Skip to main content

Tfal Missjunarji Novembru - Dicembru 2021

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.89

Matul is‑sena skolastika 2021/2022 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

Ottubru / Novembru 2021

Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021

90

sena ħidma għall‑missjoni

(VO/1178)

2 Editorjal | 3 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi Ta’ MissioTfal | 4 Il‑Paġna Ta’ Rafiki 6 MissioTfal Għawdex | 7 Iċ‑Ċentru Arrupe | 11 Aħbarijiet U Kurżitajiet Mid‑Dinja Kollha 13 Kraft Tradizzjonali | 14 Riċetta Tradizzjonali | 15 Kompetizzjonijiet Bi Premju


Għeżież Tfal,

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Kif intom? Nispera li kellkom sajf tajjeb u gawdejtu u ddivertejtu kemm flaħtu. Issa reġgħet bdiet sena skolastika oħra; agħmlu moħħkom hemm minn issa biex jiswielkom ’il quddiem. Ilkoll nittamaw li tkun sena tajba u mingħajr intoppi, speċjalment minħabba l‑pandemija li ilna għaddejjin minnha għal dawn l‑aħħar kważi sentejn. Kif stajtu tinnutaw, sar xi tibdil fid‑daqs tal‑magażin. Minħabba problema ta’ stampar, kellna nċekknu d‑daqs, iżda rduppjajna l‑paġni. Filwaqt li l‑magażin ser jibda joħroġ kull xahrejn, għandna l‑ħsieb li nibqgħu għaddejjin fix‑xhur tas‑sajf ukoll. Bejn wieħed u ieħor żammejna l‑istess kontenut ta’ artikli. Nittama li tieħdu gost taqraw l‑artikli interessanti li qed inħejju għalikom u nħeġġukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Tinsewx ukoll tieħdu sehem fil‑kompetizzjonijiet għaliex għandna rigali sbieħ għalikom. Qabel inħallikom nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Ninsabu fix‑xahar iddedikat lill‑missjoni, u għalhekk ikun tajjeb jekk twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal biex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Il‑ħabiba tagħkom,

Claudia Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali tat‑tfal għall‑Ġurnata Missjunarja 2021. TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi – John Caruana Pubblikazzjoni: Missio Malta

2

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.


MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

D

in is‑sena, il‑Jum Dinji tal‑Missjoni ser jaħbat nhar l‑24 ta’ Ottubru. It‑tema hija: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”. Din it‑tema lili tolqotni ħafna peress li f’orfanatrofju fiż‑Żambja kelli l‑esperjenza nara tfal jifirħu u jirringrazzjaw lil Alla talli ġabilhom tarbija ġdida li kienu sabu wara l‑bieb. Dan il‑ferħ daħal f’qalbi. It‑tfal ġrew bit‑tarbija biex juruhielna. Din it‑tarbija sabet dar tilqagħha u ser titrabba b’dinjità. Din l‑esperjenza ma nistax ma nitkellimx fuqha. Din is‑sena ser ngħinu liċ‑Ċentru Arrupe fil‑Kambodja permezz tad‑donazzjonijiet tagħna. L‑Isqof Kike u t‑tim tiegħu jilqgħu fiċ‑ċentru tfal u żgħażagħ b’diżabilità kkawżata

minn bombi midfunin taħt l‑art li kif tirfishom jisplodu. B’hekk ħafna tfal iweġġgħu u jibqgħu b’diżabilità permanenti. F’dan iċ‑ċentru t‑tfal jitgħallmu l‑iskola u liż‑żgħażagħ jgħinuhom isibu xogħol sabiex isostnu lilhom infushom. Hija dar mimlija ferħ fejn kulħadd jgħin lil xulxin u ħadd ma jħossu mwarrab jew inutli. Ejjew ningħaqdu u nagħtu tama lil dawn ħutna li huma wkoll joħolmu biex jikbru u jgħixu b’mod indipendenti, ħalli dan il‑ħolm isir realtà. Ejjew naħsbu f’dawn it‑tfal kemm fit‑talb u kemm billi ngħinu fir‑riżorsi għax verament ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li naraw u nisimgħu. Jiena żgura li intom ser tgħinuna bħalma dejjem għamiltu u ta’ dan nirringrazzjakom. 3


IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI Fis‑sajf MissioTfal organizza żewġ kompetizzjonijiet tat‑tpinġija; waħda għat‑tfal tal‑lokalità tal‑Imtarfa u l‑oħra għat‑tfal tal‑iskejjel. Għat‑tfal tal‑Imtarfa għamilna ‘Dot‑Art Competition’ fejn tkellimna fuq il‑Kontinent tal‑Awstralja u fuq arti li sa ftit żmien ilu kienet minsija. Din hija arti magħmula minn ħafna tikek taż‑żebgħa li joħolqu stampa donnha maqlugħa ’l barra. Hija teknika li kienet issir fil‑ħamrija b’kuluri elaborati ħafna. Kienet sistema li kienu jifhmuha huma biss; il‑komunikazzjoni ta’ bejniethom. Kienet ritwal sagru biex jikkomunikaw

bejniethom, bħal tagħlim li jifhmuh huma biss. Imma din il‑meravilja ta’ arti sabiħa kienu jidfnuha fil‑ħamrija u ma kienet titgawda minn ħadd. Fl‑1971, għalliem tal‑arti, Geoffrey Bardon, ġie mqabbad jgħallem lit‑tfal ta’ dan it‑tribù. Darba sema’ lill‑ġenituri jirrakkontaw stejjer ta’ x’kienu pinġew. L‑għada, bħala taħriġ, ħeġġeġ lit‑tfal ipinġu fuq ħajt tal‑iskola. Ir‑riżultat kien impressjonanti. Minn dakinhar ’il quddiem, it‑tfal bdew jitħeġġu jpinġu fuq it‑tila. Issa nistgħu ngawdu din l‑arti sabiħa, għalkemm it‑tifsira tagħha għadha mistura. Din il‑kompetizzjoni ntrebħet minn Samira Deguara li pinġiet fekruna b’din it‑teknika. Proset tassew!

It-Tpinġija ta’ Katriona.

4

It-Tpinġija Ta’ Samira.

Permezz ta’ ‘Hopes And Dreams Competition’ lit‑tfal tal‑iskejjel tlabniehom ipinġu x’jixtiequ jsiru la jikbru jew x’jixtiequ fil‑ħajja tagħhom. Din il‑kompetizzjoni intrebħet minn Katriona u Kyle Gauci


Nirringrazzjawhom talli ħadu sehem u nħeġġuhom ikomplu jħobbu l‑arti għax bl‑arti tikkomunika mal‑oħrajn.

It-Tpinġija ta’ Kyle.

miż‑Żejtun u Matthias Mangion minn Ħal Tarxien. Katriona Gauci, ta’ tmien snin, tixtieq taħdem ġo ċentru mat‑tfal żgħar u għalhekk tittama li xi darba jkollha ċ‑ċentru tagħha. Hija pinġiet ‘Katriona’s Childcare Centre’. Kyle Gauci, ta’ 4 snin u nofs, jixtieq isir pulizija. Huwa pinġa li jixtieq ikun pulizija u jieħu ħsieb lit‑tfal ħdejn l‑iskola tiegħu. Matthias Mangion għandu tmien snin u t‑tpinġija tiegħu turi li xewqtu għal għeluq sninu hija li d‑dinja tkun kuntenta, sabiħa u kkulurita, bħall‑baħar u l‑ħlejjaq kollha ta’ ġo fih. Aħna nawguraw lil dawn it‑tfal li x‑xewqat u l‑ħolm tagħhom isiru realtà.

It-Tpinġija ta’ Matthias.

Fit‑13 t’Awwissu li għadda, Missio Tfal bi pjaċir iltaqa’ mal‑Grupp Adoloxxenti Kalkara. Din kienet laqgħa li damet madwar siegħa u nofs u rajna flimkien xi tfisser il‑kelma: MISSJONI. Rajna wkoll x’inhu x‑xogħol ta’ Missio u tkellimna fuq il‑proġett ta’ din is‑sena fejn ser ngħinu lit‑tfal taċ‑Ċentru Arrupe fil‑Kambodja. L‑Isqof Kike u t‑tim tiegħu jilqgħu f’dan iċ‑ċentru żgħażagħ u tfal b’diżabiltà kkawżata minn bombi taħt l‑art. Tkellimna wkoll fuq realtajiet oħra, bħall‑edukazzjoni f’dawn l‑artijiet, u l‑isptarijiet u s‑servizzi li ma ssibhomx b’xejn. Iż‑żgħażagħ tal‑Kalkara wrew ħafna interess u kellhom ħafna entużjażmu biex ikunu jafu iżjed. Fl‑aħħar għamilna ‘Prayer Spaces’ missjunarji. Ħadna ħafna gost niltaqgħu ma’ dawn iż‑żgħażagħ u nittama li nerġgħu niltaqgħu biex nagħmlu xi attività oħra magħhom. 5


MISSIOTFAL GĦAWDEX Dun Renato Borg

Kunu Missjunarji tal‑Imħabba u tal‑Ħniena Id‑dixxipli ta’ Ġesù ħassew li ma setgħux jibqgħu siekta milli jgħidu lil kulħadd dwar kemm Alla jħobb lill‑bnedmin li saħansidra ta ħajtu għalina. Huma ħassew li kellhom ixandru ma’ kullimkien kemm Alla huwa kbir fil‑ħniena tiegħu u għalhekk ħadd m’għandu jaqta’ qalbu meta jiżbalja jew jagħmel xi dnub għax Alla dejjem lest li jaħfirlu.

Għeżież tfal, Illum xtaqt infakkarkom li fl‑okkażjoni tal‑Ġurnata Missjunarja intom imsejħin mhux biss biex taħsbu fil‑missjonijiet billi tagħmlu xi sagrifiċċju u tiġbru xi flus, iżda wkoll tfittxu li tkunu intom stess missjunarji. Iva naf x’jien ngħid. Mhux qiegħed ngħidilkom biex tmorru f’xi pajjiż tal‑missjoni. Għadkom żgħar għal dan, iżda intom kbar biżżejjed biex tkunu missjunarji ċkejknin b’mod speċjali fid‑dar u fl‑iskola tagħkom. Din is‑sena Papa Franġisku għall‑Jum il‑Missjoni għażel bħala suġġett versett meħud mill‑Atti tal‑Appostli. Forsi wieħed jistaqsi: “X’setgħu raw u semgħu l‑appostli biex ħassewhom li ma setgħux jibqgħu siekta?” 6

Intom din l‑aħbar sabiħa rċivejtuha permezz tal‑ġenituri tagħkom, tas‑saċerdoti u tal‑katekisti u minn ħafna nies oħra. Għalhekk intom ukoll ma tistgħux tibqgħu siekta u fejn tkunu tridu tgħidu lill‑oħrajn kemm Alla, f’Ġesù Kristu, iħobb u jħenn għalina lkoll. Dan importanti li nagħmluh bil‑kliem, iżda fuq kollox bl‑imġiba kollha mħabba u ħniena lejn l‑oħrajn. Għalhekk qiegħed nistedinkom biex twasslu l‑imħabba ta’ Ġesù lil kulħadd, anki lil dawk li forsi għamlulkom xi ħaġa li weġġgħetkom. Iva, kunu tfal missjunarji fid‑dar, fl‑iskejjel u mal‑ħbieb, billi tgħidu u turu lil kulħadd li Alla huwa kollu ħniena u mħabba, u billi intom ukoll turu ħniena u mħabba ma’ kulħadd.

Il‑Bambin iberikkom.


IĊ‑ĊENTRU ARRUPE Storja vera addattata minn Claudia Cini.

Mill‑1975 sal‑1979, il‑Kambodja għaddiet minn tbatija kbira minħabba l‑gwerra ċivili. Tul is‑snin 70 u 80, fil‑Kambodja tpoġġew miljuni ta’ mini tal‑art li kif tirfishom jisplodu. Illum il‑ġurnata baqa’ sa għaxar miljun mina tal‑art moħbija. Minkejja l‑isforzi li saru biex jitneħħew, għad hemm ’il fuq minn 3 miljun mina tal‑art u armi oħra midfuna madwar il‑pajjiż.

Il‑Kambodja tinsab fil‑Kontinent tal‑Asja u Phnom Penh hija l‑belt kapitali. Il‑Kambodja tmiss mat‑Tajlandja, Laos u l‑Vjetnam, u għandha bosta industriji bħat‑turiżmu, produzzjoni tal‑ħwejjeġ u tat‑tessuti, u agrikoltura bħall‑biedja tar‑ross u s‑sajd. Il‑popolazzjoni hija ta’ 16‑il miljun u nofs ruħ. Madwar 100 inċident u diżgrazzja jseħħu kull sena kawża ta’ dawn il‑mini tal‑art. B’kollox tul is‑snin seħħew aktar minn 25,000 inċident.

7


Il‑Knisja Kattolika fil‑Kambodja għandha rwol importantissimu x’taqdi. Għalhekk, l‑Isqof Kike flimkien mat‑tim ta’ voluntiera fetħu dar għal tfal b’diżabilitajiet kkawżati minn dawn il‑mini tal‑art jew mard ieħor, bħall‑poljo u l‑kanċer. Din id‑dar li tinsab f’Battambong ġiet imsejħa: Iċ‑Ċentru Arrupe. Hawn it‑tfal qed jingħataw ċans ieħor għal ħajja aħjar.

Iċ‑Ċentru Arrupe joffri għajnuna lil dawn it‑tfal u adoloxxenti sabiex jirnexxu u jibnu futur sabiħ għalihom infushom. Minbarra kenn, ikel u kura tas‑saħħa, iċ‑ċentru joffri mħabba, investiment fl‑edukazzjoni u oppotunitajiet ta’ karrieri lil dawk li jixtiequ. Permezz ta’ dan iċ‑ċentru, it‑tfal u ż‑żgħażagħ ikollhom diversi opportunitajiet sabiex jagħmlu impatt ukoll fuq il‑futur tal‑familji u n‑nazzjonijiet tagħhom.

8


Sa għaxar snin ilu, il‑ħajja tal‑ġuvnott Chen kienet differenti ħafna għax kien jieħu gost imur l‑iskola, jgħin lill‑familja tiegħu fir‑razzett u jilgħab il‑futbol ma’ sħabu. Imma kollox inbidel meta rifes fuq mina tal‑art li ħaditlu saqajh. Fil‑bidu kienet diffiċli wisq biex naċċetta li ma stajtx nimxi iktar b’mod normali bħal qabel.

Għal Chen il‑limitazzjoni kienet kemm fiżika kif ukoll mentali, hekk kif beda jħossu ta’ piż fuq il‑familja tiegħu li diġà kienu qed jitħabtu finanzjarjament. L‑Isqof Kike laqa’ lill‑ġuvnott fiċ‑ċentru u llum l‑ġurnata Chen qed igawdi suċċess akkademiku u professjonali.

Qed nistudja l‑ipprogrammar tal‑IT fl‑università, filwaqt li naħdem fiċ‑ċentru tat‑tessuti ‘La Paloma’.

9


It‑tfajjel Dara tilef il‑pala t’idu u parti mid‑dawl t’ghajnejh meta waqt li kien m’oħtu fl‑għalqa ta’ nannuhom, ġabar xi ħaġa tleqq li sab fl‑art. Dik li ġabar ma kienet xejn ħlief mina tal‑art li splodiet f’idu. Illum jien ngħix fiċ‑Ċentru Arrupe fejn ningħata għajnuna, edukazzjoni u taħrig għad‑diżabilità li għandi.

Dara jmur l‑iskola u minbarra li jmur tajjeb fl‑istudji, jogħġbu ħafna l‑isports. Huwa jħossu membru attiv fil‑komunità tiegħu u jgħid li t‑tim taċ‑ċentru jimbuttah ħafna sabiex kuljum iħossu iktar motivat u ħerqan li ’l quddiem jidħol fid‑dinja tax‑xogħol. Ma stajtx nibqa’ ngħix mal‑familja tiegħi għaliex m’għandhomx il‑faċilitajiet li jien neħtieġ biex ngħix.

10


AĦBARIJIET U KURŻITAJIET MID‑DINJA KOLLHA

F

’Mejju li għadda, żagħżugħ mill‑Afrika ta’ Fuq irnexxielu jasal mill‑Marokk sa Ceuta (pajjiż fit‑tarf tal‑Afrika li jħares lejn Spanja), billi żamm f’wiċċ l‑ilma bl‑għajnuna ta’ diversi fliexken tal‑plastik. Iż‑żagħżugħ, li ma jafx jgħum, irnexxielu joħloq speċi ta’ tajer mill‑fliexken tal‑ilma. Dan għamlu sabiex iqajjem kuxjenza dwar l‑ammont kbir ta’ plastik li qed jintuża, u li qed ikun ta’ ħsara għall‑ambjent. Kont taf li sabiex flixkun wieħed tal‑plastik jiddekomponi (jispiċċa għal kollox) jieħu 450 sena?

T

fajla ta’ ħmistax-il sena, Alexa Grabelle, meta kellha biss għaxar snin waqqfet għaqda bl‑isem ‘Bags of Books’ sabiex tfal li m’għandhomx flus, li ġejjin minn familji foqra jew mingħajr dar, ikollhom aċċess

għall‑kotba. Permezz ta’ ‘Bags of Books’, Alexa qassmet iktar minn 120,000 ktieb lill‑iskejjel, xelters għal nies bla dar u anki fi sptarijiet tat‑tfal. Kont taf li madwar id‑dinja kollha hawn 400,000 tifel u tifla li lanqas għandhom ktieb wieħed biss id‑dar?

M

inn età żgħira, Jahkil Jackson, tifel ta’ 9 snin, talab lill‑ġenituri tiegħu biex jagħtuh ftit flus għal nies bla dar fit‑toroq ta’ Chicago. Wara li kien jgħin lil zitu tqassam l‑ikel f’xelter għall‑persuni bla saqaf fuq rashom, Jahkil iddeċieda li jagħmel aktar. Huwa waqqaf proġett jismu ‘Project I Am’ u ħoloq dak li huwa sejjaħ ‘Blessing Bags’; basktijet mimlijin b’affarijiet tal‑ikel, oġġetti sabiex wieħed jinħasel, xugaman u par kalzetti, u beda jqassamhom lil dawk in‑nies foqra fil‑komunità. Jahkil baqa’ jaħdem mal‑iskejjel u l‑ħbieb tiegħu biex jiġbor donazzjonijiet u jorganizza l‑voluntiera ħalli jimlew il‑boroż. Bl‑għajnuna ta’ ħafna ħbieb, il‑familja u diversi voluntiera, Jahkil irnexxielu jqassam 3,000 basket f’diversi komunitajiet f’Chicago. 11


It‑tifel jaħseb li ser jirnexxilu jqassam 5,000 basket sal‑aħħar tas‑sena. Kont taf li mal‑150 miljun ruħ madwar id‑dinja kollha m’għandhomx saqaf fuq rashom?

ħadmu bla waqfien fiż‑żmien diffiċli tal‑COVID‑19. Għalhekk Hayley ħadmet flimkien m’ommha 8,000 brazzuletta kkulurita bil‑għan li tbigħhom u bil‑flus tagħhom tgħin lil dan l‑isptar. Din it‑tifla rnexxielha tiġbor 20,000 Dollaru (€16,000). Kont taf li l‑UNICEF hija l‑akbar għaqda fid‑dinja li tgħin lil tfal fil‑bżonn?

Eżempji sbieħ:

H

ayley Orlinski ta’ 7 snin, xtaqet tgħin sptar tat‑tfal f’Chicago, fejn twieldet hi. Rat fuq it‑televixin kemm l‑infermiera u t‑tobba

Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: € 3 - Par żarbun għal tifel jew tifla fil‑missjoni € 30 - Uniformi u materjal tal‑iskola għal tifel/tifla minn familja fqira € 55 - Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġata € 104 - Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! 12


KRAFT TRADIZZJONALI Nancy Camilleri

DO’UN (KAPPELL GĦAMLA TA’ KOWN) MILL‑KAMBODJA

X’għandek bżonn:

• Platt tal‑karti mill‑kbar • Mqass (MHUX bil-ponta) • Żigarella twila xi 50 ċentimetru maqsuma fi tnejn • ‘Stapler’ u ‘paper puncture’ • Kuluri jew markers

Metodu:

• Żejjen il‑platt skont il‑gosti tiegħek bil‑kuluri u l‑markers. • Bl‑imqass aqta’ linja dritta minn tarf il‑platt san‑nofs. • Rikkeb iż‑żewġt itruf ta’ fejn qtajt fuq xulxin u waħħalhom bl‑istapler sabiex tifforma l‑ponta tal‑kappell. • Taqqab żewġ toqbiet mat‑tarf t’isfel, waħda kull naħa, faċċata ta’ xulxin. • Daħħal iż‑żiġarella fit‑toqob u agħmel għoqda kull naħa. • Issa tista’ tilbes il‑kappell u orbot iż‑żigarelli ċoff taħt geddumek.

Kont taf li: il‑kappell tradizzjonali Kambodjan jissejjaħ Do’Un? Dan il‑kappell jintlibes fil‑maġġoranza tal‑pajjiżi Asjatiċi, fosthom fil‑Vjetnam, fil‑Bangladexx, fil‑Filippini u fit‑Tajlandja. Kull pajjiż għandu isem uniku għal dan il‑kappell. Pereżempju l‑Filippini jsejħulu Salakot u l‑Vjetnamiżi jsejħulu Nòn Là. Id‑Do’Un jintlibes l‑aktar mill‑bdiewa bħala protezzjoni kontra x‑xemx u x‑xita. Il‑kappell jintrabat mar‑ras permezz ta’ strixxa tad‑drapp taħt il‑geddum. Dawn il‑kpiepel ikunu magħmulin mit‑tiben jew materjal ieħor minsuġ. Meta tkun ħafna sħana, dawn il‑kpiepel jgħaddsuhom fl‑ilma qabel jintlibsu biex jiffriskaw lil dak li jkun. 13


RIĊETTA TRADIZZJONALI Claudia Cini

BAI LIENG PALE

X’għandek bżonn (għal 4 persuni):

(ROSS BIL‑ĦAXIX MOQLI) MILL‑KAMBODJA

•3 mgħaref żejt • 2 sinniet tewm midrusin • Basla mqattgħa fina • Kikkra piżelli tal‑friża • Kikkra karrotti mqattgħin • Kwart ta’ kaboċċa kbira mqattgħa rqiqa • Mgħarfa soj sos • Kuċċarina melħ • Niskata bżar mitħun frisk • 4 kikkri ross imsajjar

Metodu: • Saħħan wok jew taġen kbir u fond fuq nar għoli. • Żid iż‑żejt, it‑tewm u l‑basla. • Xħin jirtabu żid il‑piżelli u l‑karrotti. • F’nofs sajran żid il‑kaboċċa. • Ixħet is‑soj sos, il‑melħ u l‑bżar. • Ħawwad ir‑ross mat‑taħlita u ħallih itektek għal ftit ħin. • Jekk jixxotta tista’ żżid ftit ilma kemm tiggosta.

រីករាយជាមួយ អាហាររបស់អ្នក (L‑Ikla t‑Tajba)

Nota: It-tisjir huwa sabiħ speċjalment meta t-tfal jagħmluh ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom, però importanti li nieħdu l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa. Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l-ġojjellerija, neħħi xagħrek minn quddiem wiċċek u ilbes ilbies addattat. Itlob l-għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, ser tuża n-nar u/jew l-elettriku.

Kont taf li: il‑popolazzjoni tal‑Kambodja hija ta’ 16‑il miljun u nofs ruħ li 95% minnhom iħaddnu r‑reliġjon Buddista? Il‑belt kapitali Phnom Penh, hija l‑akbar belt fil‑pajjiż. Il‑Kambodja ħadet l‑indipendenza minn ma’ Franza fid‑9 ta’ Novembru 1953. Il‑lingwa uffiċjali hija l‑Kimer. Fil‑Kambodja ssib 180 speċi ta’ siġar differenti, 212‑il speċi ta’ mammiferi, 536 speċi ta’ għasafar, 850 speċi ta’ ħut tal‑ilma ħelu u 435 speċi ta’ ħut tal‑baħar. L‑ogħla post fil‑Kambodja huwa Phnom Aural. 80% tal‑esportazzjoni tal‑pajjiż ġejja mill‑industrija tat‑tessuti li tħaddem 335,400 ħaddiem, li 91% minnhom huma nisa. Krama huwa x‑xall tradizzjonali Kambodjan. 14


KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU OTTUBRU ‑ NOVEMBRU 2021 Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

1. SIB IT‑TRIQ Sib it‑triq lit‑tliet frottiet sabiex jaslu sal‑kaxxa tagħhom. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu s‑sajf. X’għamiltu? Fejn mortu? Kellkom xi esperjenza unika? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta. Il‑kitbiet u t‑tpinġijiet kollha nippubblikawhom fir‑rivisti tax‑xhur li ġejjin. 15


KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU OTTUBRU ‑ NOVEMBRU 2021 ISEM U KUNJOM: INDIRIZZ:

__________________________________________________________________

______________________________

_______________________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

SKOLA:

ETÀ:

KODIĊI POSTALI: ______________________________

__________________________________________________________________________________________________________________

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Mejju 2021 – Ħarġa Nru. 87.

1. QABBEL ID‑DELL

2. SIB ID‑DIFFERENZA

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Ylenia Falzon minn Ħal Kirkop, Geneve Joy Sammut mill‑Mosta u Noella Gafà minn Marsaskala. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.

16

(VO/1178)


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji Novembru - Dicembru 2021 by Missio Malta - Issuu