Skip to main content

Tfal Missjunarji APRIL MEJJU 2026

Page 1


Għeżież Tfal,

Kif intom? Verament li ż‑żmien itir! Wasalna fir‑raba’ rivista għal din is‑sena skolastika. Dawn ix‑xahrejn li ġejjin iġibu magħhom diversi festi, fosthom l‑akbar waħda għalina l‑Insara: Il‑Qawmien mill‑Imwiet ta’ Sidna Ġesù Kristu. Niċċelebraw ukoll Jum l‑Omm, li lili jfakkarni f’ommna tas‑sema: Marija, li x‑xahar ta’ Mejju huwa ddedikat għaliha. U minbarra dawn il‑festi, xi wħud minnkom se tkunu qed tirċievu s‑Sagramenti tal‑Ewwel Tqarbina u tal‑Griżma tal‑Isqof.

Bħal dejjem, inħeġġiġkom sabiex issibu ftit ħin liberu u taqraw l‑artikli interessanti li ħejjejnielkom f’din ir‑rivista. Nieħdu gost jekk tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz postali jew elettroniku. Xi ħaġa oħra, inħajrukom tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali. Fuq kollox ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għaliex għandna rigali sbieħ għalikom.

U fl‑aħħar nett, nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Tkun xi ħaġa sabiħa jekk twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal biex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa.

Dan ikun bla dubju l‑isbaħ rigal li qatt jistgħu jaqilgħu!

Il‑ħabiba tagħkom, Claudia

Stampa tal‑faċċata: Fil ħlewwa ta’ Mejju, Omm tagħna Marija. O kemm idoqq ħlejju dak ismek sabiħ. Kemm toħroġ qawwija dil kelma minn qalbna. Bit tama li talbna jagħtik l akbar ġieħ.

TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm

Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt

Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Mario Sant u Noel Attard.

Pubblikazzjoni: Missio Malta

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Għeżież Tfal,

TA’ MISSIO TFAL ‑ Nancy Camilleri

Nittama li striħajtu ftit matul il‑vaganzi tal‑Għid. Aħna ta’ MissioTfal, qabel il‑vaganzi tal‑Għid żorna xi ftit skejjel mhux ħażin u għamilna ħafna affarijiet differenti magħhom.

Nixtiequ nirringrazzjaw lill‑Iskola

Sacred Heart għax ġabret l‑akbar ammont fil‑Jum Dinji Missjunarju. Ta’ dan aħna offrejna lill‑iskola pittura bil‑lapes mill‑Perù bħala apprezzament.

L‑iskola Primarja ta’ Ħal Għargħur.

L‑iskola St Joseph tas‑Sliema.

Nirringrazzjaw ukoll lill‑Iskola Primarja ta’ Ħal Għargħur u lill‑Iskola St Joseph tas‑Sliema li ħadu sehem fil‑Bee Positive Challenge u ġabru donazzjonijiet għall‑maratona li saret f’Marzu.

L‑iskola Primarja ta’ Pembroke.

Grazzi kbira tmur għall‑Iskola Primarja ta’ Pembroke li organizzaw World Diversity Day bil‑kbir. Ħadu sehem ukoll il‑ġenituri tat‑tfal li ġejjin minn pajjiżi differenti u li ppreparaw varjetà ta’ ikel mill‑pajjiżi rispettivi tagħhom. Dawn biegħu l‑ikel b’risq il‑maratona u ġabru s‑somma sabiħa ta’ €690. Il‑komunità Fillippina sebbħu din il‑ġurnata bi żfin tradizzjonali, filwaqt li taw opportunità lill‑istudenti jilbsu l‑kostumi kkuluriti tagħhom u jieħdu ritratt bihom. L‑istudenti esprimew irwieħhom bl‑arti u b’messaġġi sbieħ.

L‑iskola Sacred Heart.

Għamlu wkoll il‑krafts miegħi u ġew jissapportjawna waqt il‑maratona filwaqt li ppreżentaw is‑somma li ġabru.

l‑Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa, l‑Iskola St Dorothy Junior f’Tas‑Sliema u l‑Iskola Sant’Agata tar‑Rabat. Kien unur għalija li nippreżenta dawn l‑awards u nirringrazzja lil dawn l‑iskejjel tas‑sapport li dejjem jagħtuna.

5 Star award

L‑iskola Primarja ta’ Birżebbuġa

L‑iskola St Dorothy Junior f’Tas‑Sliema

L‑iskola Sant’Agata tar‑Rabat

Il‑5‑Star Awards ġew ippreżentati lill‑iskejjel li ħadu sehem fil‑5‑Star Challenge s‑sena l‑oħra. Dawn kienu:

Grazzi kbira lill‑Kummissjoni Tfal tal‑Parroċċa ta’ Ħad‑Dingli li waqt il‑maratona ppreżentaw is‑somma ta’ €920 li ġabru waqt il‑bejgħ ta’ kejkijiet li organizzaw.

Kien ta’ unur għalina norganizzaw attivitajiet bħal dawn fl‑iskejjel tagħkom. Se nkunu qed inqassmu aktar awards lil skejjel oħra li wkoll ħadu sehem fil‑5‑Star Challenge.

5 Star award

MILL‑PINNA TAD‑DIRETTUR

FIL‑ĦLEWWA TA’ MEJJU

Ix‑xitwa għaddiet u issa bdejna npoġġu l‑ħwejjeġ tqal u ħoxnin fil‑gwardarobba, filwaqt li noħorġu l‑ħwejjeġ ħfief u b’kuluri sbieħ tas‑sajf. Mejju jissebbaħ bil‑kuluri sbieħ tal‑fjuri u r‑riħa ħelwa tagħhom, u bla ma rridu niftakru

b’mod speċjali ħafna fil‑Madonna: il‑mamà tagħna fil‑Ġenna li lilha nħobbu u tant nixtiequ naraw.

Darba, waħda tfajla kienet għarkopptejha quddiem it‑tabernaklu u staqsiet lil Ġesù għaliex hu baqa’ magħna b’mod reali fl‑Ewkaristija u ma sabx mod kif iħallilna wkoll, b’mod reali, lil ommu Marija għalina wkoll. Wara ftit ħasset f’qalbha lil Ġesù jgħidilha: “Għaliex jiena nixtieq naraha tassew preżenti fik, għall‑oħrajn”.

Din l‑istorja lili għamlitli ħafna ġid għaliex fhimt li hu dak li ommna Marija tixtieq minna lkoll.

Tħobbna tant li tixtieqna, li bħala tfal tagħha nsiru nixbhuha fil‑mod kif inġibu rwieħna mal‑oħrajn, kif naqduhom, kif inkunu ħbieb magħhom, u kif inkunu sbieħ, moderni, kuntenti u ħajjin. Insiru bħalha billi l‑ewwel u qabel kollox inħobbu lil Ġesù u nwassluh lill‑oħrajn bl‑imħabba lejn xulxin.

MISSIOTFAL GĦAWDEX

Dun Renato Borg

PAWLU WIEĦED MILL‑EWWEL MISSJUNARJI

Għeżież Tfal,

Qabel ma Ġesù tela’ s‑sema bagħat

lill‑appostli jxandru l‑Bxara t‑Tajba (il‑Vanġelu) lill‑ġnus kollha u jgħammduhom fl‑isem tal‑Missier, tal‑Iben u tal‑Ispirtu s‑Santu. Pawlu ta’ Tarsu ma kienx wieħed mill‑appostli, anzi kien wieħed li kien ifittex lill‑Kristjani biex jagħtihom f’idejn l‑awtorità Ġudajka. Meta Kristu sejjaħlu fi triqtu lejn Damasku, Kristu nnifsu stqarr li ried jagħmel minnu għodda għalih. Dak li qabel kien magħruf bħala l‑persekutur tal‑Insara spiċċa biex sar l‑appostlu tal‑ġnus.

Pawlu ħadem bis‑sħiħ biex iwassal l‑isem ta’ Kristu fost il‑pagani ta’ żmienu. Għal dak iż‑żmien

il‑Vanġelu kien meqjus bħala tagħlim rivoluzzjonarju kemm għall‑kultura Griega kif ukoll għal dik Lhudija. Pawlu kien jipprova jieħu xi ħaġa mill‑kultura Griega biex imbagħad ixandrilhom lil Kristu, dik li llum insejħulha ‘inkulturazzjoni’. Fil‑fatt, meta mar Ateni, fost l‑altari li kien hemm iddedikati lill‑allat pagani, kien hemm altar lil ‘alla mhux magħruf’. Pawlu ħa l‑okkażjoni u qalilhom li hu kien se jurihom min hu dan Alla li huma ma jafux bih. Għall‑ewwel bdew jisimgħu bil‑ħerqa, iżda meta kellimhom dwar il‑qawiem mill‑imwiet ta’ Ġesù Kristu bdew jidħku bih. Din kienet verità diffiċli biex jemmnuha. Pawlu ma qatax qalbu. Huwa bata ħafna biex ixandar l‑Evanġelju. Minbarra t‑taħbit ta’ kuljum kien ukoll ippersegwitat u diversi drabi ppruvaw joqtluh.

Kellu jkun dan l‑appostlu li jwassal lil Malta tagħna l‑Bxara t‑Tajba tal‑Evanġelju u jurina min kien Ġesù. Għalhekk, aħna nirringrazzjaw lil Alla li sa mill‑bidu ried jibagħtilna wieħed mill‑ewwel missjunarji biex iwasslilna l‑Aħbar it‑Tajba ta’ Ġesù. Il‑Mulej ihariskom u jberikkom. ‑

MIRIAB U ALISHBA

Addattata minn Claudia Cini.

B’xorti ħażina, fil‑Pakistan għad hemm id‑drawwa li lill‑bniet ġejjin minn familji foqra jżewġuhom ta’ età żgħira ħafna, u dan għaliex huwa l‑uniku mod kif jiggarantulhom saqaf fuq rashom u platt sħun kuljum.

Meta jien kien għad kelli 16‑il sena u Alishba kellha biss 13‑il sena, il‑ġenituri tagħna qalulna li kienu sabulna raġel biex niżżewġuh.

Bis‑saħħa tal‑kuraġġ li għamlu b’xulxin, it‑tfajliet iddecidew li jmorru jħabbtu fuq il‑bibien tal‑iskola tas‑Sorijiet Maltin bit‑tama li jiġu milqugħa. Kemm xtaqu jibdew jitgħallmu! Huma qatt ma kienu marru skola qabel għax l‑opportunità kienet miftuħa biss għas‑subien.

Is‑Sorijiet Maltin laqgħuna b’idejhom miftuħin u pprovdewlna l‑uniformijiet għax lanqas flus għal dawn ma kellna!

Miriab u Alishba, minbarra li bdew jgħixu ħajja aktar diċenti kif ukoll jirċievu edukazzjoni u ikel sustanzjuż, ħarbu minn żwieġ sfurzat. Miriab irnexxielha wkoll iddaħħal l‑iskola lil ħutha bniet, biex b’hekk huma wkoll ikollhom il‑futur tagħhom sigur.

Ħassejniena aktar aċċettati u milqugħin meta sirna nafu li l‑għalliema tagħna, mhux wisq snin qabel, kienet eżatt fl‑istess sitwazzjoni tagħna u bħalna sabet l‑għajnuna tas‑Sorijiet Maltin.

Bħalma l‑għalliema rsistiet u studjat kemm felħet biex illum il‑ġurnata qed tgħallem fl‑istess skola li tatha tama ġdida f’ħajjitha, hekk ukoll jixtiequ jagħmlu Miriab u Alishba: jixtiequ jsiru għalliema biex ikunu jistgħu jagħtu l‑opportunità lil tfal oħra bħalhom!

Bħalissa fl‑iskola tas‑Sorijiet Maltin hawn madwar 800 tifla li kollha għandhom storja simili u ta’ qsim il‑qalb x’jirrakkuntaw. U hemm ħafna u ħafna bniet oħrajn fil‑familji foqra li s‑sorijiet jixtiequ jilqgħu għandhom.

Huwa bis‑saħħa tal‑benefatturi Maltin u Għawdxin li s‑Sorijiet Maltin fil‑Pakistan qed jagħtu mħabba, kenn, ikel u edukazzjoni lil dawn it‑800 tifla. Min jaf kieku f’liema sitwazzjoni jinsabu dawn il‑bniet! Żgur li mhux fis‑sigur!

Li kieku ma ġewx għandna, ta’ età żgħira kienu jkunu diġà miżżewġin fi żwieġ ta’ konvenjenza, jgħixu fil‑faqar u jaħdmu għal żwieġhom!

Ejjew ningħaqdu flimkien u ngħinu iktar tfal, bniet u subien, minn madwar id‑dinja kollha jiksbu ċ‑ċavetta tal‑edukazzjoni għal futur isbaħ! Donazzjoni żgħira hija biżżejjed għax kull qatra tgħodd, u ħafna qtar flimkien jimlew ġarra kbira!

Grazzi għad‑donazzjonijiet tagħkom, aktar tfal se jirċievu din ix‑xorti sabiħa li messet lilna!

Kif qalilna Papa Franġisku, aħna mħeġġin biex inkunu missjunarji ta’ tama għall‑popli kollha. Bl‑għajnuna ċkejkna tiegħek, MissioTfal jista’ jsostni l‑ħidma ta’ ħafna missjunarji fosthom Maltin, ikomplu jgħinu lil ħuthom fil‑komunità madwar id‑dinja kollha.

Ħeġġeġ lill‑familjari u lill‑ħbieb jgħinuk tfaddal il‑flus ħalli tgħin tifel jew tifla tamparek li jgħixu fil‑missjoni!

Jekk tixtieq karus fejn tfaddal il‑flus, itlobna u nagħtuk wieħed!

Meta timla l‑karus, ħu l‑flus fl‑uffiċċju ta’ MissioTfal fil‑Mosta, fil‑Belt Valletta jew fir‑Rabat, Għawdex. Minbarra li tingħata rċevuta, inti tista’ tagħżel x’tixtieq isir bil‑flus li tkun faddalt.

Dawn huma xi wħud mill‑eżempji ta’ x’jista’ jsir bil‑flus tiegħek:

€3 Par żarbun għal tifel jew tifla fqir/a

€7 Tiġieġa għal familja fil‑bżonn

€20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ

€25 Ikla sustanzjuża kuljum għal 25 tifel u tifla

€30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal

€55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġjata

€50 Ilbies protettiv għal tabib biex jikkura persuni b’mard infettiv

€104 Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl

Nittama li tinsabu tajbin, tfal! Fil‑bidu tar‑Randan Imqaddes studenti mill‑Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja Verdala f’Bormla, enfasizzaw it‑tifsira tar‑Randan waqt l‑assemblea ta’ filgħodu u rċevew ir‑rit tal‑Erbgħa tal‑Irmied fil‑klassi, filwaqt li impenjaw irwieħhom li jagħmlu sagrifiċċji żgħar u atti ta’ karità matul ir‑Randan. Tnejn mill‑istudenti bagħtulna din l‑ittra.

A sh Wednesday is traditionally observed with fasting and abstinence from meat. On the first day of Lent, many Christians begin Ash Wednesday by making a Lenten sacrifice that they will not partake of until the arrival of Eastertide. Also, many Christians attend special Ash Wednesday church services, where churchgoers receive

ash on their foreheads. Ash Wednesday derives its name from this practice which is accompanied by the words: “Repent and believe in the Gospel” or the dictum: “Remember that you are dust and to dust you shall return.” The ashes are prepared by burning palm leaves from the previous year’s Palm Sunday celebrations.

At our school, the ash rite was celebrated the day after Ash Wednesday as students were still on holidays. Senior Religion teacher Martin Azzopardi explained to us students that

Lent is a time to return to the right track: Jesus: the Way, Truth and Life.

School Spiritual Director, Fr Carmelo Spiteri ocd invited the students to reflect upon the value of life, telling them: “Do not forget that you are very special to God and your body is holy.” “Death is not the end of everything as our life continues in eternity in Heaven,” he added.

During the ash rite celebration in class, students followed a feature about the

meaning and good practices of Lent. This school project aims to reach two of the main goals proposed by the United Nations Sustainable Development Goals: Quality Education, and Peace, Justice and Strong Institutions.

Special thanks goes to the School Spiritual Director, Fr Carmelo Spiteri ocd for all his dedication and service to our school.

Luca

Borg and Kaylieh Blake Form 4 (Year 10) students.

LAU KATA KATI ‑‑ Logħba Mill‑Indja

Lau Kata Kati hija logħba tat‑tip battalja bl‑istess stil tal‑logħba familjari Checkers. Żewġ avversarji

jaffaċċjaw lil xulxin fuq bord forma ta’ farfett bil‑għan li jaqbdu t‑tokens avversarji jew jimblokkawhom milli jiċċaqalqu. It‑tfal fl‑Indja jieħdu gost jilagħbu din il‑logħba tradizzjonali flimkien.

Għandek bżonn:

Kartuna ħoxna li tikkonsisti f’żewġ trijangoli ma’ xulxin f’forma ta’ farfett. Żewġ linji vertikali jaqsmu kull trijangolu u linja orizzontali waħda taqsam it‑tul taż‑żewġ trijangoli u tgħaddi mill‑vertiċi taċ‑ċentru (ara l‑istampa). Kull linja vertikali tiswa tliet punti.

Disa’ tokens għal kull plejer. Tista’ tuża żibeġ, muniti, buttuni, eċċ…..

Objettiv:

Kun l‑ewwel plejer li taqbad it‑tokens kollha tal‑avversarju tiegħek jew timblokkahom milli jiċċaqalqu.

Istruzzjonijiet:

Poġġi t‑tokens fuq il‑punti tal‑logħob fuq trijangoli opposti sabiex il‑punt ċentrali jibqa’ vojt (ara l‑istampa).

Iddeċiedi mal‑avversarju min se jilgħab l‑ewwel.

Regoli:

Il‑plejers iċaqalqu token wieħed tul linja lejn punt vojt biswit xulxin darba kull wieħed.

Il‑plejers jaqbdu token ta’ avversarju billi jgħaddu minn fuqu tul il‑linja

lejn punt vojt biswit xulxin, bħalma nagħmlu fiċ‑Checkers. Jekk il‑plejer ma jirnexxilux, jitlef it‑token tiegħu stess.

Il‑plejers jistgħu jaqbdu aktar minn token wieħed f’dawra waħda bl‑istess token. Tista’ tibdel id‑direzzjoni sabiex issir iktar minn qabda waħda.

Tmiem:

L‑ewwel plejer li jaqbad it‑tokens avversarji kollha jew iżommhom u jwaqqafhom milli jiċċaqalqu, jirbaħ.

Noti:

Qrib it‑tmiem tal‑logħba, meta jkun fadal biss ftit tokens, jista’ jidher li l‑logħba se tispiċċa fi draw. Jekk il‑plejers jippersistu jistgħu jsibu mod kif jegħlbu lill‑avversarju tagħhom.

Il‑plejers jistgħu jiddeċiedu li jtemmu l‑logħba, bil‑plejer li jkollu l‑aktar tokens fuq il‑bord bħala r‑rebbieħ.

Nieħdu gost jekk tibagħtulna fuq nancy@missio.org.mt ritratti ta’ din il‑logħba biċ‑ċans li tirbħu rigal sabiħ.

RIĊETTA TRADIZZJONALI

KEJK MORBIDU

MILL‑ĠAPPUN

X’għandek bżonn:

• 4 isfra tal‑bajd

• 90 millilitru meraq tal‑larinġ

• 50 millilitru żejt taż‑żebbuġa

• Nofs kuċċarina melħ

• 70 gramma dqiq tip 00 mgħarbul

• 4 abjad tal‑bajd

• 90 gramma zokkor

Metodu:

1. Ġo skutella ħawwad sew flimkien l‑isfra tal‑bajd, il‑meraq tal‑larinġ, iż‑żejt u l‑melħ.

2. Żid id‑dqiq u erġa’ ħawwad sew.

3. Għaddi t‑taħlita minn ġo passatur fin.

4. Ġo skutella oħra ħawwad fi xkuma l‑abjad tal‑bajd, żid iz‑zokkor u erġa’ ħawwad sakemm it‑taħlita tiġi xkuma.

5. Itfa’ t‑taħlita ta’ abjad tal‑bajd u zokkor ftit ftit mal‑ewwel taħlita, filwaqt li tikkombinahom flimkien bil‑galbu.

6. Poġġi t‑taħlita ġo landa tal‑kejkijiet midluka bi ftit żejt jew butir.

7. Poġġi l‑landa bit‑taħlita ġo landa kemm kemm akbar u itfa’ ftit ilma ġol‑landa l‑kbira.

8. Aħmi f’forn bi sħana moderata.

(l‑ikla t‑tajba)

Kont taf li: Tokjo hija l‑kapitali u l‑akbar belt tal‑Ġappun? Bil‑Ġappuniż tissejjaħ ‘Nihon’ jew ‘Nippon’ li tfisser ‘l‑oriġini tax‑xemx’. Il‑Ġappun huwa l‑11 l‑aktar pajjiż popolat fid‑dinja u miegħu hemm ukoll 6,852 gżira. Tliet kwarti tal‑art hija jew foresti jew muntanji. Il‑Muntanja Fuji hija l‑ogħla waħda. L‑isport nazzjonali huwa s‑sumo, però l‑‘baseball’ huwa l‑aktar sport segwit. Ħafna arti marzjali ġew maħluqa fil‑Ġappun, fosthom il‑ġudo u l‑karate. L‑aktar linji tal‑ferrovija puntwali fid‑dinja huma dawk Ġappuniżi. In‑numru 4 huwa kkunsidrat bħala n‑numru tal‑isfortuna. Ix‑xadin tal‑borra huwa l‑annimal nazzjonali.

Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk se tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.

APRIL ‑ MEJJU 2026

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. SIB IT‑TRIQ

Sib it‑triq lil dawn it‑tliet frottiet sal‑kaxxa tagħhom rispettivament. Ibda mill‑vleġeġ fuq ix‑xellug u spiċċa fil‑vleġeġ tal‑lemin.

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

Tista’ wkoll tibgħat ritratt jew scan tal‑kompetizzjonijiet permezz ta’ imejl fuq: info@missio.org.mt

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA

Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu l‑vaganzi tal‑Għid. Attendejtu xi funzjoni jew xi purċissjoni tal‑Ġimgħa l‑Kbira u/jew tal‑Għid il‑Kbir? Ħmejtu xi figolla? U kiltu bajd taċ‑ċikkulata u figolli? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li titla’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU

APRIL ‑ MEJJU 2026

ISEM U KUNJOM: ETÀ:

INDIRIZZ: KODIĊI POSTALI:

SKOLA:

IMEJL: Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Diċembru 2025 ‑ Jannar 2026: Ħarġa Nru 110.

1. GĦAQQAD

L‑ITTRI

2. KITBA U TPINĠIJA

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji APRIL MEJJU 2026 by Missio Malta - Issuu