Għeżież Tfal, Iż‑żmien igerbeb u ma jistenna lil ħadd! Nittama li tinsabu tajbin. Diġà dħalna fit‑tieni xahar tas‑sena li miegħu jġib diversi avvenimenti, fosthom il‑festa ta’ San Pawl, Jum San Valentinu, il‑Karnival u l‑bidu tar‑Randan Imqaddes. Bla dubju li qed tistennew bil‑ħerqa l‑vaganzi li jġibu magħhom dawn il‑jiem.
Inħeġġukom għalhekk biex issibu ftit ċans u taqraw l‑artikli interessanti li ħejjejnielkom f’din ir‑rivista. Nieħdu gost jekk tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz postali jew elettroniku, u nħajrukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Fuq kollox ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom.
Qabel inħallikom, nixtieq bħal dejjem infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Ninsabu qrib il‑bidu tar‑Randan, għalhekk ikun tajjeb jekk twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal biex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Dan ikun l‑isbaħ rigal tal‑Għid li qatt jistgħu jaqilgħu!
Il‑ħabiba tagħkom, Claudia
Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali tat‑tfal tal‑Maratona Hope Missio Fest 2026. Waħda mill istudenti li qiegħda tattendi l iskola bis saħħa tagħkom it tfal.
TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt
Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm
Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm
Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt
Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Mario Sant u Noel Attard.
Pubblikazzjoni: Missio Malta
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
TA’ MISSIO TFAL ‑ Nancy Camilleri
Għeżież Tfal, F’dawn l‑aħħar xhur kellna ħafna opportunitajiet biex niltaqgħu magħkom fl‑iskejjel. Din għalina dejjem tkun okkażjoni ta’ ferħ.
Fix‑xahar t’Ottubru żorna l‑iskola Our Lady Immaculate fil‑Ħamrun fejn ħadna sehem fl‑‘assembly’ speċjali. Tkellimna fuq il‑proġett li huma se jkunu qed jgħinu fil‑Pakistan: orfanatrofju li għandu bżonn bir fil‑viċin kif ukoll għajnuna biex jinxtraw il‑mediċini, il‑kotba u jsir taħriġ għall‑għalliema u t‑terapisti. Wara li rajna filmat dwar l‑orfanatrofju, fejn tagħti servizz il‑missjunarja Maltija
Swor Pauline Farrugia, u l‑iskola ta’ dawn it‑tfal orfni, dorna l‑klassijiet u tkellimna fuq l‑esperjenza tagħna fil‑missjoni. Fl‑aħħar qassamna tifkira.
L‑iskola primarja tal‑Belt Valletta.
Żorna wkoll l‑iskola Sacred Heart u l‑iskola primarja tal‑Belt Valletta, fejn tkellimna dwar dan l‑orfanatrofju
L‑iskola Sacred Heart.
L‑iskola primarja Chiswick House.
fil‑Pakistan u konna mistednin għall‑quddiesa tal‑Milied fl‑iskola primarja Chiswick House li qed jisponsorjaw żewġt itfal.
F’Ottubru kelli wkoll l‑opportunità li
nżur lill‑istudenti sekondarji li jattendu l‑iskola San Andrea, fl‑Imġarr fejn waqt l‑assembly tfal min‑nazzjonalitajiet differenti għamlu preżentazzjoni u tkellmu bil‑lingwa tagħhom. Kien hawn li l‑iskola infurmatna li se torganizza attivitajiet tal‑Milied b’risq MissioTfal.
Din is‑sena kellna inizjattiva ġdida għall‑iskejjel sekondarji. Dawk l‑istudenti li jiġbru l‑akbar ammont ta’ donazzjonijiet matul Ottubru jirbħu €250 vawċer li jissarraf f’kotba mingħand Agenda Bookshop. Kien is‑Seminarju li ġabar l‑akbar ammont. Fit‑tieni post ġiet l‑iskola San Andrea, Imġarr. Dawn rebħu pittura bil‑lapes mill‑Perù.
L‑iskola San Andrea.
IL‑KLINIKA TA’ SWOR MARIJA GORETTI
Addattata minn Claudia Cini.
Swor Marija Goretti li tmexxi ċ‑Ċentru tas‑Saħħa San Luqa f’Busuni l‑Uganda, talbet l‑għajnuna immedjata ta’ MissioTfal sabiex jiġu mgħejjuna nisa tqal u t‑trabi tagħhom billi titwaqqaf u titgħammar sala tal‑operazzjonijiet.
Dan l‑isptar żgħir iservi popolazzjoni ta’ 15,000 ruħ, li minnhom 728 huma tfal u 3,450 huma nisa li waslu biex iwelldu.
Fil‑passat kienet inbniet sala tal‑operazzjonijiet, iżda ma kellhiex it‑tagħmir meħtieġ biex tkun għalkollox funzjonabbli. F’każ ta’ emerġenza, l‑ommijiet riedu jiġu trasferiti lejn l‑eqreb sptar, li jista’ jieħu sa sagħtejn vjaġġar.
It‑tagħmir sħiħ tas‑sala jsalva għadd kbir ta’ ħajjiet billi jippermetti li l‑proċeduri ta’ emerġenza jitwettqu immedjatament fuq il‑post.
Is‑sena l‑oħra, delegazzjoni żgħira minn Missio Malta żaret l‑isptar biex tara b’għajnejha stess il‑progress u x‑xogħol notevoli li qed isir. Missio kkontribwixxa wkoll billi ffinanzja ambulanza, li qed tintuża għall‑pazjenti li jeħtieġu kura ta’ emerġenza.
L‑enfasi primarja tal‑isptar hija fuq il‑kura tal‑maternità, kif ukoll fuq it‑trabi li jkunu għadhom kif twieldu.
Il‑ħolm ta’ Swor Marija m’għandux limitu. Dan mhux għaliha personali, iżda għal tant persuni fil‑bżonn, l‑aktar nisa tqal u t‑trabi tagħhom, li jinqdew f’din il‑klinika. Hija qed tittama li matul din is‑sena jinstab benefattur li jista’ jappoġġja l‑pass li jmiss: provvista stabbli tal‑elettriku.
Iċ‑ċentru ma jkollux elettriku għal kważi 60% tal‑ġurnata. Dan ifisser li tagħmir kritiku, bħal inkubaturi, ma jistax jintuża kontinwament.
B’xorti ħażina kundizzjonijiet ħżiena ta’ provvista tal‑elettriku jwasslu għat‑telf ta’ trabi tat‑twelid u diversi ommijiet! Dan minħabba nuqqas ta’ ħiters u nuqqas ta’ enerġija b’saħħitha ta’ riserva jew solari peress li l‑elettriku huwa instabbli u għali ħafna.
Biex tissolva din il‑problema, dan iċ‑ċentru jeħtieġ b’mod urġenti sistema ta’ enerġija solari b’kapaċità ta’ ħażna appoġġjata minn ġeneratur ta’ backup.
Il‑ħiters għat‑trabi se jitwaħħlu mal‑enerġija solari f’każ li l‑elettriku jinqata’.
B’hekk it‑trabi se jkunu protetti milli jħossu l‑kesħa. Il‑ġeneratur se jservi bħala riserva flimkien ma’ pannelli solari li ma jiġux affettwati mill‑qtugħ tad‑dawl.
Nitolbu għall‑pazjenti tagħna biex jiġu kkurati u jfiqu. Aħna grati ħafna għall‑appoġġ kontinwu tagħkom. Nitolbu biex Alla jippremjakom b’mod abbundanti.
Kif qalilna Papa Franġisku, aħna mħeġġin biex inkunu missjunarji ta’ tama għall‑popli kollha. Bl‑għajnuna ċkejkna tiegħek, MissioTfal jista’ jkompli jsostni l‑ħidma ta’ ħafna missjunarji bħal bħal Swor Marija, ikomplu jgħinu lil ħuthom fil‑komunità madwar id‑dinja kollha.
Ħeġġeġ lill‑familjari u lill‑ħbieb jgħinuk tfaddal il‑flus ħalli tgħin tifel jew tifla tamparek li jgħixu fil‑missjoni!
Jekk tixtieq karus fejn tfaddal il‑flus, itlobna u nagħtuk wieħed!
Meta timla l‑karus, ħu l‑flus fl‑uffiċċju ta’ MissioTfal fil‑Mosta, fil‑Belt Valletta jew fir‑Rabat, Għawdex. Minbarra li tingħata rċevuta, inti tista’ tagħżel x’tixtieq isir bil‑flus li tkun faddalt.
Dawn huma xi wħud mill‑eżempji ta’ x’jista’ jsir bil‑flus tiegħek:
€3 Par żarbun għal tifel jew tifla fqir/a
€7 Tiġieġa għal familja fil‑bżonn
€20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ
€25 Ikla sustanzjuża kuljum għal 25 tifel u tifla
€30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal
€55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġjata
€50 Ilbies protettiv għal tabib biex jikkura persuni b’mard infettiv
€104 Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl
Tfal, kif intom? Nittama li tinsabu tajbin. Illum għandi aħbar tassew sabiħa x’nagħtikom! Grazzi għall‑ġenerożità tagħkom, ġbarna s‑somma sabiħa ta’ €37,324.59. Bħalma tafu dawn il‑flus imorru b’risq proġetti tat‑tfal fil‑missjoni.
Grazzi kbira mill‑qalb!
Iż‑ŻAK ta’ Ħal Tarxien stednuna nagħmlu attività maż‑żgħażagħ bħala għarfien missjunarju. Spjegajna l‑messaġġ missjunarju ta’ Papa Ljun XIV u wara għamilna xi workshops magħhom. Ħadna pjaċir ħafna bl‑interess li wrew iż‑żgħażagħ anki biex ’il quddiem jagħmlu esperjenza missjunarja.
Matul il‑vaganzi tal‑Milied kellna l‑Kummissjoni Tfal mill‑Parroċċa ta’ Ħad‑Dingli li ġew iżuru l‑uffiċċju tagħna fil‑Mosta. Huma daru l‑post sular sular u kull impjegat/a spjegawlhom ix‑xogħol tagħhom sabiex jifhmu iktar ix‑xogħol tagħna f’Missio. Wara telgħu fil‑kappella, semgħu l‑istorja tal‑kappella u spiċċajna b’adorazzjoni missjunarja. Fl‑aħħar inżilna lkoll isfel u ħadna xi ħaġa tajba flimkien. Din hija waħda mill‑attivitajiet tal‑‘5‑Star Challenge’ tal‑parroċċa.
Cake Sale b’risq
MissioTfal
Emily u Jade Mallia huma żewġ studenti bniet li f’Ottubru li għadda, matul ix‑xahar missjunarju, organizzaw b’entużjażmu ‘Cake Sale’ fl‑iskola tagħhom St Joseph f’Tas‑Sliema. B’din l‑attività xerrdu sens ta’ solidarjetà ma’ min hu batut. Il‑bniet ġabru s‑somma ta’ €130, liema somma se tkun qed tgħin tfal bħalhom fil‑Pakistan li jgħixu f’orfanatrofju,
wieħed mill‑proġetti ta’ MissioTfal. Dawn l‑orfni għandhom bżonn mhux biss ikel, imma wkoll mediċini, kotba għall‑iskola u uniformijiet. MissioTfal se jkun qed jisponsorja spiera ħdejn dan l‑orfanatrofju sabiex ikollhom ilma nadif.
Aħna apprezzajna dan il‑ġest sabiħ u ppreżentajna lil dawn it‑tfal żewġ pupi tal‑porċellana. Nirringrazzjawhom minn qalbna li kellhom dan l‑ispirtu missjunarju, għax permezz tagħhom it‑tfal orfni se jkollhom futur isbaħ lejn xiex iħarsu. Grazzi għal Emily u Jade, aħna niftakru li atti żgħar magħmula mill‑qalb jistgħu jibdlu d‑dinja għall‑aħjar. Ejjew ħalli flimkien inżommu l‑missjoni ħajja!
Għandek bżonn:
• Ballun tal‑polystyrene (madwar 6ċm dijametru)
• Markers: aħdar, isfar, aħmar, ċelesti u ikħal
• Fineliner iswed
• Toothpick
• Lapes
Metodu:
GLOBU
2) Bil‑lapes pinġi l‑bordura tal‑kontinenti fuq il‑ballun (ara l‑istampa bħala gwida). Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jkunu qegħdin jagħmlu l‑krafts.
Daħħal it‑toothpick fin‑naħa ta’ taħt tal‑ballun sabiex tkun tista’ żżommu minnha inti u tpinġi.
Uża l‑markers hekk: l‑aħdar biex tpinġi l‑Afrika, l‑aħmar biex tpinġi l‑Amerika, l‑isfar biex tpinġi l‑Asja, l‑ikħal biex tpinġi l‑gżejjer tal‑Oċeanja u biċ‑ċelesti pinġi l‑baħar. L‑Ewropa nħalluha bajda.
4) Bil‑fineliner ikteb l‑ismijiet tal‑kontinenti u tal‑oċeani.
5) Ħalli jinxef sew u neħħi t‑toothpick.
Issa tfal tistgħu taraw minn fuq il‑globu li għamiltu liema pajjiżi nkunu qed ngħinu fil‑Jum Dinji Missjunarju u fil‑Maratona!
Nieħdu gost jekk tibagħtulna fuq nancy@missio.org.mt ritratti ta’ dan il‑globu biċ‑ċans li tirbħu rigal sabiħ.
Amerika ta’ fuq
Afrika
Ewropa
Asja
Oċeanja
Amerika t’Isfel
Afrika
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Claudia Cini
KEJK TAL‑LARINĠ
MILL‑MAROKK
X’għandek bżonn:
• 2 larinġiet
• 120 millilitru ħalib
• 200 gramma zokkor
• 3 bajdiet
• 300 gramma dqiq
• 16‑il gramma ‘baking powder’
• Zokkor fin (icing sugar)
• Flieli rqaq ta’ larinġa
Metodu:
1. Aqsam il‑larinġ fi tmien biċċiet kull waħda u itħanhom sew fi blender bil‑qoxra b’kollox.
2. Żid il‑ħalib u z‑zokkor, u ħawwad sew flimkien.
3. Żid il‑bajd, id‑dqiq u l‑‘baking powder’, u erġa’ ħawwad.
4. Ittrasferixxi t‑taħlita ġo landa tal‑kejkijiet miksija bil‑karti strazzi.
5. Aħmi f’forn bi sħana moderata għal madwar 40 minuta.
6. Xħin jibred, neħħi mil‑landa u ferrex ftit ‘icing sugar fil‑wiċċ.
7. Żejjen il‑wiċċ tal‑kejk bil‑flieli tal‑larinġa.
(l‑ikla t‑tajba)
Kont taf li: ir‑Rabat hija l‑belt kapitali u Casablanca hija l‑akbar belt fil‑Marokk? Hawn issib il‑Belt il‑Ħamra u l‑Belt il‑Kaħla. Għandhom il‑munita tagħhom li tinbidel biss mill‑pajjiż. Il‑lingwi uffiċjali huma l‑Għarbi u l‑Amazigh, imma huma mitkellma diversi lingwi oħra fosthom il‑Berber u l‑Ingliż. Kważi l‑poplu kollu jħaddan reliġjon Iżlamika. L‑iljun barbaru huwa l‑annimal nazzjonali, filwaqt li t‑te tal‑menta huwa x‑xarba nazzjonali tal‑pajjiż. Kull nhar ta’ Ġimgħa jieklu l‑kuskus u normalment l‑ikel kollu jittiekel bl‑idejn. Dawk xellugin huma meqjusa bħala maħmuġin, filwaqt li l‑omosesswalità hija illegali.
Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk se tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.
FRAR ‑ MARZU 2026
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. SIB 5 DIFFERENZI
Sib 5 differenzi bejn dawn iż‑żewġ stampi u wara agħtihom il‑kulur.
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Tista’ wkoll tibgħat ritratt jew scan tal‑kompetizzjonijiet permezz ta’ imejl fuq: info@missio.org.mt
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑vaganzi tal‑Karnival. X’kostum ilbistu? Ħmejtu xi ħelu tal‑Karnival? Għamiltu xi ħaġa ġdida? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li titla’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.