Skip to main content

Tfal Missjunarji Sajf 2022

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.93

90

Ġunju / Lulju / Awwissu / Settembru 2022

sena ħidma għall‑missjoni

(VO/1178)

3 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi Ta’ MissioTfal | 4 Paġna Ta’ Rafiki | 6 Ġabra Mill‑Iskejjel 8 Aħbarijiet U Kurżitajiet Mid‑Dinja Kollha | 10 MissioTfal Għawdex 11 Ir‑Rota ta’ Kamrul | 15 BBQ B’Risq Il‑Missjoni | 18 Papa Franġisku f’Malta 18 Kalendarju T’Attivitajiet | 20 Kraft Tradizzjonali | 21 Riċetta Tradizzjonali 22 Mill‑Ittri Tagħkom | 23 Kompetizzjonijiet Bi Premju


Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Għeżież Tfal,

Kif intom? Wasalna fir‑rivista tas‑sajf għax‑xhur ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru. Kif qed tindunaw din ir‑rivista ħarġet online u qed nibagħtuhielkom id‑dar permezz tal‑imejl. Forsi ntbaħtu wkoll li din id‑darba fiha aktar paġni mis‑soltu. Dan għaliex, minbarra li xtaqna nġibu l‑ammont sabiħ tas‑somma miġbura minnkom ilkoll b’risq proġetti relatati mat‑tfal fil‑missjoni, xtaqna wkoll nagħtukom aktar informazzjoni u attivitajiet x’tagħmlu matul il‑vaganzi tas‑sajf. Minn qalbna nixtiequ nawguraw lill‑istudenti kollha li bdew jew waslu biex jibdew l‑eżamijiet annwali. Jalla tmorru tajjeb u jkollkom riżultati sbieħ ħalli mhux biss tifirħu intom, imma jkunu kuntenti wkoll l‑għalliema u l‑ġenituri/kustodji tagħkom. Nieħdu gost ħafna jekk tiktbulna jew tpinġulna xi tkunu qed tagħmlu/ x’għamiltu matul il‑vaganzi tas‑sajf. Aħna nerġgħu niltaqgħu magħkom b’aktar informazzjoni u logħob bil‑kompetizzjoni għal sena skolastika ġdida f’Ottubru li ġej. Qabel inħallikom nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Tajjeb li twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Il‑ħabiba tagħkom,

Claudia

Awguri Għal Sajf ta’ Mistrieħ lill‑Qarrejja Żgħar Tagħna u lill‑Għalliema u lill‑Familjari Kollha Tagħkom.

Stampa tal‑faċċata: Tpinġija ta’ Matthea Pirotta ta’ 12‑il sena minn Ħal Balzan.

TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi – John Caruana Pubblikazzjoni: Missio Malta 2

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.


MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

differenti minn madwar id‑dinja kollha. Ma jonqosx ukoll li jkollna intervista ma’ annimal popolari u kompetizzjonijiet bi premju. It‑tfal kollha huma mistiedna jisimgħuna u jieħdu sehem fil‑kompetizzjoni sabiex jirbħu rigal sabiħ.

PROGRAMMI GĦAT‑TFAL FUQ RADJU MARIJA Matul is‑sajf MissioTfal ser ikun qed itella’ żewġ programmi għat‑tfal fuq Radju Marija li jixxandru kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm. Programmi ppreparati u prodotti minn Claudia Cini u Nancy Camilleri bl‑għajnuna ta’ diversi tfal mistiedna. F’dawn il‑programmi jixxandru intervisti ma’ persuni li jaħdmu mill‑qrib mat‑tfal, u stejjer u informazzjoni mill‑artijiet tal‑missjoni. Dan kollu joħloq għarfien dwar kif jgħixu tfal oħra fid‑dinja bid‑diffikultajiet kollha li ta’ kuljum ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom, kif ukoll tagħrif dwar kulturi

Iktar ma nikbru iktar niltaqgħu ma’ nies minn pajjiżi differenti u għalhekk b’kulturi u tradizzjonijiet differenti. B’hekk huwa importanti li nitgħallmu xi ftit dwar il‑kulturi tagħhom, u kif jgħixu u jaħsbuha biex inkunu nistgħu nirrelataw ma’ xulxin, nifhmu lil xulxin, nikkomunikaw ma’ xulxin u fl‑aħħar u mhux l‑inqas, ngħinu lil xuxlin. Inħeġġukom għalhekk tingħaqdu magħna għal dawn iż‑żewġ programmi fuq Radju Marija. Għal aktar informazzjoni tistgħu ssegwu l‑websajts u l‑paġni ta’ Facebook sew ta’ Radju Marija kif ukoll ta’ Missio Malta.

TFAL MISSJUNARJI Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri. Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM

(Malta) / 107.8FM (Għawdex).

3


Dawn huma l-ewwel erba’ rebbieħa tal-programm

IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI

TFAL MISSJUNARJI

Aktar Mill‑Iskejjel

li rebħu pokit mimli affarijiet tal-iskola:

Fl Leah Borg D’Emanuele - 6 snin - Skola Santa Monika l-Mosta.

Mikela Barun - Year 2 Skola St. Francis, Bormla.

Mireille Griscti - Year 4 - Skola Primarja Santa Giovanna Antida l-Gudja.

Thiago Tanti - 3 snin - Mill-Mosta.

4

‑1 ta’ Mejju li għadda MissioTfal kien mistieden biex jieħu sehem fi Spring Fete li organizzat l‑iskola ta’ St. Edward’s fil‑Birgu. Kien hemm atmosfera sabiħa ħafna, fejn ħafna familji ġew biex iqattgħu nofs ta’ nhar jiddevertu flimkien bħala familja. Stajt tara lil min jieħu sehem fil‑logħob organizzat mill‑iskola, min jixtri xi prodotti tal‑ikel jew tas‑sbuħija u affarijiet oħra mit‑tilari li kien hemm armati madwar il‑bitħa kollha. Kien hemm ukoll min tħajjar jagħmel xi krafts magħna għal donazzjoni żgħira b’risq proġetti tat‑tfal fil‑missjoni. Kemm ħadu pjaċir it‑tfal jagħmlu ċ‑ċpiepet biż‑żibeġ! Kien hemm ukoll min


xtara xi rigali żgħar bħal flokk jew pokit mimlijin b’oġġetti tal‑iskola jew keychain. Imma l‑iktar ħaġa li għoġbot lit‑tfal kienet meta bdew jitfgħu l‑flus fl‑ispinner u jarawhom iduru u jduru sa ma jaqgħu fil‑qiegħ! Kienet esperjenza li ma jien ser ninsa qatt, u kienet okkażjoni fejn mill‑ġdid stajna nerġgħu niltaqgħu magħkom it‑tfal u mal‑familji ta’ din l‑iskola sabiħa. Nieħdu din l‑okkażjoni biex nirringrazzja lil Miss Silvana Debono u lill‑kap tal‑iskola talli laqgħuna u tawna din l‑opportunità daqstant sabiħa.

Missio = Love + Friendship. Let’s make a friendship bracelet and a Heart bookmark!

Id‑donazzjonijiet kollha miġbura marru b’risq il‑Maratona #hopemissiofest tal‑4 ta Ġunju. Ta’ dan aħna grati u nirringrazzjawkom tas‑sapport li dejjem urejtu mat‑tfal fl‑artijiet tal‑missjoni. Saħħa u awguri għal sajf mill‑aqwa mimli divertiment u mistrieħ. Nerġgħu niltaqgħu f’Ottubru li ġej. 5


ĠABRA MILL‑ISKEJJEL TA’ MALTA GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2021 (SENA SKOLASTIKA 2021‑2022)

SKEJJEL TAL‑ISTAT Kulleġġ San Nikola

€2,033.89

Kulleġġ Sant’Injazju

€2,529.59

Kulleġġ San Tumas More

€4,340.32

Kulleġġ Santa Klara

€995.79

Kulleġġ San Ġorġ Preca

€1,281.38

Kulleġġ Marija Reġina

€3,770.99

Kulleġġ San Benedittu

€2,345.43

Kulleġġ Santa Tereża

€928.07

Kulleġġ Santa Margerita

€1807.06

St. Joseph Blata l‑Bajda Juniors

€1,215.97

St. Joseph Blata l‑Bajda Seniors

€277.32

St. Monica B’Kara Primarja u Sekondarja

€1,381.42

St. Monica l‑Mosta

€586.19

St. Monica Primarja l‑Gżira

€314.20

Tereża Nuzzo

€1,025.04

St. Elias

€84.00

SKEJJEL PRIVATI San Andrea School

€122.00

Thi Lakin

SKEJJEL TAL‑KNISJA Seminarju tal‑Arċisqof Primarja Sekondarja De La Salle Juniors

TOTAL

€37,292.33

€1,494.09 €86.22

Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021

€1,250.70

Mater Bon Consilii Primarja

€442.70

Mater Bon Consilii Sekondarja

€100.55

St. Paul’s MC Juniors

€761.69

Our Lady Immaculate Primarja u Sekondarja

€1,467.40

Sacred Heart Juniors

€1,970.72

St. Albert Primarja l‑Belt Valletta

€267.50

St. Benild’s Tas‑Sliema

€653.21

St. Dorothy’s Primarja Tas‑Sliema

€777.39

St. Dorothy’s Primarja Ħaż‑Żebbuġ

€804.28

St. Francis Primarja Bormla

€400.00

St. Joan Antide l‑Gudja

€669.39

6

€1,107.33

Għin liċ‑Ċentru Arrupe jagħti l‑kuraġġ lin‑nies b’diżabilità fil‑Kambodja. Grazzi.

90

(VO/1178)

MISSIO (UFFIĊĊJU MISSJUNARJU) Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt

sena ħidma għall‑missjoni


ĠABRA MILL‑ISKEJJEL T’GĦAWDEX GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2021 (SENA SKOLASTIKA 2021‑2022)

SKEJJEL TAL‑KNISJA Seminarju tal‑Qalb ta’ Ġesù (Sekondarja Form I u II)

€85.60

Konservatorju tal‑Isqof (Sekondarja)

€315.55

Konservatorju tal‑Isqof (Skola Primarja)

€434.20

St. Francis School

€941.96

Laura Vicuna

€414.42

St. Therese School

€1,394.53

KULLEĠĠ T’GĦAWDEX Skola Medja

€397.33

Skola Primarja Kerċem

€312.49

Skola Primarja San Lawrenz

€160.20

Skola Primarja Għarb

€183.50

Skola Primarja Żebbuġ

€140.01

Skola Primarja Rabat

€845.70

Skola Primarja Sannat

€565.09

Skola Primarja Xewkija

€414.70

Skola Primarja Għajnsielem

€461.74

Skola Primarja Qala

€280.15

Skola Primarja Nadur

€722.55

Skola Primarja Xagħra

€518.61

TOTAL

Grazzi tas‑somma sabiħa ta’ €45,880.66

€ 8,588.33

Nota: Id-donazzjonijiet ta’ skejjel oħra li daħlu wara Jannar 2022, ser imorru b’risq il-Maratona #hopemissiofest.

7


AĦBARIJIET U KURŻITAJIET MID‑DINJA KOLLHA

G

ħaċ‑Ċina din is‑sena hija s‑Sena tat‑Tigra fil‑kalendarju Ċiniż. U huwa proprju din is‑sena li ħarġet aħbar tajba ħafna. In‑numru ta’ tigri qiegħed jiżdied fid‑dinja! Dan wara żmien twil li n‑numru ta’ tigri fid‑dinja kien qed jonqos. Imma xorta għadhom f’riskju, għax minkejja li dawn l‑annimali sbieħ qed jerġgħu jiżdiedu, iż‑żoni fid‑dinja fejn jistgħu jgħixu dawn l‑annimali qed jispiċċaw. Fil‑fatt, issa dawn l‑annimali qed jgħixu biss f’żoni li jkopru 5 fil‑mija biss ta’ dak li kellhom fil‑passat.

T

fal, kontu tafu li skont informazzjoni li nġabret din is‑sena, 9 fil‑mija biss tal‑plastik ġie riċiklat, filwaqt li 22 fil‑mija tal‑plastik ġie ttrattat ħażin jew, agħar minn hekk, maħruq jew mormi direttament fl‑ambjent. Dan instab li ġej mill‑fatt li għad m’għandniex il‑kultura li nsalvaw l‑ambjent. Fir‑riċerka sar magħruf ukoll li fl‑2019, 6.1 miljun ta’ tunnellati ta’ plastik kienu mitfugħa fil‑baħar, li 1.7 miljun minnhom laħqu sal‑oċeani. Possibbli li għad m’għandniex għarfien?

8


AĦBARIJIET U KURŻITAJIET MID‑DINJA KOLLHA li Alla jkun ma’ dawk li jaħdmu għall‑paċi. Jgħid ukoll li l‑gwerra hija strument li tneħħi l‑libertà fost il‑popli u jappella dejjem għall‑paċi. Nistgħu nieħdu l‑eżempju tiegħu u nkunu nies li nġibu l‑paċi ma’ dawk ta’ madwarna fl‑iskola jew id‑dar.

Eżempji sbieħ: ● Roberta Zammit ta’ 7 snin minn Ħaż-Żebbuġ u tattendi l-iskola Santa Monika ta’ Birkirkara.

L

‑iktar persuna li appellat kontra l‑gwerra minn Frar li għadda ’l hawn hija proprju Papa Franġisku. Huwa dejjem iħeġġeġ lil dawk li jmexxu biex ineħħu l‑armi u jgħid

Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: € 3 Par żarbun għal tifel jew tifla fil‑missjoni € 30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal tifel/tifla minn familja fqira € 55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġata € 104 Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! 9


MISSIOTFAL GĦAWDEX Dun Renato Borg

Nieħdu l‑eżempju ta’ Pauline Jaricot:

Ngħinu ftit u nitolbu ftit!

F

it‑22 ta’ Mejju 2022 f’Lyon fi Franza saret il‑Beatifikazzjoni ta’ Pauline Jaricot (1799‑1862). Kienet din il‑mara lajka li waqqfet l‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi u l‑Assoċjazzjoni tar‑Rużarju Ħaj. Dan ġara madwar 200 sena ilu. Forsi meta wieħed jara din id‑data jista’ jistaqsi lilu nnifsu: “X’tista’ tgħallimna llum din il‑mara li għexet żewġ sekli ilu? Jaricot għandha ħafna x’tgħidilna, għaliex hija fittxet li tibni ħajjitha fuq il‑kelma t’Alla u kif qal Ġesù Kristu: “Is‑smewwiet u l‑art jgħaddu, iżda kliemi ma jgħaddix.” Jaricot kellha passjoni kbira biex tgħin u tieqaf mal‑missjunarji. Hija kienet temmen li jekk ngħinu ftit u nitolbu ftit nistgħu naqsmu l‑imħabba t’Alla mad‑dinja kollha. F’dan is‑sens Pauline Jaricot rat ħajjitha bħala tweġiba għall‑imħabba u l‑ħniena t’Alla. Sa minn żgħożitha hija ppruvat tixbah lil Kristu, anke fit‑tbatijiet li għaddiet minnhom, sabiex jixgħel il‑fjamma ta’ mħabbtu f’kull persuna. Papa Frangisku jgħid li dan huwa l‑bidu tal‑missjoni, fil‑ħeġġa tal‑fidi li tħoss li dejjem hemm x’tagħmel iktar, u fil‑konverżjoni ta’ kuljum sabiex twassal il‑ħniena t’Alla fit‑toroq tad‑dinja. Imma forsi tistaqsu kif inhu possibbli li wieħed jagħmel dan? Kif waslet il‑Beata Jaricot 10

biex tagħmel dan kollu? It‑tweġiba hija waħda: il‑qawwa tat‑talb; billi nitolbu. It‑talb huwa l‑ewwel forma ta’ għajnuna li nistgħu nagħtu lill‑missjoni. Fil‑fatt, mhux b’kumbinazzjoni li Jaricot għaqqdet l‑għajnuna missjunarja mat‑talb, anzi mat‑talba tar‑Rużarju. Meta aħna nitolbu nkunu nagħrfu li qabel il‑ħidma tagħna l‑bnedmin hemm Alla li jimxi qabilna f’kulma nagħmlu, u għalhekk mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn. L‑istedina għalikom it‑tfal hija l‑istess stedina li għamel Papa Franġisku lill‑Knisja kollha: “Imxu fuq il‑passi ta’ Jaricot.” Għalhekk, għeżież tfal, anke jekk inkunu fil‑vaganzi, nistedinkom biex “tgħinu ftit u titolbu ftit”. Għinu ftit lill‑ġenituri tagħkom fil‑faċendi ta’ kuljum u itolbu ftit ta’ kuljum għall‑missjunarji u għall‑missjoni. Tkun ħaġa sabiħa jekk xi kultant tagħmlu xi sagrifiċċju u flok tixtru ġelat, twarrbu dawk il‑flus biex tagħtuhom lill‑pajjiżi tal‑missjoni.

. Il‑Mulej Gesù jberikkom.


IR‑ROTA TA’ KAMRUL Storja vera addattata minn Claudia Cini.

Il‑Bangladexx huwa pajjiż li jinsab fin‑Nofsinhar tal‑Asja u għandu popolazzjoni ta’ madwar 161 miljun ruħ. Huwa meqjus bħala wieħed mill‑ifqar pajjiżi fid‑dinja. Jingħad li aktar minn nofs il‑popolazzjoni ta’ dan il‑pajjiż għandhom dħul ta’ inqas minn €0.80 kuljum. Normalment dan ikun l‑uniku dħul ta’ familja ta’ sitta u xi drabi ta’ aktar membri.

Kamrul huwa raġel ta’ familja li tgħix f’dan il‑pajjiż. Huwa jibda l‑ġurnata billi jmur lejn l‑eqreb għadira biex jaħsel wiċċu u jaqta’ biċċiet taz‑zkuk sabiex ikun jista’ jaħsel snienu wkoll. Meta jkun lest, jerħilha biex jibda l‑ġurnata tax‑xogħol.

L‑impjieg tiegħi huwa li nġorr kemm nies kif ukoll oġġetti. Dan huwa possibbli permezz tar‑‘rickshaw’, rota bi tliet roti li timxi billi taqdef bil‑pedali.

11


Dan it‑tip ta’ trasport huwa importanti fil‑Bangladexx għax huwa l‑qligħ ta’ aktar minn 100 elf persuna. Minn dan l‑impjieg, Kamrul jaqla’ madwar €2 kuljum, li minnhom irid iħallas €1.20 lil sid ir‑‘rickshaw’. B’hekk ikun fadallu biss €0.80!

Mill‑flus li jkun fadalli nixtri l‑ikel għall‑familja tiegħi. Rari jifdal biex nixtru xi ħwejjeġ, żraben jew oġġetti oħra.

Kamrul jiltaqa’ ma’ diversi tipi ta’ nies, fosthom persuni li jġagħluh jaqdef aktar milli jkunu ftiehmu, mingħajr ma jħallsuh. Dan l‑atteġġjament iweġġa’ ħafna lil Kamrul, tant li jixtieq jagħmel minn kollox sabiex it‑tfal tiegħu jkollhom opportunità t’edukazzjoni tajba. L‑edukazzjoni twassal lil uliedi biex ikunu stmati aħjar fis‑soċjetà.

12


Il‑ġurnata ta’ Kamrul u ta’ ħafna rġiel oħra bħalu, ma tintemmx hawn. Barra mit‑tbatija li jġib miegħu dan ix‑xogħol, huma jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ diversi limitazzjonijiet fi djarhom, fosthom iċ‑ċokon tad‑dar, kif ukoll il‑fatt li m’għandhomx dawl elettriku.

Jiena u l‑familja tiegħi ntemmu l‑ġurnata bl‑ikla ta’ filgħaxija, imbagħad nippreparaw biex norqdu.. L‑akbar xewqa ta’ Kamrul hija li jfaddal biżżejjed flus biex ikun jista’ jixtri r‑‘rickshaw’ tiegħu. B’hekk il‑flus li jaqla’ jkun jista’ jżommhom kollha hu u mhux ikollu jagħti aktar minn nofshom lis‑sid tar‑‘rickshaw’ li jaħdem biha bħalissa. Huwa diffiċli ħafna nfaddal għax il‑ftit flus żejda li jifdal, nużahom biex inħallas l‑edukazzjoni ta’ wliedi.

13


Xewqa oħra li għandu Kamrul hija li l-imgħallem tiegħu jinvesti f’‘rickshaw’ li jaħdem bil‑fjuwil. B’hekk Kamrul ma jkollux għalfejn jaqdef biex iwassal in‑nies u l‑oġġetti minn post għal ieħor. Barra minn hekk ikun jista’ jgħaġġel aktar u għalhekk jaqdi aktar nies.

Aktar ma naqdi nies, aktar indaħħal flus u aktar ikolli biex ngħixu ħajja aħjar milli qed ngħixu bħalissa. Kurżità: Jingħad li kien l‑Amerikan Jonathan Goble li fl‑1859 ivvinta r‑‘rickshaw’. Huwa ngħaqad mal‑marines u mar espedizzjoni lejn il‑Ġappun. Dan ir‑raġel ivvinta dan il‑mezz ta’ trasport sabiex ikun jista’ jġorr lil martu li kienet diżabbli, tul it‑toroq ta’ Yokohama. Għajdut ieħor jgħid li kien il‑ħaddied Amerikan Albert Tolman li fl‑1846 ivvinta r‑‘rickshaw’, filwaqt li hemm min jgħid li kien James Birch minn New Jersey li ħoloq dan il‑mezz ta’ trasport fis‑sena 1867.

Kont taf li jeżistu ħafna tipi differenti ta’ ‘rickshaws’?

14


missio jippreżenta

(V0/1178)

BARBEQUE TAS‑SAJF

23 ta’ Lulju 2022 Ħin: 7:30pm Kbar €20 Post: Ġnien tal‑Argotti, il‑Furjana. Bil‑parteċipazzjoni ta’ Laħam / Tiġieġ / Ħut Ikel Veġetarjan

Tfal €12 bejn 6 u 12-il sena

& Fiona BILJETTI: Faith Hope & Charity, il-Belt Valletta IMEJL: info@missio.org.mt | ĊEMPEL: 2123 6962 www.showshappening.com 15


PAPA FRANĠISKU F’MALTA – Martin Azzopardi S.D.C. Ritratt: Jeremy‑Wonnacott

We Can Say That We Were There! On Sunday 3rd April 2022, a group of Form 4 (Year 10) students from St. Margaret’s College Secondary School Verdala, were offered the opportunity to participate in the Pope’s Holy Mass celebration held at the Granaries in Floriana, Malta. Students were accompanied by the Senior Religion teacher Martin Azzopardi sdc and LSE Mr Robert Axisa. Due to COVID‑19 pandemic health restrictions, participating students had to be vaccinated and wear a face mask all the time. St. Margaret College students could say: “We were there experiencing the Maltese fervour and the cheering, and waving Vatican flags as Pope Francis entered the square in the pope mobile.” Pope Francis said that the word ‘irredeemable’ does not exist for God, whose mercy is inexhaustible. Speaking in front of a crowd of thousands of people, the Pope urged 16

Maltese Catholics to be ‘tireless witnesses’ of God’s mercy. Pope Francis underlined that God always forgives and provides a chance for a fresh start to those who approach his mercy. Pope Francis said in his homily: “There is no sin or failure that we can bring before him that cannot become the opportunity for starting to live a new and different life under the banner of mercy.” The Pope added: “This is the Lord Jesus. We truly know him when we experience his forgiveness, and when we discover that God comes to us through our inner woundedness. That is indeed where the Lord loves to make himself known.” The live‑streamed Mass was the largest public gathering during the Pope’s two‑day trip to Malta and about 20,000 people were present in the square and surrounding area for the Mass. St. Margaret College participating students expressed the following words following this unique event experience in their lives:


“I can say that I was there to meet with the Vicar of Christ in the person of Pope Francis.” Denzel Portelli.

“It was a unique spiritual experience for me, which I will never forget.” Bach Sakka Fiorini. “Surely it was an opportunity for me to strengthen my Christian faith in Christ Jesus.” Sheyzen Grima. “I was touched by the Pope’s Angelus message: “Dear young friends, I want to share with you the most beautiful thing in life. Do you know what it is? It is the joy of giving ourselves completely in love, which makes us free. That joy has a name: it is Jesus.”” Yanique Gambin. “I loved the Pope’s words: “Speak with your elders, speak with your grandparents, speak with elderly people!”” Axelkees Massa. “I reflected a lot about the Pope’s words: “When we open our hearts to God in truth, he can work wonders in us.”” Jamie Bugeja.

“Participating in the Pope’s Holy Mass was an occasion for me to witness the joy of the Maltese Christian community and to renew my faith in Jesus.” Andrew Cole. After the Holy Mass celebration, Pope Francis went to meet with migrants at the John XXIII Peace Lab, an immigration reception centre in Ħal Far, and then he departed by plane on Air Malta on Sunday evening. Senior Religion teacher Martin Azzopardi sdc said: “It is important that our school students experience such a unique spiritual event in their lives, and I am sure that this event will remain a mark in their hearts and memory.” After the Pope’s Holy Mass celebration, students enjoyed lunch together with their teacher and LSE. The feedback from the participating students and their parents was very positive. 17


KALENDARJU T’ATTIVITAJIET GĦAL MATUL IS‑SAJF Hawn taħt hawn 16‑il attività, waħda kull ġimgħa. Ipprova sib imqar ġurnata waħda fil‑ġimgħa biex tagħmel l‑attività mniżżla. Aktar ma tagħmel attivitajiet matul il‑ġimgħa aħjar. Kull attività li tagħmel tikseb 5 punti. Ara kemm ser jirnexxilek tikseb punti sakemm terġa’ tibda l‑iskola. ĠIMGĦA

ATTIVITÀ

1

Bdew in‑nofstanhari – sib ħin biex taqra aktar.

2

Żmien l‑eżamijiet – studja ħalli tmur tajjeb.

(6‑12 ta’ Ġunju)

(13‑19 ta’ Ġunju)

3

(20‑26 ta’ Ġunju)

4

(27 ta’ Ġunju‑3 ta’ Lulju)

Bdew il‑vaganzi – ħu ħsieb irranġa kamartek u armi li m’għandekx bżonn.

5

Ipprova sib ħin biex titlob għal min hu bil‑ġuħ.

(4‑10 ta’ Lulju)

6

(11‑17 ta’ Lulju)

7

(18‑24 ta’ Lulju)

8

(25‑31 ta’ Lulju) 18

Żmien l‑eżamijiet – agħmel reviżjoni ta’ dak li studjajt.

Sib ħin biex tagħmel kartolina b’messaġġ għal xi ħadd li tħobb. Din il‑ġimgħa ddedikaha biex tgħin aktar fix‑xogħol tad‑dar. Agħmel kraft utli bħal ‘pencil holder’ jew ‘mobile holder’.


ĠIMGĦA

9

ATTIVITÀ

(1‑7 ta’ Awwissu)

Ftakar f’dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom u itlob għalihom.

10

Ipprova ikteb storja qasira jew poeżija.

(8‑14 ta’ Awwissu)

11

(15‑21 ta’ Awwissu)

12

(22‑28 ta’ Awwissu)

13

(29 ta’ Awwissu‑4 ta’ Settembru)

Sib ħin u aqra silta mill‑Bibbja jew storja mill‑Bibbja tat‑tfal. Ikteb ittra ferriħija lil xi ħabib/a jew qarib/a li ilek ma tara. Għid grazzi lill‑familjari u urihom li tapprezza dak kollu li jagħmlu miegħek.

14

Aqdi lil xi ħadd biex ittaffilu mix‑xogħol li għandu. Pereżempju sajjar xi ħaġa jew agħmel ix‑xirja.

15

Itlob għat‑tfal li jixtiequ jmorru l‑iskola, imma m’għandhomx l‑opportunità.

(5‑11 ta’ Settembru)

(12‑18 ta’ Settembru)

16

(19‑25 ta’ Settembru)

Grazzi

Daqt tibda l‑iskola – ipprepara l‑uniformi u l‑basket tal‑iskola.

Punti miksuba: 0‑70 punt: Stajt għamilt ftit iktar sforz, imma taqtax qalbek, ibqa’ pprova anke fix‑xhur li ġejjin. 70‑100 punt: Tajjeb ħafna; irnexxielek tagħmel ħafna affarijiet tajbin matul il‑vaganzi tas‑sajf. Ipprova kompli segwi dawn l‑attivitajiet anke fix‑xhur li ġejjin. Aktar minn 100 punt: Prosit tassew! Mort tajjeb ħafna. Ibqa’ sejjer hekk ħalli tkun kuntent inti u ta’ madwarek. Kompli b’dawn l‑attivitajiet fix‑xhur li ġejjin. 19


KRAFT TRADIZZJONALI Nancy Camilleri

KAPPELL ALPIN MILL‑ĠERMANJA

Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jkunu qedgħin jagħmlu l‑krafts.

X’għandek bżonn:

• Karta ħoxna u kbira ta’ lewn ħadrani • Kolla • Biċċa lasktu • Klips tal‑karti • Taqqaba • Rix u fjuri artifiċjali

Metodu:

1.Itwi fi tnejn il‑karta għat‑tul u agħfas sew it‑truf mitwija. 2.Itwi l‑kantunieri ta’ fuq ’il ġewwa lejn in‑nofs tal‑karta u agħfas fejn twejt. 3.Itwi l‑parti t’isfel, waħda ’l quddiem u l‑oħra lura, u agħfas sew fejn twejt. 4.Itwi l‑kantunieri n‑naħa ta’ ġewwa, tnejn kull naħa, u nkullahom. Żommhom permezz tal‑klips tal‑karti. 5.Waħħal rixa fuq ġewwa tal‑qasma tan‑nofs tal‑kappell. 6.Bit‑taqqaba, taqqab toqba kull naħa u għaddi l‑lasktu sabiex isservi bħala ċinga taħt geddumek ħalli ma jaqagħlekx il‑kappell. 7.Żejjen il‑kappell b’xi fjuri.

Kont taf li: dan il‑kappell relatat mal‑Ġermanja, oriġinarjament beda mit‑Tyrol u l‑Alpi? Imma llum il‑ġurnata huwa wkoll parti mill‑kultura tal‑Awstrija u pajjiżi oħra ġirien. Il‑kappell kien ikun bil‑ponta u magħmul minn felt aħdar. Ix‑xifer tiegħu kien daqs pala tal‑id, però jeżistu diversi forom ta’ dawn il‑kpiepel. Dawn ikunu mżejnin b’xi rix u fjuri komuni ħafna f’dawn il‑postijiet. Il‑kappell Alpin kien jilbsu ħafna r‑Re Dwardu VIII tal‑lngilterra, tant li fis‑Seklu 20 kien sar parti mill‑kostum tal‑irħula tat‑Tyrol u anki sar moda ħafna f’dawk iż‑żminijiet. Illum sar parti mill‑kultura tagħhom u jintlibes waqt festi kulturali li jkunu akkumpanjati mill‑mużika folkloristika. 20


RIĊETTA TRADIZZJONALI Claudia Cini

FROĠA BIZ‑ZALZETT U PATATA ĦELWA MINN SPANJA

X’għandek bżonn (għal 4 persuni): • 2 mgħaref żejt taż‑żebbuġa • 200 gramma zalzett tal‑majjal pikkanti (chorizo) • 4 basliet imqattgħin fin • 250 gramma patata ħelwa • 6 bajdiet kbar • 3 mgħaref tursin imqatta’ fin • Bżar kemm tiggosta

Metodu: • Saħħan iż‑żejt ġo taġen kbir b’qiegħ ta’ 9 pulzieri dijametru. • Aqli z‑zalzett sa ma’ jiħmar. Żid il‑basal u kompli aqli. • Aqta’ l‑patata f’dadi żgħar u ixħet fit‑taġen. • Xħin tiħmar il‑patata, għatti t‑taġen u kompli sajjar sa ma l‑patata ssir. • Sadanittant, ħabbat il‑bajd ġo skutella u żid il‑bżar u t‑tursin. • Ixħet ftit ftit it‑taħlit tal‑bajd ġot‑taġen u sajjar sa ma l‑qiegħ tal‑froġa jiħmar. • Kompli sajjar il‑wiċċ tal‑froġa taħt il‑grill. • Servi bi ftit tursin imqatta’ frisk fil‑wiċċ u insalata.

Buen Provecho! (L‑Ikla t‑Tajba!) Nota: It‑tisjir huwa sabiħ speċjalment meta t‑tfal jagħmluh ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom, però importanti li nieħdu l‑miżuri ta’ sigurtà meħtieġa. Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, neħħi xagħrek minn quddiem wiċċek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, ser tuża n‑nar u/jew l‑elettriku.

Spanja huwa t‑tieni l‑akbar pajjiż fl‑Ewropa u s‑sitt l‑aktar popolat fl‑Ewropa bi kważi 47 miljun ruħ? Sas‑Seklu 15, Spanja kienet maqsuma f’diversi saltniet li kienu jitkellmu b’lingwi differenti, sakemm kien hemm żwieġ bejn żewġ Monarkiji Kattoliċi, Ferdinand ta’ Aragona u Isabella ta’ Kastilja. L‑Ispanjol huwa t‑tieni l‑aktar lingwa mitkellma fid‑dinja, wara dik Ċiniża; b’kollox 406 miljun ruħ. Minkejja li 70% tal‑popolazzjoni hija Kattolika, 13.6% biss imorru l‑knisja kull nhar ta’ Ħadd. L‑ewwel novella fuq stil modern inkitbet mill‑Ispanjol Cervantes fl‑1605 bl‑isem Don Quixote. Nofs iż‑żejt taż‑żebbuġa tad‑dinja kollha huwa manifatturat fi Spanja, u li kważi kollu jiġi mir‑reġjun ta’ Andalusja. 21


MILL‑ITTRI TAGĦKOM Irċevejna ammont sabiħ ta’ kitbiet u tpinġijiet mingħandkom l‑istudenti. Ħadna gost naqrawhom u naraw it‑tpinġijiet sbieħ; tassew bravi! Inħeġġukom tkomplu tibagħtulna aktar kitbiet u tpinġijiet. Dawn huma xi wħud mill‑kitbiet. Nistennew mingħandkom. Grazzi!

Din is‑sena ġew il‑kuġini mir‑Russja. Kont ilni sentejn u nofs ma narahom! Fil‑bidu tas‑sena l‑ġdida morna għand in‑nanna u gawdejt lill‑kuġini. In‑nanna sajret ikla kbira u tgħidx kemm lgħabna. Tgħidx kemm ħadt pjaċir! Matthias Saliba – 10 snin – Skola Primarja s‑Siġġiewi.

Din is‑sena jiena bdejtha tajba, Ma kellix problemi xej, Imma l‑ħin jgħaddi u maż‑żmien Saret mimlija daqs bajda, ħej! Kien hemm xi ħaġa waħda, Li l‑ħut tiegħi għamlu ż‑żgħar, U li jien issa sirt bużnanna Ta’ xi għoxrin u ħafna iktar! Jien tgħallimt xi ħaġa ġdida, Li f’kull ħażin insib it‑tajjeb, Komplejna b’sena bil‑pandemija Mhux li kien li din tħallina! Din hija l‑istorja tiegħi s’issa. Min jaf kemm għad fadalli Sa meta nikber, imma issa Ser ikolli nħallikom biex immur nilgħab il‑bandli! Amber Aquilina – 9 snin – Skola Primarja Ħal Għargħur 22

Din is‑sena, jiena u l‑familja tiegħi bdejnieha differenti mis‑snin ta’ qabel. Qattajna l‑vaganzi tal‑Milied differenti peress li morna Malta mill‑1 sas‑6 ta’ Jannar. Waqt li konna hemm, morna l‑Esplora u rajna bosta affarijiet relatati max‑xjenza, żorna xi mużewijiet ta’ Żmien il‑Preistorja, rajna t‑tempji tal‑Imnajdra u Ħaġar Qim, u morna Għar Dalam, fost oħrajn. Tajna ħarsa lejn il‑Belt Valletta u wara ma naqasx li nżuru xi ħwienet u ristoranti. Insomma, ħadna ħafna gost Malta! Jiena għandi wkoll xi proponimenti. L‑aktar wieħed importanti għalija huwa li nsib passatemp mingħajr ma nuża l‑elettronika, bħall‑arti. Kienet bidu ta’ sena sabiħa, qattajt ħafna ħin ma’ familti u tgħallimt iktar fuq il‑wirt storiku li għandna ġewwa Malta. Martina Vella – 10 snin – Skola Primarja r‑Rabat, Għawdex

Is‑sena l‑ġdida bdiet vera tajba. Ħadt pjaċir nerġa’ nara lill‑ħbieb u kont fuq ix‑xwiek biex immur lura l‑iskola. Ħadt iktar pjaċir meta sirt naf li kont mistiedna għal festival ma’ xi ħbieb tiegħi. Mill‑ewwel bdejna r‑reviżjoni, imma dan ma sibtux tqil minħabba li konna diġà tgħallimnieh u kont fhimtu sew għax l‑għalliema kienu għallmuni veru tajjeb. Tgħallimt xi affarijiet ġodda wkoll, imma malajr fhimthom għax ma kinux daqshekk tqal. L‑iskola tiegħi, minħabba l‑COVID‑19, għandha t‑tielet klassi biex ikun hemm inqas tfal ġol‑klassi u nsegwu online ma’ klassi oħra. L‑unika proponiment li għandi huwa li xi darba kull tliet xhur immorru x’imkien biex ngħinu lil xi ħadd anzjan jew xi persuna bi ftit flus. Jesmine Vella – 10 snin – Skola St. Jean Antide l‑Gudja.


KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU ĠUNJU, LULJU, AWWISSU, SETTEMBRU 2022

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. SIB IT‑TRIQ

Ara jirnexxilekx tgħin lit‑tifla ssib it‑triq sabiex tasal ħdejn ħuha li qed jilgħab bir‑ramel. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA

Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna poeżija qasira dwar il‑Milied u/jew tpinġulna stampa relatata mal‑Milied. Dan sabiex nużawhom biex noħorġu sett kartolini tal‑Milied. Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta. 23


KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU ĠUNJU, LULJU, AWWISSU, SETTEMBRU 2022 ISEM U KUNJOM: INDIRIZZ:

__________________________________________________________________

______________________________

_______________________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

SKOLA:

ETÀ:

KODIĊI POSTALI: ______________________________

__________________________________________________________________________________________________________________

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Frar – Marzu 2022 Ħarġa Nru.91.

1. SIB IT‑TRIQ

2. KITBA U TPINĠIJA

 Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Helena‑Rose Pullicino minn Ħaż‑Żabbar, Marta Fenech minn Ħal Safi u Isaac Grech miż‑Żejtun.

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.

24

(VO/1178)


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji Sajf 2022 by Missio Malta - Issuu