Skip to main content

Tfal Missjunarji Novembru 2020

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.81

Matul is‑sena skolastika 2020/2021 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

b

tu t a

t udni. i l o s s

istgħu nikk n n u

m

Novembru 2020

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

e i k

MALTA

Agħmel ħabib/a ġdid/a billi tadotta nannu jew nanna .

F l i m

www.adoptgrandparent.org POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien. Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.

(V0/1178)

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Il‑Vit Li Tejjeb Il‑Ħajja | 6 Tfal Li Għamlu Differenza | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Għeżież tfal,

Nittama li tinsabu tajbin. Ninsabu fix‑xahar ta’ Novembru u allura din hija t‑tieni rivista għal din is‑sena skolastika. Nispera li sibtu r‑rivista ta’ Ottubru ta’ interess. Dan ix‑xahar ukoll ser inkomplu nlaqqgħukom ma’ aktar stejjer mill‑missjoni u ma’ aktar tfal li għamlu differenza fil‑ħajja ta’ tfal oħra. F’dan ix‑xahar aħna nfakkru lil San Martin Isqof ta’ Tours. Kulħadd jaf kemm dan is‑suldat kien jgħin nies foqra u żgur li xi darba jew oħra smajtu l‑istorja ta’ meta Martin ta nofs il‑mantell tiegħu lil wieħed fqir li kien qed imut bil‑bard. Fuq l‑eżempju ta’ Martin u fuq l‑eżempju taż‑żewġt itfal li magħhom ser tiltaqgħu f’din ir‑rivista, intom ukoll tistgħu tagħmlu xi ħaġa biex tgħinu lil dawk anqas ixxurtjati minnkom. Minħabba s‑sitwazzjoni li d‑dinja kollha għaddejja minnha bħalissa, mhuwiex possibbli li nżuru lill‑anzjani, lill‑morda u lil dawk waħedhom, imma minflok nistgħu nċemplulhom biex naraw għandhomx bżonn xi ħaġa jew sempliċiment biex inżommulhom ftit tal‑kumpanija. Kemm tkun xi ħaġa sabiħa li kieku lkoll kemm aħna naħsbu f’persuna waħda u nċemplulha. Niżgurakom li mhux biss se tferrħu lil din il‑persuna, imma ser tħossu l‑ferħ f’qalbkom intom ukoll. Mela aħsbu f’xi ħadd, forsi n‑nanniet stess jew il‑ġirien u ċemplulhom issa stess. Idea oħra biex inferrħu lil dawk li jinsabu waħedhom hija li nagħmlulhom kartolina b’mesaġġ ta’ kuraġġ.

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATURI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

U bħal dejjem infakkarkom li bħala Tfal Missjunarji, tinsew qatt tiftakru f’ħutkom tfal fil‑missjoni billi l‑ewwel u qabel kollox titolbu għalihom, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia

Stampa tal‑faċċata: Powster ta’ ‘Adopt A Grandparent’. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Ħelow Tfal, Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

2

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

Naħseb issa tinsabu kuntenti li rġajtu lura l‑iskola ma’ sħabkom. Nittama li sa issa ssetiljajtu xi ftit. Rafiki u jiena tgħidx kemm qed inħossu n‑nuqqas tagħkom, imma xorta ser inkunu qrib tagħkom fuq il‑mezzi soċjali u fl‑iskejjel għaliex ser inkunu ‘live’.


Best Sunset competition! ometimes we miss seeing the sunrise or sunset. Many of us are still sleeping when the sun rises, and by the time the sun is setting, we can get so busy that we forget to go outside and look at the beautiful painting that God is making before our very eyes!

S

We can thank him for what he’s done in our lives, and we can praise him for the wonderful things he’s doing in our families, our communities or around the world! Rafiki and I thought it would be fun to create our own sunset picture.

Design Your Own Sunset! This can be fun to do by yourself, or you could have your family join you and each create your own unique sunsets! When you’re done, stop and thank God for all. The best drawings will win a prize and a chance to meet Rafiki.

Din hija t‑tpinġija ta’ Jake Said minn Pembroke. Magħha bagħtilna wkoll talba sabiħa ħafna.

(V0/1178)

Dan is‑sajf organizzajna kompetizzjoni bl‑isem ‘Best Sunset Competition’ fejn intom ridtu tpinġu inżul ix‑xemx sabiħ u tiktbu talba ta’ ringrazzjament lil Alla għall‑ġurnata li takom. Aħna rċevejna ħafna tpinġijiet sbieħ u tajna wkoll rigal lill‑parteċipanti kollha. Biħsiebna nagħmlu iżjed minn dawn il‑kompetizzjonijiet sabiex inżommu kuntatt magħkom filwaqt li naraw it‑talenti sbieħ tagħkom u biex ukoll tkunu tistgħu taħdmu flimkien bħala familja. Hija ħaġa sabiħa li ningħaqdu flimkien bħala tfal Maltin u Għawdxin, u nagħmlu xi ħaġa flimkien biex inferrħu lil ħaddieħor u biex ukoll ngħidu xi talba għall‑istess għan.

“Għid grazzi lil Alla talli għandek x’tilbes. Irringrazzjah tal‑gwardarobba kbira u tal‑ħwejjeġ kollha li għandek . Ftakar f ’dawk it‑tfal fl‑artijiet tal‑missjoni li m’għandhomx ħwejjeġ x’jilbsu. Ftakar f ’dawk it‑tfal f ’ħafna pajjiżi fid‑dinja li m’għandhomx saqaf fuq rashom. Issa għid talba għalihom biex Ġesù jipproteġihom u biex n‑nies jgħinuhom b’xi mod ħalli jkollhom futur aħjar.”

It‑tpinġijiet kollha qegħdin fuq il‑paġna ta’ Facebook ta’ Missio u tistgħu tarawhom kollha hemmhekk. Aħna nirringrazzjaw lit‑tfal kollha li pparteċipaw f’dawn il‑kompetizzjonijiet. Nisperaw li ma ndumux ma nerġgħu nisimgħu mingħandkom għax Rafiki tassew qed jimmissjakom. 3


IL‑VIT LI TEJJEB IL‑ĦAJJA Storja vera addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Stephen Wamukota, tfajjel ta’ disa’ snin mir‑raħal ta’ Mukwa l‑Kenja, xtaq jagħmel il‑parti tiegħu fil‑ġlieda kontra l‑COVID‑19. Wara li osserva l‑modi differenti sabiex wieħed jipprevedi milli jittieħed, it‑tfajjel iddeċieda li jagħmel magna tal‑ħasil tal‑idejn tiegħu personali sabiex inaqqas il‑kuntatt fiżiku ma’ persuni oħra meta jmorru jużaw il‑vit komuni tar‑raħal.

Il‑vit tal‑ilma qed imissu kulħadd! Issa jekk xi ħadd ikun infettat u jmiss il‑vit għandu ċans kbir li jgħaddi l‑vajrus lill‑oħrajn!

Stephen, mingħajr l‑ebda għajnuna minn xi adult, irnexxielu joħloq magna tal‑ħasil tal‑idejn li taħdem b’pedala tal‑injam. Bl‑użu ta’ din il‑magna, dawk li jmorru jaħslu jdejhom jew jimlew l‑ilma ma jkollhomx għalfejn imissu l‑vit u madwaru għaliex kemm iħaddmu l‑magna b’saqajhom u b’hekk jitnaqqas it‑tixrid tal‑imxija.

Papà, għandek dawn il‑biċċiet tal‑injam, nista’ neħodhom?

Iva, Stephen, ħudhom u ara ma tweġġax bihom! 4


It‑tfajjel uża xi njam ta’ missieru, li huwa mastrudaxxa, li kien xtara biex jagħmel tieqa. Bihom iddisinja l‑magna u meta l‑missier ra x’biċċa xogħol kien għamel ibnu, tgħidx kemm kien sorpriż u kburi bih. Il‑missier stqarr li kulma għamel mill‑magna kien biss li ssikkalu aktar il‑viti. Il‑missier tella’ l‑invenzjoni ta’ ibnu fuq il‑midja soċjali fejn intlaqgħet b’interess kbir u saħansitra rebbħitu unur!

Tassew jien kburi bik ibni! Taf li inti spiċċajt l‑iżgħar persuna li qatt rebħet l‑Unur Presidenzjali għas‑Servizz ta’ Uzalendo? B’kollox Stephen għamel żewġ magni tal‑ħasil tal‑idejn u s’issa ħadd mir‑raħal tiegħu ma ttieħed mill‑imxija. It‑tfajjel jixtieq ikompli fuq din l‑invenzjoni u invenzjonijiet oħra sabiex la jikber jilħaq inġinier. Il‑gvernatur tal‑istat wiegħdu li ser jirċievi borża ta’ studju biex il‑ħolma tiegħu ssir realtà.

Il‑ħolma tiegħi hi li nkompli nistudja sabiex noħloq oġġetti oħra biex jgħinu lin‑nies jgħixu ħajja aktar komda, bla perikli u bla mard.

5


TFAL LI GĦAMLU DIFFERENZA Vikki

NKOSI JOHNSON

N

kosi Johnson twieled fl‑Afrika t’Isfel fl‑4 ta’ Frar tal‑1989. Il‑ħajja ta’ Nkosi xejn ma kienet faċli, għaliex huwa twieled bil‑marda qerrieda tal‑HIV/AIDS u miet fl‑2001 meta kellu biss 12‑il sena. Minkejja li ħalla din id‑dinja ta’ età żgħira, Nkosi ħalla impatt qawwi fuq id‑dinja. Bis‑saħħa ta’ Nkosi, in‑nies tgħallmu li dejjem għandhom jirrispettaw lil dawk kollha morda bl‑HIV/ AIDS, u tgħallmu kif għandhom jgħinuhom sabiex jiffaċċjaw l‑effetti koroh li din il‑marda tħalli fuq saħħithom. Sal‑aħħar nifs ta’ ħajtu Nkosi kompla jiġġieled favur id‑drittijiet tiegħu u ta’ tfal oħra li bħalu kienu morda bl‑HIV/AIDS. Nkosi dejjem saħaq li huma kellhom jiġu ttrattati bħal tfal oħra, u għalhekk huma wkoll kellhom id‑dritt li jmorru l‑iskola. 6

Meta kellu biss sentejn Nkosi ngħata lil ċentru apposta fejn jinżammu t‑tfal infettati bl‑HIV/ AIDS. Omm Nkosi kienet ħalliet lit‑tarbija tagħha f’dan iċ‑ċentru għaliex beżgħet li l‑komunità li kienet tgħix fiha ma kenitx ser taċċetta lilha u lil binha ġaladarba jsiru jafu li kienu infettati b’din il‑marda. Sfortunatament dan iċ‑ċentru kellu jagħlaq il‑bibien minħabba nuqqas ta’ fondi, u Nkosi ġie addottat minn persuna, bl‑isem ta’ Gail Johnson, li kienet taħdem f’dan iċ‑ċentru. Minħabba l‑marda li kellu, Gail sabet ħafna ostakoli fit‑trobbija ta’ Nkosi. Meta Nkosi xtaq li jibda jmur l‑iskola bħal tfal oħra, ħafna skejjel ma ridux jaċċettawh minħabba li beżgħu li seta’ jgħaddi l‑marda lit‑tfal l‑oħra. Wara ħafna tentattivi, Nkosi ġie aċċettat u beda jattendi l‑iskola. Illum il‑ġuranta Nkosi huwa meqjus bħala l‑idolu tat‑tfal li huma morda bl‑HIV/AIDS u kif ukoll l‑idolu tat‑tfal b’saħħithom li bis‑saħħa ta’ Nkosi tgħallmu li għandhom dejjem jirrispettaw lit‑tfal morda bl‑HIV/AIDS u li għandhom jittrattawhom eżatt

Nkosi s‑super eroj jista’ jtir. Nkosi sar super eroj fil‑komiks.

bħal tfal oħra. Minkejja li kellu ħajja verament qasira, fil‑ftit snin li għex, Nkosi rnexxielu jikseb bosta drittijiet għat‑tfal morda bl‑HIV/AIDS. Dak iż‑żmien dawn it‑tfal kienu emarġinati minn kull komunità fl‑Afrika t’Isfel. Bis‑saħħa ta’ Nkosi, illum il‑ġurnata dawn it‑tfal igawdu mill‑istess drittijiet bħal tfal oħra, fosthom id‑dritt għall‑edukazzjoni. Nkosi, flimkien ma’ Gail, ħadem bis‑sħiħ sabiex fl‑1999 infetħet dar li tilqa’ fiha ommijiet foqra li kemm huma kif ukoll uliedhom huma morda bl‑HIV/AIDS. Din id‑dar tagħti l‑opportunità lil ħafna ommijiet sabiex jibqgħu jgħixu taħt l‑istess saqaf ma’ wliedhom, filwaqt li tiggarantixxi dar għat‑tfal kollha li jisfaw orfni wara li ommijiethom ikunu ħallew din id‑dinja. Bis‑saħħa ta’ din id‑dar, dawn it‑tfal ma jispiċċawx barra fit‑triq mingħajr saqaf fuq rashom u mingħajr ħadd min jieħu ħsiebhom. Sabiex ikollu l‑fondi meħtieġa biex imexxi din id‑dar, Nkosi kien jorganizza bosta programmi ta’ taħriġ


dwar il‑marda tal‑HIV/AIDS, filwaqt li Gail kienet taħdem bla waqfien sabiex tikkonvinċi l‑kumpaniji jisponsorjaw id‑dar. Din id‑dar ingħatat l‑isem ‘Nkosi’s Haven’. Nkosi kellu l‑opportunità li jiltaqa’ ma’ Nelson Mandela. Mandela ddeskriva lil Nkosi bħala ‘ikona tal‑ġlieda għall‑ħajja’. Fis‑sena 2000, Nkosi kie mistieden jitkellem waqt konferenza kbira f’Durban. Aktar minn 10,000 persuna kienu attendew għal din il‑konferenza. Nkosi kien ferħan se jtir għaliex waqt din il‑konferenza kellu ċ‑ċans sabiex mhux biss iwassal il‑messaġġ tiegħu lil aktar minn 10,000 persuna preżenti u miljuni oħra li kienu qed jaraw il‑konferenza permezz tat‑televiżjoni, iżda kellu ċans ukoll jgħid lill‑President x’jaħseb li kellu jagħmel biex jgħin lit‑tfal morda bl‑HIV/ AIDS. Waqt il‑konferenza Nkosi qal li x‑xewqa tiegħu kienet li l‑gvern tal‑pajjiż jibda jagħti t‑tilqim bżonnjuż kontra l‑marda tal‑HIV/AIDS lil dawk kollha li jkunu ser isiru ommijiet u li kienu infettati b’din l‑istess marda. Illum il‑ġurnata, permezz ta’ din it‑tilqima qed tiġi salvata l‑ħajja ta’ eluf ta’ tfal fl‑Afrika t’Isfel. Wara d‑diskors tiegħu Nkosi rċieva bosta tifħir u ċapċip. Il‑gazzetti madwar id‑dinja kollha kitbu dwar Nkosi u l‑kuraġġ kbir

tiegħu sabiex jaħdem favur aktar minn miljun tifel u tifla madwar id‑dinja li jbatu bl‑HIV/ AIDS. Sa dak iż‑żmien ħadd qatt ma kien għadu ħadem daqshekk favur dawn it‑tfal. Sitt xhur wara l‑konferenza l‑kundizzjoni ta’ Nkosi marret għall‑agħar. Nkosi miet fl‑1 ta’ Ġunju tal‑2001, proprju fil‑ġurnata li jiġi ċċelebrat Jum it‑Tfal fl‑Afrika T’Isfel. Wara mewtu, bħala rikonoxximent

tal‑impatt qawwi li ħalla fuq id‑dinja, Nkosi ngħata l‑premju ‘The World’s Children’s Prize’. Minkejja li kien għadu tifel ċkejken, kull meta Nkosi kien jitkellem fuq id‑drittijiet tat‑tfal morda bl‑HIV/AIDS, id‑dinja kollha kienet tieqaf u tisma’. Nkosi jibqa’ magħruf bħala l‑eroj li rnexxielu jikseb bosta drittijiet għat‑tfal morda bl‑HIV/AIDS. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL TAL‑GHANA: €25 – 100 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni

€35 – rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola

€45 – uniformi, basket tal‑iskola, kotba u kartollerija għal student/a

€125– magna tal‑ħjata u banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

EZEMPJI SBIEH

Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. 7


PAĠNA LOGĦOB NOVEMBRU 2020

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, Iż‑żewġ kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: kompetizzjonijiet Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, jistgħu jintbagħtu Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, fl‑istess invilopp. il‑Mosta MST 4128

2. SIB ID‑DIFFERENZA

1. QABBEL ID‑DELL Sib id‑dell ta’ kull oġġett u qabblu mal‑istampa tal‑kulur billi tagħmel linja minn boċċa għall-oħra. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ basket tal‑iskola.

Ħares sew lejn dawn iż‑żewġ stampi u ara jirnexxilekx issib 10 differenzi bejn stampa u oħra. Immarka dawn id‑differenzi b’ċirku jew salib. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta.

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ April/ Mejju 2020 – Ħarġa nru. 79. Isem u Kunjom: ________________________________

1. ĦADDEM MOĦĦOK

+

+

=

21

+ +

=

29

= =

+

+

+ + +

+

+

=

2. SUDOKU

_______________________________________________

3

2

1

4

Età:______________________________________________

4

1

2

3

41

Indirizz:__________________________________________________

1

4

3

2

55

__________________________________________________

2

3

4

1

_____________________________________________________

66

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet huma Lisa Giordimaina minn Ħaż-Żebbuġ u Jerome Sciberras minn Santa Venera.

Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji Novembru 2020 by Missio Malta - Issuu