# ARKIVJINAZZJONALI 2035






ABBOZZ GĦALL-KONSULTAZZJONI
L-aħjar mod biex inbassru il-futur huwa li nsawruh.










![]()






ABBOZZ GĦALL-KONSULTAZZJONI
L-aħjar mod biex inbassru il-futur huwa li nsawruh.










Ftit xhur ilu fakkarna għeluq l-20 sena mit-twaqqif tal-Arkivji
Nazzjonali ta‘ Malta.
Meta nħarsu lura, insibu ħafna raġuniijet għaliex inkunu sodisfatti
bl-iżvilupp kbir li wettaqna flimkien. L-ewwel messaġġ tiegħi huwa
ta’ ringrazzjament u gratitudni.
Madanakollu dmirna huwa li nħarsu ’l quddiem u nsawru l-futur
tal-Arkivji Nazzjonali flimkien.
Hu għalhekk li bdejna dan l-eżerċizzju biex naraw x’Arkivji
Nazzjonali rridu f’Malta li qed tiżviluppa. Jekk ma nafux fejn irridu
mmorru, m’aħna se naslu qatt. L-azzjonjiet u l-għażliet tagħna
jkunu biss reazzjoni bla riflessjoni u mhux pass fl-iżvilupp u l-bini
ta’ Arkivji Nazzjonali xieraq.
Mhux qed nagħmlu dan l-eżerċizzju mingħajr kuntest.
Irridu nirriflettu fil-kuntest usa tal-Viżjoni 2050 li l-Gvern qed
jiżviluppa bħala pjan strateġiku li jistabbilixxi x’tip ta’ pajjiż Malta
għandha tkun sal-2050. Dan il-pjan jinkudi miri interim għall-2035.
Il-Viżjoni 2050 għall-pajjiżna hija: “Nazzjon sigur u reżiljenti, ispirat mill-wirt tiegħu u mmexxi mill-progress, li jippromwovi kwalità ta’ ħajja sana għal kulħadd.”
Aħna qed nistaqsukom: “X’Arkivji Nazzjonali tridu li nkunu f’din Malta li qed tissawwar?”
Bdejna billi smajna lill-istaff tal-Arkivji Nazzjonali u ħejjejna dan l-abbozz ta’ viżjoni strateġika; issa qed naqsmu dan l-abbozz mal-imsieħba tagħna u mas-soċjetà kollha.
Nistednukom li taqsmu magħna il-veduti, ix-xewqat u l-aspirazzjonjiet tagħkom. Inħeġġiġkom taqsmu magħna il-ħsibijiet tagħkom. Ħejjejna kwestjonarju biex tagħmlu dan; jekk tixtiequ tużawh, tistgħu tużaw il-QR code t'hawn taħt.
Grazzi tal-kontribut tagħkom.
Prof. Charles J. Farrugia
Arkivista Nazzjonali u CEO
Kwestjonarju Online












Għoxrin sena ilu l-Arkivji Nazzjonali
ġew imwaqqfa b’Att tal-Parlament
bħala entità pubblika bil-missjoni li
“jippreserva l-memorja kollettiva
tan-nazzjon Malti permezz tal-protezzjoni u l-aċċessibbiltà tal-arkivji pubbliċi”
(Att Dwar Arkivji Nazzjonali 3(1)).
Meta nħarsu lura naraw li matul dawn l-għoxrin sena kbirna, żviluppajna u tajna servizz.
Illum qed nagħtu servizz minn erba’
arkivji, servizz li qatt ma waqaf... lanqas fl-eqqel tal-COVID-19.
Ġbarna 20 kilometru ta’ rekords u ħdimna fuq 1,500 akkwist.
Bdejna nibnu katalgu diġitali.
Ikkonkludejna 132 retention policy ma’ Ministeri, Dipartimenti u Aġenziji tal-Gvern.
Waqqafna laboratorju ta’ konservazzjoni.
Ħloqna il-proġett MEMORJA biex
niġbru u nagħmlu aċċessibli l-istorja li ma tinqabadx fid-dokumenti amministrattivi.
Bdejna n-NAVI (National Audiovisual Institute) biex nippreservaw u nagħmlu aċċessibli r-rekords awdjoviżivi.
Ikkollaborajna mal-Università ta’ Malta biex niżviluppaw t-taħriġ fix-xjenzi arkivistiċi.
Minn ħames impjegati llum tlajna mal-erbgħin ruħ.
Aħna jidhrilna li wasal iż-żmien li nħarsu ‘l quddiem biex nikkonsolidaw dak li bnejna flimkien, biex inwettqu aħjar il-missjoni tagħna f’kuntest li kontinwament qed jinbidel.
Għalhekk irriflettejna flimkien, smajna lill-klijienti tagħna, tkellimna mal-voluntiera li jappoġjawna, u ddiskutejna mal-esperti.
Issa flimkien sawwarna l-viżjoni ta’ dak li rridu nkunu għaxar snin oħra, viżjoni li għandha tiggwida l-operat tagħna u l-għażliet li rridu nagħmlu.

Il-viżjoni tal-Arkivji Nazzjonali għall-għaxar
snin li ġejjin hija li nkunu sieħeb ewlieni
fl-iżvilupp ta’ soċjetà Maltija aktar demokratika u iżjed inklussiva billi nkomplu niżviluppaw f’repożitorju tal-memorja ta’ pajjiżna awtentitiku, aċċessibli u fdat.

Il-missjoni tal-Arkivji Nazzjonali
hi li nħarsu u nagħmlu aċċessibli l-memorja nazzjonali għat-trawwim
ta’ ċittadini ffurmati, infurmati u attivi waqt li nippromwovu t-trasparenza u l-kontabbilità
tal-istituzzjonijiet pubbliċi.

Il-ħidma tagħna matul l-għaxar snin
li ġejjin se tkun ispirata u ggwidata
minn dawn il-valuri:
imġieba xierqa, professjonali u oġġettiva
inqisu ċ-ċittadini bħala sħabna u mhux biss klijenti
impenn favur l-aktar aċċess miftuħ u l-kontabbilità

kull leħen għandu post fl-arkivji
xogħolna għandu jkollu impatt soċjali u demokratiku
Innovazzjoni nużaw it-teknoloġija biex intejbu l-aċċess u r-riċerka

Għażilna dawn l-erba’ prijoritajiet
sabiex nimxu lejn il-viżjoni
li identifikajna:
Nibnu Arkivju Nazzjonali ġdid u l-infrastruttura neċessarja
u xierqa għal Malta tal-lum u ta’ għada
Il-bini ta’ Arkivju Nazzjonali ġdid huwa essenzjali biex nibqgħu nagħtu servizz u niżviluppaw. Bħalissa qed noperaw minn għadd ta’ binjiet li, apparti li m’għandhomx spazju biex nilqgħu aktar dokumenti u biex jidħlu aktar ħaddiema, mhumiex adegwati biex jinżammu d-dokumenti fihom. Fortunatament f’pajjiżna hawn kunsens nazzjonali dwar il-bini ta’ Arkivji Nazzjonali ġdid u kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni kkommettew ruħhom favur dan il-proġett nazzjonali.
Aħna kommessi li naħdmu biex l-Arkivji Nazzjonali ġdid, ikona sabiħa tal-memorja u l-identità Maltija, ikun ċentru nazzjonali ewlieni ta’ preservazzjoni u riċerka, mibni b’mod sostenibbli u skont l-aħħar standards internazzjonali. Flimkien ma’ dan il-proġett, irridu naħdmu fuq l-infrastruttura u n-networks essenzjali biex arkivju nazzjonali jaħdem tajjeb fid-dinja tal-lum u ta’ għada, inkluż:
in-network ta’ records officers jinfirex mas-servizz u s-settur pubbliku kollu;
nikkonkludu retention policies li jkopru d-dokumenti pubbliċi kollha u nimxu fuq il-prinċipju ta’ archiving by design;
naħdmu mal-entitajiet pubbliċi kollha biex isir l-appraisal tad-dokumenti li għadhom fl-imħażen tagħhom, u dawk identifikati li għandhom valur storiku dejjiemi jiġu mgħoddija lill-Arkivji Nazzjonali;
niżguraw li jkunu proċessati tal-anqas 90% tad-dokumenti li jinsabu fl-Arkivji Nazzjonali u li jkunu jistgħu jiġu aċċessati skont il-liġi, sabiex dawn ikunu miftuħa għar-riċerka;
niżviluppaw ir-Reġistru Nazzjonali tal-Arkivji; u
niżviluppaw partnerships ma’ arkivji, istitituzzjonijiet edukattivi.
It-teknoloġija tal-informatika qed tibdel il-ħidma tagħna mill-qiegħ. Il-bidliet profondi fil-mod kif tiġi msawra l-informazzjoni, kif din tinġabar, kif tiġi maħżuna u kif tinqasam qed jibdluna minn xkaffef ta’ karti għal għajn diġitali unika ta’ memorja, għarfien u identità.
Dawn it-teknoloġiji ġodda qed jiftħulna possibiltajiet li qatt ma kellna qabel: l-aċċess għal kulħadd qed jikber, qed inkunu nistgħu nippreservaw aħjar materjal fraġli, nistgħu intejbu l-mod kif nimmaniġjaw l-informazzjoni; il-possibiltajiet kif inkunu nafu d-dokumenti tagħna qed jiżdiedu u jitjiebu bil-kbir, u nistgħu naqsmu ferm aħjar it-tagħrif li għandna.
Fl-istess waqt dawn it-teknoloġiji qed iġibuna wiċċ imb’wiċċ ma’ sfidi ġodda: il-bżonn li nżommu ruħna kontinwament aġġornati, sfidi kif niżguraw il-preservazzjoni fit-tul, riskji ġodda kemm biex ma nitilfux dak li għandna kif ukoll biex niżguraw l-awtentiċità tad-dokumenti tagħna, sfidi etiċi ġodda inkluż dik kif insibu bilanċ bejn id-dritt għall-informazzjoni u l-ħarsien tal-privatezza tal-individwu, u fl-aħħar l-isfida tal-ispejjeż marbuta li dejjem telgħin.
Nemmnu li minkejja l-kobor tal-isfidi, it-teknoloġiji huma ċavetta għal futur isbaħ. L-intelliġenza artifiċjali, il-blockchain, il-cloud computing u teknoloġiji ġodda oħra jiftħulna possibiltajiet eċċitanti kif nippreservaw aħjar u nagħmlu aktar aċċessibli l-memorja Maltija b’mod dejjem aktar effiċjenti u sigur.
Niżviluppaw radikalment id-dipartiment tal-IT sabiex ikun is-sinsla tal-Arkivji Nazzjonali; Inwaqqfu taqsima għall-arkivjar diġitali. L-iżvilupp tad-dokumentazzjoni diġitali hija sfida kbira u opportunità li titlob taħriġ u żvilupp ta’ ħiliet ġodda kif ukoll investiment sinifikanti fl-infrastruttura biex nirċievu, u niżguraw il-preservazzjoni fit-tul, l-integrità u l-awtentiċità tad-dokumenti diġitali u l-aċċess tagħhom. Dan jitlob ukoll li nsaħħu l-kollaborazzjoni ma’ entitajiet pubbliċi, ewlenija fosthom il-MITA, biex niżguraw it-trasferiment tad-dokumentazzjoni diġitali tagħhom li issa ilha tinħoloq għal dawn l-aħħar 30 sena; u
Niżviluppaw l-użu tal-għodda ġdida fix-xogħol tagħna, partikularment l-intelliġenza artifiċjali u l-Handwritten Text Recogntion (HTR).
Nagħrfu aħjar il-klijenti tagħna kif ukoll il-ħtiġijiet u
x-xewqat tagħhom u niżviluppaw servizzi li jaqduhom
L-Arkivji Nazzjonali huma ferm aktar minn maħżen tad-dokumenti; aħna neżistu biex inservu kemm lil dawk li jfittxu s-servizzi tagħna kif ukoll is-soċjetà in ġenerali. Għalhekk aħna determinati li matul l-għaxar snin li ġejjin:
niżviluppaw ambjent fejn dawk li jfittxu s-servizzi tagħna jkunu moqdija b’mod effiċjenti, fl-aqsar żmien u f’ambjent pjaċevoli;
l-interess fir-riċerka dwar l-istorja tal-familja (family history) huwa qawwi. Għalhekk inwaqqfu servizz ta’ riċerka ġenealoġika;
nidħlu fi sħubija mal-istituzzjonijiet edukattivi biex niżviluppaw inizjattivi flimkien.
Dawn jinkludu d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti biex nilħqu l-istudenti fil-perjodu tal-edukazzjoni obbligatorja kif ukoll l-istituzzjonjiet post-sekondarji u terzjarji; u
insaħħu n-network ta’ voluntiera li għandna.
niżviluppaw proġetti ma’ skejjel u Kunsilli Lokali. 4
Nikbru f’sieħeb pubbliku ewlieni fl-iżvilupp
u t-tisħiħ tas-soċjetà Maltija
L-imsieħba tagħna huma ferm aktar minn dawk li jiġu għandna. Nemmnu li għandna obbligu lejn is-soċjetà Maltija kollha. Għalhekk, matul l-għaxar snin li ġejjin, nimpenjaw ruħna li:
inwaqqfu taqsima dedikata għall-ħidma mal-komunità;
niżviluppaw sit elettroniku fejn nistgħu niltaqgħu u niddjalogaw ma’ kulħadd kif ukoll nagħtu aċċess wiesgħa għad-dokumenti fl-Arkivji Nazzjonali;
niżviluppaw policy biex nsaħħu l-preżenza u d-djalogu fuq diversi pjattaformi tal-media soċjali li jeżistu u li qed jiżviluppaw; u