Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.
Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt
Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:
Tonio Bonello, MSPC
Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Nru 38
Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.
Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.
Tonio Bonello
Editur
Archibald Attard
Helena Holland
Tonio Bonello Editur
Faċli tingħad. Imma veru, is-sena t-tajba? Qed niddedika dawn il-kelmtejn bl-akbar dieqa u
b’sinjal ta’ rispett lejn dawk l-40 ġuvni u tfajla
ta’ etajiet jibdew minn biss 14-il sena li flewwel minuti ta’ din is-sena li mietu maħruqin
ħajjin fi stabbiliment fl-alpi svizzeri. B’rispett
lejn 120 ġuvni u tfajla oħra li jinsabu flisptarijiet għal kura, fil-parti kbira minnhom
f’kundizzjoni serja u/jew li ġew sfigurati wara li n-nar laħaq ħakem parti kbira minn ġisimhom.
Ma nistax ma nsemmix ma’ dawn, ‘il fuq minn 300 ġenitur li ma ġarrbu l-ebda ġrieħi fiżiċi, imma ġerħa waħda, iżda kbira enormi, li ma tfiq qatt - f’qalbhom u f’ruħhom tat-telfa ta’ dawk l-akbar teżori għeżież għalihom.
Ċert li ma nistax inħalli barra l-għexieren kbar ta’ pumpieri tat-tifi tan-nar li ssugraw ħajjithom, b’mod speċjali, dawk li huma ġenituri wkoll, għax setgħu jimmaġinaw kif dawk qed jinħarqu ħajjin, setgħu kienu l-istess uliedhom.
Kollox nafu x’qed jiġri!
Din realtà ġdida. Realtà li, tajjeb jew ħażin għal mezzi soċjali li llum jeżistu, qed twasslilna kull aħbar li tiġri kważi (kif jgħidu l-Ingliżi) real time, b’filmati ta’ dak li jkun qed jiġri minn kull rokna tad-dinja.
U ma baqax linja editorjali. U lanqas, skrutinju tal-aħbar. U ferm anqas, klassifikazzjoni ta’ min jista’ jsegwi u min le. Kollox qed jasal għand kulħadd, mingħajr ebda diċenza ta’ tant ħsara (partikularment emozzjonali) li ġrajjiet tali jistgħu joħolqu. Forsi quddiem wiċċ tant persuni vulnerabbli li fiż-żmien ‘suppost’ festiv, diġà jkunu qed jaraw kif se jippruvaw ikampaw magħhom huma stess.
Imma kollox nafu eżatt x’qed jiġri
U r-risposta hija LE. Le, mhux għax ma ġewx identifikati l-vittmi. Le, lanqas għax ma nafux min kienu s-sidien tal-istabbiliment. Imma li assolutament ma nafux x’qed jiġri hu kważi fenomenu ġdid ta’ realtà fejn għandek massa sħiħa ta’ adoloxxenti qed jiddevertu, qed jiżfnu, qed jixorbu, qed jitkellmu (jekk setgħu minħabba fil-volum tal-mużika ta’ stabbilimenti simili), u sadanittant, fl-aħħar minuti ta’ tmiem sena u fl-ewwel minuti ta’ sena ġdida, qed jaraw b’għajnejhom li s-saqaf tal-istabbiliment qabad, ħa n-nar, u dawn, flok ma fittxu ħarbu l-barra, qabdu l-mobile f’idejhom jiffilmjaw in-nirien jiżdiedu u jinfirxu fuqhom u jibqgħu hemm daqs li kieku dik kienet xi attrazzjoni maħsuba, ippjanata.
Ikolli nerġa’ nistqarr, inħossni letteralment bla kliem, ixxukkjat, anke jekk issa għaddew tmien ġimgħat minn din il-ġrajja. Jiġifieri tant sar addizzjoni fuq dan is-sitt pulzieri ta’ ċellulari, tant sirna nagħtu importanza li nkunu aħna l-ewwel is-sors tal-aħbar, li rridu nżommu filmat ta’ kollox, li kollox sar attrazzjoni, anke jekk il-bidu ta’ traġedja! Li lesti mmutu, maħruqin ħajjin, jekk qabel xejn, kienu konxji ta’ dan!
X’inhu l-importanti? Ta’ min hu tort? Jew x’inhi l-problema?
Il-bniedem isibha faċli jaqbad jiġġudika quddiem ġrajja bħal din. Tort tal-ġenituri li qabel xejn ħallew lil uliedhom, anke sa minn età ta’ 14-il sena jiffrekwentaw stabbiliment? Tort tassidien li forsi ma ħadux il-prekawzzjonijiet kollha f’każ li jinqala’ inċident? Tort ta’ dawn l-anġli innoċenti li fl-aħjar ta’ ħajjithom, proprju fl-ewwel minuti ta’ sena ġdida mietu maħruqin ħajja għal min jaf kemm-il raġuni jista’ hemm għala dawn baqgħu hemm, jiffilmjaw?
Tort tal-mezzi soċjali u dan l-għatx li hawn tal-bniedem illum li jrid ifittex xi ħaġa mhux tassoltu biex jiġbed x’qed jiġri u jaqsam ma’ ta’ madwaru? Tort, forsi ta’ konsum ta’ droga, ta’ alkoħol li dawn setgħu aġixxew, forsi taħt l-influwenza tagħhom? Tort ta’ xiex? Tort ta’ min?
Jien naħseb, tort ta’ kulħadd! Tort tas-soċjetà dinjija fejn suppost, meta konna fi spirtu ta’ ferħ u ġabra, ta’ apprezzament ta’ dak li rnexxielna nagħmlu kull wieħed u waħda minna matul sena, tal-grazzja li bdejna sena ġdida - meta l-pajjiżi, hekk imsejħa ċivilizzati, bħal donnu għandna kollox - fl-istess ħin, forsi wasal iż-żmien, li fil-verità nirrealizzaw li m’għandna propju xejn! Għax mhux il-ġid materjali fl-aħħar mill-aħħar li jgħodd, iżda l-valur u l-apprezzament tal-ħajja.
Lezzjoni li nemmen, ilkoll għandna nieħdu biex flok mal-politikanti tad-dinja jkomplu jilagħbu bis-suldati (bħat-tfal) imma dawn suldati ta’ vera li qed jitilfu ħajjithom kuljum fi gwerer bla sens. Flok mad-dinja tkompli tonfoq il-biljuni tal-ewro f’armamenti biex inkissru u niddistruġġu lil dawk l-aktar vulnerabbli, lil tant binjiet monumentali li b’tant tbatija u sagrifiċċju għamlu u ħallew għalina missirijietna. Minflok, wasal iż-żmien li nitfgħu l-attenzjoni kollha tagħna fuq dawk li sal-lum għadhom bla vuċi. Li qed jistennew lilna biex nisimgħuhom, biex ngħidu kelma magħhom, biex inkunu hemm għalihom, biex jifhmu u jemmnu dwar il-valur tal-ħajja, ħajja li għandna waħda biss, ħajja li tiswa aktar minn biċċa filmat fuq ċellulari tiċċelebra tmiem uliedna stess!
Jekk trid, segwi l-aħbar, mhux għas-sensazzjoni, jew għall-kurżità, iżda biex nieqfu ftit millgħaġġla sfrenata ta’ din il-ħajja, nirriflettu ftit bis-serjetà u nippruvaw nifhmu x’qed jiġri fostna, fis-soċjetà. Biex nieħdu azzjoni malajr dwar dak li tassew għandu valur. Talġenerazzjonijiet ta’ wliedna li għada, ‘suppost’ se jkunu huma, hawn, flokna..., qabel ma jkun aktar tard wisq!
Li kieku koppja twassal li tiċċelebra 70 sena anniversarju taż-żwieġ tagħhom, dan jissejjaħ, Platinum jew Platinu bilMalti. Fis-simboliżmu tiegħu, il-Platinu jfisser metall b’saħħtu, rari u prezzjuż, u fil-każ ta’ jirrappreżenta rabta li damet seba' deċennji.
Fil-każ ta’ gżiritna, din is-sena qed niċċelebraw 70 sena anniversarju wkoll. 70 sena ta’
Sigurtà Soċjali li meta tagħraf, tisma’ u tifhem x’ġara matul dawn is-snin kollha, personalment inħares lejn dan l-anniversarju, mhux biss bħala platinu, iżda żmien taddeheb, ta’ glorja, ta’ qawmien f’dak li dan il-poplu, minkejja li hu daqstant żgħir, irnexxielu jibni u jikseb daqstant servizzi u drittijiet kbar bil-ħidma ta’ tant protagonisti li intervenew f’kull żmien matul mixja li llum qed infakkru, ta’ 70 sena sħaħ.
Hu għalhekk li Rivista Familja din is-sena se tkun Rivista Familja Edizzjoni Speċjali fil-ħarġiet kollha tagħha għaliex f’kull ħarġa se nkunu qed inwasslu intervisti esklussivi mal-ogħla esponenti li taw is-sehem tagħhom biex f’dawn il-gżejjer, fl-oqsma kollha tas-Sigurtà Soċjali, wasalna fejn qegħdin illum.
Għad fadal ħafna xi jsir mela le. Imma sar ħafna diġà u biex wieħed u waħda tifhem u jifhem fejn wasalna, ħarsu x’qed jiġri barra minn xtutna, f’liema pajjiż tal-Ewropa tridu, f’liema pajjiż barra l-Ewropa li tridu biex tkunu tistgħu tkejlu x’sar sal-lum f’pajjiżna, miżuri li f’numru kbir ta’ pajjiżi (anke fost l-akbar fid-dinja) lanqas biss joħolmu li jaslu. Jista’ jifhem aktar x’qed ngħid dak ir-raġel, dik il-mara, dik il-familja li marru jgħixu barra minn xtutna għal xi żmien u kellhom jiġu lura għal raġuni jew oħra.
Kemm hawn pajjiżi li għandhom is-servizzi tas-saħħa mingħajr ħlas? Kemm hawn pajjiżi li għandhom l-edukazzjoni kollha, mingħajr ħlas? Kemm hawn pajjiżi li meta bniedem jiġi biex jirtira, se jsib katina ta’ servizzi disponibbli għalih mill-gvern li b’mod ħolistiku jagħtu serħan il-moħħ, garanzija ta’ għajxien ta’ kwalità ta’ ħajja li timmerita wara 40 sena jew aktar xogħol li ċittadin ikun serva lil pajjiżu fih.
Dan hu dak li qed infakkru matul din is-sena. 70 sena li matulhom pajjiżna segwa proċess ta’ avvanzi kontinwi, konsekuttivi, biex kull Malti u kull Għawdxi, illum jistgħu jgħixu ħajja dinjituża, u b’moħħ mistrieħ, anke meta huma ma jibqgħux fid-dinja tax-xogħol. Dawn huma Malta u Għawdex illum.
L-Onor. Dr Michael Falzon Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Se nagħti bidu għal din is-serje ta’ intervisti billi llum iltqajt malOnor. Michael Falzon, il-Ministru għall-Politika Soċjali u dDrittijiet tat-Tfal. Il-Ministru Falzon twieled nhar is-16 ta’
Novembru 1961. Segwa l-istudji tiegħu fil-Kulleġġ St Albert The Great, is-Sixth Form biex imbagħad kompla l-edukazzjoni tiegħu ġewwa l-Università ta’ Malta.
Oriġinarjament minn tas-Sliema, imma llum jgħix mal-familja tiegħu l-Iklin fejn ilhom jgħixu hemm sa minn Marzu 2000. Iżżewweġ lil Anna Maria neè Lia f’Settembru 1990 u għandhom żewġt’itfal.
Bdejt biex staqsejtu -
Kemm ilek taħdem fil-ħidma tas-Sigurtà Soċjali ta’ pajjiżna? X’kienet l-istorja tiegħek, kif bdejt? U kif komplejt sakemm wasalt fejn int illum?
Kien lura fl-2017, meta l-eks Prim Ministru Joseph Muscat tani l-kariga ta’ Ministru għallPolitika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal wara li ġejt elett minn żewġ distretti. Din hi l-kariga li għadni nokkupaha sal-lum. Kburi ngħid li tul dawn l-aħħar 8 snin ġew introdotti għexieren ta’ miżuri soċjali li komplew jagħmlu d-differenza għall-aħjar fil-ħajja tan-nies, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli.
Qabel ma ngħatajt din il-kariga kont shadow minister fuq l-Intern u s-Sigurtà.
B’sodisfazzjon ngħid ukoll, illi tul dawn dan l-aħħar 8 snin, il-Ministeru wettaq il-miżuri kollha tal-aħħar tmien budgets, kif ukoll wettaq il-miżuri kollha tal-Manifest Elettorali 20172022.
Ritratt: Tom Fisk
Din is-sena (2026) qed infakkru s-70 anniversarju mit-tnedija tas-Sigurta Soċjali f’Malta. X’memorji jġiblek personalment lilek dan l-anniversarju?
Kultant dak li niksbu ftit naħsbu dwaru, iżda tajjeb illi nirrikonoxxu minn fejn tlaqna u sa fejn irnexxilna naslu. 70 sena ilu, Malta kienet ferm differenti minn dik li hi llum. Ilmaġġoranza tal-familji kienu jaqilgħuha u jikluha, b’oħrajn li litteralment kienu jgħixu filfaqar.
Kien għalhekk li twaqqfet is-sigurtà soċjali f’pajjiżna, sabiex tibda tgħin b’mod finanzjarju lill-familji, il-pensjonanti u dan anke permezz ta’ bini tal-Gvern sabiex aktar persuni jkunu jistgħu jgħixu f’sigurtà f’darhom.
Dak li seħħ 70 sena ilu huwa l-bażi tal-lum, u li jkompli jixprunana sabiex inwettqu dejjem iktar, u nimplimentaw politika li verament fiċ-ċentru tagħha hemm fiha n-nies.
Nistħajjel tiftakar żmien fejn kien isir kollox bl-idejn; il-fotokopji tal-formoli, il-mili talformoli, arkivjar ta’ mijiet u eluf ta’ files, il-biċċa xogħol biex issib file, il-korrispondenzi malpubbliku bil-posta u bit-telefown – u dan kollu vs l-introduzzjoni tal-kompjuter, il-printer, ilħażna tal-informazzjoni elettronika, l-introduzzjoni tal-emails… Imma, sinċerament x ’tippreferi, dak iż-żmien, jew illum? U għaliex?
Li timxi mal-mument huwa essenzjali. Irridu nirrikonoxxu li t-teknoloġija saret parti importanti u essenzjali minn ħajjitna. Din tant kibret, li l-parti kbira tal-benefiċċji llum jitħallsu b’mod dirett u awtomatiku. Aktar minn hekk, illum il-ġurnata lanqas hemm bżonn tapplika għal uħud mill-benefiċċji, għax għandna sistema awtomizzata li tidentifika min hu eleġibbli għal kull benefiċċju partikolari.
Dan kollu għamel l-affarijiet aktar faċli u eħfef, biss ma għandna qatt ninsew li wara dan kollu għad hemm il-bniedem.
Ritratt: Cottonbro
Semmi tlett esponenti ewlenin li tħoss li kienu kruċjali biex il-qasam tas-Sigurtà Soċjali f’pajjiżna wasal fejn hu llum? U għal xiex dawn il-personaġġi kienu fundamentali?
Ma nixtieqx inkun polemikuż u nagħżel li nsemmi wħud u ma nsemmix oħrajn. Insemmi biss tlett persuni li llum m’għadhomx magħna. Tlett persuni li taw ħafna ħidma fil-qasam soċjali; il-Perit Mintoff, Agata Barbara u Freddie Micallef.
Semmi dawk l-aktar tlett passi (jew miżuri) importanti li fl-opinjoni tiegħek kienu l-aktar fundamentali u li ġew imwettqa f’dawn l-aħħar 70 sena f’pajjiżna?
L-introduzzjoni u t-tħaddim tal-pensjonijiet, l-introduzzjoni taċ-Children’s Allowance, u miżuri marbuta mal‘making work pay’. Dawn, fost tant u tant miżuri soċjali oħrajn.
Semmi tlett miżuri li għadhom ma ġewx imwettqa iżda li minn dejjem kienu l-ħolma personali tiegħek li tara li jidħlu fis-seħħ u li tixtieq li dawn jiġu implimentati matul dawn ittlett snin li ġejjin? U għalfejn?
Aktar minn tlett miżuri partikolari, xtaqt nindika tliet affarijiet illi nixtieq nara. (1) Li jkollna aktar adozzjonijiet lokali. (2) Li nibżgħu għal-lingwa, għall-valuri u t-tradizzjonijiet tagħna, illi jagħżluna minn oħrajn. (3) U li dejjem insiru aktar inklussivi u niġġudikaw dejjem anqas.
Ritratt: Karolina Grabowska
Kif tħares, inti lejn il-qasam tas-Sigurtà Soċjali, f’perjodu ta’ 10 snin mil-lum? Dan anke fiddawl fejn il-piż tal-pensjonijiet qed dejjem jikber? Se tibqa’ sostenibbli sitwazzjoni tali? Iva jew le, għaliex?
Dan il-Gvern sena wara oħra kompla jsaħħaħ il-pensjonijiet, u aktar minn hekk identifika niċeċ ġodda sabiex jgħin lill-istess pensjonanti jgħixu aktar fil-komunità, jibqgħu aktar fiddinja tax-xogħol b’għażla tagħhom, fl-istess waqt li jgawdu minn benefiċċji ogħla.
Għamilna dan għaliex kull miżura ġiet studjata u kkalkulata, u b’hekk nassiguraw li din issir b’mod sostenibbli. Irridu nirrikonoxxu iżda, l-isfidi ġodda li għandna marbuta maddemografija ta’ Malta, fejn għandna popolazzjoni li dejjem tgħix aktar u li qed tixjieħ. Dan fil-konfront ta’ rata baxxa ta’ twelid ta’ tfal. Nemmen ukoll, li hija għażla tajba illi nkomplu ngħinu aktar persuni jinvestu fi private pensions plans.
Iż-żminijiet jinbidlu, u l-bidla ma jżommha ħadd. Irridu ndaħħlu aktar il-kultura li wieħed jaħseb u jfaddal għall-futur tiegħu, għal meta wieħed jieqaf jaħdem. Irridu nfiehmu u nikkonvinċu illi dan huwa pass li wieħed jieħdu b’konvinzjoni u b’għażla tiegħu, jiġifieri li jinvesti fil-futur tiegħu stess.
Il-Gvern dejjem jibqa’ hemm għall-bżonnijiet bażiċi, iżda biex wieħed iżomm ċertu livell t’għajxien, irridu aħna stess naħsbu fil-futur tagħna.
Taħseb li l-futur tal-ġenerazzjonijiet tal-anzjani li ġejjin se jkun esklussivament ibbażat fuq
Pjan ta’ Pensjonijiet Privati jew tħoss li l-Gvern (ikun min ikun) xorta waħda jrid jara li b’xi mod jibqa’ responsabbli u li b’xi mod ikollu rwol ta’ sehem fil-piż biex l-anzjani Maltin u Għawdxin t’għada jibqa’ jkollhom dħul deċenti għal tul ħajjithom kollha?
Il-Gvern, hu min hu, la darba jiġbor il-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali, għandu jibqa’ dejjem hemm, biex ikopri l-bżonnijiet bażiċi tal-anzjani fis-soċjetà tiegħu. Biss, nemmen ukoll li jekk wieħed ikun irid iżomm ċertu livell t’għajxien, livell li qiegħed dejjem jogħla, allura wieħed irid ukoll jaħseb u jippjana għall-futur tiegħu. Li wieħed igawdi l-ħajja u dejjem itejjeb il-livell tal-kwalità tal-ħajja ma fiha xejn ħażin, biss wieħed irid jaħseb ukoll għal meta jikber. Il-Malti jgħid; ‘‘Aħseb u sorr għal meta tiġi bżonn’’.
Lazar Gugleta
LDušan Cvetanović
Meta tqis x’għamilna aħna, dawn il-gżejjer tant ċkejkna fejn il-kumplament tal-Ewropa firrigward ta’ fejn waslu huma llum, xi tħoss? Fejn tara li wasalna? Fejn tara li għad fadlilna triq x’nimxu? Fejn tara li ninsabu minn tal-ewwel f’dak li rnexxielna nwettqu? U x’inhu lawgurju tiegħek għal ġejjieni ta’ Malta u Għawdex tas-snin li ġejjin?
Ix-xogħol tiegħi jinkludi diversi laqgħat u diskussjonijiet fuq livell Ewropew u anke ma’ pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar snin Malta dejjem serviet bħala mudell ekonomiku u soċjali li pajjiżi oħra mxew fuqu.
Insemmi bosta miżuri, bħaċ-childcare b’xejn, l-in-work benefit, it-tapering of benefits, ittisħiħ u l-aġġustamenti fil-pensjonijiet. Dawn bħala ftit mill-bosta miżuri li ħaddimna matul dawn l-aħħar snin.
Diversi drabi kelli ċ-ċans nindirizza numru ta’ plenarji, b’Ministri soċjali Ewropej bilkemm jemmnu li pajjiżna jinvesti terz tal-finanzi kollha li jonfoq fil-qasam soċjali. Nemmen li soċjetà b’saħħitha hija soċjetà li tinvesti fil-familji u fil-pensjonanti kollha, li tgħin anke dawk l-aktar faxex żgħar tas-soċjetà tagħna u l-minoranzi kollha.
Pajjiżna kommess illi jibqa’ katalista fit-tħaddim tal-benefiċċji soċjali, bl-aħħar snin ikunu xhieda ċara ta’ dan kollu. Dak li tajna sa issa huwa biss il-qafas u l-pedament ta’ ġenerazzjonijiet futuri illi ser ikomplu jgawdu mit-tħaddim ta’ miżuri soċjali li jolqtuhom direttament fil-ħajja ta’ kuljum.
Ritratt:
Ritratt:
Charles Meilak
Il-Pensjoni għall-Invalidità u dik Parzjali
Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Tajjeb tkun taf…
Fost id-diversi benefiċċji soċjali fil-baġit għal din is-sena tħabbru żewġ miżuri oħra importanti u ġodda għal pensjonanti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-invalidità.
L-ewwel miżura hi dik fejn il-pensjonanti tal invalidità jiġu evalwati mit-tobba tad-dipartiment fejn permezz ta’ tabelli (li bihom il-mediċi jkunu ggwidati), ikunu f’pożizzjoni li jagħtu score ta’ inkapaċità għax-xogħol lill-persuni li japplikaw għal pensjoni tal-invalidità.
Jeżisti grupp żgħir ta’ pensjonanti tal-invalidità li dawn tant id-diżabilità tagħhom hija severa li jingħatalhom l-għola punti permissibbli tal-invalidità. Għalhekk, dawn il-persuni jirċievu lekwivalenti tal-paga minima nazzjonali netta permezz ta’ miżura li kienet idaħħlet xi snin ilu.
Issa, din is-sena, dawn il-persuni sa jkollhom bidla importanti fil-pensjoni tagħhom. Ilpensjoni sa tibda tinħadem daqs li kieku rtiraw. Dawn sa jkunu intitolati għal pensjoni taż-żewġ terzi bbażata fuq is-salarji li l-persuna kellha qabel ma mardet u allura qabel ma għaddiet bord. Għalhekk dawn il-persuni sa jibdew jieħdu pensjoni għola minn dik li qed jieħdu sal-lum.
Bidla oħra importanti li qed tiġi introdotta din is-sena għal pensjoni tal-invalidità hija lkunċett ta’ pensjoni tal-invalidità parzjali. Din sa tiddaħħal għal persuni li jkollhom ċerti problemi ta’ saħħa mentali, partikolarment dawk li jbatu - jew minn bi-polar disorder jew inkella minn dipressjoni bi psikożi jew inkella dipressjoni akuta li jkunu taħt l-attenzjoni medika u kura ta’ konsulent psikjatra li jkun impjegat mal-gvern, u li jkunu ilhom hekk għal mill-inqas tlett snin.
Jekk dak il-psikjatra li jkun konsulent tal-gvern jirrakkomanda li dik il-persuna, minħabba lkundizzjoni tagħha, ikun ta’ ġid għaliha li tagħmel xi ftit sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa, minħabba li xi ħadd ikun fuq il-pensjoni tal-invalidità ovvjament ma jistax jaħdem minħabba l-kundizzjoni tiegħu, f’din iċ-ċirkustanza għal dawn il-persuni sa tkun qed tingħata din ilkonċessjoni.
Dan dejjem jekk tkun approvata mill-bord mediku tad-dipartiment li dawk il-persuni jkunu jistgħu jagħmlu ftit sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa mingħajr ma titnaqqsilhom il-pensjoni talinvalidità.
Għal aktar tagħrif żur- https://socialsecurity.gov.mt
Ritratt: Mikhail Nilov
Building Knowledge for Sustainable Business Growth
Mark Bezzina ĠEMMA
ĠEMMA’s SME Training Webinars
Small and medium-sized enterprises (SMEs) are the backbone of the Maltese economy, yet running a business comes with its unique challenges. To support business owners, selfemployed professionals, and those aspiring to start their own venture, ĠEMMA is hosting a series of practical webinars which are designed to equip participants with the knowledge, skills, and tools needed to navigate the complexities of running a successful business.
The webinars will take place throughout February and early March 2026, covering essential topics for SMEs at every stage of their journey. Kicking off on 5th February, ĠEMMA will explore the Key Components Surrounding SMEs and Their Impact on Profitability. This session provides a realistic perspective on the business environment, emphasizing how competition, suppliers, regulations, and demographic changes affect long-term success.
On 12th February, the Malta Tax and Customs Administration (MTCA) will deliver a session on VAT Compliance. Business owners and self-employed individuals will gain a clear understanding of VAT obligations, helping them stay compliant while avoiding potential pitfalls.
Following this, on 19th February, MTCA will present Tax and Social Security Contributions, highlighting the importance of meeting statutory obligations and planning effectively for contributions as part of a sustainable business strategy.
Continuing the series, 26th February features a Business Management webinar hosted by ĠEMMA. This session will focus on practical skills, including effective cash flow management, tips for drawing up a business plan, and key considerations for those navigating selfemployment.
Finally, on 5th March, HSBC will discuss how Banks Support SMEs. Participants will learn how tailored banking services can help separate personal and business finances, save time, and provide strategic support to grow their business.
These webinars are ideal for self-employed professionals, those considering becoming selfemployed, small business owners and entrepreneurs looking to expand their knowledge and strengthen their businesses. Each session combines expert guidance with practical takeaways to help attendees make informed decisions and improve business performance. These sessions will be delivered in Maltese.
For full details and to register for these webinars, visit: https://gemma.gov.mt/sme-training/
Photos: Judit Peter and Karola G
Stronger wellbeing starts with small changes
Dr Elaine Cutajar Resilience Programme Co-Ordinator Health Promotion and Disease Prevention Directorate
January often arrives with a sense of fresh starts. Many of us feel motivated to make changes that support our health and wellbeing: to feel better, cope better, and start the year on a positive note. While the motivation is there, it is also common for that energy to fade once daily life kicks back in.
This is not because of a lack of willpower, but because life gets busy, routines return, and ‘allor nothing’ goals can quickly feel overwhelming. Lasting change does not come from big promises or sudden overhauls. When it comes to health, including our mental wellbeing, consistency matters far more than perfection, and progress is built through small, realistic actions that we can keep going, even on busy or challenging days.
That’s why this year, it might help to try a different approach: treating change as an experiment rather than a resolution.
Resolutions tend to be big, vague, and unforgiving. They often come with pressure to get things right straight away, leaving very little room for learning or adjustment. When things don’t go to plan, it is easy to feel discouraged and give up altogether.
An experimental mindset, on the other hand, invites curiosity. Instead of asking, ‘can I stick to this perfectly?’ we ask, ‘What happens if I try this?’. This shift reduces self-criticism and supports resilience – especially when we are working on our mental wellbeing.
Why Habits Work Better
Habits are small actions we repeat regularly, often without much effort once they are established. Small habits may seem insignificant, but over time they shape our clarity and our energy, as well as how we cope with stress, manage emotions, and bounce back from challenges.
Examples of everyday habits might include going for a short walk, preparing lunch the night before, or switching off screens at a certain time. Habits that support mental wellbeing and resilience can be just as simple: taking a few slow breaths during a busy day, checking in with how we’re feeling, reaching out to someone we trust, or building in time to rest and recover.
Three tips to make habits stick
Whether we are building new habits or letting go of unhelpful ones, here are some tips we hope you find useful:
Make desired habits easy and accessible - Place reminders where you’ll see them, prepare in advance, or reduce the effort needed. The easier a habit is to start, the more likely it is to happen.
Make them attractive and rewarding - Pair habits with something enjoyable, or take a moment to notice how they make you feel. Feeling calmer, more focused, or more connected is a powerful reward in itself.
Do the opposite for unwanted habits - Make them harder to access, less appealing, and less rewarding. Small changes in our environment can make a big difference without relying on willpower alone.
Support is Available
Looking after our wellbeing is not something anyone needs to do alone. Throughout the year, the Health Promotion and Disease Prevention Directorate offers a range of
Photos: Panda Education & Training
programmes, educational sessions, and resources that support wellbeing resilience across different settings and communities.
Alongside our Resilience Programme (click here for more information), support is also available for other health-related goals, including weight management programmes, smoking cessation services, and lifestyle support aimed at building healthier daily routines. These services recognise that physical health and mental wellbeing are closely linked, and that sustainable change works best when people are supported, not pressured.
Information about available programmes, practical tips, and upcoming initiatives can be found at mentalwellbeing.gov.mt or hpdp.gov.mt. Individuals, families, workplaces, and organisations are encouraged to explore these resources and reach out to learn more about the support available.
As we move through 2025, a gentle reminder: change doesn’t need to be perfect to be meaningful. Small experiments, repeated over time, can lead to healthier habits, and stronger wellbeing, one step at a time.
Photos: Vybe Urgent Care
The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section Sudoku
Can you spot 3 Differences?
Blue Medical Certificate (BMC)
TEAM IMU
The reverse side of the Blue Medical Certificate (BMC) has been updated. While both the old and new versions of the BMC enable the payment of sickness benefits directly into the beneficiary’s bank account, there are important differences in how the IBAN number is referenced and updated.
Old Blue Medical Certificate:
Previously, the BMC included a section on the reverse side where beneficiaries would manually write their IBAN (bank account number) each time they submitted a certificate for a Sickness Benefit claim. Any change to the IBAN required the beneficiary to provide the new IBAN on the next certificate submitted.
New Blue Medical Certificate:
The updated BMC no longer requires the IBAN to be written on the certificate itself as shown below. Instead, beneficiaries are now directed to update or view their bank account details, including the IBAN, through the Department of Social Security’s mySocialSecurity app by entering the URL in web browser: bankingdss.gov.mt
Summary:
This new approach means the BMC is now used solely for medical certification, while all bank detail updates (including IBAN changes) are managed online. This enhances security, reduces errors, and streamlines the process for beneficiaries.
Ċertifikat Mediku Blu (BMC)
In-naħa ta’ wara taċ-Ċertifikat Mediku Blu (BMC) ġiet aġġornata. Kemm il-verżjoni l-qadima kif ukoll dik il-ġdida tal-BMC jippermettu li l-benefiċċji tal-mard jitħallsu direttament fil-kont bankarju tal-benefiċjarju, iżda hemm differenzi importanti dwar kif l-IBAN jiġi riferut u aġġornat.
Iċ-Ċertifikat Mediku Blu Qadim:
Fil-passat, il-BMC kien jinkludi sezzjoni fuq in-naħa ta’ wara fejn il-benefiċjarji kienu jiktbu lIBAN (numru tal-kont bankarju) tagħhom manwalment kull darba li jissottomettu ċertifikat għal talba ta’ Benefiċċju għal Mard. Kull tibdil fl-IBAN kien jeħtieġ lill-benefiċjarju biex jipprovdi l-IBAN il-ġdid fuq iċ-ċertifikat li jmiss.
Iċ-Ċertifikat Mediku Blu Ġdid:
Il-BMC aġġornat m’għadux jeħtieġ li l-IBAN jinkiteb fuq iċ-ċertifikat innifsu kif kien qabel. Minflok, il-benefiċjarji huma ggwidati biex jaġġornaw jew jaraw id-dettalji tal-kont bankarju tagħhom, inkluż l-IBAN, permezz tal-app mySocialSecurity tad-Dipartiment tas-Sigurtà
Soċjali billi jidħlu fil-portal: bankarjidss.gov.mt
Sommarju:
Dan l-approċċ il-ġdid ifisser li l-BMC issa jintuża biss għall-iċċertifikar mediku, filwaqt li laġġornamenti kollha tad-dettalji bankarji (inkluż tibdil fl-IBAN) huma amministrati online.
Dan itejjeb is-sigurtà, inaqqas l-iżbalji, u jissimplifika l-proċess għall-benefiċjarji.
Il-ħtieġa għad-demm hija fatt magħruf minn kulħadd. Kien għalhekk li s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm kompla jespandi l-eliġibbiltà għad-donaturi, din id-darba billi
daħħal it-testijiet għall-malarja. Dan se jippermetti li aktar nies ikunu eliġibbli li jagħtu ddemm, u hekk nemmnu li qed insaħħu s-sistema tal-provvista tad-demm bl-għan li tkun aktar sostenibbli minn qatt qabel.
Il-malarja, ikkawżata mill-parassita Plasmodium , tista’ tiġi trażmessa permezz tat-trasfużjoni tad-demm. Għalkemm ir-riskju f’ċerti pajjiżi huwa baxx, fejn il-malarja hija komuni, ir-riskju huwa għoli hafna.
Skrining effettiv għall-malarja mhux biss jipproteġi lill-pazjenti billi jipprevjeni li demm infettat jidħol fil-katina tal-provvista, iżda wkoll ikabbar in-numru tad-donaturi eliġibbli biex jagħtu d-demm.
B’dan it test, ħafna persuni li ma setgħux jagħtu d-demm għax forsi għexu jew ivvjaġġaw fejn il-malarja hija endemika, issa jistgħu jipparteċipaw b’mod sikur fl-attivitajiet tal-għoti taddemm, biex b’hekk, waqt li jikber in-numru ta’ donaturi, dan jgħin biex tinżamm provvista ta’ demm li tkun stabbli, diversa u sostenibbli.
Qabel jinġabar id-demm, id-donaturi jgħaddu minn valutazzjoni tas-saħħa, li tinkludi mistoqsijiet dwar l-ivvjaġġar u l-istorja tas-saħħa. Hekk jiġu identifikati riskji ta’ espożizzjoni għall-malarja. Sa ftit snin ilu, is-sigurtà tad-donazzjoni kienet tiġi assigurata billi kienu jiġu esklużi għal dejjem dawk li għexu għal 6 xhur jew aktar f’żoni fejn il-malarja hija endemika, u b’mod temporanju għal sena sħiħa, dawk kollha li sempliċiment żaru dawn l-inħawi.
Bl-introduzzjoni tat-testijiet il-ġodda, issa d-donaturi jistgħu jagħtu d-demm wara erba’ xhur biss minn meta jkunu rritornaw minn żona endemika, kemm jekk kienu jgħixu hemm, kif ukoll jekk kienu sempliċiment żaru l-post.
Id-donazzjonijiet jiġu eżaminati bir-reqqa għall-antikorpi tal-malarja u kull test li joħroġ reattiv jiġi awtomatikament immarkat għal kwarantina u jqanqal proċess ta’ konsulenza u riferiment, jekk u fejn meħtieġ.
Ir-rwol tiegħek bħala donatur huwa li twieġeb il-mistoqsijiet tal-iskrining b’mod onest biex tikkontribwixxi biex tinbena fiduċja u reżiljenza fil-provvista tad-demm. Anke jekk xi ħadd jiġi eskluż temporanjament minħabba espożizzjoni għall-malarja, l-iskrining jagħmilha possibbli
li jerġa’ jingħaqad man-numru tad-donaturi li għandna ladarba jgħaddi l-perjodu tar-riskju, u b’hekk is-sistema tibqa’ inklussiva u b’saħħitha. Jekk dan l-aħħar ivvjaġġajt lejn żona ta’ riskju għall-malarja u m’intix ċert jekk tistax tagħti d-demm, jekk jogħġbok ikkuntattjana.
Fejn hemm id-Demm, hemm il-Ħajja, hemm it-Tama
L-iskrining għall-malarja mhuwiex biss proċess tekniku; huwa strateġija essenzjali għall-għoti tas-saħħa pubblika. Jipproteġi lill-pazjenti, jappoġġja lid-donaturi, u jsaħħaħ l-ekosistema kollha tal-għoti tad-demm.
Imma ftakar, filwaqt li l-iskrining għall-malarja jagħmel it-trasfużjoni aktar sigura, hija lġenerożità tiegħek li tagħmilha possibbli li jiġu salvati l-ħajjiet. Inħeġġiġkom għalhekk li xxerdu l-kelma ma’ nies li twieldu jew għexu f’postijiet Ażjatiċi u Afrikani biex jersqu viċin u jagħmlu kuraġġ u jagħtu d-donazzjoni tad-demm tagħhom. Kull qatra tgħodd u kull donatur huwa bżonnjuż.
Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm, kellimna kif ġej-
Trasport bla ħlas - Ċempel fuq in-numri t’hawn fuq
Servizz meritat u bil-qalb li jingħata mill-Qaddejja taċ-Ċenaklu
George Zammit
Gwida u Lajk
Is-sejħa u l-vokazzjoni ta’ kull saċerdot tingħata minn Kristu nnifsu. Din is-sejħa bħal kull vokazzjoni oħra mhix faċli, allura aħna bħala nsara rridu nagħtuha widen b’talb kontinwu. Irresponsabbilità tas-saċerdot tfisser impenn li waqqfu Kristu stess u dan kull saċerdot irid iwettqu, jispjegah u jittrażmettih il-ħin kollu b’fedeltà, bis-sinċerità, bl-eżempji u bi spiritwalità kbira.
Allura aħna rridu nirriflettu dejjem li dan huwa rigal kbir li tana Ġesù fis-saċerdoti kollha tiegħu. Ġesù lewwel għażel l-Appostli u kull saċerdot li ġie warajhom kompla jmexxi kull komunità nisranija li kienet fdata f’idejh permezz ta’ ħajja b’servizzi appostoliċi fit-talb u fil-ministeru tal-Kelma.
Jekk ma jkunx hawn saċerdoti, il-poplu ta’ Alla ma jistax ikollu l-vera ħajja bl-amministrazzjoni tas-Sagramenti. Is-saċerdot biss jista’ jwassal din il-funzjoni tas-Sagramenti fil-ħajja tal-knisja. Dan ifisser li bniedem għandu jkun konxju minn dan billi jagħraf din is-setgħa b’responsabbilità li jrid iwassal kull persuna u l-preżenza ta’ Ġesù lill-oħrajn.
Għalhekk nixtieq nindirizza dan il-kliem bħala appell sabiex nitolbu aktar għas-saċerdoti għax il-vokazzjonijiet naqsu ħafna f’dawn iż-żminijiet tal-lum.
Ħuti, kull saċerdot huwa bniedem tad-demm u l-laħam, bħali, bħalek, bħal kull ħaddieħor, anke fejn tidħol ċertu dgħjufija fis-saħħa mentali u fiżika tiegħu stess. Allura Mons. Salvu Grima, il-fundatur tad-Dar tal-Kleru kien organizza numru ta’ xebbiet li kienu lesti jiddedikaw ħajjithom sabiex jieħdu ħsieb ta’ dawk is-saċerdoti li jkunu rikoverati f’din id-dar minħabba letà jew problemi oħra ta’ mard li jista’ jkollhom.
Id-Dar tal-Kleru tinsab fit-trufijiet ta’ Birkirkara u hi waħda mill-opri sbieħ li għandha l-Knisja ta’ Malta. Bla dubju ta’ xejn, huwa xieraq li kull saċerdot f’mumenti diffiċli ta’ ħajtu, u li jkun
jinħtieġ l-għajnuna wara tant frott qaddis li jkun wettaq fil-komunitajiet madwar l-irħula u l-
bliet tagħna, xi drabi anke barra minn Malta, hekk issib ukoll min jieħu ħsiebu u jdur bih meta jasal f’estremità li minħabba f’saħħtu u fl-età tiegħu ma jkunx jista’ jikkontribwixxi aktar.
Fit-8 ta’ Mejju 1964, din id-Dar tal-Kleru fetħet il-bibien tagħha u minn dakinhar sal-lum numru kbir ta’ saċerdoti u reliġjużi fittxew l-għajnuna li kellhom bżonn f’dan il-post residenzjali mdawwar b’dawn il-Qaddejja taċ-Ċenaklu.
Ħuti, jalla r-rispett u r-rikonoxxenza tagħna lejn dawn ħutna s-saċerdoti li jinsabu f’din id-Dar tal-Kleru wara li ddedikaw ħajjithom għalina u għal ġid tal-familji tagħna u pajjiżna ma jonqos qatt. Kull meta mmur inżur xi wieħed mis-saċerdoti ħbieb tiegħi, appena nidħol f’din id-Dar tal-Kleru nħoss dak il-kenn, dik is-serenità fejn donnu Ġesù jkellem lir-ruħ ta’ kull min qiegħed rikoverat hemm ġew dwar il-paċi tal-qalb.
Allura ħbieb tiegħi, iż-żmien jgħaddi minn fuq kulħadd. Tinkwetax iż-żejjed fuq il-futur. Aħseb li tqaddes il-mument preżenti b’rassenjazzjoni mar-rieda ta’ Alla. Agħmel biss it-tajjeb blimħabba u warrab il-ħażin fix-xogħol tiegħek tal-ġurnata.
Darba waħda, saċerdot li kien rikoverat f’din id-Dar tal-Kleru, ftit jiem biss qabel miet kien qalli: “Fil-ħajja tista’ b’ħaġa żgħira u sempliċi tbiddel is-sitwazzjoni kollha tiegħek u toħloq atmosfera ta’ paċi kull fejn tkun”.
Personalment ma nistax nimmaġina d-Dar tal-Kleru mingħajr il-Qaddejja taċ-Ċenaklu. Nitolbu għal dawn is-sorijiet li jfakkruna fil-vokazzjoni tagħhom bl-istess kelma “Ċenaklu” fejn Ġesù waqqaf l-Ewkaristija kif ukoll is-Saċerdozju.
Children’s Rights, a reality for all
Suzanne Garcia Imbernon Manager Office of the Commissioner for Children
As we stepped into a new year, we are reminded of the profound responsibility we share in safeguarding the rights and well-being of every child. Children are not just the future, they are the present, and their voices, needs, and rights must remain at the centre of our work. This year, we renew our unwavering commitment to promoting and advocating for children’s rights, to ensure that no child is left behind. Every child deserves to grow up in an environment that nurtures their potential, respects their dignity, and shields them from harm. The United Nations Convention on the Rights of the Child affirms that children have the right to safety, education, health, and participation in decisions that affect them. Yet, millions of children worldwide still face violence, exploitation, and neglect. Our mission is clear, we must ensure that these rights are not just words on paper but lived realities for every child.
Ensuring the protection of children from harm is a fundamental principle of their rights. Nowadays children face new challenges which may be more complex. Children are increasingly exposed to online dangers such as cyberbullying, grooming, and exploitation through digital platforms. Global issues like armed conflict add layers of vulnerability, leaving a large number of children without access to safe environments or basic facilities. Addressing these challenges requires a holistic approach. We need to work together to create safe spaces, both physical and digital, where children can learn, grow, and thrive. The tragic incident in Crans-Montana, Switzerland, on New Year’s Eve serves as a stark reminder
Photo: Niccy
of how vulnerable young people can be, even in settings meant for celebration. This heartbreaking event underscores the urgent need for stronger safety measures and proactive risk management to protect children and youth in all environments.
The Office of the Commissioner for Children plays a vital role in ensuring that children’ s rights are respected and upheld. Through advocacy, awareness raising, policy recommendations, and direct engagement with stakeholders, particularly children, the Office strives to protect them from harm and promote their best interests.
Equally important is ensuring that children’s rights remain high on the national and international agenda. This involves advocating for child-centred policies that prioritise safety, well-being, and meaningful participation in decision-making processes.
Protecting children is a collective effort. Whether you are a parent, teacher, neighbour, or policymaker, you have a role to play. The Office encourages all those working with or for children to learn more about children’s rights, speak up against abuse, and support initiatives that prioritise child safety. Safeguarding children’s rights is not a one-time effort but an ongoing responsibility.
As we move forward, we should continue to work together so that children’s rights are placed at the centre of our work. Together, we can build a society where every child feels safe, valued, and empowered to reach their full potential.
Photo: Alexander Grey
Sena Ġdida…
Doris Zammit
Xandara u Kittieba qormija@gmail.com
B’aktar aċċessibilità għal dawk b’diżabilità u l-anzjani
L-EWWEL PARTI
Matul dawn l-aħħar snin ilni ħafna ninnota kemm hawn nuqqasijiet fejn jidħlu l-anzjani u dawk b’diżabilità flimkien ma’ dawk b’diżabilità inviżibbli.
Fid-dawl ta’ dan, xtaqt inniedi kampanja dwar dan l-aspett. Għalhekk min jaqbel miegħi, jew jixtieq jgħid dwar aktar diffikultajiet li fi ħsiebni nkompli nikteb dwarhom aktar ‘il quddiem, jiktibli fl-email address kif għandkom hawn fuq. Il-ħsieb hu li ningħaqdu biex jiġu mibdula/ infurzati diversi nuqqasijiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom, kemm dawk b’diżabilità kif ukoll l-anzjani.
Matul is-sena kollha nħambqu dwar l-attenzjoni li għandha tingħata lill-anzjani, u ma nkunx ġusta jekk ma nammettix li qed isiru ħafna affarijiet sbieħ u tajbin biex l-anzjani jibqgħu attivi.
Dan qed iseħħ grazzi għal ħafna attivitajiet, laqgħat u seminars li jsiru biex kemm jista’ jkun lill-anzjani, u dawk b’diżabilità, nagħtuhom ħajja aħjar.
Lill hinn minn dan, jekk dak li jkun jagħlaq ftit għajnejh u jimmaġina kemm tinbidel ħajtu kieku kellu xi forma ta’ diżabilità. Eżempju ta’ dan: kif persuna tista’ ssajjar l-ikel kuljum kieku tikser id-driegħ tagħha jew titlef wieħed għal kollox? X’tagħmel biex tiċċaqlaq jekk issib ruħha f’siġġu tar-roti għall-bqija ta’ ħajjitha?
Dawn huma affarijiet tal-biża’ għal nies mingħajr diżabilità biex jaħsbu dwarhom. Iżda għal individwi li jgħixu b’diżabilità, din hija n-normalità: iħarsu lejn id-dinja b’għajnejn kreattivi u jsibu modi uniċi biex iwettqu l-kompiti ta’ kuljum.
Madankollu, il-pjanifikaturi tal-bliet u l-gvernijiet lokali għandhom dmir lejn persuni b’diżabilità li jagħmlu l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà, b’mod li jkunu aktar faċli. Wasal iż-żmien ukoll li l-uffiċjali jibdew jagħtu prijorità akbar lill-ħolqien ta’ aċċessibbiltà aħjar għal persuni b’diżabilità u dawk anzjani li, tali ma jkunux jifilħu jimxu wisq.
Se nwasslilkom diversi ċirkustanzi kif il-bliet u l-irħula tagħna jistgħu jkunu aktar aċċessibbli għal kulħadd, kemm għal min jgħix fihom kif ukoll għal min iżurhom.
Bini ta’ Rampi tal-Kantunieri (Curb Ramps)
Mhux sigriet li l-bliet u l-irħula huma żoni b’ħafna movimenti ta’ nies. Iżda xi wħud ma jirrealizzawx li l-anzjani, u dawk li jużaw siġġijiet tar-roti, jew siġġijiet elettriċi, iħobbu jkunu barra daqs kulħadd. Huma jippreferu jiċċaqalqu fuq il-bankini aktar milli bil-karozza jew bixxarabank, iżda jeħtieġu rampi fil-kantunieri biex jagħmlu dan.
Jinħtieġ aktar għarfien dwar ir-rampi. Din hija inizjattiva relattivament sempliċi għall-belt jew raħal iżda tagħmel differenza kbira għal ċittadini b’diżabilità u għall-anzjani.
Tpoġġija ta’ Rampi fuq it-Trasport Pubbliku
Għalkemm ir-rampi tal-kantunieri huma bidu tajjeb, mhumiex biżżejjed. Ir-rampi għandhom rwol kbir fil-mod ta’ kif iċ-ċittadini anzjani u b’diżabilità jiċċaqalqu, speċjalment meta jużaw ittrasport pubbliku.
Ħsieb ta’ Riflessjoni : Kull darba li titla’ fuq xarabank trid taqbeż xi spazju, tinżel il-bankina, biex nieħdu eżempju. Dan ma jistax isir minn persuna f’siġġu tar-roti. Barra minn hekk, dawk li jużaw il-krozzi, jew għandhom riġel jew driegħ prostetiku, iridu joqogħdu aktar attenti.
Ritratt: Marcus Aurelius
Wasal iż-żmien li dawn iċ-ċittadini jingħataw għażla aħjar. Jeħtieġ li jiġu installati rampi awtomatiċi fuq kull forma ta’ trasport pubbliku u naraw kif jiżdied l-użu ta’ dawn ir-riżorsi.
Issa daħlet sewwa d-drawwa li nikru t-taxi meta jkollna bżonn.
Dawn ukoll joħolqu l-problemi, b’mod speċjali l-mini buses, fejn biex titla’ trid parank. Rarissimu ssib lil xi ħadd għandu banketta biex wieħed jista’ jitla’ bil-kumdità. Kif jgħid ilMalti; “Staqsi lill-imġarrab.” Jiena b’hekk qed ninnutahom dawn l-affarijiet għax kemm ilni li waqajt, spiċċajt bilkemm niflaħ nimxi waħdi, u ma niflaħx nitla’ turġien, għalhekk bilfors ikolli nistaqsi għall-għajnuna. Għaldaqstant, wieħed jistaqsi jekk dan hux sew li biex titla’ minibus iridu jimbuttawk tnejn min-nies u bilkemm tkun tiflaħ ittella’ saqajk!
Bżonn ta’ Toilets b’Għajnuna Aktar Disponibbli
Li tmur it-toilet hija ħtieġa bażika tal-bniedem. Għalhekk, wieħed jista’ jargumenta li lprovvista ta’ toilets b’użu assistit hija dritt uman.
Persuni anzjani u b’diżabilità m’għandhomx ikollhom jillimitaw il-bżonnijiet tagħhom skont jekk toilet jistax jakkomodahom jew le. Għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw toilet bl-istess faċilità bħal kulħadd.
Dan ifisser li min għandu f’idejh l-ippjanar tal-bliet u rħula u s-sidien tal-bini jridu jaħsbu biex jipprovdu din l-opportunità. Anke t-toilets li huma magħmulin apposta għal dawk b’diżabilità huma ‘l bogħod minn perfetti!! Għaliex it-toilet paper ikun fuq wara u mhux fuq quddiem biex il-persuna tista’ tilħqu faċilment?
STEDINA GĦALL-ANZJANI U PERSUNI B’DIŻABILITA
Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nistieden persuni anzjani, kif ukoll persuni b’xi diżabilità sabiex jiftħu qalbhom u jitkellmu magħna permezz ta’ dawn il-paġni dedikati għalina. Jien se nkun qed naqra kull korrispondenza li tibagħtuli u fejn nista’ se nindirizza kull problema / ilment / suġġeriment li se tkellmuni dwarhom.
Dan bl-għan li aħna l-anzjani u l-persuni b’diżabilità jkollna livell ta’ ħajja aħjar. Għalhekk iktbuli fuq l-indirizz elettroniku tiegħi, qormija@gmail.com
Fil-ħarġa li jmiss se nkellimkom dwar kif jistgħu jinħolqu aġġustamenti sempliċi għalloġġetti ta’ kuljum, dwar stediniet għall-anzjani u persuni b’diżabilita, kif ukoll dwar l-aspett tal-aċċessibilità fit-triq.
Il-Proġett tal-Clinical Streaming
Dr. Patrick Galea MD MRCGP MMCFD MSC (S. Sciences) ESSQ Edinb
Principal General Practitioner - Mosta Health Centre
Lead PHC HWB (GU) Clinics - CBME Lead - Queen Mary University Malta Campus
Tony Micallef Koordinazzjoni
Miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
X’inhu l-għan tal-Clinical Streaming?
Il-proġett tnieda fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta f’Awwissu 2025 bl-għan li jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija tal-pazjenti u jiġi żgurat li każijiet ta’ emerġenza jingħataw l-għajnuna immedjata li jkollhom bżonn.
Barra minn hekk, dan il-proġett qiegħed jintroduċi sistema ta’ appuntamenti mat-tabib talfamilja sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jattendu f’ħin konvenjenti għalihom. L-iskop hu wkoll li jitnaqqas l-iffullar fis-swali ta’ stennija tal-klinika, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ trasmissjoni ta’ mard infettiv, speċjalment fost l-anzjani u n-nies vulnerabbli.
Kif jaħdem il-proċess tal-Clinical Streaming?
Meta pazjent jasal fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, jirreġistra mar-reception u jingħata biljett biex jara lit-tabib fil-Clinical Streaming Room fi żmien ftit minuti. It-tabib jivvaluta l-urġenza tal-każ u jikkategorizzah f’waħda minn tliet kategoriji:
Każ ta’ Emerġenza (Treatment Room)
Vista ta’ Rutina mat-Tabib tal-Familja
Każijiet sempliċi ħafna li jistgħu jiġu solvuti immedjatament mill-iStreaming Room –bħal kwistjonijiet sempliċi ta’ natura amministrativa
Anzjani u persuni b’diżabilità jingħataw prijorità biex jinqdew fil-Clinical Streaming Room.
Ritratt: RDNE Stock Project
X’jiġri f’każ ta’ emerġenza immedjata?
Każijiet ta’ emerġenza jiġu kklassifikati fi tliet livelli skont il-prijorità: Aħmar, Oranġjo u Isfar.
Aħmar: Każijiet serji ħafna fejn il-ħajja tal-pazjent tkun f’periklu imminenti, bħal attakk talqalb.
Oranġjo: Każijiet urġenti li jeħtieġu kura malajr iżda li mhumiex ta’ theddida immedjata għall-ħajja tal-bniedem.
Isfar: Każijiet li huma xorta meqjusa bħala emerġenza iżda inqas severi, bħal uġigħ qawwi fid-dahar.
Din is-sistema tippermetti li l-emerġenzi jiġu ttrattati b’mod ordnat u effiċjenti skont in-natura u l-grad tagħhom.
X’jiġri f’każijiet li mhumiex ikklassifikati bħala emerġenza immedjata?
Il-pazjent jingħata għażla mit-tabib fl-iStreaming Room, jew li jistenna fil-waiting area biex jara lit-tabib fl-istess jum, jew li jieħu appuntament għal ħin jew jum ieħor tal-għażla tiegħu. B’dan il-mod, il-proċess isir aktar effiċjenti u l-pazjenti ma jkollhomx iqattgħu sigħat twal jistennew.
X’riżultati dehru f’dawn l-aħħar xhur?
S’issa qed niksbu viżjoni aktar ċara u komprensiva tat-tip ta’ każijiet li jidhru fil-waiting areas tagħna. Il-ħin ta’ stennija għal każijiet ta’ emerġenza immedjata naqas b’mod sinifikanti, u lpazjenti bdew jirċievu kura aktar malajr u b’mod aktar effettiv. Fl-istess ħin, dejjem aktar pazjenti qed jużaw is-sistema tal-appuntamenti, li wasslet biex il-ħin ta’ stennija għall-każijiet mhux urġenti jonqos għal madwar siegħa jew anqas.
X’inhi l-viżjoni tagħna għal dan il-proġett?
L-għan tagħna hu li nkomplu nirfinaw u ntejbu dan is-servizz, filwaqt li nkomplu nħeġġu lillpubbliku jużah b’mod konxju u responsabbli. Qed naħdmu wkoll biex nintroduċu Mobile App li permezz tagħha l-pazjenti se jkunu jistgħu jivverifikaw il-ħinijiet ta’ stennija f’ħin reali.
Il-viżjoni fit-tul hi li dan is-servizz jiġi estiż b’mod gradwali għall-kliniċi kollha tal-Kura Primarja f’Malta u f’Għawdex.
Irid jingħad li dan huwa pass ġdid u innovattiv fil-Kura tas-Saħħa Primarja f’Malta. Għaldaqstant, għalkemm kull sistema ġdida ġġib magħha l-isfidi tagħha, irridu naħdmu flimkien sabiex inkomplu ntejbu l-kura offruta lill-pazjenti tagħna b’mod effiċjenti, professjonali u sostenibbli.
Ritratt: RDNE Stock Project
mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Tonio Bonello
Familja Media, MSPC
Tissokta l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-midja soċjali
Wara li l-Gvern kien ħabbar it-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika dwar riforma li għandha lgħan li tipproteġi lit-tfal u persuni vulnerabbli mill-ħsara li tista' ġġib magħha l-midja soċjali, saret l-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni. Għal-laqgħa kien hemm preżenti diversi entitajiet involuti fil-protezzjoni tat-tfal fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lkumitat tekniku li qiegħed ifassal din ir-riforma, fejn ħareġ kunsens wiesa' dwar il-ħtieġa ta' azzjonijiet konkreti biex tikber il-protezzjoni tat-tfal u ta' persuni vulnerabbli mill-perikli varji tal-midja soċjali.
Il-laqgħa tmexxiet mill-Ministru Michael Falzon u mis-Segretarju Parlamentari Rebecca
Buttigieg u ġew diskussi r-realtajiet soċjali li l-awtoritajiet jiffaċċjaw fix-xogħol tagħhom ta' kuljum u kif ir-riforma għandha tindirizza dawn il-każijiet billi toffri aktar għodda ta' protezzjoni. Fil-laqgħa kien hemm qbil li din ir-riforma għandha ssib bilanċ xieraq u m'għandhiex tnaqqas il-mezzi moderni ta' komunikazzjoni.
Il-Ministru Falzon qal li l-għan tar-riforma hu li jkun hemm protezzjoni akbar minn kontenut li jagħmel il-ħsara lil persuni vulnerabbli, b'żieda mal-protezzjoni legali li diġà hemm wara li l-
Ritratt: CYFOR Forensics
Parlament illeġiżla biex is-cyberbullying, is-cyberstalking u l-fake profiles ikunu kunsidrati bħala reat kriminali.
“Kienet laqgħa fejn smajna lill-istakeholders fuq dan is-suġġett tant topiku fuq il-midja soċjali u l-konsegwenzi tiegħu. Bħalissa għaddejjin bil-konsultazzjoni sabiex imbagħad immorru għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet li nkunu kkonkludejna fuqhom. Din hija realtà li qiegħda quddiemna u bħala Gvern responsabbli għandna l-obbligu li naraw li pajjiżna jkollu sistemi li permezz tagħhom iħares l-interess tal-minuri online," temm jgħid ilMinistru Falzon.
Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg saħqet li, “Din ir-riforma hija kumplessa għaliex ma teżistix soluzzjoni waħda. Madankollu, bħala pajjiż konna nkunu qed indaħħlu rasna fir-ramel jekk ma nirrikonoxxux li hemm realtajiet li jeħtieġu ħafna ħsieb, li jeħtieġu analiżi u finalment jeħtieġu azzjonijiet.
Bdejna s-sena bl-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika mal-ħaddiema tas-settur soċjali.
Smajna dwar diversi każijiet u realtajiet ta' persuni li jkunu vittmi ta' abbuż. Għaldaqstant qed nieħu gost li qed immexxu 'l quddiem din ir-riforma ħalli naraw li bħala Malta, bħala pajjiż li jimpurtah mill-poplu tiegħu jieħu deċiżjonijiet li għandu bżonn jagħmel biex l-ispazju online ikun dejjem aktar sigur."
Il-kumitat tekniku li ser jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern, beda jilqa' s-sottomissjonijiet mill-pubbliku għal Green Paper dwar ir-riforma tal-midja permezz tas-sit elettroniku publicconsultation.gov.mt. Din il-konsultazzjoni hija miftuħa sas-27 ta' Frar waqt li ser isiru laqgħat fil-komunità li fihom il-pubbliku huwa mistieden biex jgħid tiegħu dwar x'jixtieq li jsir permezz ta’ din ir-riforma.
140,000 familja jibdew jibbenefikaw minn żidiet imħabbra fil-Budget 2026
€112-il miljun marru fil-bwiet tal-pensjonanti u benefiċjarji oħra, bejn l-aħħar jiem tas-sena li għaddiet u l-ewwel jiem ta' din is-sena. Dawn il-benefiċċji jinkludu ż-żidiet imħabbra filBudget 2026.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn spjega li b'kollox qed jibbenefikaw madwar 140,000 familja jew individwi, bil-maġġoranza ta' dawn il-persuni jkunu pensjonanti.
Spjega kif il-pensjonanti ħadu l-ewwel pagament għal din is-sena b'rati mtejba, fejn madwar
78,700 pensjonant tal-irtirar b'kollox irċevew €77miljun għall-ewwel 4 ġimgħat tas-sena,
inkluż iż-żieda ta' €10 fil-ġimgħa fil-pensjoni. Fil-fatt, b'dawn l-aħħar żidiet, il-pensjonijiet għolew b'aktar minn €80 fil-ġimgħa fl-aħħar 13-il sena. “ sena ilu, fl soċjali, u nefqa ħafna ikbar fuq benefiċċji soċjali li qed tasal għand in Michael Falzon.
Min li ser ikunu tħallsu sal addizzjonali tar qabel l żidiet addizzjonali.
Is-Segretarju Permanenti spjega wkoll kif il-pagamenti tal-aħħar jiem inkludew kważi 25,000 familja li qed jirċievu €4 miljun f'In-Work Benefit għall-aħħar 3 xhur tal-2025. Filwaqt li fil-bidu t'April se jirċievu ż-żieda ta' €75 kull wild.
Kompla jiġi spjegat li kważi 16,000 persuna oħra qed jirċievu €9.7 miljun f'benefiċċji diversi oħra għall-ewwel 4 ġimgħat tas-sena li jinkludu pensjonanti mhux kontributorji, allowance għal carers, assistenzi tad-diżabiltà u assistenzi soċjali oħrajn.
Il-konsum tal-alkoħol baqa' stabbli waqt li l-użu tat-tabakk kompla jonqos
Kien ippubblikat l-Istħarriġ Ġenerali tal-Popolazzjoni dwar l-Użu tal-Alkoħol, it-Tabakk, u dDroga f'Malta fl-2023, li jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-użu tas-sustanzi fost irresidenti Maltin ta' bejn it-18 u l-65 sena. Imtlew madwar 3,400 kwestjonarju, u b'hekk ġiet assigurata stampa rappreżentattiva tax-xejriet tal-konsum matul l-aħħar żewġ deċenji.
L-istħarriġ, li jsir kull għaxar snin, isegwi x-xejriet fit-tul u jipprovdi għarfien siewi dwar lalkoħol, it-tabakk, il-kannabis, id-drogi bir-riċetta, l-użu ta' drogi illeċiti, il-logħob tal-azzard, u oqsma emerġenti bħall-vaping u l-kannabis mediċinali. Is-sejbiet tal-istħarriġ jindikaw li l-konsum tal-alkoħol għadu mifrux, b'żidiet osservati fost innisa. Filwaqt li l-użu riċenti tal-alkoħol żdied xi ftit, il-konsum ta' kull xahar baqa' stabbli.
Porzjon sinifikanti ta' dawk li jixorbu juru xejriet konsistenti ma' użu riskjuż tal-alkoħol.
L-użu tat-tabakk qed ikompli jonqos, b'inqas adulti jpejpu meta mqabbel mas-snin ta' qabel. Id-differenza bejn l-irġiel u n-nisa li jpejpu qed tonqos, għalkemm id-drawwiet u lintensità tat-tipjip ivarjaw fost l-utenti attwali.
L-użu tal-kannabis insibuh, partikolarment fost l-adulti żgħażagħ u l-irġiel. Il-bidu għandu t-
tendenza li jseħħ fl-aħħar tal-adolexxenza jew fil-bidu tal-età adulta, u l-użu huwa l-aktar komuni fil-grupp ta' età ta' bejn it-18 u l-24 sena.
Ritratti: Magda Ehlers u Cotton Bro Studio
Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li l-Ministeru se jkun qed jipprijoritizza sforzi ta' prevenzjoni msaħħa. Dan f'konformità mal-Politika Nazzjonali
dwar id-Droga tal-2023, għaddej xogħol biex jiġi stabbilit Korp ta' Koordinazzjoni talPrevenzjoni. Dan il-korp se jgħaqqad flimkien il-partijiet interessati rilevanti kollha biex jiżgura li l-istrateġiji ta' prevenzjoni jkunu kkoordinati, ibbażati fuq l-evidenza, u effettivi.
Il-Kap tan-National Focal Point (NDAU), Manuel Gellel qal li l-istħarriġ jenfasizza wkoll ilħtieġa għal aktar azzjoni dwar il-konsum tal-alkoħol, partikolarment rigward it-tnaqqis taddistakk bejn l-imġiba tax-xorb tal-irġiel u tan-nisa.
Intant il-Ministeru qed jipprepara biex iniedi Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol imġedda, immirata lejn is-salvagwardja tas-saħħa pubblika u l-promozzjoni tal-benesseri tas-soċjetà.
Il-Politika Nazzjonali dwar id-Droga tenfasizza l-importanza ta' investiment addizzjonali f'servizz low threshold u f'miżuri ta' tnaqqis tal-ħsara għal individwi li jużaw id-drogi b'mod attiv. Il-Ministeru jibqa' impenjat li jilħaq lill-aktar membri vulnerabbli tas-soċjetà b'kompassjoni, dinjità, u mingħajr ġudizzju, u b'hekk isaħħaħ id-dedikazzjoni ta' Malta għal komunità sikura, b'saħħitha, u inklużiva.
Sors ta’ dan it-tagħrif: www.familja.gov.mt
Ipproteġi s-saħħa mentali tiegħek u evita l-problemi
Gertrude Buttigieg
Officer at the Office of the Commissioner for the Rights of Persons with Mental Disorders
Li nipproteġu s-saħħa mentali tagħna tista’ tkun eħfef milli naħsbu. Ilkoll nistgħu nagħmlu xi ħaġa kuljum, u b’attivitajiet sempliċi li jgħinuna nħossuna tajbin, inkunu nistgħu nkampaw aħjar mal-ħajja. Li nippruvaw affarijiet ġodda kultant nistgħu nħossuna skomdi, imma ġeneralment, imbagħad isiru aktar faċli, aktar ma nipprattikawhom.
Mhux l-ideat kollha jgħoddu għal kulħadd, għalhekk agħżel dawk li japplikaw għalik. Żomm f’moħħok ħaġa waħda, ħadd mhu perfett. Ilkoll kemm aħna għandna l-limiti tagħna. Dak li huwa tajjeb biżżejjed għalik huwa pass ’il quddiem.
1. Viċin in-natura
In-natura jista’ jkollha effett li jikkalmak. Biex dan jgħin iżjed, ipprova uża s-sensi tiegħek biex issir iktar sensittiv għal dak li hemm madwarek – is-siġar, il-pjanti, l-għasafar, l-annimali, ilbaħar eċċ.
2. Ħares l-irqad
L-irqad spiss ibati meta s-saħħa mentali tonqos. Jekk għandek problemi biex torqod, ipprova waħda jew iżjed minn dawn:
• Oħloq rutina li tikkalmak qabel il-ħin tal-irqad.
• Evita t-televiżjoni, skrins mobbli, alkoħol, kaffeina, u eżerċizzju intens qabel ħin l-irqad.
• Ara li jkollok rutina konsistenti ta’ rqad, anke fi tmiem il-ġimgħa.
3. Iċċaqlaq
Is-saħħa fiżika u mentali huma ħaġa waħda. L-eżerċizzju jirrilaxxa ormoni li jbaxxu l-istress u rrabja. Tħossok aħjar ukoll fiżikament, u hu ta’ benefiċċju għas-saħħa mentali tiegħek. Kull moviment pjaċevoli jgħodd; mixi, żfin, workouts id-dar jew il-gym, mixi għall-qadi ta’ kuljum eċċ.
4. Ikel bnin
L-ikel u x-xorb għandhom impatt fuq ġisimna, moħħna, u l-burdati tagħna. L-ikel biz-zokkor jipprovdi pjaċir għal żmien qasir iżda jwasslu għal sensazzjoni ta’ għejja hekk kif jgħaddi leffett tiegħu, l-istess bħalma tagħmel il-kaffeina.
Dieta rikka fil-ħxejjex u l-frott tagħmel tajjeb għas-saħħa b’mod ġenerali imma dik mentali wkoll. Il-fatt li nieklu flimkien m’oħrajn jgħin biex nibnu relazzjonijiet kif ukoll biex intejbu lburdati u kif inħossuna.
Ritratt: Nappy
5. Ambjent pożittiv
Li tħossok waħdek jista’ jittaffa b’azzjonijiet żgħar bħal tbissima jew kelma pożittiva. Din tgħin il-burdata tiegħek kif ukoll lil min jirċevihom. Li tkun f’kuntatt mal-oħrajn jgħin issaħħa mentali. Dan jista’ jsir ukoll permezz tal-volontarjat jew sħubija f’attivitajiet fi grupp li jwasslu biex ma tħossokx waħdek u ssir tħossok li għandek skop fil-ħajja. Skop għal xiex tgħix.
6. Kun kurjuż
Il-ħajja tista’ tkun aktar interessanti u ta’ sodisfazzjon meta nkunu miftuħin għal esperjenzi ġodda. M’hemmx għalfejn ikunu affarijiet kbar, imma forsi nsibu xi post ġdid li jogħġobna, niskopru talent li ma konniex nafu li kellna jew niltaqgħu ma’ xi ħadd ġdid u li nsibuh importanti għalina.
Ritratt: Christina Morillo
Ritratt: Tima Miroshnichenko
7. Inħarsu ’l quddiem
Il-fatt li nħarsu ’l quddiem għal attivitajiet pjaċevoli jgħinna niffaċjaw żmien iebes billi nintlew bit-tama, li tgħin fis-saħħa mentali. Jistgħu jkunu pjanijiet sempliċi bħal kafè jew te ma’ persuni tal-qalb. Jista’ jkun vjaġġ. Hu x’inhu, l-importanti li tibda minn xi mkien, tippjana, tiddeċiedi d-dettalji, u żżomm ma’ dak il-pjan. Irrepeti regolarment għal benefiċċju kontinwu.
8. Kun attent
Li nkunu attenti għal kif inħossuna mingħajr ma niġġudikaw lilna nfusna hu importanti ħafna. Ħares lejk innifsek bil-kalma u kun ġentili miegħek innifsek. Jista’ jkun li għall-ewwel inħossuna skomdi għax hu mod ġdid kif inħarsu lejna nfusna, imma bil-prattika u lpaċenzja, dan isir aktar faċli.
Modi kif timmaniġġja dwar kif tkun tħossok jinkludu:
• Agħraf u aċċetta l-emozzjonijiet
• Kellem lilek innifsek bil-ħlewwa u l-ġentilezza
• Ikteb il-ħsibijiet tiegħek
9. Tkellem
Tista’ tagħmel ħafna ġid lilek innifsek billi titkellem ma’ xi ħadd dwar kif qed tħossok jew x’ qed issib iebes fil-ħajja, speċjalment jekk normalment mhux soltu taqsam dawn il-ħsibijiet ma’ ħaddieħor.
Li sempliċiment nitkellmu ma’ persuna li nafdaw nistgħu ngħinu u nħossuna aħjar. Il-fatt li titkellem għandu mnejn ibiddel ukoll kif qed tara jew qed tħossok dwar is-sitwazzjoni. Importanti li tkun xi tkun, issib l-għajnuna.
10. Tbiegħed mill-vizzji
Ħafna minna kultant jużaw id-drogi biex iħossuhom aħjar f’mumenti diffiċli, bħal meta jħossu d-dwejjaq, il-biża’ jew il-mistħija. Sfortunatament, dawn is-sustanzi ma jwaqqfux issentimenti milli jirritornaw u, anzi, jistgħu jaggravaw l-affarijiet jew joħolqu problemi oħrajn, inkluż ħsara fis-saħħa mentali u fiżika tagħna, fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna, fixxogħol, jew fl-istudju.
Jekk taħseb li għandek problema ta’ abbuż ta’ sustanzi, fittex għajnuna professjonali. https://commissionermentalhealth.gov.mt/en/helplines-apps-chats/
11. Immaniġġja flusek
Inkwiet dwar il-kontijiet, id-djun, u l-affarijiet ta’ natura finanzjarja jista’ jkun kbir ħafna u jaffettwa s-saħħa mentali tagħna. Filwaqt li l-problemi finanzjarji mhux bilfors se jibqghu hemm, jekk titkellem ma’ persuna li tafda u li hi barra mis-sitwazzjoni tista’ tħossok inqas waħdek u tgħinek issib soluzzjonijiet possibbli u tipprevjeni jew tgħin biex issolvi lproblemi tas-saħħa mentali tiegħek.
Dan l-artiklu hu addattat minn xogħol tal-Mental Health Foundation. Tista’ ssegwi aktar dwar dan fuq is-sit: https://www.mentalhealth.org.uk/explore-mental-health/publications/ our-best-mental-health-tips