TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.92
Matul is‑sena skolastika 2021/2022 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
April / Mejju 2022
90
sena ħidma għall‑missjoni
b’risq il-Missjoni
Maratona fuq it-TV
IS‑SIBT 4 TA’ ĠUNJU 2022 minn nofsinhar sa nofsillejl
Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios
#ilmissioint (VO/1178)
2 Editorjal
|
3 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi Ta’ MissioTfal
6 MissioTfal Għawdex
|
7 Żewġ Lampi Taż‑Żejt
13 Kraft Tradizzjonali
|
|
|
4 Paġna Ta’ Rafiki
11 Aħbarijiet U Kurżitajiet Mid‑Dinja Kollha
14 Riċetta Tradizzjonali
|
15 Kompetizzjonijiet Bi Premju
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Għeżież Tfal,
Kif intom? Wasalna fir‑rivista tax‑xhur t’April u Mejju, li ser tkun l‑aħħar waħda stampata u mqassma fl‑iskejjel għal din is‑sena skolastika. Matul ix‑xhur tas‑sajf, ser inkunu qed noħorġu rivista online li ser nibagħtulkom id‑dar permezz ta’ imejl. F’nofs April ser inkunu qed niċċelebraw l‑akbar festa tal‑Knisja Kattolika, l‑Għid il‑Kbir; meta Ġesù rebaħ fuq il‑mewt billi rxoxta. Żgur li lilkom it‑tfal din il‑festa togħġobkom ukoll minħabba l‑bajd taċ‑ċikkulata u l‑figolli! Imma tajjeb li qabel niċċelebraw inkunu għamilna xi penitenzi u astinenzi matul il‑Randan. Imbagħad f’Mejju, li huwa x‑xahar ddedikat lil Ommna Marija, huwa importanti li flimkien, fil‑familji u fl‑iskejjel, ngħidu t‑talba sabiħa tar‑Rużarju li l‑Madonna tant tħobb. F’Mejju wkoll, aħna ta’ Missio ser inkunu qed niċċelebraw festa kbira ħafna, il‑Beatifikazzjoni ta’ waħda mill‑fundaturi tagħna; tfajla Franċiża li jisimha Pauline M. Jaricot. Biex tkunu tafu aktar dwar din il‑mara qaddisa, araw il‑komik fil‑paġni tan‑nofs ta’ din ir‑rivista. Qabel inħallikom nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Tajjeb li twarrbu xi ħaġa mill‑‘pocket money’ tagħkom għal dawn it‑tfal sabiex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Il‑ħabiba tagħkom,
Claudia
L‑Għid it‑Tajjeb lill‑Qarrejja Żgħar Tagħna u lill‑Għalliema u lill‑Familjari Kollha Tagħkom. Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali.
TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi – John Caruana Pubblikazzjoni: Missio Malta
2
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
Għeżież Tfal, Din is‑sena l‑Maratona HopeMissioFest ser issir nhar is‑Sibt 4 ta’ Ġunju mill‑11:00am sal‑11:00pm. L‑iskejjel huma mistednin sabiex jgħinu l‑Istat ta’ Nagaland, stat imwarrab fil‑Grigal tal‑Indja li mhuwiex aċċessibbli faċilment. Għalhekk m’hemmx aċċess la għall‑ilma ġieri, la għall‑elettriku u wisq anqas opportunitajiet għall‑edukazzjoni jew xi karriera. B’xorti tajba l‑Eden Gardens Children’s Home toffri lill‑aktar minn 250 tifel u tifla edukazzjoni mimlija opportunitajiet, kif ukoll dar sigura li tissodisfa l‑bżonnijiet fiżiċi u spiritwali tagħhom. Immexxija mis‑saċerdoti Ġiżwiti Patri Raymond De Souza u Patri Rajesh Lobo, id‑dar tgħin biex iħejju lit‑tfal għall‑futur tagħhom ħalli jsegwu l‑ħolm tagħhom li jista’ jkun snajja’ jew karrieri differenti. Peress li dawn it‑tfal huma l‑ewwel ġenerazzjoni ta’ studenti li qed jistudjaw, isibuha diffiċli biex jitgħallmu, iżda min‑naħa l‑oħra jsibu affarijiet oħra faċli, bħall‑mużika u l‑isports. Parti mill‑ħajja fid‑dar tinkludi li jagħmlu xi xogħlijiet, bħal ġbir ta’ ilma mix‑xmara sabiex jimtlew it‑tankijiet tal‑ilma. Matul l‑istaġun xott, madankollu, in‑nixxiegħa
tista’ tinxef u jkollhom jirrazzjonaw l‑ilma miġbur fit‑tankijiet. Dan joħloq stress kbir fuq l‑istaff u l‑istudenti, peress li l‑ħtiġijiet bażiċi, bħall‑ħasil, kultant ikollhom jinqatgħu. B’tant tfal fid‑dar u b’ħafna aktar qed jistennew li jiġu aċċettati, Patri Raymond u Patri Rajesh huma konxji li jista’ jkollhom jixtru l‑ilma li jiswa ħafna flus.
Bil‑flus li ser jinġabru mill‑iskejjel, ser inkunu qed ngħinu fl‑ispiża tat‑tmexxija tad‑dar, li tinkludi aċċess għall‑ilma ħelu permezz ta’ tank ġdid tal‑ilma, ikel nutrittiv, kura tas‑saħħa u edukazzjoni ta’ kwalità. Permezz tal‑ħidma tagħhom, Patri Raymond, Patri Rajesh u l‑missjunarji fid‑dar qed jagħtu lit‑tfal l‑appoġġ prattiku u l‑formazzjoni li għandhom bżonn sabiex iwettqu l‑ħolm tagħhom. Minn qalbna aħna nirringrazzjaw lill‑iskejjel li jgħinuna ngħinu din id‑dar sabiex dawn it‑tfal ikollhom futur sabiħ lejn xiex iħarsu.
3
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI Lezzjonijiet Tal‑Kultura Fl‑Iskejjel
M
issioTfal huwa wieħed mill‑pilastri ta’ Missio Malta fejn il‑kordinatriċi tiltaqa’ mat‑tfal fl‑iskejjel u fil‑parroċċi. Għal dan il‑għan, flimkien naraw kif tfal oħra fid‑dinja jgħixu u jitgħallmu. L‑għan tagħna huwa wkoll li noħolqu għarfien missjunarju fit‑tfal fejn dawn jitgħallmu fuq kulturi differenti ta’ pajjiżi differenti sa minn età żgħira. Dan meta llum niltaqgħu ma’ ħafna nies minn pajjiżi oħra fid‑dinja li qegħdin jgħixu hawn Malta. Tajjeb għalhekk li nitgħallmu xi ftit fuq dawn il‑pajjiżi biex inkunu nistgħu nikkomunikaw, nifhmu lil xulxin u nkunu ħbieb veri.
4
Din is‑sena, wara li tneħħew ħafna mir‑restrizzjonijiet tal‑COVID‑19, stajna mmorru fl‑iskejjel bħal qabel. Ħdimna ma’ ħafna skejjel ġodda u ltqajna ma’ ħafna tfal minn postijiet u ta’ etajiet differenti. Kellna l‑opportunità li mmorru fl‑iskejjel primarji tal‑Mellieħa, ta’ Marsaxlokk u ta’ Ħal Tarxien. Morna wkoll fl‑iskola ta’ St. Joseph ta’ Raħal Ġdid. Ma’ dawn it‑tfal tkellimna dwar il‑festival spettakolari tal‑Lanterni fiċ‑Ċina u għednielhom li din is‑sena ċ‑Ċiniżi qed jiċċelebraw is‑sena tat‑tigra. Dħalna fid‑dettal magħhom dwar x’jieklu ċ‑Ċiniżi f’dawn il‑ġranet u kif iżejnu t‑toroq b’tant dwal u kuluri b’lanterni ta’ kull tip u għamla. Wara t‑tfal kellhom iċ‑ċans li jagħmlu l‑lanterni tagħhom.
Tkellimna wkoll fuq il‑Ghana, u wrejniehom vidjow dwar il‑proġett ta’ Sor Stan li tmexxi dar tat‑tfal li Missio qed jgħin u jappoġġja. Tkellimna dwar l‑istrument mużikali nazzjonali tal‑Ghana li huwa t‑tanbur u dwar festival kbir li jsir f’April fejn in‑nies jinġabru ħdejn ix‑xmara, jagħmlu kunċerti kbar u jdoqqu tnabar tradizzjonali ta’ kull tip. Dan il‑festival idum sejjer għal madwar ġimagħtejn u għalih imorru ħafna turisti. Mat‑tfal iż‑żgħar għamilna tanbur u ferħu ħafna meta bdew idoqquh fil‑klassi, filwaqt li mat‑tfal ftit akbar għamilna affarijiet oħra, bħalma hija t‑tajra, meta tkellimna dwar il‑Gwatemala u l‑Peru. Kellimniehom dwar il‑missjunarji tagħna fil‑Peru u wrejniehom xi filmati minn dawn il‑postijiet, u dwar il‑festival tat‑tajr
li jiċċelebrawh f’Jum il‑Mejtin Kollha. Dawn jagħmlu tajr ta’ kull daqs u għamla sbieħ ħafna għax ipittru fuqhom u għalhekk fihom infushom huma xogħol artistiku tassew sabiħ. Dan it‑tajr jirrappreżenta l‑erwieħ li lkoll nemmnu li jitilgħu s‑sema u jitolbu għalina. Hija użanza sabiħa ħafna.
Issa wkoll qed nagħmlu sessjonijiet tal‑kultura mal‑istudenti tal‑iskejjel medji u sekondarji. B’dan il‑mod inkunu qed ngħallmu dejjem iżjed dwar nies u pajjiżi differenti u b’hekk inkunu qed nrawmu fl‑istudenti mentalità missjunarja li hija inklussiva u miftuħa għal kulħadd. 5
MISSIOTFAL GĦAWDEX Dun Renato Borg
AĦBAR SABIĦA: KRISTU MIET U RXOXTA Għeżież Tfal, Forsi kif tħarsu lejn it‑titlu ta’ dan l‑artiklu tistaqsuni: “Għaliex aħbar ta’ ferħ? Ma tafx f’liema żmien qegħdin ngħixu? Żmien ta’ pandemija, żmien ta’ gwerra, żmien li fih ħafna tfal m’għandhomx x’jieklu, m’għandhomx ħwejjeġ u anqas għandhom skejjel biex jitgħallmu? Imbagħad tgħid li hi aħbar ta’ ferħ u tibda bil‑mewt ta’ Kristu?” Iva tfal, din l‑ikbar aħbar ta’ ferħ li qatt tista’ titwassal lil kull bniedem li jgħix fuq din l‑art; li Ġesù Kristu, veru Alla u veru bniedem, miet għalina u rxoxta wara tlett ijiem. Dan għamlu biex jagħmilna lkoll ulied t’Alla l‑Missier, jagħmilna wlied fl‑Iben il‑waħdieni. Din hija l‑aħbar ta’ ferħ – Bxara Tajba – Vanġelu, li l‑missjunarji mad‑dinja kollha jwasslu lil dawk il‑bnedmin kollha li magħhom jiltaqgħu. Din hija aħbar hekk kbira u sabiħa li Ġesù Kristu ried li d‑dixxipli tiegħu jmorru mad‑dinja kollha jxerrdu u jwasslu. Din l‑aħbar, jekk aħna tassew nemmnuha, iddawwal lill‑ħajjitna anke fl‑iktar irkejjen mudlama li nkunu fihom. Din hija aħbar li tagħti kuluri sbieħ lill‑esperjenzi li aħna nġarrbu ta’ kuljum. Aħbar bħal din tagħti togħma ħelwa anke lill‑morr li nduqu f’ħajjitna. 6
Din l‑aħbar insejħulha ‘It‑Tħabbira tal‑Misteru tal‑Għid’. Għid ma jfissirx biss qawmien, iżda il‑misteru sħiħ tal‑Għid ifisser il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù Kristu. Huwa veru li biex Ġesù wasal għall‑qawmien glorjuż ħtieġlu jgħaddi mill‑passjoni u l‑mewt tal‑Ġimgħa l‑Kbira, u għalhekk minn dan nitgħallmu li ma nistgħux naslu għall‑ferħ jekk l‑ewwel ma nkunux lesti li nbatu. Iżda fuq kollox il‑Misteru tal‑Għid jurina wkoll li m’hemmx Ġimgħa Kbira, tbatija li ma twassalx għall‑qawmien; għar‑rebħa. Għalhekk, għeżież tfal ma naqtgħux qalbna fid‑diffikultajiet u fit‑tbatija, fil‑mard u fl‑inkwiet tal‑ħajja, għaliex dan kollu, inklużha l‑mewt, mhix l‑aħħar kelma. WARA HEMM IR‑REBĦA TAL‑QAWMIEN.
- it‑Tajjeb! L‑Ghid
żEWġ LAMPI TAż‑żEJT Storja addattata minn Claudia Cini • Illustrazzjonijiet ta’ Monique Mallia
Sena 1817: Pauline, tfajla Franċiża ta’ 18‑il sena kienet qed titlob fis‑skiet meta kellha viżjoni xi ftit stramba.
Pauline, li kellha għal qalbha il‑Fidi u kienet tħobb ħafna lill‑Missjoni, malajr fiehmet it‑tifsira ta’ din il‑viżjoni.
Il‑lampa l‑vojta tirrappreżenta l‑Fidi fi Franza ‑ Fidi fqira!
Il‑lampa mfawra tirrappreżenta l‑Fidi tal‑Kattoliċi fil‑Missjoni. Il‑Fidi ta’ dawn il‑Missjunarji terġa’ trawwem il‑Fidi fil‑pajjiż!
7
Madwar sena wara, Pauline waqt li kienet titlob ġieha l‑ħsieb x’kellha tagħmel biex tgħin lill‑Missjunarji. Il‑pjan ikun jismu ‘Ċrieki t’10’. Kull persuna trid tikkommetti ruħha li twarrab ċenteżmu kull ġimgħa għall‑Missjoni.
Fl‑istess ħin kull persuna trid issib 10 persuni oħra li jagħmlu l‑istess ħaġa. U jibqgħu sejrin hekk, dejjem jiżdiedu.
Pauline, li kellha għal qalbha il‑Fidi u kienet tħobb ħafna lill‑Missjoni, malajr fiehmet it‑tifsira ta’ din il‑viżjoni.
Ninsab skantata kif QATT ħadd qabel ma’ ġietu din l‑idea sempliċi!
8
L‑ewwel persuni li ssieħbu f’din ‘L‑Għaqda’ kienu xi tfajliet li kienu jaħdmu fil‑fabbrika tal‑ħarir li kellu missierha. Tfajliet foqra li biex iwarrbu ċenteżmu kien diġa’ sagrifiċċju kbir għalihom.
Sas‑sena 1820, kienu diġa’ involuti 1,000 persuna. Id‑donazzjonijiet tagħhom intbagħtu lill‑Missjunarji fiċ‑Ċina. Ix‑xewqa ta’ Pauline kienet li tibgħat aktar donazzjonijiet lill-missjonijiet oħrajn ukoll. Għal bidu Pauline sabet min ma qabilx magħha. Tfajla ambizzjuża wisq int Pauline. Ma taħsibx li qed tara kbir wisq?
Għax ma qgħadtx bi kwietek id‑dar!
9
Pauline ma qatgħetx qalbha. F’Mejju 1822, f’Lyons saret laqgħa bejn Dun Angelo Inglesi u xi rġiel li xtaqu joħolqu għaqda tixbah lil dik ta’ Pauline. L‑Għaqda tagħna mhux ser tgħin Missjoni waħda, imma Missjonijiet ma’ kullimkien.
L‑Għaqda tagħna ser tgħin lill‑Missjonijiet ta’ Louisiana li jifirxu mill‑Messiku sal‑Kanada.
Dan hu dak li dejjem xtaqt jien!
Jiena s‑sulfarina li qabbadt in‑nar !
L‑Għaqda tas‑Sinjorina Jaricot tagħmel ħafna sens, l‑Għaqda tagħna tkun tixbah lil tagħha.
Naqbel li d‑donazzjonijiet tal‑Għaqda tiegħi jiżdiedu ma’ taghkom għall‑ġid tal‑Missjonijiet.
Xi snin wara mar ikellem lis‑Sinjorina Pauline Jaricot, l‑Isqof Charles de Forbin Janson li kellu xewqa kbira jgħin lit‑tfal tal‑Missjoni. Flimkien iddeċidew li l‑Isqof Charles kellu juża mat‑tfal l‑istess pjan li użat Pauline mal‑kbar. B’hekk inħolqot l‑għaqda magħrufa ‘Children Helping Children’. 10
AĦBARIJIET U KURŻITAJIET MID‑DINJA KOLLHA
N
icholas Lowinger kellu biss ħames snin meta beda jgħin f’dar għal dawk bla saqaf fuq rashom. Huwa kien jiltaqa’ mat‑tfal li ma kellhomx żarbun jew li kellhom xi wieħed imqatta’ u riedu jmorru l‑iskola bih. It‑tfal tamparu kienu jgħidulu li kienu jfallu l‑iskola għax kienu jissellfu ma’ ħuthom iż‑żarbun. Oħrajn kienu jgħidulu li kienu jkunu bbuljati l‑iskola minħabba f’hekk u ħafna kienu jitilfu l‑istima tagħhom infushom. Dawn it‑tfal lil Nicholas messewlu qalbu u ta’ tifel li kien, kien jagħtihom iż‑żraben tiegħu u xi ħwejjeġ li rari kien jilbes. Fl‑2010, beda jaħdem fuq proġett li kien jaf li bih ser jgħin lil dawn it‑tfal li kienu qed jitilfu l‑iskola u opportunità sabiex ħajjithom tkun aħjar. Nicholas ħadem mal‑komunità tiegħu biex jgħinuh jiġbor żraben ġodda. Daħħal miegħu ħwienet u manifatturi taż‑żraben biex jgħinuh jagħmel din il‑bidla fis‑soċjetà. Fl‑ewwel sena tagħha din l‑inizjattiva għenet madwar 400 tifel u tifla f’Rhode Island. Imma mbagħad bl‑għajnuna ta’ 2,700 voluntier li kienu jippakkjaw u joħolqu kartolini
personalizzati b’messaġġi ta’ tama biex jakkumpanjaw iż‑żraben, Nicholas irnexxielu jagħti żraben ġodda lil madwar 28,000 tifel u tifla foqra f’36 stat. Dan il‑proġett kien jismu ‘Gotta Have Sole Foundation’ li kien jgħin ukoll billi jagħti sapport u motivazzjoni lit‑tfal bl‑għajnuna fix‑xogħol tal‑iskola u għajnuniet oħrajn li jkun hemm bżonn. Illum Nicholas għandu 17‑il sena u jmexxi din il‑fondazzjoni mill‑garaxx tiegħu stess, li huwa mimli bi żraben ġodda li ngħataw mill‑kumpaniji kbar taż‑żraben mill‑pajjiż kollu. Wara, dawn iż‑żraben jintbagħtu sa wara l‑bibien tat‑tfal, u meta jkun jista’ saħansitra jwassalhomlhom huwa stess.
B
ana al‑Abed hija tifla li fl‑età ta’ 7 snin użat it‑twitter biex tiddokumenta dak li kien qed jiġri f’Aleppo, is‑Sirja. Din kienet tikteb dwar l‑atroċitajiet li kienu jsiru fis‑Sirja mikula bil‑gwerra. B’dak li kitbet ġibdet l‑attenzjoni ta’ ħafna mexxejja mid‑dinja kollha li ħadu azzjoni. Fl‑2018, Bana kienet onorata bir‑Rising Star Award.
F
’Marzu tal‑2002, ħaddiem tat‑tifi tan‑nar li kien qed ifittex fit‑tifrik ta’ Ground Zero, wara l‑attakk terroristiku li kien sar fi New York fid‑9 11
ta’ Settembru 2001, sab Bibbja maqbuda ma’ biċċa azzar li kienet inħallet fin‑nirien. Il‑folja tal‑ktieb, miftuħa fl‑azzar f’forma ta’ qalb, kienet mill‑Vanġelu ta’ San Mattew 5:38‑39, li tgħid: “Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal‑lemin, dawwarlu l‑ieħor ukoll.” Il‑ħaddiem sejjaħ fotografu li ħa ritratti tal‑biċċa azzar bil‑Bibbja mwaħħla miegħu. Fejn kollox inqered jew inħaraq, din il‑Bibbja fraġli
baqgħet hemm biex twassal messaġġ lid‑dinja. In‑natura tagħna tħeġġiġna biex inpattu l‑ħażin bil‑ħażin; Alla, minflok, jistedinna biex naħfru u nibqgħu nħobbu, filwaqt li nħallu f’idejh il‑ġustizzja. Illum din il‑Bibbja fl‑azzar tinsab fin‑National 9/11 Memorial Museum. Papa Franġisku kien raha fiż‑żjara tiegħu fi New York f’Settembru tal‑2015.
Eżempji sbieħ: • Roberta Zammit minn Ħaż-Żebbuġ Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: € 3 ‑ Tiġieġa għal familja fil‑bżonn € 20 ‑ Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ € 50 ‑ Tabib ikollu lbies prottetiv biex jikkura persuni morda bil‑COVID‑19 fil‑missjoni
€ 100 ‑ Tliet xhur skola primarja u ikla kuljum lil tifel jew tifla foqra Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! 12
KRAFT TRADIZZJONALI Nancy Camilleri
BAJD PYSANKY MILL‑UKRAJNA
X’għandek bżonn:
• Bajda friska ta’ tiġieġa ta’ lewn abjad • Labra tal‑ħjata kbira u ħoxna • Ġem markers ta’ kuluri differenti jew • Żebgħa tal‑krafts bħall‑‘poster colours’
Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jużaw labra u ħallihom jagħmluha biss jekk tkun komdu biha.
Dejjem aħsel idejk sew.
• Pniezel irqaq u ‘straw’
Metodu: Jekk se tuża bajda friska segwi l‑istruzzjonijiet kollha u jekk se tuża bajda iebsa aqbeż l‑ewwel tliet struzzjonijiet. Importanti li tħalli l‑bajda tibred sew qabel tużaha. 1.Aħsel sew il‑bajda u bil‑labra taqqabha minn fuq u minn taħt. 2.Permezz ta’ ‘straw’ irqiqa, onfoħ b’kemm għandek saħħa minn toqba minnhom sabiex tbattal il‑bajda ġo xi skutella sabiex ma tinħeliex u tkun tista’ tużaha għat‑tisjir. 3.Erga’ aħsel il‑bajda minn barra u minn ġewwa bl‑ilma u ftit sapun u aħsel idejk sew. 4.Bil‑ġem markers jew biż‑żebgħa u b’pinzell irqiq, pinġi diversi disinji fuq il‑bajda d‑dawra kollha. 5.Ara l‑eżempji tad‑disinji hawn taħt sabiex timxi mat‑tradizzjoni Ukrena u fl‑istess ħin titgħallem xi jfissru s‑simboli. 6.Pinġi diversi bajd ikkulurit u b’simboli differenti.
Kont taf li: għal ġenerazzjonijiet sħaħ, l‑Ukreni żejnu l‑bajd bis‑simboli billi jużaw iż‑żebgħa u x‑xama’ tan‑naħal. Kienu jżejnu l‑bajd biex jiċċelebraw ir‑rebbiegħa bil‑ħajja ġdida u t‑twelid mill‑ġdid tagħha. Is‑simboli kienu jirrappreżentaw is‑saħħa, il‑kuntentizza, l‑imħabba, il‑ħsad u l‑fertilità, fost oħrajn. Wara li l‑Ukreni kkonvertew għall‑Kristjaneżmu, komplew bit‑tradizzjonijiet tal‑arti tal‑bajd tagħhom; biss issa bdew iżejnu l‑bajd tagħhom għat‑tberik tal‑Basket tal‑Għid f’nhar Sibt il‑Għid. Madankollu, l‑istess simboli fuq il‑bajd kellhom tifsiriet Kristjani ġodda. (Ara l‑istampi). 13
RIĊETTA TRADIZZJONALI
XARBA TAL‑FRAWLI
Claudia Cini
MINN VERMONT
X’għandek bżonn (għal 4 persuni): • 150 gramma frawli • 75 gramma zokkor • 600 millilitru ħalib • 150 millilitru krema friska • Ftit ġelat tal‑vanilla jew tal‑frawli
Metodu: • Naddaf il‑frawli, poġġihom flimkien maz‑zokkor ġo blender u ħawwadhom sew. • Żid il‑ħalib, il‑krema friska u l‑ġelat mat‑taħlita, u ħaddem sewwa. • Ferra’ x‑xarba ġo erba’ tazzi u servi kesħin.
Bon Appetit (L‑Ikla t‑Tajba) Nota: It‑tisjir huwa sabiħ speċjalment meta t‑tfal jagħmluh ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom, però importanti li nieħdu l‑miżuri ta’ sigurtà meħtieġa. Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, neħħi xagħrek minn quddiem wiċċek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, ser tuża n‑nar u/jew l‑elettriku.
Kont taf li: Vermont jinsab fl‑istat ta’ New England fil‑Grigal tal‑Istati Uniti tal‑Amerika? Montpelier hija l‑belt kapitali filwaqt li Burlington hija l‑akbar belt. Vermont huwa mlaqqam l‑Istat tal‑Muntanja l‑Ħadra minħabba l‑muntanji pittoreski li hemm f’dan l‑istat. Fil‑fatt il‑kelma Vermont ġejja minn żewġ kelmiet bil‑Franċiż – ‘vert’ li tfisser aħdar u ‘mont’ li tfisser muntanja. L‑aktar reliġjon prattikata f’Vermont hija dik Kattolika Rumana. Fl‑2016 Vermont kien iddikjarat l‑aktar post sigur biex tgħix fih mill‑pajjiżi kollha tal‑Istati Uniti tal‑Amerika. Vermont, li huwa l‑14‑il stat Amerikan, huwa l‑uniku stat li m’għandux ‘skyscrapers’. Kien ukoll l‑ewwel stat li pprojbixxa l‑iskjavitù u huwa l‑aktar stat li għandu pontijiet. 14
KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU APRIL ‑ MEJJU 2022 Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. SIB IT‑TRIQ
Ara jirnexxilekx tgħin lill‑fenek isib it‑triq biex jasal sal‑qoffa. Għodd ukoll kemm ġabar bajd il‑fenek fi triqtu lejn il‑qoffa. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.
START
FINISH
Risposta: Il‑fenek ġabar ____________ bajda.
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif għaddejtu jew biħsiebkom tgħaddu l‑vaganzi tal‑Għid. Kellkom xi esperjenza unika? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.
TFAL MISSJUNARJI – Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
15
KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU APRIL ‑ MEJJU 2022 ISEM U KUNJOM: INDIRIZZ:
__________________________________________________________________
______________________________
_______________________________________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
SKOLA:
ETÀ:
KODIĊI POSTALI: ______________________________
__________________________________________________________________________________________________________________
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Diċembru 2021 – Jannar 2022 – Ħarġa Nru.90.
1. SIB IT‑TRIQ
2. KITBA U TPINĠIJA
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Selina Joy Scicluna u Mariah Micallef, it‑tnejn minn Ħaż‑Żebbuġ u Francesco Sciberras mix‑Xagħra, Għawdex. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.
16
(VO/1178)