astronawti fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS), huma fehmu kif il-komunikazzjoni tista’ sseħħ anke mill-ispazju u kemm hu importanti li naħdmu flimkien biex nagħmlu affarijiet kbar.

Malta u l-Ispazju – Pass 'il Quddiem! Il-Malta Amateur Radio League (MARL) irringrazzja lill-istudenti u l-għalliema għall-parteċipazzjoni tagħhom u qed jaħdem biex jagħmel esperjenzi bħal dawn aktar komuni f’Malta. L-għan tagħhom hu li jerġgħu jorganizzaw kuntatt bħal dan fi skola oħra, sabiex aktar tfal ikunu jistgħu jiksbu esperjenza diretta ma’ xjentisti u nies li jaħdmu fl-ispazju!

Għalkemm kien hemm sfidi tekniċi, bħall-ħtieġa li jaġġustaw il-frekwenzi tarradju f’ħin reali u jiżguraw li l-konnessjoni tkun ċara, ittim ta’ MARL xorta rnexxielu jagħmel kollox b’suċċess. L-attività kienet tant importanti li ġiet imxandra fuq it-televiżjoni, fil-ġurnali u anke fuq stazzjonijiet barranin. Kienet ukoll disponibbli live fuq YouTube, u kull min ried seta’ jara din l-esperjenza affaxxinanti!

STEM Is-Suġġetti tal-Futur! STEM hija kelma importanti li tfisser:

Xjenza L-istudju tal-fiżika, il-

kimika, il-bijoloġija u x-xjenzi ambjentali biex nifhmu kif jaħdmu d-Dinja u l-univers.

Teknoloġija L-użu ta’

apparat u programmi li jgħinuna f’ħajjitna, bħal kompjuters, robots u software.

Inġinerija L-iżvilupp u d-disinn ta’ bini, trasport u sistemi mekkaniċi u elettroniċi. Matematika L-istudju tan-

numri u l-formuli li jgħinuna nsibu soluzzjonijiet għal problemi xjentifiċi. STEM qed isir dejjem aktar importanti għax jgħin lillistudenti jitgħallmu ħiliet li jistgħu jgħinuhom fil-karrieri tagħhom fil-futur – forsi anke biex isiru astronawti, xjenzati jew inġiniera!


30

Ħarġa Nru 1

14 - 23 November 2025 www.ziguzajg.org

Produced by

Partners

Għaliex qed isseħħ il-gwerra fl-Ukrajna?

I

l-gwerra fl-Ukrajna bdiet għax hemm tilwima bejn żewġ pajjiżi: l-Ukrajna u r-Russja. Dawn huma pajjiżi kbar fl-Ewropa tal-Lvant, u għandhom storja twila li kienu jgħixu qrib xulxin.

Ftit snin ilu l-Ukrajna ħadet deċiżjonijiet biex tgħaqqad irrelazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi oħra fl-Ewropa, bħall-Ġermanja, Franza u l-Italja. Dan ma kienx ta' qbil marRussja.

X'ġara wara? Fl-2022 ir-Russja bdiet operazzjoni militari fl-Ukrajna biex tipprova tieħu xi partijiet minnha, li ħalliet impatt kbir fuq ħafna nies u bliet fil-pajjiż. Ħafna familji kellhom iħallu djarhom u jfittxu postijiet oħra fejn jgħixu.

X'tista' tagħmel int? •

Tgħin lin-nies li ntlaqtu millgwerer billi tipparteċipa f’kampanji jew avvenimenti għall-għajnuna.

•

Tkun ġentili u taqsam ma’ sħabek biex turi kemm ilħbiberija hija importanti.

•

Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.

X'qed jagħmlu pajjiżi oħra? Ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja, bħall-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-pajjiżi Ewropej, qed jgħinu lillUkrajna billi jibagħtu l-għajnuna, bħall-ikel, il-mediċina u xi drabi anke l-armi. Għandhom ukoll sanzjonijiet fuq ir-Russja biex jippruvaw iwaqqfuha. Huwa importanti li tifhem... Il-gwerer huma dejjem ħżiena għal kulħadd għax iġibu tbatija għal ħafna nies, speċjalment għat-tfal li jgħixu f’żoni fejn ikun qed iseħħ il-ġlied. Aħna nistgħu nagħmlu differenza billi nitgħallmu dwar ilpaċi u nirrispettaw lil xulxin.


31

aħbarijiet • tagħrif • intervisti • divertiment

MaltaPost nediet sensiela ġdida ta’ erba’ bolol biex tiċċelebra l-imħabba għall-qtates fil-gżejjer Maltin. Il-bolli ġew iddisinjati mill-artist Malti Andrew Micallef. Il-Felis catus, magħruf aktar bħala l-qattus domestiku jew tal-familja, huwa mammiferu karnivoru żgħir tal-familja Felidae. Il-qattus ilu annimal domestiku għal kważi 10,000 sena, u sar wieħed mill-annimali domestiċi l-aktar popolari, apprezzat kemm għall-kumpanija tiegħu kif ukoll għall-ħila tiegħu biex jaqbad ilġrieden u l-firien. Il-qtates huma annimali

Il-bolla ta’ €0.20 turi qattus oranġjo, mistrieħ f’nofs ilkampanja bil-belt antika taċĊittadella fl-isfond. Dan il-qattus huwa tat-tip calico b’suf twil, li jikkaratterizza ruħu bil-kulur abjad, oranġjo u iswed. Jgħidu li qtates ta’ dan it-tip iġibu magħhom il-ġid u l-fortuna, u huma kważi dejjem nisa.

Il-bolla ta’ €0.45 turi qattus abjad tat-tip "tabby", fil-bajja tas-sajjieda ta’ Marsaxlokk, b’veduta tal-knisja parrokkjali tal-Madonna ta’ Pompei fl-isfond. Il-qtates jiġu f’diversi kuluri u disinji inkluż dak klassiku magħruf bħala mackerel, b’linji dojoq tul ġisimhom kollu. Meta jkollhom saqajn u sider bojod jissejħu tabby and white.

indipendenti li jieħdu ħsieb tagħhom infushom, u m’għandhomx bżonn ħafna attenzjoni. Ġeneralment huma kwieti, ġentili u għandhom riflessi tajbin ħafna, snien ippuntati u jaqtgħu, vista tajba ħafna billejl u kapaċi jxommu ħafna. Ilkomunikazzjoni tagħhom tinkludi ħsejjes bħal li jingħu, purring, hissing u growling.

Il-bolla ta’ €1.00 turi qattus oranġjo tat-tip “tabby” fuq bank tal-ħadid fil-miftuħ, b’veduta talkappella ddedikata lill-Madonna ta’ Lourdes fuq l-għolja li tħares lejn il-Port tal-Imġarr. Il-qtates tabby, magħrufa wkoll bħala ginger, huma popolari għallistrixxi li għandhom. L-aktar popolari fosthom huwa t-tabby oranġjo. Il-karattru ta’ Garfield, il-qattus fittizju li jħobb il-lażanja, huwa wieħed mill-aktar qtates oranġjo ta’ dan it-tip magħrufin fid-dinja tal-cartoons.

Il-bolla ta’ €1.91 turi qattus b’suf twil tat-tip Tuxedo, bil-villaġġ tas-Siġġiewi u l-knisja parrokkjali ta’ San Nikola fl-isfond. Il-qtates Tuxedo għandhom suf iswed u abjad li jixbah l-ilbies eleganti tal-irġiel. Karattri popolari ta’ dan it-tip huma Felix u Sylvester, magħrufa wkoll fil-cartoons.

Data tal-ħruġ: 4 ta’ April 2025 Disinjatur: Andrew Micallef Perforazzjoni: 14.1 x 14.2 (comb) Proċess: Offset Folja: Sensiela ta’ 4 bolli – 10 bolli f’folja Valuri: €0.20, €0.45, €1.00, €1.91 Watermark: Salib Malti Daqs tal-Folja: 115mm x 182mm Daqs tal-Bolli: 44mm x 31mm

maltaphilately.com


32

Ħarġa Nru 1

Ir-rivista

ĦARĠA NRU 388 NOVEMBRU 2024

Sagħtar I

l-Maltin kollha jafu x’inhi r-rivista Sagħtar. Ħafna jistennewha bil-ħerqa fl-iskejjel, waqt li oħrajn jirċevuha bil-posta d-dar. Is-Sagħtar ikun fih minn kollox – litteralment maħżen ta’ divertiment u informazzjoni.

stejjer Frazer

Komik

IRBAĦ Muniti

ttivi

kommemora

Irreġistra hawn.

Imma kif beda s-Sagħtar? Min ħareġ bl-idea tiegħu?

ĦARĠA NRU 390 JANNAR 2025

Irridu nqisu l-kuntest ta’ meta beda. Fl-1970 ilMoviment Qawmien Letterarju beda kampanja nazzjonali biex irawwem sens ta’ identità nazzjonali fil-Maltin, bit-titlu “Kampanja Lsien Malti”. Sfortunatament il-Malti kien għadu mhux mogħti ġieħ u rispett biżżejjed. F’ħarġa 50 (Ottubru-Novembru 1977), fl-artiklu tiegħu “Sagħtar mill-1971 ’l hawn”, Oliver Friggieri jgħid li riedu jċaqalqu l-affarijiet, għax il-Malti ma kienx meqjus tajjeb biżżejjed “għall-użu dinjituż u uffiċjali fl-oqsma differenti tal-ħajja tal-pajjiż”. Għalhekk il-Moviment ħoloq rivista mmirata għal udjenza żagħżugħa. Friggieri jsemmi speċifikament li “kellna f’moħħna l-qagħda talMalti fl-iskejjel” sekondarji. Fost l-imħuħ wara dan il-proġett kien hemm Mario Azzopardi, Anthony S. Azzopardi u Oliver Friggieri nnifsu. Dan tal-aħħar ifakkar id-diskussjoni li kellhom hu u Mario Azzopardi dwar it-titlu li riedu jagħtu lir-rivista. Waslu għall-isem “Sagħtar” għax riedu “kelma Maltija safja iżda mhux stramba, fiha l-ġmiel tal-ħoss u tevoka l-fwieħa ta’ ħaxixa li tiżgħed fi gżiritna.” U s-Sagħtar beda f’Jannar 1971 u baqa’ sejjer, grazzi għal diversi għalliema fl-iskejjel u mijiet ta’ kontributuri matul is-snin. Ix-xogħol biex jinħareġ kien – u għadu llum ukoll – bla qies. Friggieri jsemmi “xogħol ta’ tħejjija, ġiri, kitba, korrezzjonijiet u ħwejjeġ oħra”. Ma’ dan, illum il-ġurnata, żdied ix-xogħol kbir fuq id-disinn, il-komponent diġitali u x-xogħol li jġib miegħu biex is-Sagħtar jittella’ b’format diġitali fissit saghtar.org.mt u fl-app tas-Sagħtar. Iżda l-għan għadu l-istess kif kien meta beda: li jitrawwem sens ta’ għarfien u mħabba għallMalti fl-istudenti Maltin u Għawdxin.

stejjer

Komik BIEX ĠISIMNA JAĦDEM SEW

Biex dan iseħħ, wara li s-Sagħtar kien twaqqaf għal xi żmien fl-2015, twaqqfet fondazzjoni fl-2020, li jisimha propju Fondazzjoni Sagħtar, fi ħdan l-MUT, li kienet ilha tippubblika r-rivista mill-1976, wara li l-Moviment Qawmien Letterarju kien għadda d-drittijiet lilha. Illum il-ġurnata l-Fondazzjoni tippubblika s-Sagħtar kemm fil-format tradizzjonali stampat kif ukoll fil-format modern diġitali. Nawguraw li dan jibqa’ jseħħ għal ħafna snin oħra, għall-ġid u l-gost tal-istudenti Maltin.

Irreġistra hawn.

Ordna l-magażin stampat

saghtar.org.mt/hanut


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Il-Ġurnal Ħarġa Nru 1 by arthouse - Issuu