Skip to main content

Malta Missjunarja Novembru 2021

Page 1

MISSJUNA TA

A RJ

MA L

NEWSPAPER POST Novembru 2021 SENA 90

2022

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

SEN A

MI

SS

TAʼ SE

JO N

I

1932 R V IZ Z G Ħ A L L-

(V0/1178)

02 B’Qalb Ħelwa Tibni Fis‑Sod  12 Aħbarijiet Mill‑Malawi 22 Josè Luis Sànchez Del Rìo  32 Il‑Madonna Ta’ Sion għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL – DUN VICTOR AGIUS

Novembru 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

B’Qalb Ħelwa Tibni fis‑Sod

D

awk li għandhom qalbhom ħelwa huma mberkin minn issa stess, għaliex minn issa jaraw li għandhom il‑possibiltà li jibdlu d‑dinja ta’ madwarhom; l‑aktar billi jibdlu l‑mod kif jirrelataw man‑nies ta’ madwarhom. F’soċjetà li ħafna drabi hija ddominata minn vjolenza, arroganza u inġustizzja, huma jsiru ‘sinjal ta’ kontradizzjoni’ u jirradjaw ġustizzja, ftehim, tolleranza, ħlewwa u stima ma’ kulħadd.

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Esperjenza Missjunarja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: In‑nies kollha fir‑raħal ta' Sengal Soolai f 'Tamil Nadu l‑Indja, jaħdmu għal tnax‑il siegħa kuljum, sitt ijiem fil‑ġimgħa, jagħmlu l‑briks bl‑idejn għall‑bini tad‑djar. 2

Esperjenza 1 ‑ Inkulturazzjoni Fl‑iskola elementarja fejn ngħallem hemm ħafna tfal stranġieri. Mhux faċli tissoċjalizza magħhom, speċjalment ma’ grupp żgħir minnhom li huma żingari. Klassi jħarbtuha u huma aggressivi ħafna, bil‑ġenituri tagħhom deħlin u ħerġin il‑ħabs. Ġurnata waħda, biex ngħin waħda minn sħabi l‑għalliema, li ma setgħetx aktar tiffaċċja s‑sitwazzjoni, iddeċidejt li nieħu dan il‑grupp tagħha fil‑klassi tiegħi. Ħsibt f’Ġesù li huwa l‑mudell tal‑ħlewwa u l‑paċenzja, ippreparajtilhom l‑aħjar postijiet fil‑klassi u kif waslu ppreżentajthom lit‑tfal


Novembru 2021

tal‑klassi tiegħi bħala t‑tuturi tagħhom, peress li t‑tfal tiegħi kienu iżgħar minnhom fl‑età. Biex iħossuhom protagonisti, tlabthom biex jgħallmuna xi kliem bir‑Rom, il‑lingwa tagħhom, hekk tajthom parti mil‑lezzjoni. Issa qed iġibu rwieħhom aħjar u l‑inkulturazzjoni bdiet taqbad l‑art. (E. ‑ Italja)

Esperjenza 2 ‑ Il‑ferita Meta jkun hemm xi festa għandi d‑drawwa li nagħti ftit flus lill-erbat itfal tiegħi biex jixtru bihom xi rigali għal tfal foqra. L‑aħħar darba, iż‑żgħir talabni aktar flus. Kien sema’ li missieru kien bla xogħol u ma setax jagħti rigali lil uliedu li għandu minn mara oħra. Għalija din kienet daqqa ta’ stallett f ’qalbi. Snin ilu żewġi kien telaqna u l‑ferita kienet għadha hemm. Dak il‑lejl bkejt ħafna, ħassejtni ttraduta anki minn uliedi stess. Imma forsi kont jiena li qiegħda fl‑iżball u ibni

ż‑żgħir kien qed jagħtini lezzjoni. L‑għada żidtlu l‑pocket money. Ftit wara wliedi talbuni ngħin lil missierhom isib xogħol. Ħassejt li din kienet daqqa oħra kbira f ’qalbi. Anki jekk ma kienu qatt irċevew l‑ebda rigal mingħandu, kienu qed jitolbuni ngħinu. Imma anki jekk dawn il‑memorji kienu qed iweġġgħuni ħafna, jiena fhimt li kelli npoġġi fil‑prattika l‑kmand ta’ Ġesù li nħobb lill‑għedewwa tiegħi. Kienet iebsa, imma

għamiltha. Il‑ferħ li rajt f ’uliedi diffiċli niddeskrivih. Irringrazzjajt lil Alla għall‑ġenerożità tagħhom kif ukoll għall‑fatt li kienu huma li tawni l‑opportunità li nneħħi minn qalbi kull traċċa ta’ mibegħda li kienet ittormentatni għal tant żmien. (C.C. – Kolumbja)

“Imberkin dawk li qalbhom ħelwa, għax jiksbu l‑art.” (Mt. 5:5) 

Biex infiq għandi bżonn id‑demm.

Int tista’ tgħinni? Grazzi mill‑qalb! 3


Novembru 2021

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Minn Fejn Ġejjin u Fejn Ser Nispiċċaw?

I

x‑xahar ta’ Novembru, aktar minn xhur oħrajn, jgħinna biex nirriflettu aktar mis‑soltu li ħadd m’għandu daru hawn fl‑art li tibqa’ għal dejjem. Id‑daqq tal‑qniepen b’nota ta’ niket, iż‑żjajjar tal‑oqbra tal‑għeżież tagħna u l‑Kelma t’Alla, speċjalment waqt il‑quddiesa, ifakkruna li ġurnata aħna wkoll għad niġu wiċċ imb wiċċ mal‑mewt. Il‑mewt ma tħares lejn wiċċ ħadd, m’għandha rispett lejn ħadd u lejn xejn. Il‑mewt tħabbat il‑bieb tas‑sinjur u tal‑fqir, 4

taf tfittex lil min hu marid u lil min hu b’saħħtu. Ix‑xjuħ tagħna, fl‑għerf tagħhom, kienu jgħidu li l‑mewt hija l‑aktar ħaġa ġusta li għamel Alla għaliex hija għal kulħadd. Ħadd ma jista’ jixtri l‑mewt jew jaħrabha. Hawn min jibza’ jisma’ mqar il‑kelma ‘mewt’ jew min jitkellem dwarha. Issib min jgħidlek li qatt ma mar funeral lanqas ta’ dawk l‑aktar għeziez għalih, bħall-ġenituri jew qraba. Ma nistgħux noqogħdu naħsbu l‑ħin

kollu fuq il‑mewt għaliex żgur li nispiċċaw ħażin. Imma lanqas ma nistgħu nwarrbuha għal kollox minn quddiemna għaliex inkunu qed nidħqu bina nfusna. Il‑mewt iġġegħelna nagħmlu mistoqsijiet fundamentali bħal: “Minn fejn ġejjin? Fejn ser nispiċċaw? Għalfejn qegħdin fuq wiċċ din l‑art? X’ hemm ’ il hemm mill‑qabar? Il‑ħajja fuq din l‑art ta’ min jgħixha biex fl‑aħħar nispiċċaw ftit irmied taħt erba’ kaptelli?” Bil‑moħħ tagħna biss ma naslu qatt u qatt li nwieġbu għal dawn il‑mistoqsijiet fundamentali għaliex il‑mewt taf iddaħħalna ġo sqaq li ma jwassal għal imkien. Hija għalhekk ħaġa mill‑iżjed naturali li n‑Nisrani wkoll, quddiem il‑mewt, isewwed qalbu mhux biss għax jaf li ġismu għad jara t‑taħsir, imma wkoll għall‑fatt li kollox jispiċċa għal dejjem. Imma n‑Nisrani, b’differenza


B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

Dan il‑ħsieb huwa żgur ta’ faraġ għalina lkoll għaliex jurina li l‑għeżież kollha li diġà mietu jinsabu quddiem Alla u qegħdin fih jgħixu l‑veru ħajja li ma tispiċċa qatt. Min‑naħa l‑oħra, dan huwa messaġġ ta’ tama għaliex nafu li l‑mewt diġà ġiet mirbuħa bil‑qawmien ta’ Kristu. Is‑sejħa tagħna hija għalhekk, sejħa biex ngħixu għal dejjem f’Alla li ħalaqna, li ħabbna u li salvana biex fih ngħixu għal dejjem. 

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

għal min m’għandux fidi, jagħraf li Alla nissel fil‑qalb tal‑bniedem ix‑xewqa li jgħix għal dejjem. In‑Nisrani, imdawwal mill‑Kelma t’Alla, jagħraf li Alla ħalaq lill‑bniedem biex jgħix f’għaqda għal dejjem miegħu, għaqda li la tista’ titħassar u lanqas tintemm. Kristu, bil‑misteru tal‑Għid, rebaħ il‑mewt u għaddieha lill‑bnedmin kollha li fuq din l‑art għexu f’għaqda miegħu.

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Novembru 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


Novembru 2021

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Novembru 2021 Intenzjoni Universali Persuni Li Jsofru Mid‑Dipressjoni

“Nitolbu sabiex persuni li jsofru mid‑dipressjoni jew għeja mentali jsibu l‑għajnuna u d‑dawl li jiftaħ għal ħajjithom.”

S

fortunatament il‑bniedem xi kultant jista’ jgħaddi minn toroq wisq mudlama u jekk ma jsibx l‑għajnuna ġusta jista’ jdum ma jara xaqq ta’ dawl li jfejjaq il‑problema u

6

s‑salib li jkun qed jgħaddi minnhom. Għalhekk, f’dan ix‑xahar tajjeb ukoll li nitolbu għalina u għal ħutna li jistgħu jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli ta’ għeja mentali li kulħadd jista’ xi darba jkun suġġett għaliha, sabiex jerġgħu bl‑għajnuna tal‑Mulej u tal‑Madonna ‑ Saħħa tal‑Morda ‑ jiksbu s‑saħħa li tant għandhom bżonn. Fuq kollox ngħidu lil dawn il‑persuni sabiex iduru dejjem lejn Alla l‑Imbierek li dejjem qiegħed magħhom, għalkemm forsi xi darba ma jħossuhx. Imma Alla huwa dejjem mal‑bniedem u dejjem

qiegħed hemm lest biex jgħinu u jfejqu, kif naraw tajjeb fil‑Bibbja. Pereżempju fil‑Ktieb tal‑Ġenesi 20:17, insibu lil Alla jfejjaq lil Abimelek u naraw lil Alla jeħles lill‑bniedem mill‑iskjavitù tal‑Eġittu. Naraw mela lil Alla jfejjaq għaliex: “YHWH huwa t‑tabib tiegħek” (Eżodu 15:26). Hekk naraw fl‑esperjenza tad‑deżert, fejn Alla ordna lil Mosè jaħdem serp tal‑bronż ħalli jfejjaq lil dawk li kienu ngidmu mis‑sriep velenużi tar‑ramel. Fit‑Tieni Ktieb tal‑Kronaki naraw lil Alla jisma’ t‑talba ta’ Eżekija u jfejjaq lill‑poplu (30:20). Fil‑ktieb ta’ Tobit


Novembru 2021

naraw il‑messaġġier ta’ Alla, l‑anġlu Rafel, bħala l‑anġlu tal‑fejqan (Tob 5:4). Is‑Salmi 6, 41, 103 u 147 jitolbu lil Alla għall‑fejqan. Il‑fejqan narawh fuq kollox f’Ġesù fit‑Testment il‑Ġdid fid‑diversi mirakli tal‑fejqan li għamel, kif insibu f’Luqa 7:18‑23: “Morru agħtu lil Ġwanni l‑aħbar ta’ dak li rajtu u smajtu: kif il‑għomja qegħdin jerġgħu jaraw, iz‑zopop jimxu, l‑imġiddmin ifiqu, it‑torox jisimghu, il‑mejtin iqumu u kif il‑Bxara t‑Tajba qiegħda tixxandar lill‑fqar. Hieni hu min ma jitfixkilx minħabba fija”. Fil‑quddiesa li Papa Franġisku jqaddes ta’

kuljum f’Dar Santa Marta fil‑Vatikan, nhar is‑27 ta’ Novembru 2014 għamel ħafna kuraġġ lil dawn ħutna li għaddejjin minn xi tip ta’ dipressjoni sabiex jitolbu dejjem lil Alla u ma jaqtgħux

qalbhom mill‑ħajja: “Ebda Dipressjoni, imma Tama”. Huwa mela d‑dmir tagħna wkoll li nitolbu għal dawn ħutna fil‑bżonn, għaliex forsi anke għada jien ukoll inkun fil‑bżonn. 

Lourdes – Il‑Belt tal‑Mirakli fi Franza Mit‑Tnejn 6 sal‑Ġimgħa 10 ta’ Diċembru 2021 Gwida u Diretur Spiritwali ‑ Dun Reno Muscat Din is‑sena għall‑Festa tal‑Kunċizzjoni ejja magħna 5t ijiem Lourdes, belt kwieta ħafna magħżula minn Sidtna Marija. Waqtiet biex tirrilassa u ssib il‑paċi f'atmosfera ta’ talb u ġabra. Il‑lukanda tinsab biss 5 minuti mixi mis‑santwarju. Ġita fuq bażi full board. Inżuru wkoll il‑Belt ta’ Pau għas‑Suq tal‑Milied. Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista' jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 2040 • Mob:+356 7979 2040 Imejl:info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours• Websajt: www.ytc.com.mt 7


Novembru 2021

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Ritratt: Missio Italia

Tabilħaqq Alla Huwa l‑Veru Missjunarju

D

un Pierluigi Maccalli, tas‑Soċjetà Missjunarja Afrikana (SMA) f ’Settembru 2018 inħataf fin‑Niġer fejn kien missjunarju, u nżamm priġunier f ’Mali mill‑grupp li jappoġġa l‑Iżlam u l‑Musulmani (Gsim). Inħeles fit‑8 ta’ Ottubru 2020 flimkien ma’ tliet ostaġġi oħra: il‑politku Malian Soumaila Cisse, l‑umanitarja Franċiża Sophie Petronin u t‑Taljan Nicola Chiacchio, li kien miegħu fil‑ħabs għal aktar minn sena. Fid‑9 ta’ Novembru 2020 kellu udjenza privata ma’ Papa Franġisku, u qasam magħna 8

dak kollu li għadda minnu u kif skopra viżjoni oħra tal‑missjoni. “Inħtaft mill‑Mujaħeddin Musulmani fil‑lejl tas‑17 ta’ Settembru 2018 u nżammejt priġunier għal aktar minn sentejn fis‑Saħħara f ’Mali. F’daqqa waħda ġew u ħatfuni mill‑post tal‑missjoni tiegħi f ’Bomoanga fin‑Niġer, hekk kif kont, liebes biss il‑piġama u l‑karkur. Hekk għext il‑‘kenosi’ tiegħi: imneżża’ minn kollox, miċħud mil‑libertà u fil‑ktajjen. Dan ġara wara li kont għamilt għaxar snin missjoni fil‑Kosta tal‑Avorju

u ħdax‑il sena fin‑Niġer. Matul dan iż‑żmien fl‑Afrika dejjem ippruvajt ngħaqqad il‑Vanġelu mal‑promozzjoni umana. Kont attiv u minn ta’ quddiem nett f ’dik li hija karità: skejjel, kliniċi tal‑maternità, ċentri ta’ nutrizzjoni għal tfal malnutriti u orfni, attenzjoni għall‑emarġinati u l‑ħandikappati, spieri u bjar. Dan il‑ħtif kien għalija taqliba interjuri kbira u t‑tifrik totali tal‑ħajja kuntenta li kelli bħala missjunarju. Wara ftit taż‑żmien bdejt nistaqsi lili nnifsi kif


Novembru 2021

stajt inkun missjunarju f ’din is‑sitwazzjoni hekk partikulari? Ftakart f ’dak li kont tant nemmen fih bħala missjunarju, sentenza mqassra tal‑Ġiżwita Francois Varillon: “Dak li l‑bniedem jagħmel uman, Alla jagħmlu divin”. Ħassejt li stajt nipprova nibni relazzjonijiet umani ma’ dawn in‑nies. Huma kellhom l‑armi f ’idejhom, kienu qed jgħassuni, rabtuni bil‑ktajjen, imma baqgħu dejjem bnedmin, persuni. Hekk bdejt nibni magħhom xi forma ta’ djalogu, sa fejn kien possibbli, b’dawk l‑erba’ kelmiet li kont naf bl‑Għarbi. U rajt li, għalkemm ftit, bdejt noħloq xi relazzjonijiet.

li kont għallimtu. Qabel ma nfridna kont ħallejtlu l‑basket tiegħi u hu tani tiegħu. Għamilna hekk, biex inżommu rikordju ta’ xulxin. Lil Mujaħeddin ieħor, li kont indunajt li kien qed ibati mill‑uġigħ tas‑snien, tajtu ftit ‘toothpaste’ tal‑menta milli kelli. Issuġġerejtlu jpoġġi ftit minnu fil‑kavità u mar tajjeb. Darba, kien tard bil‑lejl, ġie jqajjimni għax kien muġugħ. U hekk għal xahar sħiħ ‘fejjaq lilu nnifsu’ bit‑‘toothpaste’. Imma mbagħad is‑sitwazzjoni marret għall‑agħar u kellhom jeħduh jaqla’ d‑darsa. Imma għal xahar sħiħ imxejna flimkien ’il quddiem bit‑‘toothpaste’ maġiku tiegħi.

Niftakar f ’wieħed Mujaħeddin li kien iġibli l‑ħobż. Xtaq jitgħallem jaqra n‑numri bil‑Franċiż. Ippreparajtlu karta u hu, kull filgħaxija, kien jiġi u jirrepeti l‑lezzjoni u jara tgħallimx tajjeb dak

Ħafna minn dawk li kienu ħatfuna kienu għadhom żgħar, kellhom madwar 20 sena. Wieħed kellu biss 13! Il‑kapijiet ta’ dawn il‑gruppi kienu ta’ bejn it‑30 u l‑35 sena. Imma l‑maġġoranza kienu żgħażagħ u bla skola,

tfal li kienu ġew indottrinati minn vidjows ta’ propaganda li kienu jsegwu minn fuq il‑mowbajls li kienu dejjem f ’idejhom, bl‑illużjoni li hekk kienu qed jgħixu l‑Iżlam u li qed jagħmlu xi ħaġa kbira għal Allah. Kont tabilħaqq nitħassarhom. Bħala missjunarju, kemm kont naħdem u nistinka biex niżgura futur differenti għaż‑żgħażagħ; iż‑żgħażagħ huma l‑futur tal‑Afrika, biex imbagħad tara lil dawn iż‑żgħażagħ jaħlu ħajjithom iżommu b’‘kalashnikov’ f ’idejhom u eventwalment jibdew joqtlu lin‑nies; x’ħasra. It‑triq tal‑vjolenza u l‑gwerra ma se twassalhom imkien, ħlief biex imutu ħafna nies innoċenti. Kont nitlob għalihom, huma li kienu qed jippersegwitawni, u kont ngħid: “Mulej, ma jafux x’inhuma jagħmlu. Għinni biex dejjem naħfer, infittex toroq għall‑paċi u noħloq fratellanza, u li nagħmel dan b’umiltà”.

Ritratt: Missio Italia

Episodju ieħor li kien laqatni u li għamilli ħafna ġid kien dak ma’ Abdurraħaman. Dan kien il‑kap tal‑grupp li kienu jieħdu ħsieb l‑għassa tiegħi. Darba kont stqarrejtlu li kont imdejjaq għaliex wieħed mill‑gruppi tagħhom ma tantx kien ġentili miegħi. Kont għedtlu: “Ilni fl‑Afrika għal aktar 9


Novembru 2021

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Ritratt: AgenSIR

minn 21 sena u qatt ma kont rajt żagħżugħ ikellem ħażin lil wieħed anzjan.” Kienu jikkunsidrawni bħala l‑anzjan fil‑grupp u dawk iż‑żgħażagħ kienu jsejħuli ‘xebani’ (xiħ bl‑Għarbi jew bit‑Tuareg). U hekk, fil‑5 ta’ Frar 2020, dan ġie u qalli: “Ilħaqna ftehim u mhux se ndumu biex lilkom l‑ostaġġi neħilsukom, però qabel ma titilqu nixtieq ngħid lix‑‘xebani’ skużi. Nitolbok skuża jekk xi ħadd minna l‑Mujaħeddin naqsek mir‑rispett bi kliem jew ġesti mhux xierqa”. Skantani ħafna li qalli hekk u bla ma qgħadt naħseb wisq weġibtu: “Grazzi, naċċetta dak li għedtli u niżgurak li ma ser inġorr xejn f ’qalbi kontra tagħkom”. Jien konvint li hekk biss nistgħu nibdew nibnu dinja aħjar. Aħna bħala missjunarji nixtiequ nibnu dan bl‑eżempju tagħna ma’ kulħadd. Niftakar l‑aħħar episodju, 10

il‑ġurnata meta ħelsuna, it‑8 ta’ Ottubru 2020, kont fil‑karrozza mal‑kap tal‑grupp li kien l‑uniku wieħed li kien jitkellem u jifhem sew il‑Franċiż, u jiena għedtlu: “Qabel ma nħallikom xtaqt ngħidilkom kelma waħda”. “Xi trid tgħidli?” qalli, “Li Alla, xi darba, jgħinna nifhmu li aħna lkoll aħwa”. Hu rreaġixxa immedjatament u qalli: “Le, le ma jkun qatt! Ħija huwa biss min hu Musulman”. Ma rrispondejtux. Ma nista’ nkun naf qatt jekk dik il‑kelma tiegħi missitlux qalbu, imma l‑istedina li nkunu aħwa ta’ xulxin tiġbor fiha t‑tagħlim kollu tal‑Vanġelu: aħna lkoll aħwa, wlied ta’ Alla l‑Missier. Il‑fratellanza hija l‑orizzont li lejh aħna lkoll miġbuda u mexjin; dik li aħna nsejħu s‑Saltna ta’ Alla fuq l‑art. Nerġa’ lura lejn ir‑rakkont tal‑ħtif tiegħi. Wara l‑ewwel

sitt xhur ta’ solitudni poġġew miegħi lil Luca, żagħżugħ Taljan minn Padova li kienu ħatfuh tliet xhur warajja. F’Awwissu 2019 ingħaqad magħna wkoll Nicola. Hekk għal xi żmien konna tliet Taljani. Ħafna drabi għedtilhom: “Grazzi li qegħdin hawn!” Li tkun waħdek hija ħaġa wisq iebsa, imma li nkunu flimkien u nistgħu naqsmu dak li għaddejjin minnu huwa ta’ għajnuna kbira. Konna ta’ għajnuna kbira għal xulxin u din kienet fortuna. Anki meta, minħabba pariri u modi kif naraw is‑sitwazzjonijiet, konna ma naqblux, dejjem spiċċajna biex ngħidu lil xulxin: “Skużi, din hija s‑sitwazzjoni tagħna: aħna ħabsin, aħna mfarrkin u fil‑limiti tal‑forzi”. It‑toqol tal‑ħabs kien wisq tqil, għaddejna anki minn mumenti ta’ frizzjonijiet u ta’ nervi, imma dejjem fhimna lil xulxin. Dejjem ittamajna li ma jdumx ma jgħaddi kollox. Bdejt naħseb, kemm‑il darba ħassejt li ġejt minsi, imma kont żbaljat. It‑testimonjanzi li ġbart, meta mort lura l‑Italja, qabbżuli d‑dmugħ. It‑tgħanniq kollu li rċevejt qasamli qalbi, tant imħabba li qatt ma mmaġinajt daqshekk kbira. L‑ewwel tgħanniqa kbira kienet mill‑familja tiegħi; kienet


Novembru 2021

Ħsibt li ħlewli sentejn minn ħajti bħala missjunarju,

Ritratt: AgenSIR

kommoventi ħafna. Qawwi wkoll kien il‑mument meta mort fil‑post fejn għext u fid‑djoċesi tiegħi ta’ Crema, fedelment għal sentejn, kull 17 tax‑xahar, velji u mixjiet ta’ talb. Fuq livell internazzjonali, il‑komunità tiegħi SMA u ħafna ħbieb, talbu b’insistenza lil Alla għall‑ħelsien tiegħi. Tassew bqajt immeraviljat, skantat u milqut minn dan kollu, kemm nies kienu qrib tiegħi. Ma stennejtx daqshekk. Kitbuli anki minn Spanja, minn Franza, minn Togo, minn Benin u mill‑Arġentina.

imma rrealizzajt li kienu sentejn mimlija frott għall‑Knisja, għal ħafna komunitajiet, kif ukoll għall‑istess missjoni f ’Bomoanga fin‑Niġer minn fejn ħafna ċempluli: “Kuntenti li issa inti liberu, żfinna bil‑ferħ fil‑knisja meta waslet l‑aħbar li ħelsuk, aħna

qrib tiegħek. Tiġix għalissa għaliex għadu wisq perikoluż. Nittamaw li għad niltaqgħu ma ndumux. Grazzi għal dak kollu li tajtna!” Imma, f ’dawn l‑aħħar sentejn qisu jidher li ma tajt xejn, kulma għamilt kien sempliċiment nitlob u nipprova nissaporti, li nibqa’ ngħix, bit‑tama li ġurnata nkun nista’ mmur lura biex ngħannaq lill‑familja u lin‑nies li tant inħobb. Nistagħġeb meta nara kif din l‑esperjenza tal‑ħtif tiegħi u ta’ nuqqas ta’ attività totali, ipproduċiet wisq aktar solidarjetà u qlub miftuħa, mix‑xogħol kollu li għamilt qabel bħala missjunarju. Tabilħaqq, Alla huwa l‑veru missjunarju. 

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11


Novembru 2021

SAN PIETRU APPOSTLU

Aħbarijiet Mill‑Malawi

Dear Msgr Valent, Thank you for sending mass stipends for Gregorian masses through Fr Lazarus. Thank you for your missionary generosity and remembering me. I will offer masses for the intention of the donors. I feel very grateful and give back my missionary love to Missio Malta and the Maltese people through the offering of mass and other prayers. Missio Malta and the Maltese people are giving much missionary support to our poor people and needy young church. Children are getting food and are happy (see attached pictures). Poor people are getting 12

clean water through boreholes. Some people are now sleeping in good houses. The joy of these people is indeed the joy of the gospel preached by the Maltese people through their financial sacrifices; even in this difficult time of the pandemic. Once again, thank you Monsignor. Your young brother in mission, Father Vincent Fredrick Mwakhwawa National Director of PMS and National Chaplain of the Laity ‑ Malawi 


Novembru 2021

Dear Msgr Valent, I am sending you the pictures of the house being restored. We are still dealing with the first house of Grace Nyondo. We realized that she had no toilet and bathroom, so we also constructed a bathroom and pitlatrine (toilet) which also cost some money, because for the pitlatrine, as you will see from the pictures, we had to dig the pit and start building it down from the pit. We hope that by next week the builder will finish the work. Father Lazarus has passed me the mass stipends, which I thank you for. We are always grateful for your support and you hold a special place in our daily prayers. May God bless you. Father Joseph Sikwese St Martin De Porres Parish Priest ‑ Malawi  13


Novembru 2021

SAN PIETRU APPOSTLU

Aħbarijiet Mill‑Malawi

Dear Msgr Valent, I write to let you know that I passed the mass stipends that you sent through me to Fr Joseph Sikwese and Fr Vincent Mwakhwawa. I have met my bishop and we had an interesting discussion about my course in Malta. I benefited a lot and I also told him how much care you gave me personally. I sincerely thank you for the masses that you also gave to me. They were a big source of support for me. Grazzi Ħafna! I have been to my village and stayed there for some time. It has been a pleasure to meet my old friends and also appreciate the landscapes of the area. On a sad note, there have been big 14


Novembru 2021

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

levels of poverty among some members. I wish to make a request for water, in case you have a chance for a borehole for the community in my village. At present they have long distances and water is usually dirty in the places that we access it from. They have also problems with the housing. In most cases, it is the roofs that become problematic. The rainy season renders many people without proper places to sleep. I will attach some photos here to exemplify the stories of the desperate situation in the village. I am sincerely thankful for the support that I have always received from Missio Malta. Receive my best regards and those from my family members. Father Lazarus Maloya Malawi 

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 15


SANTA INFANZJA

Novembru 2021

Aħbarijiet Pożittivi mill‑Missjoni Dear Msgr Valentino Borg, Prayerful greetings to you in the name of Jesus and Our Beloved Virgin Mary. Hope this letter finds you in good health and happiness. We are all doing well and schools have reopened, having online classes regularly. Children are healthy and studying well. This is to acknowledge and thank you for all the support you are giving to us through Missio Malta. We are very much grateful to you for your love and generosity. May God always bless you abundantly with good health and happiness. Give my wishes to all the staff who are working with you.

My Bishop Govindu Joji D.D sent you a thank you letter for appreciating your support towards the education of the children and the diocese. Praying for you all, please 16

remember us in your prayers. God bless. Yours sincerely in Divine Mercy, Father Thanaiah Marneni and children ‑ India 


Novembru 2021

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 120 Xiri ta’ kotba inkluż materjal reliġjuż lil tfal tal‑iskola

€ 7 Tiġieġa għal familja

€ 50 Tabib ikollu l‑ilbies

fil‑bżonn

prottetiv biex jikkura persuni morda bil‑COVID‑19 fil‑missjoni.

€ 300 Bini ta’ klassi fi skola

€ 450 Għajnuna biex

f’Myanmar

tinbena dar fil‑missjoni.

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 17


SANTA INFANZJA

Novembru 2021

Aħbarijiet Pożittivi mill‑Missjoni Dear Monsignor Valent, Greetings from Nairobi. I hope you are well. I wish to inform you that Stephen was operated upon recently. The child was blind, but now can see things that are near. Please find attached some pictures Dear Msgr Valentino Borg and Fr Victor Agius, Warm greetings from Fr Susai Alangaram and all of us in Ilanthalir. We are fine and we wish and pray that you and everyone in Missio Malta is doing fine. I am pleased to inform you of the completion of the sanitary work carried out at the children’s home at Karungulam with the financial support of Missio Malta. We thank Missio Malta for the generous support. A special word of thanks to Fr Victor and his friends who mobilized this fund for us. We were able to complete the work in time and within the budget. Please find below a brief report on the completion and some photos of the project. 18

of the child and the mother. We remain ever grateful. Ilanthalir Home for children is run with nearly 60 girls from the drought hit areas of Tiruchirapalli, district of Tamil Nadu. The home was opened in 1997 to accommodate children who had the desire to study and had fewer opportunities to go to school due to financial difficulties or household works. The home started to serve the under privileged children with minimum facilities and in the course of time, we improved the amenities like proper toilets, study rooms, dormitory, etc… In spite of the improvements made, it has been the long requirement of children to have additional sanitary facilities, since we had only few toilets and bathrooms for the girls. The younger girls were able to take a bath in the open

With thanks, Father Bonaventure Luchidio  tub. There was the need to protect their privacy since the sanitation area was visible from house tops of a few houses in the village. The department of the government for child welfare had a recommendation that we should increase sanitary facilities for children and protect their privacy. Before the recommendation was converted into a remark, we had the obligation to improve the facilities for children. During the personal visit of Msgr Valentino Borg, Director of Missio Malta and Fr Victor Agius at the home in January 2020, we made a request personally to aid us financially to fulfill the task of developing amenities and maintain sanitation. They had kept up the promise of raising some donations towards this project. We are


Novembru 2021

thankful to them, particularly to Fr Victor and his friends for making available a donation to complete the project. The grant was received in February 2021. Without any further delay, we began the work as soon as we received the money. We engaged a local contractor who in fact built the home where the children are staying. He proposed a viable plan and budget for additional six toilets, bathrooms and a urinal. We approved and the work was initiated with the understanding that it would be completed in 3 months’ time. The contractor, masons and the other workers

manifested full involvement and commitment and were able to complete the task well before time to the satisfaction of all. The new provision gives complete privacy to children since all the four sides are well covered and almost all children have the provision for toilets and bathrooms. Now every four children have access to one toilet and bathroom which in fact fulfils the norms of the government for children’s homes. We and all the children of Ilanthalir express our sincere gratitude to Missio Malta and all our sponsors for helping

us to achieve this task of improving sanitary facilities at the home for children at Karungulam village. We express our special words of thanks to Msgr Valentino Borg, Fr Victor Agius and all their friends for the generous contribution. The children are very happy about the new facility. We happily and with gratitude remember all of you in our prayers and may God shower upon you abundant blessings and prosperity. We thank you again for your great love. God bless all of you. Yours fraternally in Christ, Fr Susai Alangaram ‑ India 

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il-kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 41474120039

Account No: 50011468005

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: APSBMTMT

Swift Code: VALLMTMT

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt u kklikkja fil‑parti Donations.  Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

 Donazzjoni bil-BOV Mobile 77236962 19


Novembru 2021

“It‑tifsira tal‑ħajja hija li tiskopri t‑talenti tiegħek. L‑iskop tal‑ħajja huwa li taqsamhom mal‑oħrajn. Pablo Picasso

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

20


Novembru 2021

Pablo Ruiz Picasso (1881‑1973) kien pittur u skultur Spanjol. Kien ukoll stampatur, ċeramista u disinjatur tax‑xeni tat‑teatri. Għex il‑maġġoranza tal‑ħajja adulta fi Franza. Huwa meqjus bħala wieħed mill‑aktar artisti influwenti tas‑Seklu 20 u jibqa’ magħruf għat‑twaqqif tal‑Moviment Kubist, l‑invenzjoni tal‑iskultura bi tliet dimensjonijiet u d‑diversi stili ta’ arti li għen sabiex jiġu skoperti u żviluppati. L‑aktar żewġ xogħlijiet famużi huma ‘Les Demoiselles d’Avignon’ (1907) u ‘Guernica’ (1937). Picasso kellu erbat itfal. Viżitaturi jaraw il‑pittur Guernica ta' Pablo Picasso f'Madrid. 21


Novembru 2021

J

San Josè Luis Sànchez Del Rìo

osè Luis Sànchez del Rìo twieled nhar it‑28 ta’ Marzu 1913 f ’Sahuayo, il‑Messiku. Għex fi żmien il‑Gwerra Kristero, li bdiet fl‑1926. Din kienet ġlieda fiċ‑ċentru u l‑Punent tal‑Messiku kontra l‑gvern li kien għadda liġijiet kontra l‑Knisja li kienu jinkludu teħid ta’ propjetajiet tal‑Knisja, għeluq ta’ skejjel u kunventi tal‑Knisja, eżilju u esekuzzjoni tas‑saċerdoti. Ħut Josè ingħaqdu mal‑armata, imma lilu ommu ma ħallitux jingħaqad magħhom. Però huwa insista li ried ikollu ċans li jagħti ħajtu għal Ġesù u jmur il‑Ġenna. Prudencio Mendoza li kien il‑kap tal‑armata ħallieh jidħol magħhom bħala dak li jżomm il‑bandiera tal‑armata. Huwa tlaqqam ‘Tarċisju’ għall‑qaddis żagħżugħ li miet martri jipproteġi l‑Ewkaristija. Waqt battalja kbira li ġrat fil‑25 ta’ Jannar 1928, it‑truppi tal‑gvern qabdu ’l Josè u żammewh priġunier. 22

IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI

Il‑forzi tal‑gvern heddewh li joqtluh jekk ma jiċħadx il‑fidi tiegħu fi Kristu. Josè ma ried jaċċetta qatt u biex ibiddel fehmtu kien imġiegħel jassisti fl‑esekuzzjoni ta’ sieħbu, li kien priġunier ukoll. Imma Josè beda jqawwilu qalbu u jfakkru li dalwaqt kienu ser jerġgħu jiltaqgħu fis‑sema.

Fil‑ħabs Josè kien jitlob it‑talba tar‑Rużarju kuljum u kiteb ittra lil ommu fejn qalilha li hu kien lest jagħmel ir‑rieda ta’ dak li ddedika ħajtu għalih. Fl‑10 ta’ Frar ta’ dik is‑sena, kienu għamlulu feriti fil‑qiegħ ta’ saqajh u ġegħluh jimxi madwar ir‑raħal lejn iċ‑ċimiterju. Matul it‑triq darbuh ħafna

drabi sakemm kellu ħafna feriti madwar ġismu kollu. Matul it‑triq kien jitlob ir‑Rużarju u jkanta kant lill‑Madonna ta’ Gwadalupe li kien devot ħafna tagħha. Meta kien jibki u jitgħawweġ bl‑uġigħ kienu jgħidulu li jekk jiċħad lil Alla u l‑fidi tiegħu, kienu jsalvawlu ħajtu. Hu qatt ma ċeda u minflok kien jgħajjat: “Jien qatt ma nċedi. Viva Kristu Re!” It‑triq għall‑bidu tal‑kanonizzazzjoni tiegħu bdiet fl‑1996 minn Papa Ġwanni Pawlu II. Ġie approvat miraklu fuq tarbija fil‑Messiku bl‑interċessjoni tiegħu fejn din ġiet imfejqa meta t‑tobba ddikjaraw li ma kien hemm ebda tama li tgħix. Ġie ddikjarat qaddis fis‑16 t’Ottubru 2016 minn Papa Franġisku. Huwa l‑patrun tal‑Insara ppersegwitati, tat‑tfal u tal‑adolexxenti. “Li mmut għal Alla jagħtini ferħ. Nibgħat tislima lil ħuti u nitlobhom isegwu dejjem l‑iżgħar xewqa ta ’Alla.” San Josè Luis Sànchez Del Rìo 


Novembru 2021

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 23


Novembru 2021

90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

MALTA MISSJUNARJA – It‑8 PARTI

Faċċata tal‑perjodiku Malta Missjunarja (Sena X, Ott. 1942, nru 10)

rima alternata – it‑tnejn tal‑kjeriku V.D.Ciappara. (Din il‑lista tkompli ma’ Bejn l‑1943‑6 dehru aktar xogħlijiet oħrajn li dehru poeżiji: Il‑Qalb ta’ Ġesù bejn l‑1942‑46) Matul (Sena XI, Lul.‑Aww. 1943, l‑1942 komplew jidhru nri 7‑8, p.29) ta’ R. Mifsud aktar poeżiji: F’Mejju 1942 Bonnici, b’sitt strofi ottonarji (Sena X, Mejju 1942, nru 5, u s‑soltu rima, datata 30 p.59), datata 9.5.1942, b’disa’ ta’ Ġunju 1942; Kull Qalb strofi endekasillabi u rima Trid Oħra (Sena XII, abċb, u Inqumu (Sena X, Lulju‑Awwissu 1944, nri Ottubru 1942, nru 10, p.92), 7‑8, p.29), poeżija twila ta’ b’10 strofi endekasillabi u G.S. li tinsab fil‑paġna ‘Din Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi

24

Għalikom, Tfal’; Xewqa (Sena XIII, Marzu 1945, nru 3, p.24), poeżija fi tliet taqsimiet ta’ Dun Frans Camilleri (1919‑1990); Salve Regina (Sena XIII, Aww. 1945, nru 3, p.101), sunett Petrarkan ta’ V.C.; Il‑Milied (Sena XIII, Diċ. 1945, nru 12, p.168), poeżija ta’ P.M.C. b’ħames strofi ottonarji u rima abċb; Missjunarju (Sena XIV, Mar. 1946, nru 3, p.37) sunett Ingliż ta’ F.R.M. O.S.A.; Malta u Jhansi (Sena XIV, Ġun. 1946, nru 6, p.87), poeżija ta’ F. Sant, magħmula l‑Imsida u datata 7.4.46, bi 12‑il strofa ottonarja u rima abċb; Ġol‑Ġnejna tar‑Rużarju (Sena XIV, Ott. 1946, nru 10, p.154), poeżija b’seba’ strofi endekasillabi u rima abċb, datata 4 ta’ Settembru, 1946 u Requiem Æternam dona eis, Domine! (Sena XIV, Nov. 1946, nru 11, p.164), sunett Ingliż, it‑tnejn mill‑pinna ta’ P. Aquilina; Fil‑Milied (Sena XIV, Diċ. 1946, nru 12, p.181), sunett Taljan ta’ Kan. V. Ciappara. Żewġ editorjali t’importanza fejn tidħol l‑istorja tal‑perjodiku Malta Missjunarja huma: (1) “Contra spem in spem” (Sena X, Aww.‑Sett. 1942, nri


Novembru 2021

Mons. Profs. Luigi Catania (1898‑1943) ‑ il‑ġawhra tas‑Saċerdozju f’Malta

8‑9, p.73), fejn jitkellem dwar id‑diffikultajiet marbutin mar‑rivista f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ nuqqas ta’ karta, dewmien fil‑ħruġ tagħha, tibdil ta’ post tal‑imseħbin, taqsim u tneħħija tal‑kurrent elettriku mill‑istamperija minħabba l‑Gwerra; (2) It‑Telfa tad‑Direttur Djoċesan: Mons. Luigi Catania (Sena XI, Lul.‑Aww. 1943, nri 7‑8, p.25), jitkellem fuq it‑telfa tiegħu bħala Direttur Djoċesan tal‑Opri Miss. Pont. u tal‑Unjoni Miss. tal‑Kleru f ’Malta. Huwa kien miet qasir il‑għomor il‑Ħamis 29 ta’ Lulju 1943 fl‑Istitut tas‑Sacred Heart f ’Tas‑Sliema fejn kien qed jagħmel il‑prietki tal‑irtir. Għad li twieled Ħal Għargħur, Mons. Profs.

Luigi Catania (1898‑1943) trabba ż‑Żurrieq. Studja s‑Seminarju u l‑universitajiet ta’ Malta u dik Gregorjana ta’ Ruma. Wara li ordna saċerdot fl‑1922, sar kappillan ta’ Ħaż‑Żabbar (1925‑35), beda jgħallem it‑Teoloġija Dommatika fl‑Università ta’ Malta (1934), inħatar Kanonku Koadjutur tal‑Kapitlu tal‑Katidral (1937) u Kanonku Regolari (1938), laħaq Direttur Djoċesan tal‑Uffiċċju Pontifiċju tal‑Missjonijiet f ’Malta wara Mons. C. Zammit, laħaq Rettur tal‑Missjoni l‑Kbira u ta’ San Kalċedonju, kif ukoll Direttur Spiritwali tal‑Korp tal‑Puliżija u tal‑MUT. Kien meqjus bħala ‘il‑ġawhra tas‑Saċerdozju f ’Malta’.

Mons. Anton Cilia ‑ Direttur Djoċesan bejn l‑1950 u l‑1979

Artiklu interessanti ieħor huwa dwar Id‑Direttur Djoċesan Ġdid – Dun

Anton Cilia B.A., BL. Can., D.D.: (Sena XI, Sett.‑Ott. 1943, nri 9‑10, p.34). Id‑Direzzjoni tar‑rivista tittratta l‑ħatra tiegħu bħala d‑Direttur Djoċesan il‑ġdid ta’ Malta, li ġiet wara l‑mewt ta’ Mons. Prof. C. Zammit (1882‑1934) u dik ta’ Mons. Prof. L. Catania (1898‑1943). Il‑ħatra tiegħu mingħand l‑Isqof, għad li ġiet fl‑eqqel tal‑gwerra, kienet waħda providenzjali; bosta inizjattivi missjunarji kienu opra tiegħu esklussiva anki jekk kienu jidhru oħrajn minfloku, biż‑żewġ prediċessuri tiegħu jirrikorru lejh għall‑organizzazzjoni tat‑Tliet Opri Pontifiċji Missjunarji f ’Malta. Iżda biex dan kollu rnexxa ħadem mhux biss bil‑moħħ, iżda wkoll bil‑pinna, bil‑ħalq u bil‑ħidma li ma tafx mistrieħ. Dun Anton Cilia kien ukoll l‑ewwel prefett ta’ Dun Anton Xiberras meta dan tal‑aħħar daħal is‑seminarju fl‑1934. Editorjal interessanti ieħor iġib l‑isem ta’ Għeluq Tnax‑il Sena (Sena XII, Settembru 1944, nru 9, pp.33‑4) fejn jitkellem fl‑okkażjoni tal‑anniversarju ta’ MM: (1) L‑Ewwel Ħarġa: Ifakkar kif fl‑1932 ‘għamlet l‑ewwel dehra tagħha f’Malta f’żewġ edizzjonijiet mill‑isbaħ’ fejn ‘mill‑ewwel għadd 25


Novembru 2021

90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

l‑aħjar perjodiku bl‑irħas prezz possibbli.’ Dit‑tradizzjoni nkisret xi ftit matul il‑gwerra. Infatti, f’Awwissu tal‑1942 il‑perjodiku ħareġ b’16‑il paġna biss minħabba n‑nuqqas tal‑karta, u sena wara niżel għal tmienja u beda joħroġ kull xahrejn, anki jekk Riklam antik kif deher f’wieħed mill‑għaddijiet ta’ Malta Missjunarja bl‑istess prezz. Madankollu, tagħha mhux biss kisbet fl‑okkażjoni t’għeluq it‑12‑il il‑primat dwar l‑għadd sena ħajja, l‑editur ħabbar tal‑abbunati, iżda tat li l‑perjodiku kien sejjer xejra ġdida lill‑perjodiku jerġa’ jibda joħroġ kull reliġjuż.’ Hu jkompli xahar u b’aktar paġni li jgħarrafna li fi 12‑il sena kieku l‑karta ma baqgħetx nbiegħu mal‑miljun kopja, għolja infern.’; (3) Qatt b’madwar 8,000 waħda Ma Waqfet: Il‑perjodiku fix‑xahar, u li sa dakinhar baqa’ joħroġ anki waqt laħqu nbidlu żewġ diretturi il‑blitz, grazzi għaż‑żelaturi u tliet amministraturi; u ż‑żelatriċi, li ‘bl‑ikbar (2) L‑Aħjar Perjodiku: sagrifiċċji ma naqsu qatt ‘Il‑ħsieb tad‑diretturi ta’ mit‑tħabrik tagħhom MM kien dejjem, li barra u wettqu d‑dmirijiet li bih jagħmlu propaganda tagħhom bl‑ikbar rettezza għat‑tliet Opri Missjunarji u mħabba li kienet Pontifiċji – li huwa l‑organu tedifika lill‑istess mexxejja, tagħhom – jagħtu ’l‑qarrejja mhux biss tal‑perjodiku, 26

imma wkoll lid‑diretturi tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji.’ L‑editur kompla jħeġġiġhom biex ixerrduha iżjed ‘issa li għandna l‑karta’ u wegħedhom li r‑rivista kienet se tibda tidher bl‑istampi u b’aktar paġni; (4) Kull Xahar Mill‑Ġdid: Għalih, kienet ir‑rieda qawwija min‑naħa tad‑direzzjoni, il‑qarrejja ta’ MM u l‑ħbieb tal‑missjoni li qawwew qalb ir‑rivista, u fuq kollox, l‑għajnuna li rċeviet mis‑sema, li ħarġuha rebbieħa fuq kull tfixkil, ‘mhux biss tal‑biża’ tal‑bombi, iżda wkoll tan‑nuqqas tal‑karta.’ Mix‑xahar t’Ottubru 1944, ir‑rivista kellha terġa’ tibda toħroġ kull xahar, anki jekk mhux mill‑ewwel b’ħafna paġni u bl‑istampi bħal qabel; (5) Il‑Ġid Li Sar: L‑editorjal ifisser il‑ġid li għamlet ir‑rivista: kien biżżejjed għal kopja waħda f ’idejn persuna ‘biex hija fetħet idejha b’ġenerożità kbira mal‑missjoni.’ Id‑direzzjoni taf li kull min iħobb tassew il‑missjoni żgur li għandu għal qalbu r‑rivista. Ix‑xewqa aħħarija tal‑editorjal hija ‘li r‑rivista tidħol f ’dawk il‑ftit postijiet fejn ma dehritx iżjed fil‑gwerra u f ’kull parroċċa ta’ Malta u Għawdex’ u li ‘żżid ħafn’iktar l‑ abbunati u l‑qarrejja tagħha.’ 


POWERED BY

www.adoptgrandparent.org

Novembru 2021

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

Jannar 2022

MALTA

KALENDARJU POWERED BY

Combat Loneliness

2022

alb ħafna t‑t Neħtieġu ħalli dak li isin, tal‑qadd niksbu bil‑ħila ux ma nistgħ atalna bit‑talb għ tagħna, jin om. San Bernard. tagħh

Grandparent Adopt a

NEWSPAPER POST

ifferenza

Rigali b’d

ri a tista' toff s €7 - Tiġieġ sor fil-bżonn lil familja ta' dħul.

t sio.org.m www.mis IT-TNEJN

IL-ĦADD

2022

Omm Alla

S. Ġwann

matul is‑sena

Bosco

Jum is‑Santa lta Infanzja f’Ma x u Għawde L-Epifanija

S. Ġwann L‑isem qaddis

tal-Mulej

S. Anġela

ta’ Ġesù

10

9

ta’ Foligno

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Il‑Magħmudij

(VO/1178)

S. Girgor

a tal‑Mulej

It‑tieni Ħadd

Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2. Inħeġġukom tmexxu l‑kelma. Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn.

ta’ matul

is‑sena

S. Anton Abbati

sħabu S. Marju u

a ta’ Talb Bidu ta’ Ġimgħ jjes Insara tal‑Kne għall‑G ħaqda

S. Feliċ ta’

Poiters Isqof

27

1

S. Franġis

is‑sena

k de Sales

ta’ Il‑Konverżjoni

S. Timotju

Nola

u S. Titu Isqfijie

follow us

Bernard.

Rigali b’d

ifferenza

29

IT-TLIETA

28

2

L-ERBGĦA S. Sulpizju

o Tumas t’Aquin

t

IL-ĦAMIS

4

s

IL-ĠIMGĦA

8

rd

9

14

B. Ġwanni

15

20

S. Karlu Borrom

eo Isqof

10

S. Eliżabetta

11

22

16

S. Iljun il‑Kbir

17

Papa

S. Martin ta’

18

Tours Isqof

19

tas‑sena Kristu Sultan Liturġika

Preżentazzjon

28

i tal‑Verġni

S. Ġosafat

Martri

l‑Kbir S. Margerita

23

tal‑Iskozja

S. Eliżabetta

24

L‑aħħar Ħadd

27

ija

L‑Anniversarju tal‑Konsagraz tal‑Bażilika zjoni ta’ Lateran

Duns Scotus

e l‑Kbira

21

u S. Żakkar

12

S. Gertrud

S. Albertu

IS-SIBT

5

S. Willibro

It‑tlieta u tletin Ħadd ta’ matul is‑sena

L‑ewwel Ħadd

3

ta’ Bourge

Meriċi

is‑sena

13

(VO/1178

€125 - Ma gna tal-ħja tgħin linta nisa jaqilgħ tista’ u l-flus.

S. Publiju

It‑tnejn u tletina omalt Ħadd missi ta’ matul

. Flimkien. Jien. Int. Aħna )

a

22

iu riminazzjon Il‑Qaddisin li jsofru disk li fiha jgħixu, Kollha kollhaTifkira tà, ità li iex dawk fis‑s tal‑Mejoċje Kollha u tad‑dinj Nitolbu sab ni reliġjuża jsibu tagħtinhom S. Martin de rji Porres a. persekuzzjo drittijiet prop nu lkoll aħw n tad‑ l‑għarfie titnissel meta nku S. Anġela

7

S. Pawl Missierna

Għandn nixtiequ a mhux biss li nkunu flimk mal‑qad disin; għan ien dna nixtiequ wkoll l‑h tagħhom ena . San

15

21

S.

ta’ matul

Novemb ru 2022

S. Luċjan

rt

S. Anjeże

IT-TNEJS.NSebastjan

26

25 6

It‑tielet Ħadd

S. Ilarju ta’

Pucci

IL-ĦADD

24

23

ta’ Penjafo Raymond

14

20 ww 19w.missio. org.mt

18

17

16

S.

e

13

)

S. Pawl Eremit

S. Anton Maria

S. Iġino Papa ta’ Nyssa

S.Andrè Bessitt

Neumann

12

11

(Jum il‑Paċi

8

7

6

5

4

3

2

KALENDARJU

1

31

30 ta’ Ir‑raba’ Ħadd

IS-SIBT

IL-ĠIMGĦA

IL-ĦAMIS

L-ERBGĦA

IT-TLIETA

tal‑Ungerija

Dedikazzjoni tal‑Bażilika ta’ S. Pietru u S. Pawl

25

26

S. Matilde

Marija S. Ċeċilja

29

S. Klemen

30

t Papa Martri

S. Andrija Dung‑L u sħabu Martri ac

S. Katerina

ta’ Lixandr

a Martri

S. Leonardu

ta’ Porto Mauriz

io

tal‑Avvent S. Valerjan S. Saturninu S. Andrija

Jien. Int. Aħna . Flimkien. (VO/11

follow us

78)

missiomalt

a

Appostlu

Nitolbu il‑vittmi tal‑gsabiex it‑tfal li jbat u, dawk werer għall‑ed ukazzjoni, u l‑orfni jkunu jistg li jgħixu fit‑triq, u jistgħu ħu jkollhom jiskopru aċċess l‑imħabba ta’ familja.

Edinburgh u s‑Swieq tal‑Milied Mill‑Erbgħa 8 sal‑15 ta’ Diċembru 2021 Naraw bliet, muntanji, ċriev u wieħed mill‑isbaħ swieq tal‑Milied fl‑Ewropa. Inżuru Edinburgh, Stirling, Fife, Glasgow, u Loch Lomond u Linlithgow. Pajjiż li minnu nnifsu huwa attrazzjoni turistika; sew il‑gżejjer, il‑kastelli msaħħra u l‑muntanji romantiċi kif ukoll il‑Mostru ta’ Lochness. Stejjer veri jew ħrejjef jibnu fantasija biex tieħu gost, tidħak u tgawdi vaganza li tibqa’ tiftakar. Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista' jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 2040 • Mob:+356 7979 2040 Imejl:info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours• Websajt: www.ytc.com.mt 27


Novembru 2021

ESPERJENZA MISSJUNARJA – MARTIN AZZOPARDI SDC

IR‑REPUBBLIKA ĊEKA Pajjiż fi ħtieġa ta’ ri‑evanġelizzazzjoni prestiġjuzi li hemm f ’dan ir‑reġjun. Tul din il‑ħidma volontarja kont ospitat ngħix f ’żewġ komunitajiet reliġjuzi kif ukoll ma’ żewġ familji Nsara.

Milqugħ mill‑familji Nsara.

I

l‑vaganzi tas‑sajf 2021 kienu għalija stedina biex inwettaq ħidma missjunarja fir‑reġjun tal‑Moravja, fir‑Repubblika Ċeka. Kelli l‑opportunità li noffri psiko‑terapija spiritwali lil diversi pazjenti żgħażagħ fi sptar psikjatriku, inżur bosta familji Nsara, noffri taħditiet spiritwali lill‑grupp ta’ żgħażagħ u nwettaq programm ta’ evanġelizzazzjoni magħhom. Wettaqt ukoll studju u riċerka f ’diversi libreriji

Milqugħ mill‑Arċisqof Mons. Jan Graubner. 28

Milqugħ minn komunità reliġjuża.

Hawn stajt immiss b’idejja l‑qalb kbira tal‑poplu Moravjan, nies tassew ġenerużi u ospitabbli. Irrealizzajt il‑bżonn kbir ta’ ri‑evanġelizzazzjoni f ’dan il‑pajjiż u missejt il‑polz ta’ tbatija ta’ ħafna persuni, speċjalment dawk żgħażagħ. Hawn hija meħtieġa ħafna t‑‘teologija tat‑triq’, kif iħobb isejħilha Papa Franġisku, fejn wieħed jista’ jagħmel ħafna ġid ma’ bosta persuni li jiltaqa’ magħhom ta’ kuljum fit‑triq, fil‑ħwienet u fis‑swieq. Darba waqaft nitkellem ma’ żagħżugħ mixħut f ’disprament fl‑art

barra mill‑kunvent fejn kont ngħix u qattajt l‑isbaħ siegħa nisimgħu u nipprova nkun ta’ preżenza Nisranija għalih. Dan għalih kien ifisser ħafna u ħadt ħafna pjaċir nerġa’ narah jitbissem waqt li wegħedtu li se nibqa’ nitlob għalih. Iva, it‑teoloġija tat‑triq hija meħtieġa ħafna, però tibqa’ mbagħad il‑problema tal‑lingwa peress li dawk minn età medja ’l fuq jitkellmu biss il‑lingwa Ċeka u r‑Russu minħabba li kienu maħkuma mir‑Reġim Kommunist għal bosta snin. Iżda għall‑ġenerazzjoni żagħżugħa l‑lingwa Ingliża mhix problema. Dawn in‑nies jinġibdu ħafna lejn il‑manjieri sbieħ Ingliżi, u bi ftit ġentilezza u kliem ta’ apprezzament taf tirbħilhom qalbhom. Qed ngħid hekk għaliex jinħass ħafna n‑nuqqas ta’ apprezzament u

Milqugħ fis‑Seminarju Maġġuri.


Novembru 2021

Psiko‑terapija spiritwali liż‑żgħazagħ fi sptar psikjattriku.

l‑espressjoni tas‑sentimenti. Fil‑fatt taf tqatta’ sagħtejn titkellem ma’ persuna Ċeka u ma tasal qatt titkellem dwar is‑sentimenti tal‑qalb. F’dan ir‑rigward hemm bżonn ta’ iktar edukazzjoni u taħrig mhux biss fl‑iskejjel, iżda fil‑familji wkoll. Fl‑isptar psikjattriku stajt niskopri l‑weġgħat ta’ ħafna żgħażagħ li minħabba d‑diversi problemi li jiltaqgħu magħhom fil‑familja, jispiċċaw jirrikorru għad‑droga u l‑alkoħol kif ukoll għall‑prostituzzjoni. Il‑kriżi li fiha tinsab il‑familja f ’dan il‑pajjiż hija waħda mill‑ikbar kawżi ta’ disturbi mentali, iżda hemm ukoll l‑ispirtu ta’ ateiżmu li huwa l‑kawża ta’ ħafna qtigħ ta’ qalb u disprament fil‑ħajja. Għalkemm il‑Kristjaneżmu fir‑Repubblika Ċeka jmur lura għad‑9 Seklu W.K., fejn grazzi għall‑ħidma missjunarja ta’ San Ċirillu

u San Metodju beda jinxtered l‑Evanġelju ta’ Kristu, illum l‑ateiżmu u l‑anjostiċiżmu jinħassu ħafna iktar mill‑Kristjaneżmu. Skont studju li sar fl‑2010 mill‑Eurobarometer Poll instab li 16% biss tal‑poplu jistqarru li jemmnu f ’Alla waqt li 44% jistqarru li jemmnu f ’xi spirtu ieħor fil‑ħajja u 37% jistqarru li ma jemmnux la f ’Alla u l‑anqas f ’xi spirtu ieħor. 3% jsostnu li m’għandhom l‑ebda risposta f ’dan ir‑rigward. Minn studju ieħor li sar fl‑2015, joħroġ ċar li 38.6% huma anjostiċi jew bla reliġjon waqt li 31.5% huma Nsara (27.1% Kattoliċi, 1% Protestanti u 3.3% ta’ denominazzjonijiet Nsara oħra). Dawk li jiddikjaraw li huma uffiċjalment atei jammontaw għal 25.8% tal‑popolazzjoni. Ta’ min jgħid li skont ċensiment li sar fl‑2001, 6,817‑il persuna fir‑Repubblika Ċeka jħaddnu r‑reliġjon Buddista,

Neżerċita t‑teoloġija tat‑triq man‑nies.

però r‑raġuni għal dan hija l‑fatt li għandek minoranza etnika ta’ immigranti mill‑Vjetnam u mill‑Korea, li wassal biex inbnew iktar minn 10 tempji Buddisti f ’dan il‑pajjiż. Għandek ukoll movimenti pagani, fosthom l’hekk imsejħa ‘Wiccan’ u ‘Kemetic’ li qed jippromulgaw ħafna r‑riti pagani nattivi ta’ qabel il‑Kristjaneżmu. Għandek ukoll gruppi atei organizzati li huma miġbura taħt l‑imsejħa ‘Assoċjazzjoni Ċivika Atea’ li huma affiljati taħt organizzazzjoni internazzjonali msejħa

Programm ta’ Evanġelizzazzjoni maż‑żgħażagħ. 29


Novembru 2021

Żjajjar lill‑persuni anzjani.

‘Atheist Alliance International’ (AAI). Minkejja l‑faqar reliġjuż li jinħass, il‑Knisja Kattolika għad għandha vuċi u missjoni kbira xi twettaq, speċjalment maż‑żgħażagħ, mal‑familji u mal‑foqra. F’laqgħa kordjali li kelli mal‑Arċisqof Mons.

ESPERJENZA MISSJUNARJA – MARTIN AZZOPARDI SDC

Jan Graubner fil‑Kurja Arċiveskovili fil‑belt ta’ Olomouc, huwa stqarr miegħi li “biex insaħħu l‑fidi Nisranija (fir‑Repubblika Ċeka) mhux biżżejjed li nserrħu fuq it‑tagħlim Kattoliku. Għandna bżonn li nsaħħu r‑relazzjonijiet u noħolqu esperjenzi madwar il‑Kelma t’Alla fi spirtu ħaj ta’ knisja‑komunità”. Minkejja dawn l‑istatistiċi kollha fid‑dawl tal‑istorja mqallba li minnha għadda dan il‑poplu, il‑fidi Nisranija u l‑Aħbar it‑Tajba li żergħu San Ċirillu u San Metodju għadha tiġi mħabbra u mgħajxa sal‑lum. Nitolbu għalhekk għal ħutna Nsara fir‑Repubblika

Ċeka sabiex jibqgħu sodi fil‑fidi Nisranija, filwaqt li jibqgħu jkunu żerriegħa ta’ fidi għal ħafna nies oħra li jinsabu ’l boghod minn Alla u mill‑Knisja. Inħeġġeġ ukoll missjunarji oħra sabiex imorru f ’dan il‑pajjiż u jaqsmu l‑ferħ ta’ Kristu Rxoxt ma’ ħutna. 

Neżerċita t‑teoloġija tat‑triq ma’ grupp ta’ adulti.

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

MALTA

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

30

Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.


Novembru 2021

POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna.

Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek. https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/dinja‑mutur/

Websajt Missio • Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat Jien. Int. Aħna. Flimkien. • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, (VO/1178) kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat www.missio.org.mt 31


Novembru 2021

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja Is‑Sitt Parti

Il‑Madonna ta’ Sion f’Ruma, l‑Italja Id‑dehra tal‑Madonna ta’ Sion għandha konnessjoni qawwija mal‑Madonna tal‑Midalja Mirakoluża li seħħet tnax‑il sena qabel, kif rajna f ’artiklu preċedenti. Fl‑20 ta’ Jannar 1842, waqt li kien qiegħed iżur Ruma, Marie Alphonse Ratisbonne, Lhudi anti‑Kattoliku, kellu dehra tal‑Verġni Marija. Huwa kkonverta għall‑Kattoliċiżmu u ħadem 32

ħafna għall‑konverżjoni tal‑Lhud u l‑Musulmani. Marie Alphonse Ratisbonne twieled fi Strasburgu, Franza, fl‑1 ta’ Mejju 1814. Huwa kien iben u werriet ta’ familja sinjura u aristokratika ta’ bankiera Lhud. Meta Alphonse kien għadu tifel, Theodor, ħuh il‑kbir, ikkonverta għall‑fidi Kattolika u sar saċerdot. Il‑familja rreaġixxiet b’mod negattiv ħafna u Alphonse

ddeċieda li qatt aktar ma jkellem lil ħuh. Id‑disprezz kbir għall‑Fidi Kattolika kompla jikber fih. Fl‑età ta’ 28 sena, Alphonse ddeċieda li jdur l‑Ewropa u l‑Lvant, parzjalment għal saħħtu u bħala vaganza, filwaqt li kien qiegħed jippjana biex jassumi sħubija fil‑bank ta’ zijuh. Iddeċieda li jmur Napli u minn hemm xtaq jiġi Malta biex iqatta’ x‑xitwa hawn u jtejjeb saħħtu li kienet kemxejn dgħajfa.


Novembru 2021

fil‑knisja ta’ Sant’Andrea delle Fratte jistenna lill‑Baruni ġej minn xi funeral, kellu din l‑esperjenza kif irrakkonta hu stess:

Marie Alphonse Ratisbonne.

Madanakollu, bi żball fl‑ivvjaġġar spiċċa ħa rotta ħażina u bbukkja l‑vjaġġ tiegħu fuq vapur lejn Ruma. Telaq minn Napli u wasal Ruma fis‑6 ta’ Jannar 1842. Beda jdur Ruma u sar ħabib tal‑Baruni Theodore de Bussières, li l‑missjoni tiegħu kienet li jikkonverti kull persuna għall‑Kristjaneżmu. Il‑baruni għamillu proposta li jagħmel test sempliċi li jilbes il‑Midalja Mirakoluża u jgħid il‑talba ta’ San Bernard lill‑Madonna: il‑Memorare (Ftakar, O Verġni Marija wisq ħanina li qatt ma nstema’ li xi ħadd ġie għandek...), kull filgħodu u jara jekk jiġrix xi ħaġa. Alphonse aċċetta dan bħala prova. Il‑Baruni talab lil bosta ħbieb biex jgħidu Memorare żejda għall‑konverżjoni ta’ Alphonse. Fil‑20 ta’ Jannar 1842, waqt li Alphonse kien

“Bilkemm kont għadni dħalt fil‑knisja meta ħassejt konfużjoni sħiħa ġewwa fija. Meta ħarist ’ il fuq deherli li l‑knisja kollha inbelgħet f ’ dell qawwi ħlief kappella waħda. Kien bħallikieku d‑dawl kollu kien ikkonċentrat f ’ dak il‑post biss. Ħarist lejn din il‑kappella minn fejn kien qiegħed jiddi tant dawl, u fuq l‑altar kien hemm figura ħajja, għolja, maestuża, sabiħa u mimlija ħniena. Kienet il‑Verġni Qaddisa Marija, li tixbah il‑figura tagħha fuq il‑Midalja Mirakoluża li kont liebes. Għal din id‑dehra jiena waqajt għarkopptejja eżatt fejn kont. Ma stajtx inħares ’ il

fuq minħabba d‑dawl qawwi li jagħmi, iffissajt il‑ħarsa tiegħi fuq idejha u fihom stajt naqra l‑espressjoni tal‑ħniena u l‑maħfra. Bil‑preżenza tal‑Verġni Mqaddsa, anki jekk hi ma lissnet l‑ebda kelma, fhimt is‑sitwazzjoni tal‑biża’ li kont fiha, dnubieti u l‑ġmiel tal‑Fidi Kattolika.” Meta l‑Baruni ġie lura sab lil Alphonse għarkopptejh eċċitat ħafna jitlob. Din ix‑xena tant qanqlitu lill‑Baruni li beka. Meta staqsa lil Alphonse x’kien ġara, dan qallu li jista’ jirrakkonta dak li ġralu biss għarkopptejh quddiem saċerdot, waqt li beda jagħfas f ’idu l‑Midalja Mirakoluża u jrodd ħajr lil Alla. Il‑Baruni ħadu fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti biex ikellem lil Patri Villefort, fejn wara beda rtir taħt il‑gwida ta’

33


Novembru 2021

dan il‑patri. Fil‑31 ta’ Jannar 1842, Alphonse tgħammed u rċieva s‑Sagramenti tal‑Konfermazzjoni u tal‑Ewwel Tqarbina minn idejn il‑Kardinal Patrizi, il‑Vigarju ta’ Papa Gregorju XVI. Fix‑xahar ta’ wara fil‑Vatikan nbeda proċess kanoniku biex jinvestiga ċ‑ċirkostanzi tal‑konverżjoni ta’ Alphonse. Wara investigazzjoni twila kkonkludew li l‑konverżjoni f ’daqqa ta’ Alphonse

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

kienet għalkollox mirakoluża, att ta’ Alla bl‑interċessjoni tal‑Verġni Marija. F’Mejju 1842, l‑artist Natale Carta pinġa kwadru tal‑Madonna skont id‑deskrizzjoni ta’ Alphonse ta’ kif kienet l‑Omm Imbierka u tpoġġiet fil‑knisja fil‑post eżatt fejn seħħet id‑dehra. Fl‑1843, Alphonse ngħaqad ma’ ħuh is‑saċerdot Theodor li għenu ħafna fit‑twaqqif tas‑Sisterhood tal‑Madonna ta’ Sion. Eventwalment, fl‑1847 Alphonse ġie ordnat saċerdot ukoll u sar Ġiżwita. Madanakollu, Alphonse ried jiddedika ruħu kompletament għall‑konverżjoni tal‑Lhud. Bid‑dispensa ta’ Papa Piju IX huwa telaq minn Ġiżwita u fl‑1855 ittrasferixxa s‑Sorijiet tal‑Madonna ta’ Sion f ’Ġerusalemm,

u fl‑1856 bena għalihom il‑Kunvent Kbir ta’ Ecce Homo bi skola u orfanatrofju għall‑bniet. Fl‑1860 waqqaf ukoll il‑Kunvent ta’ San Ġwann fuq il‑muntanja f ’Ain Karim, flimkien ma’ knisja u orfanatrofju ieħor għall‑bniet. Hemmhekk Alphonse ħadem ma’ ftit minn sħabu (Pères de Sion) għall‑konverżjoni tal‑Lhud u tal‑Musulmani sal‑mewt tiegħu, fis‑6 ta’ Mejju 1884. Id‑dehra tal‑Madonna ta’ Sion kienet approvata fit‑3 ta’ Ġunju 1842 mill‑Vigarju Ġenerali ta’ Papa Gregorju XVI, il‑Kardinal Patrizi. Fil‑25 ta’ April 1942, Papa Piju XII ta t‑titlu ta’ Bażilika lill‑Knisja ta’ Sant’Andrea. Fit‑28 ta’ Frar 1982, Papa Ġwanni Pawlu II żar il‑Bażilika ta’ Sant’Andrea u talab quddiem ix‑xbieha tal‑Madonna ta’ Sion. Is‑17 ta’ Novembru huwa jum il‑festa tad‑Dehra tal‑Madonna ta’ Sion. 

Kull nhar ta’ Sibt fit‑3 ta’ waranofsinhar fuq Net TV 34


Novembru 2021

Is‑Swieq tal‑Milied fil‑Ġermanja Mit‑8 sat‑13 ta’ Diċembru 2021 Inżru s‑swieq ta’ Munich, Augsburg u Altotting, u l‑muntanji bojod f’Berchtesgaden, Salzburg, kif ukoll Marktl fejn twieled Papa Benedittu XVI. Augsburg: belt antika mwaqqfa fis‑Sena 15 Q.K. Altotting: belt fejn jinsab l‑isbaħ Santwarju tal‑Madonna fil‑Bavarja kollha. Markt am Inn: ir‑raħal fejn trabba Papa Benedittu XVI.

Munich: il‑kapitali tal‑Bavarja; belt mill‑isbaħ u mimlijja divertiment, speċjalment meta jkun hemm is‑Swieq tal‑Milied.

Il‑Ġermanja t’Isfel tiftaħar b’muntanji mill‑isbaħ fosthom it‑tieni l‑akbar waħda tal‑Ġermanja, Watzmann, li ser naraw meta mmorru Berchtesgaden. F’dan il‑post ta’ xenarji mill‑isbaħ, naraw fejn eluf ta’ turisti jqattgħu l‑vaganzi tagħhom fix‑xitwa minħabba l‑iskiing. Inżuru l‑isbaħ għadira tal‑Ġermanja, Koenigsee. Salzburg: belt fl‑Awstrija magħrufa għal The Sound of Music.

Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista' jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 2040 • Mob:+356 7979 2040 Imejl:info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours• Websajt: www.ytc.com.mt

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Novembru 2021

SOPPA TAL‑KARROTTI MIT‑TAJLANDJA

Metodu: • F’kazzola kbira saħħan iż‑żejt u żid il‑basla u l‑ġinġer. Sajjar sa ma jirtabu. X’għandek bżonn: • 600 gramma karrotti mqattgħa • 2 mgħaref żejt veġetali • Basla mqattgħa • Mgħarfa ġinġer frisk imqatta’ • Kuċċarina trab tal‑kari • Litru stokk tat‑tiġieġ jew tal‑ħaxix • 250 millilitru ħalib tal‑bott

• Żid it‑trab tal‑kari u ħawdu sew mat‑taħlita. • Żid l‑istokk u l‑karrotti u xħin jiftaħ jagħli baxxi n‑nar u sajjar sa ma jirtabu l‑karrotti. • Neħħi minn fuq in‑nar u agħsar it‑taħlita fi blender. • Erġa’ poġġi fuq in‑nar u ħawwad fis‑soppa l‑ħalib, is‑‘soy sauce’ u l‑melħ.

• 2 mgħaref ‘soy sauce’

• Ħawwad il‑meraq tal‑lumi aħdar eżatt qabel isservi s‑soppa.

• 2 mgħaref meraq tal‑lumi aħdar

อร่อย

• Niskata melħ

(L‑ikla t‑tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


FAITH H

ARITY H

E &C P O

G IF

T SHOP

Novembru 2021

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u l‑5:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

37


KOMPETIZZJONI ‑ NOVEMBRU 2021

Novembru 2021

LOGĦBA TAL‑LOĠIKA

Wara li taqra l‑ħjiliet t’hawn taħt, ipprova aqta’ liema ġojjellerija hija l‑favorita ta’ kull tifel u tifla. Uża l‑kaxxi tat‑tabella biex jgħinuk. Ikteb it‑tweġibiet tiegħek fil‑vojt u ibgħathom flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. DJAMANT

DEHEB

FIDDA

RUBINI

BRONŻ

ROSA

1. Rosa tħobb il‑ġojjellerija li tibda bl‑istess ittra ta’ isimha. 2. Sara la tħobb il‑bronż u lanqas id‑deheb.

JAN

3. Omm Tara tatha par imsielet tad‑djamanti li spiss tilbes.

SARA TARA

4. Jan iħobb id‑deheb jew il‑fidda.

VIKTOR

Rosa tħobb ___________________________.

Jan iħobb

___________________________.

Sara tħobb

__________________________. Tara tħobb _______________________. Victor iħobb ________________________. Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Settembru 2021: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Jimmy Farrugia miż‑Żurrieq. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

TRAKK KAROZZA MUTUR VANN

ISWED

ABJAD

GRIŻ

AĦMAR

✖ ✖ ✖ ✔

✖ ✖ ✔ ✖

✔ ✖ ✖ ✖

✖ ✔ ✖ ✖

Nitbissmu ftit: tuffieħa fuq ras il‑Malti, spara u qasamha fi tnejn. “I am Robin Hood,” qalilhom.

T

lett iħbieb, Amerikan, Ingliż u Malti, bdew jiftaħru kemm kienu kapaċi jimmiraw tajjeb. Iddeċidew li jiltaqgħu u jaraw min minnhom kien l‑aqwa. Beda l‑Ingliż billi poġġa

38

Kien imiss lill‑Amerikan. Dan poġġa tuffieħa fuq ras l‑Ingliż, spara u wkoll qasamha fi tnejn. “I am William Tell,” qalilhom. Kien jonqos il‑Malti. Dan poġġa tuffieħa fuq ras l‑Amerikan, spara u laqat lil sieħbu f’nofs moħħu. Il‑Malti qallu: “I am very sorry!”


Novembru 2021

Eżempji sbieħ

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 09 ta' Settembru 2021 Rita Caruana mir‑Rabat, Għawdex

• 23 ta’ Settembru 2021 Carmen Camilleri minn Birkirkara

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

• John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • M'Grace Falzon mill-Gudja Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Missio Malta • Missio Tfal

BAŻAR

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 39


Novembru 2021

Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com

ARTHUR

T H E

G I L D E R

Gilder, 70 Doni Street, Rabat ‑ Malta Tel: 00356 9982 1006 Email: arthurthegilder@gmail.com Gilder Arthur Vassallo

Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Novembru 2021 by Missio Malta - Issuu