Skip to main content

YTC vaganzi tas-Sajf 2021

Page 1

X’qed tistenna? Kellimna issa biex tippjana s‑safra għas‑sajf li ġej b'moħħok mistrieħ li ser tiddeverti żgur bi prezzijiet għall‑but ta' kulħadd.

Vaganzi tas-Sajf 2021

Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek? Kellimna, aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd.

YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171, Malta Tel: 2122 2040 • Mob:+356 7979 2040 info@ytc.com.mt • www.ytc.com.mt


Il-Belt ta’ Bari fuq il-Baħar Adrijatiku Mill‑Erbgħa 7 ta’ Lulju sal‑Ħadd 11 ta’ Lulju 2021 Ikel tajjeb, folklor, bini mill‑isbaħ u bliet mhux tas‑soltu. Inżuru wkoll Alberobello, l‑Għerien ta’ Castellana, Polignano a mare, Matera u Cisternino.

L‑Erbgħa 7 ta’ Lulju Niltaqgħu l‑ajruport fid‑9:30am mnejn intiru u naslu fl‑ajruport ta’ Bari, Karol Wojtyla, fis‑12:50pm b’titjira diretta tar‑Ryanair. Bil‑kowċ naslu l‑lukanda fiċ‑ċentru tal‑belt. Jitqassmu l‑kmamar u niltaqgħu fir‑‘reception’ biex noħorġu dawra mal‑belt. Il‑belt‑port ta’ Bari li taf l‑oriġini tagħha lill‑immigranti Griegi ta’ 2,000 sena ilu, qiegħda fuq ix‑xifer tal‑Baħar Adrijatiku li jħares lejn il‑Greċja u fil‑preżent għandha popolazzjoni ta’ 320,000 ruħ. Fiha toroq twal sbieħ u organizzati, xogħol tal‑iżvilupp ta’ wara l‑1920, u fiha wkoll it‑toroq dojoq u jserrpu wirt tal‑iżvilupp antik taċ‑ċentru oriġinali tal‑belt. Ingawdu l‑mixja tul il‑Lungo Mare u nżuru l‑bażilika ta’ San Nikola, li hija binja ta’ 900 sena ilu, bl‑istatwa famuża ta’ San Nikola (tas‑Siġġiewi) u l‑kripta bil‑fdalijiet tiegħu. Passiġġata f ’Corso Emanuele, Corso Cavour, Via Sparano u Via Manzoni fid‑distrett tax‑xiri fejn nieqfu għal bìbita qabel ma nerġgħu lura lejn il‑lukanda. Il‑Ħamis 8 ta’ Lulju Fid‑9:00am nitilqu mil‑lukanda lejn il‑belt ta’ Alberobello, belt li fiha dehra mhux tas‑soltu minħabba ċ‑ċentru tagħha mżejjen b’aktar minn elfejn dar mibnijin bis‑soqfa qishom koppli‑lembut u li jsejħulhom ‘Trulli’. Ambjent miżmum tajjeb u nadif u b’dehra ġdida li tagħtik pjaċir. Mhux biss id‑djar, imma anke l‑knisja u ħafna ristoranti huma mibnijin fl‑istess għamla. Inżuru wkoll l‑Għerien ta’ Castellana, dehra naturali tal‑għaġeb li huma formazzjoni fil‑blat ta’ madwar 90 miljun sena ilu. Aħna u sejrin lura lejn Bari, inżuru belt żgħira

sabiħa f ’xifer il‑baħar jisimha Polignano a Mare magħrufa l‑aktar għal Domenico Modugno li twieled hemm u li għandu monument sabiħ ikanta l‑Volare‑oh‑oh. Din il‑belt taf il‑bidu taghha madwar elf sena ilu fi żmien l‑Għarab u n‑Normanni. Ikollna ħin nagħmlu passiġġata u min irid jista’ jgħum.

fiż‑żona storika tal‑belt. Nerġgħu niltaqgħu fis‑1:00pm biex inżuru l‑Kastell Svevo mibni mir‑Re Ruġġieru, in‑neputi tal‑Konti Ruġġieru li ħa lil Malta minn taħt l‑Għarab u qegħedha taħt il‑ħakma tan‑Normanni. Inżuru l‑Katidral ta’ San Sabino fejn nisimgħu l‑quddiesa li tiswa għall‑għada.

Il‑Ġimgħa 9 ta’ Lulju Illum sejrin Matera, belt li ġiet magħżula fl‑2019 mill‑UNESCO bħala belt ta’ wirt dinji. Din ukoll hija belt li fiha s‑sorpriżi tagħha. Fl‑imgħoddi mhux bogħod ħafna kienet maqsuma f ’żewġ taqsimiet – fin‑naħa ta’ fuq kienu joqogħdu s‑sinjuri u fl‑għelieqi tal‑wied ta’ taħt il‑belt kien joqogħdu l‑bdiewa u l‑foqra. Il‑ġebla tal‑belt hija ġebla ratba ħafna u fiha n‑nies il‑foqra, ħaffru mijiet ta’ għerien u kmamar li kienu joqogħdu fihom. Ħaffru l‑knisja, il‑ħwienet u l‑għerien għall‑bhejjem. Belt qisha presepju li llum hija attrazzjoni turistika mill‑aqwa. Flimkien mal‑gwida nduru l‑parti prinċipali. Wara nżuru l‑inħawi ta’ Cisternino. Hawn magħrufin għall‑‘bombette’ li huma dawriet irqaq ta’ laħam (vitella jew majjal) imremblin u mimlijin b’ħafna affarijiet differenti. Insibu wkoll ħwienet tal‑laħam li jsajrulek il‑biċċa laħam li tagħżel fil‑pront u tkun tista’ toqgħod tiekol fuq mejda barra l‑ħanut f ’waħda mit‑toroq dojoq ta’ dan ir‑raħal.

Il‑Ħadd 11 ta’ Lulju Inqumu u nieħdu l‑kolazzjon biex nitilqu bil‑bagalji fit‑8:30am lejn iċ‑ċentru kummerċjali Mongolfiera Santa Caterina. Fil‑11:00am nitilqu lejn l‑ajruport ta’ Bari mnejn intiru mar-Ryanair u naslu lura Malta fis-2:30 pm.

Is‑Sibt 10 ta’ Lulju Filgħodu ħin liberu. Kulħadd jista’ jmur jagħmel ix‑xiri jew jippassiġġa max‑xatt jew

IL-PREZZ ta’ €485* (għal kull persuna ġo kamra doppja) jinkludi: • It-titjira bir-Ryanair lejn Bari u lura • Basket fl-idejn u bagalja ta’ 10 kilogrammi kull persuna • 4t iljieli f’lukanda Boston Bari 3* (fiċ‑ċentru) fuq Bed & Breakfast • Kolazzjon filgħodu • Leader Malti • Airport Transfers • L-eskursjonijiet u l-kowċ • L-Insolvency fee u t-taxxi kollha • Mhux inkluzi L‑entraturi għall‑mużewijiet, l‑għerien u l‑kastell. Persuna waħedha f’kamra................. €585 Persuna f’kamra ta’ tlieta................... €455 Tfal ( 3 sa 10 snin).................................. €395


Il-Maċedonja tan-Nord Mit-Tnejn 19 sat-Tnejn 26 ta’ Lulju 2021. Gawdi din is-sorpriża f’pajjiż qrib li għadek ma tafux. Inżuru: Skopje, Tetovo, Matka Canyon, Stobi, Ohrid, il‑Monasteru ta’ St. Naum, Vevcani, Struga, Trpejca, il‑Mużew tal‑Għadam fuq il‑baħar u l‑Kantini tal‑Inbid ta’ Popova Kula fejn ħa nieklu ikla tradizzjonali.

It‑Tnejn 19 ta’ Lulju Niltaqgħu l‑ajruport ta’ Malta fis‑1:30 ta’ waranofsinhar u nitilqu mal‑Wizz Air b’titjira diretta. Naslu Skopje fil‑5:25pm. Nibqgħu sejrin lejn il‑lukanda, jitqassmu l‑kmamar u jkollna l‑ikla ta’ filgħaxija. It‑Tlieta 20 ta’ Lulju Wara l‑kolazzjon, noħorġu dawra mal‑belt kapitali SKOPJE. Naraw il‑fortizza, monumenti storiċi u postijiet arkeoloġiċi. Fil‑qalba antika tal‑belt hemm moħbija diversi siti ta’ interess: l‑istazzjon il‑qadim, il‑mużew arkeoloġiku, id‑dar ta’ Tereża ta’ Kalkutta, kif ukoll il‑pjazza prinċipali bl‑istatwa ta’ Alessandru l‑Kbir, hemm il‑pont tal‑ġebel, il‑bażar, il‑knisja ta’ San Spas, id‑Daut Pasha Hammam, li llum inbidel f ’gallerija tal‑arti, il‑moskea ta’ Mustafa Pasha, il‑monasteru ta’ San Pantelejmon, l‑akwedott u r‑rovini ta’ Skupi li minnhom il‑belt ħadet isimha. Wara nirkbu l‑‘cable car’ sas‑salib tal‑millennju, għoli 66 metru fuq il‑quċċata tal‑muntanja Vodno, u li twaqqaf b’tifkira ta’ 2000 sena ta’ ħajja Nisranija fid‑dinja. L‑Erbgħa 21 ta’ Lulju L‑ewwel destinazzjoni tagħna llum hija TETOVO, waħda mill‑ikbar bliet fil‑Maċedonja tan‑Nord. Inżuru l‑Moskea l‑Impittra li oriġinarjament inbniet fl‑1438 u ġiet mibnija mill‑ġdid fl‑1833 minn Abdurrahman Pasha. Aktar minn 30 elf bajda ntużaw biex titħejja t‑tpinġija u l‑verniċ ta’ dan it‑tiżjin elaborat. Wara nżuru l‑Matka Canyon li huwa monument uniku ta’ ġmiel naturali b’varjetà rikka ta’ flora u fawna. Inżuru wkoll il‑knisja mibnija fl‑1450, iddedikata lill‑Appostlu Sant’Andrija, dawra bid‑dgħajsa lejn l‑għar Vrelo u mixja qasira f ’passaġġ matul il‑‘canyon’ għal dawk li jħobbu l‑ġmiel tan‑natura. Il‑Ħamis 22 ta’ Lulju Filgħodu wara l‑kolazzjon nitilqu bil‑bagalji lejn il‑belt ta’ OHRID. Tul it‑triq inżuru STOBI, li

hija sit arkeoloġiku mill‑aktar importanti billi tissemma f ’dokumenti antiki tat‑Tieni Seklu W.K. għalkemm kienet diġà ilha teżisti xi 400 sena. Wara nieqfu nistrieħu fil‑kantini tal‑inbid ta’ Popova Kula, fejn ħa nieklu tipiku u nduqu l-inbid fuq il‑ġnub tal‑Għolja l‑Kbira. Din il‑fabbrika tal‑inbid kisbet suċċess kbir għall‑inbejjed lokali. Naslu Ohrid filgħaxija. Il‑Ġimgħa 23 ta’ Lulju Wara l‑kolazzjon għandna dawra turistiku ta’ din il‑Belt Wirt Dinji tal‑UNESCO. Se nżuru l‑belt il‑qadima ta’ Ohrid mal‑knisja ta’ Santa Sofija u nuru r‑rabta bejn l‑arti Biżantina u dik Rinaxximentali Taljana. Inbena bejn is‑seklu 11 u l‑14 u kien is‑sede tal‑Arċisqof San Klement. Ukoll, San Ġwann f’Kaneo, li jinsab waħdu fuq peniżola żgħira li jipprovdi veduti panoramiċi spettakolari tal‑lag u l‑muntanji tal‑madwar. Se naraw veduta tajba tal‑Fortizza Samuil u l‑Bazaar ta’ Ohrid fejn ibiegħu l‑perla Ohrid unika, li hija popolari ħafna fl‑Ewropa u fid‑dinja. Insuqu lejn ir‑raħal ta’ Vevcani mibni fuq għoljiet weqfin u protett minn muntanja b’djar qodma attraenti u binjiet ta’ kull stil u għamla. Il‑famużi molol Vevcani għandhom fluss ta’ ilma ta’ bejn 400‑4000 litri/sek li jispjega l‑ħafna mtieħen tal‑ilma f’din iż‑żona. Aħna nkomplu lejn Struga fejn ix‑xmara Black Drim tibda l‑vjaġġ tagħha lejn l‑Adrijatiku. Xemx u għawm fil‑kumplament ta’ waranofsinhar. Nirritornaw lejn Ohrid għall‑pranzu. Is‑Sibt 24 ta’ Lulju Nibdew il‑ġurnata b’dawra spettakolari bid‑dgħajsa li twassalna sal‑Monasteru ta’ San Naum. Fil‑monasteru nsegwu t‑triq ta’ San Naum u niltaqgħu mal‑leġġendi tal‑mirakli kollha li għamel qabel u wara li bena l‑knisja tiegħu fuq il‑quċċata tal‑blat. Wara li nżuru l‑monasteru, immorru l‑bajja ta’ Ljubanishta għal ftit ħin ta’ rilassament u għum. Wara nofsinhar, żjara fil‑villaġġ sabiħ tas‑sajd, Trpejca, qabel ma nkomplu ftit kilometri lejn it‑tramuntana biex

inżuru l‑mużew tal‑bajja tal‑għadam fuq l‑ilma. Nirritornaw lura Ohrid għall‑pranzu fil‑lukanda. Il‑Ħadd 25 ta’ Lulju Illum inżuru Heraclea, il‑belt ippreservata b’mod ċar mill‑Imperu tal‑Maċedonja tat‑Tramuntana Antika, li baqgħet mimlija ħajja, u Bitola t‑tieni l‑akbar belt u l‑eqdem fil‑pajjiż, storikament magħrufa bħala Monastir jew Manastır. Wara nimxu fit‑triq sabiħa prinċipali u nżuru l‑Mużew għani ta’ Bitola. Ħin għax‑xiri. Ikel fil‑lukanda tagħna f’Ohrid. It‑Tnejn 26 ta’ Lulju Check‑out wara l‑kolazzjon, immorru lejn l‑ajruport ta’ Skopje u nitilqu mill‑Maċedonja fuq titjira ta’ Wizz Air fis‑1:15pm u naslu Malta fit‑3:00pm. Prezz ta’ €795 fuq bażi Half Board (għal kull persuna f’kamra doppja) jinkludi: • Titjiriet mal‑Wizz Air lejn Skopje u lura, inklużi t‑taxxi • Handbag (40 x 30 x 20ċm), bagalja żgħira (55 x 40 x 23ċm) u bagalja ta’ 20kg (checked in) • 3 iljieli fi Skopje fil‑Lukanda Best Western 4 * • 4 iljieli f’Ohrid fil‑Lukanda Royal View 4 * • Kowċ komdu bl‑arja kondizzjonata • Gwida lokali u gwida Maltija • Vjaġġ bid‑dgħajsa lejn l‑Għar ta’ Vrelo • Dawra bid‑dgħajsa lejn il‑Monasteru ta’ San Naum • Il‑ Cable Car tal‑Millennium Cross fuq il‑Muntanja Vodno • Ħlasijiet għad‑dħulijiet skont il‑programm • Wine tasting u ikla tradizzjonali fil‑Popova Kula Winery • L‑Insolvency Fund u t‑taxxi kollha Mhux inklużi daħliet għall‑mużewijiet, monasteri u kastelli. Kamra tal‑wieħed:........................................ €895 Kamra tripla: €755............... għal kull persuna Tfal (6 sa 12‑il sena):............€600 kull wieħed


Tfal, Żgħażagħ u Kbar f’Safra ta’ Allegrija Mill–Ħadd 8 t’Awwissu sal–Ħadd 15 t’Awwissu 2021.

Dan il‑programm żgur jissodisfa l‑ispirtu ta’ avventura u ta’ divertiment tiegħek u ta’ wliedek. Inżuru Cologne, Dortmund, Cochem, Dusseldorf, inżuru waterpark jismu Aqualand u themepark jismu Phantasialand, birreriji u kastelli.

Il‑Ħadd 8 t’Awwissu Ninġabru l‑ajruport fil‑5:00 ta’ filgħodu biex nitilqu mat‑titjira tal‑AirMalta KM352 għal Dusseldorf l‑Ġermanja; naslu hemm fl‑9:50 ta’ filgħodu. Nieħdu l‑bagalji, nirkbu l‑kowċ u nitilqu lejn Cologne. Jitqassmu l‑kmamar u niltaqgħu mal‑gwida għal dawra ma’ Cologne. Il‑kampnari twal tal‑Katidral Kattoliku jidhru minn kullimkien. Il‑katidral huwa l‑ġawhra tal‑belt li għalkemm tkissret fil‑gwerra, dan baqa’ sħiħ. Dan il‑katidral, li qiegħed qrib ix‑xmara Rhine, huwa miżmum bħala Sit Kulturali tal‑UNESCO. Fih hemm ir‑relikwi tas‑Slaten Maġi li żaru lil Ġesù tarbija. Fil‑pjazza ta’ quddiemu hemm fdalijiet Rumani u ħwienet ma’ kullimkien. Belt sabiħa li timpressjonak. It‑Tnejn 9 t’Awwissu PHANTASIALAND ‑ qisna se noħorġu mid‑dinja tax‑xogħol u tal‑inkwiet, u nidħlu fid‑dinja tal‑ħolm. Naraw xenarji mill‑aktar eżotiċi u nisimgħu ‘soundtracks’ tal‑ġenn filwaqt li għaddejjin fuq rikbiet ta’ avventura. Siġar eżotiċi fil‑ġungla u pagodi Ċiniżi f ’nofs it‑tpespis tal‑‘goblins’, rikba fuq Taron li huwa l‑itwal ‘rollercoaster’ tad‑dinja jew rikba fuq Raik il‑‘boomerang rollercoaster’ li jivvjaġġa ’l quddiem u lura. It‑Tlieta 10 t’Awwissu Wara l‑kolazzjon nitilqu biex naraw iż‑‘Zoo’ ta’ Cologne u l‑ġonna ta’ miegħu fejn jgħixu aktar minn 10,000 annimal ġejjin minn 800 speċi differenti. Twaqqaf fl‑1860 u huwa wieħed mill‑eqdem, imma fl‑istess ħin wieħed mill‑aktar li żamm ruħu modern. Wara din l‑esperjenza mmorru għal ‘cruise’ żgħir fuq ix‑xmara Rhine ħalli naraw il‑belt minn perspettiva oħra. Filgħaxija nżuru wieħed mill‑kwartieri l‑aktar interessanti tal‑belt jismu Chlodwigplatz. Din hija pjazza b’ħafna ħwienet tal‑kafè u ristoranti ffrekwentati mill‑‘hipsters’,. Il‑pjazza Chlodwig hija l‑qalba ta’ Cologne u hija l‑post fejn hemm

is‑Severinstorburg, wieħed mill‑isbaħ bibien tal‑belt. L‑Erbgħa 11 t’Awwissu AQUALAND – illum għandna avventura oħra tistenniena fil‑park li jipprovdi divertiment akkwatiku għall‑familja kollha. Iż‑żgħar iduru rashom ’il fuq u ‘l isfel waqt li jiżżerżqu fir‑Rocket Launcher li jibda b’qabża ta’ m’għola 3 sulari mbagħad idur mal‑bini b’veloċità ta’ 50 kilometru fis‑siegħa. Għall‑kbar, divertiment aktar kalm fl‑ispa u fit‑12‑il sawna differenti. Ġibu magħkom il‑malja. Il‑Ħamis 12 t’Awwissu Wara l‑kolazzjon nitilqu lejn DORTMUND fil‑Ġermanja. Din hija belt li għalkemm f ’dawn l‑aħħar mitt sena kienet mimlija fabbriki ta’ magni kbar u industrija goffa, issa qalbet għal belt ta’ industrija teknika rfinuta. Din hija belt magħrufa mad‑dinja kollha, u bir‑raġun, għat‑tim tal‑futbol tagħha: Borussia Dortmund. Inżuru l‑grawnd tal‑futbol is‑Signal Iduna Park (mhux inkluż fil‑prezz), li huwa t‑tieni l‑ikbar fl‑Ewropa, nitilgħu fuq it‑Torri Florianturm u nżuru l‑ispazju Westfalenpark kollu ħdura u attrazzjonijiet żgħar. Il‑Ġimgħa 13 t’Awwissu Jista’ jkun li l‑belt żgħira ta’ COCHEM, mibnija fuq il‑ġnub miksijin bid‑dwieli tax‑xmara Moselle, toffri lit‑turist li jżur il‑Ġermanja, l‑iktar xena sabiħa li jibqa’ jiftakar. Għalhekk illum inżuru din il‑belt bil‑kastell medjevali tal‑ġbir tat‑taxxa li fl‑1870 reġa’ nbena mill‑ġdid fl‑istil tas‑sħaħar tal‑ħrejjef, naraw id‑djar tal‑injam, it‑toroq dojoq u l‑bibien medjevali tal‑belt mibnija ġewwa ċirku li toħloq ix‑xmara li tgħaddi madwarha. Nistgħu nirkbu ċ‑‘chairlift’ għal għoli ta’ 155 metru u nżuru l‑mitħna li sa mill‑1810 ilha titħan u toħloq l‑ingredjent favorit tal‑mustarda li għalih Cochem hija tant magħrufa.

Is‑Sibt 14 t’Awwissu Dalgħodu se nitilqu lejn DUSSELDORF. Din hija l‑belt magħrufa għal djar residenzjali u parks mibnijin mill‑Eletturi Imperjali, mimlija b’mużewijiet tal‑arti ta’ kull kwalità, ċentri kulturali u knejjes medjevali. Inħallu l‑bagalji fil‑lukanda u nirkbu l‑‘hop on hop off ’ ħalli bil‑kowċ induru u ngawdu l‑belt kollha sal‑5 ta’ filgħaxija. Nisimgħu wkoll il‑quddiesa flok għada. Il‑Ħadd 15 t’Awwissu Il‑Ġermaniżi jsejħu l‑ġurnata tal‑lum ‘Maria Himmelfahrt’. Festa kbira fl‑Ewropa kollha tat‑tlugħ tal‑Madonna fis‑Sema. Malli nlestu mill‑kolazzjon niltaqgħu fir‑‘reception’ bil‑bagalji, biex nibqgħu sejrin bil‑kowċ lejn l‑ajruport ta’ Dusseldorf mnejn mat‑titjira tal‑AirMalta KM353 naslu Malta fis‑1:30 ta’ waranofsinhar. PREZZ ta’ €895 kull persuna f’kamra doppja ‘Bed and Breakfast’ jinkludi: • It‑titjira lejn Dusseldorf u lura • Bagalja kull persuna sa massimu ta’ 23 kilo u oħra fil‑kabina sa massimu ta’ 10 kili • 6 iljieli fil‑Lukanda Premier f’Cologne u lejl f’Dusseldorf. • Kolazzjon kuljum • Gwida Maltija u gwida f’Cologne u f’Dusseldorf • Trasferimenti tal‑ajruporti • L‑eskursjonijiet imsemmija fil‑programm f’kowċ komda • L‑Insolvency fee u t‑taxxi kollha Prezzijiet: Prezz f’kamra ta’ wieħed: ........................ €1070 Tfal (minn 3 sa 10 snin):..............................€595 MHUX INKLUŻI il‑biljetti għall‑entraturi kollha ta: Phantasialand, Aqualand, ġurnata ż‑Zoo, siegħa Panoramic Boat, Chairlift f’Cochem u l-grawnd tal-futbol Borussia Dortmund. Ħlas ta’ dħul f’kastelli, mużewijiet.


Minn Belgrad għal Budapest Mill-Ġimgħa 20 sal-Ġimgħa 27 t’Awwissu 2021

Dak li jagħmel dawn iż-żewġt ibliet ta’ min iżurhom huwa l-fatt li għadhom mhux magħrufa ħafna. Jekk qatt ma kont il-Balkani u trid tibda tesplora r-reġjun, dan żgur huwa bidu tajjeb. Inżuru Belgrad, il-Park Nazzjonali ta’ Derdap, Novi Sad, Subotica u Budapest.

Il‑Ġimgħa 20 t’Awwissu Tluq bit‑titjira ta’ Wizz Air lejn l‑ajruport ta’ Belgrad fl‑3:45pm, u naslu fil‑5:40pm. Il‑grupp għandu jkun l‑ajruport sas‑1:30pm. Mal‑wasla tagħna f’Belgrad nagħmlu ‘check‑in’ fil‑lukanda u mmorru għal pranzu tal‑folklor tradizzjonali fil‑kwartier Bohemian ta’ Skadarlija. Is‑Sibt 21 t’Awwissu Illum se nibdew b’dawra turistiku ma’ Belgrad. Ngħaddu minn Pjazza Repubblika biż‑żona pedonali u l‑katidral tagħha, inżuru l‑Pjazza Terazije, naraw il‑Parlament Nazzjonali, il‑fdalijiet tal‑ibbumbardjar tan‑NATO fid‑distrett ta l‑amba x xata, il‑Mużew tal‑Istorja Jugoslava ddedikat għall‑ħajja u l‑għemejjel ta’ wieħed mill‑aktar mexxejja importanti tal‑Jugoslavja, il‑President Josip Broz Tito, it‑Tempju St Sava, ir‑Re Alexander Boulevard, il‑? Inn (imsejjaħ Question Mark), l‑eqdem lukanda f ’Belgrad, u bla dubju l‑Fortizza ta’ Kalemegdan bil‑veduti tal‑għaġeb tagħha. Ħin liberu għax‑xiri fi Triq Knez Mihailova. Il‑Ħadd 22 t’Awwissu Illum nibdew b’mawra ta’ sagħtejn lejn il‑Lvant tas‑Serbja, ingawdu l‑pajsaġġi sbieħ u nismgħu stejjer interessanti dwar din il‑parti tal‑pajjiż. L‑ewwel waqfa hija l‑Fortizza ta’ Golubac, b’kastell tal‑ħrejjef mill‑isbaħ fil‑post fejn jinsab fil‑pajsaġġ raff f ’ras il‑Gorge ta’ Đerdap. B’kollox hemm disa’ torrijiet, kull wieħed għoli bejn 20m u 25m. Nipproċedu lejn l‑iktar parti wiesa’ tax‑Xmara Danubju, il‑famuż Bieb tal‑Ħadid. Il‑binja bikrija ta’ Lepenski Vir ġiet mikxufa għall‑ewwel darba fl‑1965. L‑arkitettura sagra u l‑iskulturi monumentali jmorru lura għal 6,000 QK, li jimmarkaw ukoll il‑bidu taċ‑ċiviltà fl‑Ewropa. Ritorn lejn Belgrad.

It‑Tnejn 23 t’Awwissu Kolazzjon u ‘check‑out’. Tluq lejn l‑Ungerija. Fit‑triq tagħna lejn Budapest se nieqfu f ’Novi Sad, il‑Kapitali Ewropea tal‑Kultura tal‑2021. Se mmorru l‑Fortizza Petrovaradin, l‑aħjar fortifikazzjoni ppreservata fix‑Xmara Danubju, inżuru l‑iskola Griega u l‑Librerija, u l‑Gallerija Old Matica Srpska, qabel ma naraw l‑arti ikonika fil‑Katidral Ortodoss, City Hall, Pjazza Liberty, u ż‑żona pedonali tal‑belt fost oħrajn. Wara Novi Sad għandna waqfa oħra f ’Subotica għall‑aktar bini t’arti, il‑Katidral ta’ Santa Tereża t’Avila mibni fl‑1797, is‑sala tal‑belt u l‑funtana blu tagħha. Naslu Budapest filgħaxija. It‑Tlieta 24 t’Awwissu Illum nżuru ż‑żewġ naħat ‑ Buda, li hija bl‑għoljiet, u Pest, li hija ċatta. F’Buda nżuru d‑Distrett tal‑Kastell (il‑Bastjun tas‑Sajjied u l‑Knisja ta’ Matthias). F’Pest inżuru Pjazza tal‑Eroj, fejn nistgħu naraw l‑istatwi tal‑aktar eroj importanti tal‑istorja Ungeriża. Tul l‑isbaħ mixja ta’ Budapest (Vjal Andrássy) naslu għaċ‑ċentru tal‑belt u ngħaddu minn ħdejn il‑Bażilika ta’ San Stiefnu. L‑akbar bini fl‑Ungerija, il‑Parlament, jinsab fuq ix‑xatt tad‑Danubju. Wara li ngħaddu minn hemm naqsmu l‑Pont Margaret u naslu fit‑Triq Prinċipali ta’ Buda, bil‑knejjes Barokki sbieħ tagħha mis‑seklu 18, u banju Tork tas‑seklu 16 f ’din belt tal‑ilma. Wara naqsmu l‑Pjazza Adam Clark sal‑Gellért Hill. Mit‑terrazzin panoramiku se ngawdu veduti spettakolari. Id‑dawra tieqaf fit‑triq pedonali tax‑xiri, Vaci Utca, ħin liberu. L‑Erbgħa 25 t’Awwissu Illum għandna bżonn l‑ilbies tal‑għawm. Is‑Szechenyi Bath & Spa kienu l‑ewwel banjijiet termali tagħha fuq in‑naħa tal‑Pest. Dak iż‑żmien, lura fl‑1881, kien jissejjaħ Artesian Bath u kien biss stabbiliment temporanju.

Fl‑1913 ġie kkonvertit f ’banju permanenti, u rċieva l‑isem preżenti. Illejla nesperjenzaw in‑‘night‑life’ ta’ Budapest. Il‑Ħamis 26 t’Awwissu Filgħodu ħin liberu. Wara nofsinhar inżuru l‑Mużew tad‑Dar tat‑Terrur. Miftuħ fl‑24 ta’ Frar 2002, dan il‑mużew huwa monument għall‑memorja ta’ dawk miżmuma fil‑magħluq, ittorturati u maqtula f’dan il‑bini. Peress li din hija l‑aħħar ġurnata tagħna se ngawdu l‑veduta mill‑isbaħ tal‑belt u nieklu pranzu romantiku fuq id‑Danubju fuq dgħajsa. Il‑Ġimgħa 27 t’Awwissu Nitilqu mil‑lukanda tagħna f’Budapest wara l‑kolazzjon lejn l‑ajruport. Tluq ma’ Wizz Air fil‑11:25am. Naslu Malta fis‑1:40pm. Prezz ta’ € 995 fuq bażi Bed and Breakfast (għal kull persuna f’kamra doppja) jinkludi: • Titjiriet mal‑Wizz Air lejn Belgrad u lura Malta minn Budapest • Hand Bag (40 x 30 x 20ċm), bagalja żgħira (55 x 40 x 23ċm) u bagalja ta’ 20kg (checked in) • 3 iljieli f’Belgrad inkluż il‑kolazzjon fil‑Lukanda Central Point 4 * • 4 iljieli f’Budapest inkluż il‑kolazzjon fil‑Lukanda Medos 3 * • Kowċ komdu bl‑arja kondizzjonata • Gwida lokali u gwida Maltija • L-ikla biż-żfin folklor • L‑eskursjonijiet kollha u d‑daħliet kollha għall‑postijiet imsemmija fil‑programm, minbarra l‑Budapest Nightlife Tour, d‑dawra bid‑dgħajsa fuq id‑Danubju w l‑entratura għall‑pools ġo Budapest (SPA) • Ħlas tal‑Insolvency Fund u t‑taxxi kollha Kamra tal‑wieħed:.......................................€1290 Kamra tripla:..........................€895 kull persuna Għażla ta’ ‘half board’ għal €20 żejda kull lejl, mingħajr xorb


Żmien is-Sajf fil-Bulgarija Mill-Ġimgħa 3 sal-Ġimgħa 10 ta’ Settembru 2021

Għadha sal‑lum wieħed mill‑ftit pajjiżi eżotiċi li fadal fl‑Ewropa. Pajjiż imżejjen b’muntanji, xtut u bajjiet mill‑isbaħ u bliet jivvibraw bil‑ħajja u bl‑arti. Inżuru l‑kapitali Sofija, Veliko Tarnovo, Arbanassi, Varna, Albena, il‑Golden Sands, Nessebar, Plovdiv u ħafna postijiet oħra.

Il‑Ġimgħa 3 ta’ Settembru Ninġabru l‑ajruport fil‑5:45am biex nitilqu mal‑Wizz Air fis-7.45am u naslu Sofija fl‑10.40am, ħin tal‑Bulgarija. Nieħdu l‑bagalji, nirkbu l‑kowċ u nitilqu lejn il‑lukanda f ’SOFIJA. Jitqassmu l-kmamar u nmorru nduru ċ-ċentru ta’ Sofija wara nieklu l-lukanda. Is‑Sibt 4 ta’ Settembru Malli nlestu mill‑kolazzjon nitilqu lejn VELIKO TARNOVO u nagħmlu ċ‑‘check‑in’ fil‑lukanda. Din kienet il‑belt kapitali l‑antika. Noħorġu dawra mal‑gwida. Inżuru l‑għolja Tsarevets, il‑knisja tal‑Patrijarka u t‑torri tal‑imperatur Baldwin. Għas‑‘souvenirs’ immorru fit‑triq Samovodska Charshia. Ngħaddu l‑lejl f ’din il‑belt. Wara l-ikel ikollna ħin liberu. Il‑Ħadd 5 ta’ Settembru Wara l‑kolazzjon nitilqu bil‑kowċ lejn il‑belt ta’ VARNA. Jgħidu li din il‑belt ilha bin‑nies għal eluf ta’ snin; għandha sitt elef sena ta’ fdalijiet. Fit‑triq lejn Varna nżuru l‑knisja ddedikata lit‑Twelid ta’ Kristu li qiegħda f’Arbanassi u li hija miksija bi tpinġijiet u affreski mill‑isbaħ. Qrib Varna hemm ukoll il‑monument lil Shumen li jfakkar għeluq it‑13‑il mitt sena tal‑bidu tal‑istat Bulgaru. Naslu l-lukanda, nieħdu l-kmamar u nieklu. It‑Tnejn 6 ta’ Settembru Illum noħorġu passiġġata fiċ‑ċentru ta’ Varna. Varna hija belt-port u l‑kobor tagħha jippermettilha li jkollha wkoll riżort kbir max‑xatt. Tissemma’ l‑leġġenda tad‑deheb ta’ Varna, deheb ta’ 6,000 sena ilu misjub fl‑oqbra, li llum jinsab merfugħ fil‑Mużew Arkeoloġiku. Min irid jista’ jżur dan il‑mużew tal-arkeoloġija u antikitajiet Griegi, Rumani u Ottomani. Wara l-ikel ikollna ħin liberu.

It‑Tlieta 7 ta’ Settembru Wara l‑kolazzjon, dawra ta’ ġurnata fi tliet postijiet oħra ġodda fuq il‑Baħar l‑Iswed: Cape Kaliakra, Balchik u Golden Sands. Cape Kaliakra, hija wkoll Riserva Naturali fejn nistgħu nieħdu gost naraw dniefel, kormoranti u pinnipeds. Post li mhux biss huwa sabiħ, imma wkoll storiku. Jgħidu fuqu 3 leġġendi li mbagħad niskopruhom flimkien. Balchik hija belt żgħira u ħelwa mgeddsa taħt irdumijiet bojod tal‑ġibs: ġieli jsejħulha l‑belt il‑bajda. Fiha diversi ristoranti li jservu ikel tajjeb u fejn inqattgħu ftit tal‑ħin. Golden Sands hija waħda mill‑ikbar riżorts tal‑kosta tal‑Baħar l‑Iswed u l‑aqwa riżort Internazzjonali Bulgaru. Qiegħda 18‑il kilometru fit‑Tramuntana ta’ Varna u magħha hemm foresta li tibqa’ tiżżerżaq sal‑istrixxa ta’ 4 kilometri ta’ ramel abjad li jagħti l‑isem u l‑importanza kollha ta’ dawn l‑inħawi. L‑Erbgħa 8 ta’ Settembru Wara l‑kolazzjon nitilqu bil‑bagalji lejn il‑belt ta’ Plovdiv, imma qabel nieqfu nżuru Nessebar, belt storika mibnija fuq gżira li qisha mużew bi fdalijiet tal‑aħħar 3,000 sena. Isejħulha l‑ġawhra tal‑Baħar l‑Iswed. Dawn l‑inħawi ġew magħrufin mill‑UNESCO bħala wirt dinji. Mal‑wasla tagħna fi Plovdiv nieħdu l‑kamra, nistrieħu ftit u wara niltaqgħu għal lejla folkloristika li tinkludi l‑ikel. Il‑Ħamis 9 ta’ Settembru Illum inżuru Plovdiv; kienet belt tal‑fruntiera imsejħa Philippopolis. Fiha nsibu l‑ikbar żona pedestrijonali ‑ bla traffiku. Minn hawn inżuru l‑kwartier ‘tal‑life’ mimli ħwienet mhux konvenzjonali stil ‘hippie’ msejjaħ ‘In‑Nassa’. Żona mimlija kafetteriji, ħwienet tal‑fjuri u ‘jazz

bars’; għall‑aħjar ‘cappuccino’, birra tad‑ditta jew inbid. Plovdiv kienet il‑Belt Kapitali Ewropea tal‑Kultura 2019 u għandha sitt elef sena ta’ fdalijiet u storja. Xi 50 sena ilu t‑terrapien tal‑ġenb tal‑għolja żżerżaq u nkixef grawnd Ruman ta’ kobor enormi, flimkien mat‑triq prinċipali tal‑belt mibnija xi 90 sena wara Kristu. Kollox ġie rrestawrat b’mod tajjeb ħafna. Il‑Ġimgħa 10 ta’ Settembru Nitilqu lejn Sofija minn fejn intiru mal-Wizz Air u naslu Malta fis‑7.10am. PREZZ ta’ €895 fuq bażi ‘Half Board’ kull persuna f’kamra ta’ 2 u jinkludi: • It‑titjira bil‑Wizz Air lejn Sofija u lura • Bagalja kull persuna ta’ massimu 23 kilo (checked-in), oħra fil-kabina ta’ massimu (55 x 40 x 23ċm) u basket żgħir (40 x 30 x 20ċm) • Lejl f’Sofija, kolazzjon u l-Ikla ta’ filgħaxija Hotel Rila 3* • Lejl Veliko Tarnovo kolazzjon u l-Ikla ta’ filgħaxija Authentic Hotel Gurko 3* • 3 iljieli Varna kolazzjon u l-Ikla ta’ filgħaxija Hotel Cherno More 4* • 2 iljieli Plovdiv kolazzjon u l-Ikla ta’ filgħaxija Park Hotel Plovdiv 3* • Lejla folkloristika. • Leader Malti u gwida tal‑post. • Transfers tal‑ajruporti • L-eskursjonijiet imsemmija fil‑programm f’kowċ komdu • L‑Insolvency fee u it‑taxxi kollha Mhux inklużi Biljetti tad‑dħul f’mużewijiet, ‘cable cars’ ‘funparks’, dgħajjes, eċċ Kamra ta’ wieħed:......................................... €995 Kamra bi tlieta......................€870 kull persuna It‑tfal (minn 6 sa 12 snin)........................... €695


Il-Polonja

Mill‑Ħamis 16 sal‑Ħamis 23 ta’ Settembru 2021.

Pajjiz mimli kultura li huwa mgħoni b’affarijiet tradizzjonali u moderniżmu sfrenat, veduti li jimmeraviljawk, kastelli misterjuzi, rħula żgħar u bliet b’temp mgħaġġel u ikel verament eskwiżit. Inżuru Katowice, Krakovja, Auschwitz‑Birkenu, Wadowice, il‑Minjieri tal‑Melħ Wieliczka, Zakopane, is‑Santwarji tal‑Madonna ta’ Czestochowa u tal‑Ħniena Divina, Nieborow u Varsavja.

Il‑Ħamis 16 ta’ Settembru Niltaqgħu l‑ajruport ta’ Malta fis‑7:30 ta’ filgħodu. Naslu Katowice mat‑titjira Wizz Air fl‑12:20pm. Bil‑kowċ nibqgħu sejrin lejn Spodek, arena b’forma ta’ ‘space shuttle’ li fetħet fl‑1971 li fiha gym, ‘ice rink’, lukanda u tliet parkeġġi kbar. Wara nibqgħu sejrin Krakovja. Nieħdu l‑kmamar u wara noħorġu dawra fiċ‑ċentru ta’ din il‑belt turistika, li l‑UNESCO ddikjaratha bħala Wirt Dinji. Il‑Ġimgħa 17 ta’ Settembru Illum inqumu kmieni għax għandna esperjenza kemxejn mhux tas‑soltu! Ser inżuru l‑kamp tal‑konċentrament ta’ AUSCHWITZ fejn inqatlu aktar minn miljun ruħ fit‑Tieni Gwerra Dinjija. Inżuru wkoll Birkenau li qieghed ftit ’il bogħod. Wara mmorru Wadowice, fejn twieled il‑maħbub qaddis Papa Ġwanni Pawlu II. Inżuru l‑parroċċa u d‑dar fejn kien jgħix li saret mużew. Illejla għandna lejla speċjali ġo wieħed mill‑aħjar ristoranti f ’Krakovja fejn ikollna wkoll spettaklu ta’ folklor Pollak. Is‑Sibt 18 ta’ Settembru L‑eskursjoni tal‑lum toħodna naraw l‑aktar minjieri tal‑melħ spettakolari fid‑dinja. Dawn huma l‑aktar minjieri qodma fl‑Ewropa. F’dawn il‑minjieri nsibu diversi skulturi tal‑melħ u kurituri twal li jwasslu sa 300 kilometru. Dawn huma wkoll imniżżla fil‑‘First World List of Cultural and Natural Heritage’. Wara nofsinhar inżuru s‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, knisja moderna u devota fil‑periferija ta’ Krakow. Niskopru iktar il‑belt ta’ Krakovja u immorru nżuru l‑knisja ta’ Marija Verġni, bl‑akbar altar magħmul mill‑injam. Hawnhekk nisimgħu quddiesa. Wara mmorru l‑Wawel Royal Castle li kien residenza tar‑rejiet Polakki, u l‑katidral mibni fuq stil gotiku. Din il‑belt irnexxielha teħles mill‑qerda tal‑gwerra. Krakovja tħabbatha mal‑isbaħ bliet tal‑Ewropa ċentrali għall‑varjetà u r‑rikezza li għandha.

Il‑Ħadd 19 ta’ Settembru Filgħodu nerħulha lejn il‑Muntanji Tatra u ZAKOPANE, li huwa riżort famuż għall‑iskiing. Din hija belt ħelwa dejjem mimlija bit‑turisti, sajf u xitwa, fejn wieħed jista’ jixtri u jippassiġġa fit‑triq ewlenja ‘Krupowski’, triq kollha ‘boutiques’, kafetteriji, ristoranti, u karozzelli bi żwiemel kbar u kuċċiera bil‑kostum. Immorru sas‑suq pittoresk fit‑tarf tat‑triq prinċipali, fejn jinbiegħu ħafna xogħolijiet ta’ skultura fl‑injam u ta’ suvenirs tipiċi tal‑post. Naraw il‑knisja moderna ddedikata lill‑Madonna, rigal lill‑Papa, xogħol tal‑injam ta’ ġmiel kbir, naraw djar u bini tal‑injam tipiċi tal‑post u nitilgħu bil‑‘cable‑car’. Lura lejn Krakovja.

l‑ikbar ċentru ta’ xiri f’Varsavja jismu Westfield Arkadia, u wara mmorru lura l‑lukanda..

It‑Tnejn 20 ta’ Settembru Illum nitilqu bil‑bagalji wara l‑koloazzjon u naqbdu t‑triq għall‑belt ta’ Czestochowa, fejn inżuru wieħed mill‑akbar ċentri ta’ pelegrinaġġi Marjani għad‑dinja Nisranija, li fih matul is‑sena jmorru mal‑5 miljun pellegrin u turist jaraw u jqimu x‑xbieha mirakoluża tal‑Madonna s‑Sewda, li għandha storja li teħodna fl‑14‑il seklu. Dan huwa l‑monasteru ta’ Jasna Gora (Santwarju Marjan), wieħed mill‑aktar monumenti importanti għall‑Polakki. Induru l‑monasteru akkumpanjati minn Pauline Monk li tgħix hemm u li ser turina wkoll il‑knisja barokka bl‑inkwatru għażiż stil Biżantin tal‑Madonna, u l‑ambjent reliġjuż ta’ dan il‑monasteru fortizza li fih storja kbira marbuta mat‑twemmin u mal‑patrijottiżmu Pollakk. Wara nmorru Varsavja fejn ningħataw il‑kamra.

Il‑Ħamis 23 ta’ Settembru Filgħodu, wara l‑kolazzjon nitilqu lejn l‑ajruport ta’ F. Chopin f’Varsavja fejn mat‑titjira tal‑Wizz Air nitilqu f ’11:50 u naslu Malta fit‑2:45pm.

It‑Tlieta 21 ta’ Settembru Fuq nota romantika llum ser nibdew billi nżuru il‑palazz barokk ta’ Nieborow tal‑prinċep tal‑familja Radziwill, li huwa mdawwar b’park bi stil Ingliż‑Franċiż. Wara nżuru l‑isbaħ ġnien romantiku ġol‑Polonja biex nitpaxxew bil‑kuluri u bl‑arja friska. Illum inżuru wkoll

L‑Erbgħa 22 ta’ Settembru Illum naraw Varsavja, belt li tbaqbaq bil‑kultura, l‑enerġija u l‑azzjoni u li hija magħrufa bħala l‑kapitali kulturali tal‑Polonja. Għandha bosta teatri, ristoranti, mużewijiet, diskoteki u festivals li huma mxerrdin f’kull parti tal‑belt. Il‑parti l‑antika, li nqerdet kompletament matul it‑Tieni Gwerra Dinjija, reġgħet inbniet b’tali mod li tkun tixbah id‑dehra li kellha qabel mis‑seklu 16 sas‑seklu 18. Varsavja tabilħaqq hija mfawra bil‑mużewijiet, wieħed minn dawn huwa l‑Warsaw Uprising Museum, li nżuruh wara nofsinhar.

Prezz ta’ €945 fuq bażi Bed and Breakfast (għal kull persuna f’kamra doppja) jinkludi: • Titjiriet mal‑Wizz Air lejn Katowice u lura Malta minn Varsavja • Hand Bag (40 x 30 x 20ċm), bagalja żgħira (55 x 40 x 23ċm) u bagalja ta’ 20kg (checked in) • 4 iljieli fi Krakov inkluż il‑kolazzjon fil‑Lukanda Wyspianski 3 * • 3 iljieli f’Varsavja inkluż il‑kolazzjon fl‑Ibis Warszawa Centrum 3 * • Kowċ komdu bl‑arja kondizzjonata • Gwida lokali u gwida Maltija • L‑eskursjonijiet kollha u d‑daħliet kollha għall‑postijiet imsemmija fil‑programm • Ħlas tal‑Insolvency Fund u t‑taxxi kollha Kamra tal‑wieħed: .....................................€1040 Kamra tripla: ....................... €895 kull persuna Għażla ta’ ‘half board’ għal €20 żejda kull lejl, mingħajr xorb


Skopri Sqallija mal‑ħbieb jew il‑familja Jekk tixtieq tesplora l‑fdalijiet tal‑qedem, idduq l‑ikel bnin jew tagħmel avventura fin‑natura, vaganza fi Sqallija toffrilek opportunità unika u verament ‘la dolce vita’.

Zeta Club Alicudi

Zeta Club Alicudi

Kważi tmiss eżatt mal‑ponta taż‑żarbuna Taljana u rikka f’siti storiċi, għeġubijiet naturali, ikel delizzjuż, mili ta’ bajjiet b’ramel abjad, Siti ta’ Patrimonju Dinji tal‑Unesco u bl‑akbar vulkan attiv fl‑Ewropa; il‑Muntanja Etna, Sqallija hija verament ġawhra fil‑Mediterran.

Zeta Club Alicudi

Il‑Lukandi Tagħna  Lukanda Olimpo ‑ 4 Stilel f ’Letojanni, Messina (All Inclusive)  Lukanda Club Arnella ‑ 4 Stilel f ’Sirakuża  Lukanda Donnalucata Resort ‑ 4 Stilel f ’Marina di Ragusa L‑Eskursjonijiet Tagħna (prenotazzjoni mhux obbligatorja)

Ir‑Riżort Tagħna  Zeta Club Alicudi ‑ 4 Stilel fi Sciacca, Agrigento (All Inclusive) Kundizzjonijiet Safar 2021  Il‑ġiti li jidhru fuq il‑fuljett, fuq il‑midja soċjali u fil‑websajt tagħna www.ytc.com.mt ġew ippjanati minn YTC.  Id‑depożitu mal‑‘booking’ normalment ikun ta’ €250 kull persuna u hu meqjus bħala l‑ewwel parti mill‑ħlas tal‑vaganza tiegħek u bih inti tikkommetti ruħek li tħallas l‑ammont sħiħ pagabbli tal‑vaganza. Il‑bilanċ huwa dovut sa 6 ġimgħat qabel id‑data tat‑tluq jew immedjatament. Id‑depożitu jsir ‘cash’ jew b’ċekk.  Kulħadd għandu jkun assigurat minħabba dak kollu li jista jinqala’ barra minn Malta jew li jekk ikollok bżonn tikkanċella. Għalhekk qis li tkun kopert minn assigurazzjoni. Ikollok bżonn tagħmel talba lilhom biex tirkupra l‑ammont imħallas.  YTC tista’ toffrilek l‑assigurazzjoni tiegħek u tal‑affarijiet li ġġorr miegħek li tkun irħas milli jekk tagħmilha waħdek billi ssir bħala grupp.  Kull min se jsiefer ma’ wieħed mill‑gruppi hu obbligat jattendi għal‑laqgħa tal‑grupp tiegħu għax waqt il‑laqgħa tingħata informazzjoni importanti.  Il‑postijiet fuq l‑ajruplan jitqassmu mill‑aġenzija mnejn nixtru l‑biljetti jekk mhux għal raġunijiet speċjali.  Trid tkun fil‑pussess ta’ passaport validu u kwalunkwe VISA xierqa.  Kun żgur li tiċċekkja r‑rekwiżiti tal‑passaport u tal‑VISA sew minn qabel, speċjalment jekk qed tivvjaġġa lejn pajjiż barra l‑Ewropa, lejn żona li mhix Schengen jew jekk m’għandekx passaport Malti.  Kulħadd huwa responsabbli għall‑ħlas EXTRA tat‑toqol tal‑bagalji mal‑linji tal‑ajru u għandu jieħu ħsieb il‑bagalji tiegħu kull fejn ikun.

 

Sirakuża & Noto Catania, Riviera dei Ciclopi, Taormina & Castelmola

Zeta Club Alicudi

   

Modica u Ragusa Vendicari, Marzamemi u Capo Passero Inżuru l‑kantini u nduqu l‑inbid tradizzjonali ‘Il Mongibello’ l‑vulkan il‑kbir

Tluq minn Malta kull nhar ta’ Erbgħa fis‑05:40 u tluq minn Sqallija kull nhar ta’ Ħadd f ’23:45 b’titjiriet mal‑Air Malta.

Għal aktar informazzjoni ċempel lil Natasha fuq 79792040.

 Jaqbillek li jkollok il‑card (blu) tal‑Assigurazzjoni tas‑Saħħa Ewropea (E111) għall‑ivvjaġġar fil‑pajjiżi tal‑EU.

 L‑istess jekk tħossok marid avża lill‑gwida ħalli jitkellem mar‑‘reception’ għal tabib (ħlas minnek, u wara toħodhom mill‑assigurazzjoni ta’ Malta).

 Żomm fuqek in‑numru tal‑mowbajl tal‑gwida u l‑isem tal‑lukanda fejn se tkun toqgħod.

 Il‑gwida m’għandu l‑ebda obbligu li jakkumpanja membri tal‑grupp madwar ħwienet, swieq, parkijiet tematiċi jew siti jew jiekol magħħom waqt il‑ħin liberu.

 Jekk ma tkunx se tattendi għal xi eskursjoni, informa lil YTC kmieni kemm jista’ jkun, l‑aħjar qabel it‑tluq minn Malta. It‑tfal huma responsabbiltà tal‑ġenituri tagħhom jew ta’ min hu nkarigat minnhom tul is‑safra kollha.  Imġiba ħażina sew minn adulti u sew minn tfal għad‑dannu tal‑oħrajn mhijiex tollerata.  Kull parteċipant hu obbligat jimxi mal‑programm u li jkun fil‑ħin miftiehem f ’kull mument tal‑programm.  YTC mhix responsabbli għal kwalunkwe ħlas addizzjonali mġarrab minnek bħala riżultat tad‑dewmien. Jekk tittardja aktar mill‑ħin mogħti mill‑g wida, il‑g wida għandu dritt jitlaq lejn id‑destinazzjoni li jmiss. YTC ma taċċetta l‑ebda responsabbiltà għal kull trasport mitluf mill‑klijent u l‑ispiża tkun ghad‑dannu tal‑klijent.  Il‑kmamar jitqassmu mir‑‘reception’ tal‑lukanda skont il‑lista li nagħtuhom. Titlifx iċ‑ċavetta tal‑kamra tal‑lukanda għax jitolbuk tħallas tagħha.  L‑ikliet huma b’menu fiss ta’ tliet korsijiet moderati. Għidilna jekk intix intolleranti għal xi tip ta’ ikel jew jekk intix veġetarjan/a, eċċ. Ix‑xorb, l‑ilma u l‑inbid mhux dejjem ikunu inklużi mal‑ikel.  L‑użu ta’ minibar u telefonati li jsiru mill‑kmamar jitħallsu lir‑‘reception’ desk maċ‑‘check out’.  Jekk titlef xi ħaġa jew tinsteraq, informa mill‑ewwel lill‑gwida ħalli malajr isir rapport lill‑pulizija tal‑post.

 Jekk xi parti mill‑vaganza tiegħek tintilef minħabba diżastri naturali, temp ħażin, azzjoni industrijali, gwerra, jew kull kwistjoni li m’għandniex kontroll fuqha, YTC ma tistax tinżamm responsabbli għad‑danni mġarrba.  Jekk ikollok xi diffikultà, sib lill‑gwida f ’ħin adattat u tkellem miegħu ħalli jekk ikun possibli jsiblek rimedju waqt is‑safra stess. Jew iġbed l‑attenzjoni tar‑‘reception’ tal‑lukanda.  Nirriservaw id‑dritt li YTC tibdel l‑arranġamenti ta l‑vaganza tieg ħek, il‑ħinijiet tat‑titjiriet, l‑itinerarju jew xi lukanda u għalhekk temenda parti mill‑programm.  YTC tirriżerva d‑dritt li tikkanċella il‑vaganza tiegħek sa 15‑il jum qabel it‑tluq jekk ma jkunx hemm nies biżżejjed biex isir grupp jew għal kull raġuni oħra. F’dan il‑każ inroddulek il‑flus kollha li tkun ħallast lil YTC.  YTC ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe inċident, korriment, dewmien, irregolarità jew ħsara lill‑oġġetti personali u bagalji. L‑anqas irregolaritajiet ikkawżati minn terzi persuni bħal-linji tal‑ajru, lukandi, kowċis, minivans, eċċ...  Minħabba s‑sitwazzjoni tal‑COVID-19 u f ’kull sitwazzjoni li m’għandniex kontroll fuqha, YTC ma tistax tinżamm responsabbli.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
YTC vaganzi tas-Sajf 2021 by Missio Malta - Issuu