TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.90
Matul is‑sena skolastika 2021/2022 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Diċembru 2021 / Jannar 2022
90
sena ħidma għall‑missjoni
. “Paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba” (Lq 2:14).
(VO/1178)
2 Editorjal | 3 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi Ta’ MissioTfal | 4 Il‑Paġna Ta’ Rafiki 6 MissioTfal Għawdex | 7 Tfal Jgħinu Lit-Tfal | 11 Aħbarijiet Mill‑Iskejjel 13 Kraft Tradizzjonali | 14 Riċetta Tradizzjonali | 15 Kompetizzjonijiet Bi Premju
Għeżież Tfal,
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Kif intom? Kif itir iż‑żmien hux!? Diġà ilha xahrejn li bdiet l‑iskola; nittama li sejrin tajjeb. Wasalna fl‑aħħar tas‑sena 2021 u l‑bidu tas‑sena 2022. Dawn ix‑xahrejn iġibu magħhom ħafna attivitajiet sbieħ li jogħġbu mhux biss lilkom it‑tfal, imma lilna l‑kbar ukoll. Fir‑rivista ta’ dawn ix‑xahrejn ser niltaqgħu mal‑Isqof Charles De Forbin Janson, il‑bniedem li waqqaf l‑għaqda tas‑Santa Infanzja (MissioTfal). L‑istorja kollha tistgħu taqrawha fil‑komik. Fil‑paġni l‑oħra nkomplu naraw u niltaqgħu ma’ aktar skejjel u attivitajiet li saru, fil‑paġni tal‑kordinaturi u ta’ Rafiki. Ma jonqsux ukoll l‑aħbarijiet, il‑kurżitajiet u l‑kompetizzjonijiet, li nħeġġukom tieħdu sehem fihom. Qabel inħallikom nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Għalhekk ikun tajjeb jekk twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal biex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Il‑ħabiba tagħkom,
Claudia
‑ Milied Qaddis Awguri ghal . u Sena Gdida Mimlija Risq, Barka u Hena.
Stampa tal‑faċċata: “U bħala sinjal ikollkom dan; issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura.” (Luqa 2:12).
TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi – John Caruana Pubblikazzjoni: Missio Malta
2
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
F
’Ottubru
MissioTfal żar ħafna skejjel. Fl‑iskola primarja tal‑Kalkara u fis‑Seminarju tal‑Arċisqof organizzajna xi ħaġa speċjali għal Jum il‑Missjoni, kif ukoll għad‑90 sena anniversarju li l‑Uffiċċju Missjunarju (Missio) ilu Malta.
Għamilna sessjonijiet tal‑kultura fl‑iskola tal‑Kalkara fejn tkellimna fuq iċ‑Ċina u dwar il‑festival famuż tagħhom tal‑fanali li jiċċelebrawh fl‑Ewwel tas‑Sena tagħhom, li din is‑sena ħabtet fis‑26 ta’ Frar. It‑toroq kollha jiżżejnu b’ammont kbir ta’ fanali ta’ kull tip u għamla. Qabel kienu jkunu magħmulin b’sengħa kbira minn strippi rqaq tal‑bambù u bil‑karti tat‑tajr. Illum, bit‑teknoloġija jintużaw ħafna d‑dwal u fanali kbar ħafna magħmulin b’disinn iżjed ikkumplikat. Normalment, dawn ikunu ħomor b’tifsira ta’ risq u bidu ġdid. Fuq ġewwa tal‑fanali jkun hemm miktuba ħaġa moħġaġa u fit‑triq il‑familji jippruvaw jaqtgħuhom. Fil‑klassijiet għamilna u żejjinna dawn il‑fanali. Xi studenti oħra ppreparaw żifna u
fl‑aħħar iffurmaw il‑kelma ‘Hope’: tama għal dinja u futur aħjar għat‑tfal kollha fid‑dinja.
Fis‑Seminarju organizzajna ġimgħa ta’ attivitajiet. Spjegajna l‑proġett tal‑Kambodja, rajna xi vidjows mill‑Afrika u kif dawn it‑tfal imorru l‑iskola bla basket, iridu jimxu ħafna u jridu jħallsu. Innutajna kemm dawn it‑tfal jixtiequ ħafna jitgħallmu għax dan ifisser li la jikbru jsibu xogħol u ma jibqgħux fqar. Ippreparajna ħafna krafts mill‑Ghana u mill‑Gwatemala. Xi tfal għamlu t‑tnabar u oħrajn għamlu ħafna tajr u tajruhom fil‑ġnien. Grupp ta’ tfal bl‑istrumenti tagħhom daqqew melodija sabiħa proprju għal din l‑okkażjoni speċjali. L‑iskola Tereża Nuzzo organizzat kwiżż onlajn dwar il‑magażin ‘Tfal Missjunarji’. Ir‑rebbieħa ta’ rigal sabiħ huma: Idara Etim, Ruby Jean Sammut, Lea Mallia, Aiden Mallia, Zion Obidimalor. Proset ħafna.
3
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
Ħelow Tfal, Matul ix‑xhur t’Ottubru u ta’ Novembru rċevejna diversi tpinġijiet u kitbiet mingħandkom it‑tfal għall‑kompetizzjoni li kellna fil‑ħarġa li għaddiet. Kollha kienu sbieħ u ħadna gost narawhom u naqrawhom. Fil‑ħarġa li jmiss inħabbru r‑rebbieħ/a. Dawn huma xi wħud minnhom. Proset tassew!
.. Mill‑Parrocci
1. Fil‑15 t’Ottubru konna fil‑Parroċċa ta’ San Ġużepp il‑Kalkara fejn il‑grupp taż‑żgħażagħ pre‑adolexxenti ħadu sehem f’Rużarju Missjunarju 4
li ħejjejna għalihom. Dawn ġew iffilmjati jgħidu r‑Rużarju. Dan ir‑Rużarju tistgħu issibuh fuq il‑websajt tagħna ta’ Missio biex iservi ta’ gwida għal tfal oħra li jixtiequ jgħidu r‑Rużarju huma wkoll. It‑tfal kienu tassew sbieħ, kollha bit‑T‑Shirts ikkuluriti! Il‑ħames kuluri li jirrappreżentaw il‑kontinenti. Ilkoll miġburin madwar il‑mappa tad‑dinja jitolbu l‑Missierna, għaxar Ave Marijiet u l‑Glorja. Dawn talbu kull posta bil‑qalb, speċjalment l‑intenzjoni tat‑talb għal kull kontinent. Tajjeb li kulħadd jingħaqad ma’ dawn iż‑żgħażagħ tal‑Kalkara biex nitolbu flimkien din it‑talba sabiħa ma’ Marija, u magħha nitolbu għad‑dinja b’sens ta’ solidarjetà ma’ dawk it‑tfal fid‑dinja li qed ibatu mill‑gwerer, ġuħ, mard, sfruttament, solitudni jew inġustizzja. Nixtieq ngħid proset kbira lil dawn iż‑żgħażagħ ta’ din il‑parroċċa!
2. Fil‑Ġurnata Dinjija Missjunarja, li ċċelebrajnieha fil‑Parroċċa ta’ Ħaż‑Żebbuġ, it‑tfal tellgħu xemgħat ikkuluriti fuq l‑artal. Il‑ħames kuluri li jirrappreżentaw kull kontinent. Tellgħuhom flimkien mal‑bandiera ta’ MissioTfal u ntwera l‑vidjow ta’ ‘Xi trid issir meta tikber?’ Intweriet ukoll ‘powerpoint’ li turi l‑istorja ta’ Chen, wieħed miż‑żgħażagħ li jgħixu fiċ‑Ċentru Arrupe fil‑Kambodja.
Staqsejna lit‑tfal preżenti x’jixtiequ jsiru la jikbru. Ħafna qalulna li jixtiequ jsiru tobba u periti, u kien hemm min anki jrid isir qassis. Iva, għalina dan il‑ħolm huwa possibbli, imma għal xi tfal f’pajjiżi tal‑missjoni mhux possibbli, għax l‑iskola mhix b’xejn u għalhekk ma jistgħux imorru. Iktar u iktar għal tfal b’xi diżabilità, bħal Chen, żagħżugħ mill‑Kambodja li tilef saqajh meta rifes mina taħt l‑art. Issa huwa jgħix fiċ‑Ċentru Arrupe mmexxi mill‑Isqof Kike li jiġbor tfal u żgħażagħ b’diżabilità u jgħallimhom l‑iskola u sengħa biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti u jkollhom xogħol fil‑futur. Fil‑fatt, Chen, illum qed jistudja l‑ipprogrammar fl‑IT, u jaħdem ukoll f’ċentru tat‑tessuti. B’hekk qed jgħin lill‑familja tiegħu wkoll. 5
MISSIOTFAL GĦAWDEX Dun Renato Borg
Sena Oħra Terġa’ Tiġi?
Għeżież Tfal, Fil‑Ġurnata Missjunarja ta’ Ottubru 2021, smajt missjunarju jirrakkonta kif tħajjar imur il‑missjoni jew aħjar kif ħassu msejjaħ biex imur il‑missjoni u jkun ta’ servizz għal dawk li għandhom bżonn l‑għajnuna tiegħu; fuq kollox biex iwasslilhom lil Ġesù Kristu. Dan il‑missjunarju qal li meta kien żagħżugħ sema’ missjunarju Belġjan jirrakkonta dak li kien jagħmel fil‑missjoni. Huwa qal li f’xi nħawi kienu jmorru biss darba fis‑sena jiftħu l‑kappella u f’dik id‑darba kienu jagħmlu dak kollu li jkun hemm bżonn, bħal żwiġijiet u magħmudijiet. It‑tfal 6
ta’ dawn il‑postijiet kienu jiltaqgħu mal‑missjunarju darba fis‑sena biss. Dan il‑missjunarju jkompli jirrakkonta li kif kien isir il‑ħin biex jagħlaq il‑kappella, it‑tfal u n‑nies tar‑raħal kienu jduru miegħu u jistaqsuh: “Sena oħra terġa tiġi?” Kif jistqarr dan il‑missjunarju qalbu kienet tinqasam għax xtaq li kieku seta’ jmur ta’ kuljum. Dak iż‑żagħżugħ, li kien sema’ lill‑missjunarju Belġjan jirrakkonta, kiber u maż‑żmien qal: “Jien irid immur niftaħ dak il‑bieb tal‑kappella ħalli t‑tfal ma jibqgħux sajmin minn Ġesù għal sena sħiħa.” U hekk għamel. Għeżież tfal li qegħdin taqraw dan il‑messaġġ, min jaf jekk Ġesù jridekx li tkun inti wkoll dik il‑persuna li tmur u tiftaħ dak il‑bieb, biex it‑tfal u nies oħra jkunu jistgħu jersqu iktar lejn Ġesù? Però tajjeb li ngħidu wkoll kemm huwa importanti li aħna li għandna x‑xorti li jkollna l‑knejjes miftuħa ta’ kuljum, għandna ta’ lanqas nagħmlu żjara, anke ċkejkna, ta’ kuljum lil Ġesù preżenti fl‑Ewkaristija. L‑Ewkaristija hija Milied ta’ veru, u mhux pasturi tal‑ġibs u tat‑tafal jew tal‑plastik.
Il‑Milied it‑tajjeb u l‑Mulej iberikkom.
TFAL JGĦINU LIT-TFAL Storja vera addattata minn Claudia Cini.
Charles De Forbin Janson huwa l‑bniedem li waqqaf l‑għaqda tat‑Tfal Missjunarji. Huwa twieled fi Franza fl‑1785, f’familja nobbli. Charles kiber b’edukazzjoni Kristjana tajba ħafna. Fi żmien ir‑Re Lwiġi XVI, fi Franza nqalgħet rivoluzzjoni u ċ‑ċittadini ħadu l‑kontroll tal‑pajjiż. L‑aristokratiċi kellhom jaħarbu, fosthom il‑familja De Forbin Janson, għaliex ir‑rivoluzzjonarji kienu qed joqtlu lin‑nobbli.
Meta Napuljun Bonaparte sar il‑mexxej il‑ġdid ta’ Franza, talab lin‑nobbli jerġgħu lura biex jgħinuh imexxi l‑pajjiż. Il‑familja De Forbin Janson marret lura lejn pajjiżha. Napuljun għażel lil Charles biex ikun diplomatiku. Charles m’aċċettax għax ipprefera jaqdi lil Alla u sar qassis. Charles kien iħobb ħafna l‑missjonijiet u staqsa lill‑Papa biex iħallih imur iċ‑Ċina jxandar il‑Bxara t‑Tajba.
7
Papa Piju VII ried lil Charles jibqa’ Franza fejn ir‑rivoluzzjonarji kienu qegħdin jagħmlu l‑affarijiet diffiċli ħafna għall‑Knisja Kattolika. Charles sar predikatur mill‑aqwa u vvjaġġa ma’ Franza kollha jipprietka l‑Vanġelu. Charles sar l‑Isqof ta’ Nancy, imma ir‑rivoluzzjonarji keċċewh. Charles beda jirċievi ħafna ittri minn missjunarji fiċ‑Ċina jitolbuh jgħinhom isalvaw trabi abbandunati li kienu bil‑ġuħ. Imma huwa ma kienx jaf minn fejn kien ser iġib il‑flus
Darba Charles iltaqa’ ma’ Pawlina Jaricot, tfajla li bdiet għaqda ta’ karità biex tgħin lill‑missjunarji. Hija qaltlu li ħadd ma seta’ jifhem il‑bżonnijiet tat‑tfal aħjar mit‑tfal stess. Pawlina ħarġet bl‑idea li Charles jibda għaqda tat‑tfal tal‑karità. Fid‑19 ta’ Mejju 1843, Charles talab lit‑tfal Franċiżi jgħinuh isalva lit‑tfal Ċiniżi. U hekk fi Franza twaqqfet is‑Santa Infanzja.
Pawlina Jaricot
8
Charles De Forbin Janson
Din l‑opra missjunarja tistieden lit‑tfal kollha Ewropej jgħinu lil tfal bħalhom fil‑bżonn. L‑Isqof Charles talab lit‑tfal Franċiżi biex isiru Tfal Missjunarji, billi l‑ewwel u qabel kollox jgħinu biex tinxtered il‑Bxara t‑Tajba. Talabhom ukoll jgħidu Ave Marija kuljum u jagħtu xi ħaġa żgħira tal‑flus kull xahar biex tgħin titma’ lit‑tfal Ċiniżi. Il‑motto tagħhom kien ‘Tfal Jgħinu Lit‑Tfal’.
It‑tfal Franċiżi ħadu f’idejhom din il‑biċċa xogħol kbira u minn dakinhar ’il quddiem ix‑xogħol tat‑tfal missjunarji nxtered madwar id‑dinja kollha. Illum dawn it‑tfal missjunarji jinsabu f’110 pajjiżi u flimkien jgħinu biex tfal mid‑dinja kollha jsiru jafu dwar Ġesù. Dakinhar dawn it‑tfal bdew tellieqa ta’ solidarjetà li kibret mal‑Ewropa kollha sa ma xterdet mad‑dinja kollha.
9
Min tassew huma t‑Tfal Missjunarji? Tifel jew Tifla Missjunarja mhumiex għax sempliċiment hemm dokument li jgħid li huma hekk, imma għax … …
huma ħbieb ta’ Ġesù,
jaqraw l‑Vanġelu u jgħixuh fil‑ħajja tagħhom
jimpenjaw irwieħhom sabiex jgħinu lit‑tfal fil‑bżonn madwar id‑dinja kollha.
Aħna lkoll nistgħu nkunu Tfal Missjunarji.
F’Malta u f’Għawdex is‑Santa Infanzja, hija magħrufa bħala MissioTfal. Din l‑għaqda fi ħdan Missio Malta tieħu ħsieb tqajjem kuxjenza fost it‑tfal dwar tfal tamparhom fil‑missjoni li ħafna minnhom:
• qatt ma semgħu dwar Ġesù,
• m’għandhomx saqaf fuq rashom,
• m’għandhomx biżżejjed x’jieklu ikel sustanzjuż, • m’għandhomx aċċess għal ilma nadif, • qatt ma marru skola,
• m’għandhomx aċċess għal kura tas‑saħħa, • m’għandhomx x’jilbsu,
• huma orfni u/jew abbandunati
• huma f’riskju li jiġu traffikati jew imġiegħla jaħdmu f’età żgħira. 10
AĦBARIJIET MILL‑ISKEJJEL Dwar il‑Kenja tkellimna fuq it‑tribù tal‑Masai u l‑kullani tagħhom, u għamilna l‑kullani tagħna. Tkellimna dwar il‑Ghana u d‑drappijiet famużi tagħhom, il‑Kenthe, fejn dawn jużaw ħafna kuluri u disinji biex jgħaddu messaġġ fuq dawn id‑drappijiet, u flimkien mal‑istudenti tal‑ħames u s‑sitt sena għamilna l‑Kenthe
M
atul ix‑xhur t’Ottubru u ta’ Novembru MissioTfal ġew mistiedna f’diversi skejjel biex jagħmlu lezzjonijiet ta’ kultura. Uħud minn dawn l‑iskejjel kienu l‑Kulleġġ San Tumas More, l‑Iskola Primarja ta’ Marsaxlokk u l‑Kulleġġ Marija Reġina, l‑Iskola Primarja tal‑Mellieħa. Tajna lill‑istudenti informazzjoni dwar il‑Kenja, il‑Ghana, il‑Peru, iċ‑Ċina, l‑Afrika u l‑aktar fuq il‑pajjiż li ser inkunu qed ngħinu din is‑sena, il‑Kambodja. Flimkien għamilna krafts li jiddeskrivu t‑tradizzjonijiet u l‑kulturi ta’ dawn il‑pajjiżi.
tagħna. Tkellimna dwar il‑Peru u l‑istrument mużikali popolari li nsibu f’dan il‑pajjiż, li huwa r‑‘rain stick’. Din id‑darba wkoll it‑tfal ħadu gost ħafna jagħmlu l‑istrument tagħhom ikkulurit bl‑għaġin, bir‑ross u bil‑fojl. Kulħadd seta’ jdoqqu u jagħmel il‑ħoss uniku tiegħu. Maż‑żgħar tkellimna dwar iċ‑Ċina u l‑festival popolari tal‑fanali li jiftaħ is‑sena l‑ġdida tagħhom. Ma’ dawn iż‑żgħar għamilna l‑fanali Ċiniżi. Ma’ xi studenti tkellimna wkoll fuq l‑Afrika u kif jgħixu l‑Afrikani, filwaqt li mal‑istudenti l‑kbar għamilna l‑għerejjex Afrikani, mal‑istudenti żgħar għamilna l‑istrument nazzjonali tal‑Afrika li huwa t‑tanbur. It‑tnabar għamilniehom bil‑platti tal‑ġablow u ż‑żibeġ. 11
Tkellimna ħafna fuq il‑Kambodja u flimkien għamilna l‑imrewħa, tipika ħafna f’dawn il‑pajjiżi, u maż‑żgħar tkellimna fuq iċ‑Ċentru ta’ Angkor fejn irabbu kull tip ta’ farfett. Huwa attrazzjoni turistika u jaħdmu fih ħafna nies mil‑lokal. Għalhekk mal‑istudenti għamilna ħafna friefet ikkuluriti. F’dawn l‑iskejjel kien preżenti wkoll mill‑ġdid Rafiki, fejn it‑tfal ferħu ħafna bih u hu feraħ bihom. Kellna wkoll xi ‘assemblies’ fl‑iskola ta’ St Benild’s Tas‑Sliema u St Joseph Raħal Ġdid, f’liema skola għedna r‑Rużarju u tkellimna dwar il‑proġett il‑ġdid ta’ din is‑sena, iċ‑Ċentru Arrupe fil‑Kambodja.
Għal MissioTfal dejjem ikun ta’ pjaċir li jiġu fl‑iskejjel tagħkom, ikellmukom u jaraw il‑kreattività tagħkom, il‑gost li titgħallmu fuq pajjiżi differenti u affarijiet ġodda. L‑imħabba tagħkom lejn il‑missjoni dejjem tmiss ’il qalbi bil‑kbir!
Eżempji sbieħ: Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. • Grazzi wkoll u prosit kbira lill‑Abbatini tal‑Parroċċa ta’ San Bastjan, Ħal Qormi li taw donazzjoni ta’ €66 b’risq tfal fil‑missjoni.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: € 7 ‑ Tiġieġa għal familja fil‑bżonn € 20 ‑ Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ € 50 ‑ Tabib ikollu lbies prottetiv biex jikkura persuni morda bil‑COVID‑19 fil‑missjoni
€ 100 ‑ Tliet xhur skola primarja u ikla kuljum lil tifel jew tifla foqra Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! 12
KRAFT TRADIZZJONALI Nancy Camilleri
TARBIJA ĠO ĠEWŻA MILL-AWSTRIJA
X’għandek bżonn:
• ‘Pipe cleaner’ • Ftit xagħar artifiċjali jew suf • Żibġa bajda, roża, kannella jew kafellatte • Kolla • Qoxra ta’ ġewża • Marker iswed b’ponta rqiqa • Biċċiet żgħar tad-drapp • Biċċiet żgħar ta’ żagarelli, ċfuf u fjuretti
Metodu:
• Qabbad ix-xagħar/suf ma’ tarf wieħed tal-‘pipe cleaner’ billi ddawwar sew. • Daħħal iż-żibġa mit-tarf l-ieħor, wassalha sax-xagħar/suf u żommha f’postha bi ftit kolla. • Gerbeb il-‘pipe cleaner’ ma’ subgħajk biex tifforma speċi ta’ molla. • Waħħal il-‘pipe cleaner’ bil-kolla ma’ ġewwa tal-qoxra tal-ġewża. • Fuq iż-żibġa, pinġi bil-marker il-wiċċ (l-għajnejn, l-imnieħer u l-ħalq). • Bid-drapp agħmel speċi ta’ gverta biex tgħatti t-tarbija u waħħalha bil-kolla. • Żejjen b’xi biċċa żagarella, ċoff jew fjuretta, u waħħalhom bil-kolla.
Kont taf li: l-Awstrija hija mimlija tradizzjonijiet? Is-snajja’ tal-idejn minn dejjem kienu kreattivi u baqgħu jintirtu għaż-żmien tal-lum. Tradizzjoni li baqgħet tintiret miżŻmien Medjevali hija dik li jniżżlu l-annimali mill-muntanji; tradizzjoni prattikata fir-reġjuni kollha tal-Alpi. Għalhekk, f’Settembru u f’Ottubru, il-merħliet jitniżżlu mill-Alpi għallirziezet fil-widien. F’din l-okkażjoni l-baqar jiżżejnu bil-fjuri mill-Alpi, biż-żagarelli, b’mirja u bi qniepen. Fl-irħula jinfetħu gabbani jbigħu l-ikel u xogħol tas-snajja’ bl-idejn, fosthom dawn it-trabi ġo qoxra ta’ ġewża. Dawn jintużaw bħala dekorazzjonijiet tal-Milied jew bħala Bambin ċkejken. 13
RIĊETTA TRADIZZJONALI Claudia Cini
GALLETTINI TAL‑ĠINĠER MILL‑ĠERMANJA
X’għandek bżonn: • 350 gramma dqiq tal‑għaġina mgħarbul • Kuċċarina kannella mitħun • Kuċċarina ‘bicarbonate of soda’ • 2 kuċċarini trab tal‑ġinġer • 4 mgħaref ‘golden syrup’ • 125 gramma butir bla melħ artab • 175 gramma zokkor ismar • Bajda żgħira • Ġelu tal‑istoċċ ta’ kuluri differenti
Metodu: • Saħħan il‑forn fuq nar moderat. • Ġo skutella kbira ixħet id‑dqiq, il‑‘bicarbonate of soda’, il‑kannella u l‑ġinġer. • Żid il‑butir u ħawwad sew flimkien. • Żid ukoll iz‑zokkor u erġa’ ħawwad sew. • Ġo skutella żgħira ħawwad flimkien il‑bajda u l‑‘golden syrup’, u żidhom mat‑taħlita ta’ qabel. • Xħin it‑taħlita tagħqad f’għaġina, kompli ħaddimha ftit ieħor b’idejk, poġġiha f’borża tal‑plastik u ħalliha fil‑friġġ għal madwar nofs siegħa. • Sadanittant, iksi xi landi tal‑forn bil‑karti tal‑forn jew karti strazzi. • Iftaħ l‑għaġina, ħxuna ta’ madwar nofs ċentimetru. • Aqta’ l‑forom u poġġihom fil‑laned bla ma tħallihom imissu ma’ xulxin. • Aħmi għal madwar 10 minuti; sa ma jiħmaru. • Xħin jibirdu żejjen bil‑ġelu u dekorazzjonijiet oħra tal‑ħelu.
Guten Appetit (L‑Ikla t‑Tajba)
Nota: It‑tisjir huwa sabiħ speċjalment meta t‑tfal jagħmluh ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom, però importanti li nieħdu l‑miżuri ta’ sigurtà meħtieġa. Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, neħħi xagħrek minn quddiem wiċċek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, ser tuża n‑nar u/jew l‑elettriku.
Kont taf li: il‑popolazzjoni tal‑Ġermanja tlaħħaq it‑82 miljun ruħ? Berlin hija kemm il‑kapitali kif ukoll l‑akbar belt. Hawn issib madwar 1,000 zalzett differenti u aktar minn 1,200 tip ta’ ħobż differenti. Fil‑Ġermanja ssib aktar minn 20,000 kastell, bl‑aktar wieħed famuż jismu Neuschwanstein. Fl‑1916, il‑Ġermanja kienet l‑ewwel pajjiż li introduċa d‑‘Daylight Savings Time’, li malajr xtered mal‑Ewropa kollha. Fl‑1920 Hans Riegel minn Bonn, ħoloq il‑Gummy Bears. U kont taf li wara li fis‑Seklu 19 l‑aħwa Grimm ħarġu l‑ħrafa ta’ Hansel u Gretel, li fiha tissemma dar magħmulha mill‑ġinġer, fil‑Ġermanja saru popolari ħafna d‑djar tal‑ġinġer? 14
KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU DIĊEMBRU 2021 ‑ JANNAR 2022 Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
1. SIB IT‑TRIQ
Għin lil Santa Klaws isib it‑triq biex jasal ħdejn l‑ixkora tar‑rigali. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/ jew tpinġulna dwar kif għaddejtu s‑sajf. X’għamiltu? Fejn mortu? Kellkom xi esperjenza unika? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta. Il kitbiet u t tpinġijiet kollha nippubblikawhom fil-websajt ta’ Missio Malta fix xhur li ġejjin.
TFAL MISSJUNARJI – Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
15
KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU DIĊEMBRU 2021 ‑ JANNAR 2022 ISEM U KUNJOM: INDIRIZZ:
__________________________________________________________________
______________________________
_______________________________________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
SKOLA:
ETÀ:
KODIĊI POSTALI: ______________________________
__________________________________________________________________________________________________________________
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Ġunju 2021 – Ħarġa Nru. 88.
1. QABBEL ID‑DELL
2. SIB ID‑DIFFERENZA
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Soleil Cauchi mill‑Mosta, Jacob Buhagiar minn Birkirkara u Matthias Ghigo miż‑Żurrieq. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.
16
(VO/1178)