Skip to main content

Malta Missjunarja Mejju 2022

Page 1

NEWSPAPER POST Mejju 2022 SENA 90

Maratona fuq it-TV

b’risq il-Missjoni

IS‑SIBT 4 TA’ ĠUNJU 2022 mill‑11am sal‑11pm

Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios

IL‑LINJI HUMA MIFTUĦIN

5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50

SMS 5061 8820 ‑ €6.99

Grazzi tad‑donazzjoni tagħkom MISSJUNA TA

A RJ

MA L

L‑uffiċċju t’Għawdex ser ikun miftuħ is‑Sibt 4 ta’ Ġunju bejn l‑10:00am u t‑08:00pm sabiex jilqa’ d‑donazzjonijiet. Għal donazzjoni online: www.missio.org.mt/donate

2022 SEN A

MI

SS

TAʼ SE

JO N

I

1932 R V IZ Z G Ħ A L L-

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

#ilmissioint

VO/1178

 02 Il‑Fundatriċi Ta’ Missio Ser Issir Qaddisa  09 Ngħixu L‑Ħajja Bis‑Sħiħ  19 Talba Tal‑Mara Tad‑Dar  32 Il‑Madonna Ta’ Fatima għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL – CLAUDIA CINI

Mejju 2022

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm

Il‑Fundatriċi ta’ Missio ser Issir Qaddisa

Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Maratona Hope MissioFest 12 Sinodu 2023 14 CEME 2022 16 Il‑Ħajja Fil‑Missjoni 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Poeżija 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Il‑powster uffiċċjali tal‑Maratona #HopeMissioFest 2022. 2

I

mwielda nhar it‑22 ta’ Lulju 1799 minn familja aristokratika, Pauline Marie Jaricot kienet tfajla devota u ta’ 17‑il sena addottat ħajja ta’ axxetiċiżmu estrem. Fil‑25 ta’ Diċembru 1816 għamlet vot privat ta’ verġinità perpetwa. Hija organizzat grupp ta’ qaddejja dejjiema li talbu biex itaffu d‑dnubiet li saru kontra l‑Qalb ta’ Ġesù. Dawn kienu magħrufa bħala r‑‘Réparatrices du Sacré‑Coeur de Jésus‑Christ’. F’Saint‑Vallier ħadmet biex għadd ta’ tfajliet jaħdmu għal ħajja ta’ aktar devozzjoni. Dawn it‑tfajliet u r‑Réparatrices bdew jiġbru s‑soldi mingħand kull min kien jagħtihom, u rreklutaw oħrajn biex jagħmlu l‑istess. Miġbura ċenteżmu ċenteżmu u bl‑għajnuna tal‑isqof Louis Guillaume Valentin Dubourg, Pauline użat il‑flus biex fit‑3 ta’ Mejju 1822 waqqfet is‑Soċjetà Missjunarja tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi. Fl‑1826 waqqfet


Mejju 2022

# l‑Assoċjazzjoni tar‑Rużarju Ħaj li kienet tinvolvi metodu ta’ talb tar‑rużarju mqassam fuq diversi nies.

ta’ kontra dak kollu li jwassal għall‑faqar, kontra l‑faqar innifsu u wkoll tan‑nies foqra. Il‑beatifikazzjoni ta’ din il‑qaddisa ser tiġi ċċelebrata f ’Lyons, Franza nhar it‑22 ta’ Mejju 2022 minn Papa Franġisku.

Kaxxa għall‑ġbir tas‑soldi. Il‑Venerabbli Pauline Marie Jaricot quddiem Papa Girgor XVI. Hija waslet Ruma fi stat kważi mitlufa minn sensiha, fejn intlaqgħet mis‑Sorijiet tal‑Qalb ta’ Ġesù b’kommiżerazzjonijiet kbar.

Pauline rċeviet b’miraklu l‑fejqan ta’ kundizzjoni tal‑qalb permezz tal‑interċessjoni ta’ Santa Filomena, li tant kienet devota lejha, ​​u xerrdet din id‑devozzjoni ma’ Franza kollha. Il‑miraklu attribwit mal‑beatifikazzjoni ta’ Pauline involva r‑ritorn għall‑funzjoni newroloġika normali ta’ tifla żgħira wara li din waqgħet f ’koma u kellha ħsara fil‑moħħ minħabba nuqqas ta’ ossiġnu minn fgar fl‑ikel. Pauline mietet nhar id‑9 ta’ Jannar 1862 f ’Lyons, Franza b’kawża naturali. Hija ġiet venerata minn Papa Ġwanni XXIII nhar il‑25 ta’ Frar 1963. Pauline Marie Jaricot hija patruna

Permezz tal‑viżjoni u l‑enerġija ta’ Pauline, illum network dinji ta’ missjunarji lajċi u mexxejja tal‑Knisja, fosthom 354,000 missjunarju u 3 miljun katekist f ’1,114‑il Djoċesi fl‑artijiet tal‑missjoni, qed jaħdmu flimkien mal‑komunitajiet l‑aktar fil‑bżonn, kawża ta’ persekuzzjoni, status ta’ minoranza jew nuqqas ta’ riżorsi materjali. Nistednuk tingħaqad magħna fi vjaġġ missjunarju billi żżur il‑website tagħna www.missio.org.mt u tkompli ssegwi l‑artikli fir‑rivista tagħna ‘Malta Missjunarja’. “Saħħan O Mulej lir‑ruħ imsejkna tiegħi bi xrar ta’ fidi u tama’.” Pauline Jaricot.

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

Talba biex titlob grazzja permezz tal‑interċessjoni ta’ Pauline Marie Jaricot

Mulej, Int ġejt fuq l‑art sabiex in‑nies ikollhom il‑ħajja u l‑ħajja fl‑abbundanza. Pauline Marie Jaricot iddedikat ruħha kompletament għal dan ix‑xogħol tiegħek. Hija stabbiliet il‑Propagazzjoni tal‑Fidi għal ħafna u ħafna nies li ma jafux il‑ħajja vera, u r‑Rużarju Ħaj għal dawk li m’għandhomx din il‑ħajja fl‑abbundanza tagħha. Venerabbli Pauline Jaricot, int li kkonsagrajt ħajtek biex tifrex is‑Saltna ta’ Kristu ħalli taqdi lil Alla u lill-poplu Tiegħu, interċedi għalina u jalla Alla jikkunsidra li jagħtina l‑grazzja li aħna umilment qed nitolbuh jaqlgħalna. Ammen.

Segwi ‘Live’ il‑Beatifikazzjoni ta’ Pauline Marie Jaricot Fuq il‑Midja Soċjali Nhar it‑22 ta’ Mejju 2022. 3


Mejju 2022

Ż

Min Hu l‑Ispirtu s‑Santu?

gur li lkoll nafu li l‑Ispirtu s‑Santu huwa t‑tielet persuna tas‑Santissima Trinità, u kif nistqarru fil‑Kredu, huwa “ il‑Mulej li jagħti l‑ħajja li ġej mill‑Missier u mill‑Iben; li hu meqjum u mweġġaħ flimkien mal‑Missier u mal‑Iben: hu tkellem b’ fomm il‑profeti”. Minkejja dan, għal sekli sħaħ ftit li xejn konna nafu dwaru hekk li kien meqjus bħala l‑Persuna minsija. Wara l‑Konċilju Vatikan II, speċjalment wara li Papa San Ġwann XXIII ħabbar Pentecoste ġdida għall‑Knisja, il‑Knisja bdiet titkellem dwar l‑Ispirtu s‑Santu u bdiet ukoll tħoss l‑azzjoni Tiegħu fiha. Għalkemm dak kollu li jagħmel il‑Missier, dejjem jagħmlu permezz t’Ibnu

4

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

fl‑Ispirtu s‑Santu, iż‑żmien li qegħdin ngħixu issa, sa ma’ Ġesù jiġi fil‑glorja, huwa kollu mmarkat mill‑Ispirtu s‑Santu – hekk li nistgħu nsejħulu żmien l‑Ispirtu s‑Santu. L‑Ispirtu s‑Santu huwa dak li jqawwina biex nilqgħu u ngħixu l‑Evanġelju. Ġesù kien jaf tajjeb lill‑Appostli, u kien jaf sa fejn dawn setgħu jaslu u xi jsarrfu. Kien jaf li l‑missjoni li kien ser jafdalhom, dik li jmorru jxandru l‑Evanġelju lid‑dinja kollha (Mk. 16:15), ma jifilħux għaliha. Għalhekk ordnalhom biex ma jitilqux minn Ġerusalemm qabel jibgħat fuqhom l‑Ispirtu s‑Santu. (Atti 1:4) Ġesu għalhekk miet u rxoxta biex jaqlgħalna d‑don tal‑Ispirtu s‑Santu mingħand il‑Missier.

Hekk li Ġesù Rxoxt, mal‑ewwel dehra tiegħu lill‑Appostli, msakkrin fiċ‑ċenaklu, “nefaħ fuqhom u qalilhom: Ħudu l‑Ispirtu s‑Santu”. (Ġw. 20:22) Alla l‑Missier fl‑imħabba tiegħu lejna l‑bnedmin, l‑ewwel tana lil Ibnu biex jifdina (1Ġw. 4:9‑10), u wara tana l‑Ispirtu S‑Santu biex jaħtarna bħala wlied addottivi tiegħu. (Ġw. 14:16) Il‑missjoni tal‑Ispirtu s‑Santu hija dik li jmexxina lejn Ġesù u fl‑istess waqt jgħinna biex nagħmlu esperjenza ħajja ta’ Ġesù fil‑ħajja tagħna. Dan l‑Ispirtu huwa l‑istess Spirtu ta’ Ġesù li sar bniedem bil‑qawwa ta’ dan l‑Ispirtu fil‑ġuf ta’ Marija Verġni (Lq. 1:35), u kien dan l‑istess Spirtu li għen lil Ġesù sabiex iwettaq sal‑aħħar il‑pjan t’Alla l‑Missier. (Ġw. 16:14) L‑Ispirtu s‑Santu hu hekk indispensabbli fil‑ħajja tagħna, jiġifieri ma nistgħux ngħixu


Mejju 2022

b’risq il-Missjoni

Infakkarkom li Missio ser jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il‑missjoni

Il‑Mulej iberikkom u żgur li jpattilkom għall‑ġid li tagħmlu miegħu f ’ħutna fil‑bżonn. 

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

Maratona fuq it-TV

nhar is‑Sibt 4 ta’ Ġunju bejn il‑11:00am u l‑11:00pm. Din hija l‑unika maratona li Missio jorganizza matul is‑sena. Għalhekk nappella lil kulħadd sabiex jagħti ftit milli jista’ ħalli nkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jgħixu fl‑artijiet tal‑missjoni u nfasslu proġetti għalihom, bħal skejjel, djar, bjar, knejjes, eċċ..., li żgur huma ta’ fejda għal dawn ħutna. Għinuna nqajmuhom mill‑miżerja tagħhom ħalli jgħixu b’dinjità kif jistħoqqilhom.

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

l‑ħajja Nisranija fil‑milja tagħha, li Alla l‑Missier dejjem lest li jismagħna meta nitolbuh biex jibgħat fuqna l‑Ispirtu s‑Santu. Ġesù nnifsu qalilna dan: “Jekk intom tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajbin, kemm aktar il‑Missier mis‑smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu?” (Lq. 11:13) Jekk inhu hekk, x’qed tistenna li titlob lill‑Missier jibgħat fik dan l‑Ispirtu Qaddis? X’qed tistenna li titlob lil dan l‑Ispirtu biex iġedded il‑Knisja u jqajjem spirtu missjunarju ġdid ħalli l‑bnedmin kollha jsiru ħaġa wahda f ’għaqda mal‑Missier u mal‑Iben fl‑Ispirtu s‑Santu? (Ġw. 17:21)

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

#

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


Mejju 2022

INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Mejju 2022 Għall‑Fidi taż‑Żgħażagħ

Nitolbu sabiex iż‑żgħażagħ imsejħin għall‑milja tal‑ħajja, jiskopru f’Marija l‑istil tas‑smigħ, il‑profondità tad‑dixxerniment, il‑kuraġġ tal‑fidi u d‑dedikazzjoni għall‑qadi.

I

x‑xahar ta’ Mejju huwa x‑xahar tal‑Madonna, il‑mara żagħżugħa li wieġbet għas‑sejħa li għamlilha Alla bil‑fidi. Meta Papa Benedittu XVI, fl‑Ittra Appostolika ‘Porta Fidei’ li biha kien nieda s‑Sena tal‑Fidi 2012‑13, huwa kellu proprju bħala skop

6

l‑evanġelizzazzjoni l‑ġdida u l‑ħidma taż‑żgħażagħ fil‑Knisja. Għalhekk, f ’dan ix‑xahar qegħdin nitolbu sabiex iż‑żgħażagħ tagħna, imrawmin fil‑fidi Nisranija u ispirati mill‑Madonna, juru tassew dan l‑impenn Nisrani sabiex huma jkunu tassew ta’ ħmira evanġelika fil‑komunità ekkleżjali tal‑Knisja fid‑dinja. Inkomplu nitolbu f ’dan ix‑xahar sabiex permezz tal‑parteċipazzjoni tagħna fil‑ħajja tas‑sagramenti u tal‑meditazzjoni tal‑Iskrittura Mqaddsa, insiru iktar konxji tal‑missjoni tal‑evanġelizzazzjoni. Din hija l‑Aħbar it‑Tajba li jrid ixerred in‑Nisrani fid‑dinja tal‑lum, il‑proklamazzjoni, il‑kerigma: “li Kristu miet għal dnubietna, skont il‑Kitba, u kien midfun

u qam fit‑tielet jum skont il‑Kitba, u deher lil Kefa, imbagħad lit‑Tnax. Imbagħad deher lill‑aktar minn ħames mija, aħwa f ’daqqa, li ħafna minnhom għadhom ħajjin sal‑lum, oħrajn mietu. Imbagħad deher lil Ġakbu, imbagħad lill‑appostli kollha. Fl‑aħħar nett deher lili, bħala rimi”. (1 Korintin 15:3‑7) Proprju dan il‑ħsieb li għalih qegħdin nitolbu f ’dan ix‑xahar, insibuh fl‑Ittra Enċiklika ‘Lumen Fidei’ ta’ Papa Franġisku ppromulgata fil‑5 ta’ Lulju 2013. L‑Enċiklika tgħidilna li huwa proprju Ġesù li tana “id‑dawl tal‑fidi”. (Ġw. 12:46) Il‑fidi mhix illużjoni, imma hija verità fejn id‑dawl tal‑fidi jdawwal kull aspett tal‑eżistenza umana (nru 4). Fin‑numru


Mejju 2022

8 naraw ukoll ir‑rabta tal‑fidi mal‑imħabba (1Ġw. 4:16), u r‑rabta mat‑tama ‘memoria futuri’. Nitgħallmu mill‑fidi ta’ Abram (Ġw. 8:56) u tal‑poplu ta’ Alla u r‑rabta tal‑fidi mal‑Liġi ta’ Alla (numru 12), li tilħaq il‑qofol fil‑Qawmien ta’ Kristu. Din il‑parteċipazzjoni fil‑fidi ta’ Kristu toħloq ħolqien ġdid ta’ salvazzjoni fil‑bniedem (Efesin 2:8). Il‑fidi fuq kollox hija marbuta mal‑Knisja, omm il‑fidi tagħna (nru 37) u mal‑Ġisem ta’ Kristu. Il‑fidi hija mis‑smigħ tal‑Kelma ta’ Alla ‘fides ex auditu’ (Rum. 10:17), tgħin lill‑bniedem fil‑ħajja tas‑sagramenti tiegħu, fil‑familja u fis‑soċjetà. Għalhekk, in‑Nisrani għandu jħares lejn Marija bħala l‑Mara tal‑Fidi. (Lq. 1:45) Kien proprju

għalhekk li f ’Ottubru 2018 kien iċċelebrat is‑Sinodu tal‑Isqfijiet bit‑tema: “Iż‑żgħażagħ, il‑fidi u d‑dixxerniment vokazzjonali”, biex juri din l‑importanza taż‑żgħażagħ u tal‑fidi u tat‑testimonjanza tagħhom. Albert Einstein għandu frażi famuża: ‘Science without religion is lame. Religion without science is blind’. Din hija “Amen Salutis”, ir‑risposta għas‑salvazzjoni li kull bniedem, hu fejn hu, huwa mistieden li jagħmel fil‑mixja ta’ fidi li jagħtih Alla. “It is not necessary to have great faith, even a small faith is enough, as long as it is faith in the great God.” Nagħlaq hawnhekk b’dak li kien kiteb Papa San Ġwann Pawlu II fis‑Sena

#

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

Internazzjonali taż‑Żgħażagħ fl‑1985: “Aħna u nitolbu flimkien f ’din ix‑xirka kbira ta’ żgħażagħ tal‑Knisja Universali u tal‑knejjes kollha, għandna quddiemna d‑dehra tal‑Verġni Marija, li sa mill‑bidu tal‑ħidma ta’ Kristu fost il‑bnedmin, kienet dejjem miegħu. Hi dik Marija li, fil‑festa tat‑tieġ ta’ Kana, qabżet għaż‑żgħażagħ, għaż‑żewġ miżżewġin żgħażagħ, li fil‑festa tat‑tieġ naqsilhom l‑inbid. Omm Kristu dakinhar, lin‑nies li kienu jieħdu ħsieb l‑ikel, qaltilhom: “Agħmlu kulma jgħidilkom”. Min kellu jgħidilhom li kien Kristu. Se ntenni dan il‑kliem ta’ Omm Alla biex ngħidu lilkom, żgħażagħ, lil kull wieħed u waħda minnkom: “Agħmlu kulma jgħidilkom Kristu”. 

BAŻAR

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


MARATONA HOPE MISSIO FEST

Mejju 2022

Nikkumbattu l‑Malnutrizzjoni fl‑Etjopja Permezz ta’ Ġonna fil‑Komunità Maratona fuq it-TV

F

tit snin ilu, waqt li qabdet liż‑żewġt itfal żgħar tagħha, Eunesh bdiet vjaġġ ta’ tliet sigħat mill‑għarix tal‑familja tagħha fil‑Muntanji ta’ Hawassa, fin‑Nofsinhar tal‑Etjopja. B’binha u b’bintha jbatu minn malnutrizzjoni akuta u bla flus biex tħallas għal tabib jew klinika medika fil‑qrib, dak li kellu jkun żmien ta’ ferħ, seta’

8

faċilment jispiċċa fi traġedja. Eunesh kienet determinata li tasal fiċ‑Ċentru tas‑Saħħa ta’ Bushulo fejn kienet taf li wliedha setgħu jirċievu l‑kura li kellhom bżonn. L‑unika xewqa tagħha kienet is‑saħħa u l‑kuntentizza tat‑trabi tagħha. L‑istorja ta’ Eunesh, seba’ snin ilu kienet waħda ta’ wġigħ il‑qalb u disprament

b’risq il-Missjoni

kbir. Illum, grazzi għal Sor Anna Kim u l‑Missjunarji Franġiskani ta’ Marija, hija storja ta’ ħajja, saħħa u tama. Is‑sorijiet imexxu ċ‑Ċentru tas‑Saħħa Bushulo, istituzzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ibbażata fuq il‑fidi li tipprovdi kura li ssalva l‑ħajjiet tal‑familji fir‑Reġjun ta’ Hawassa. Il‑programm ta’ nutrizzjoni innovattiv tagħhom ilu għal aktar minn għaxar snin jgħin biex itaffi l‑effetti tal‑ġuħ frekwenti u l‑iskarsezza tal‑ikel, prinċipalment permezz ta’ dispożizzjoni ta’ screening tal‑malnutrizzjoni u ikel supplimentari. Dan is‑​servizz kritiku salva l‑​ħajja tat‑​tfal ta’ Eunesh, imma s‑​sorijiet jafu wisq sewwa li l‑​isfida hija dejjem preżenti. Sabiex jingħata kont tan‑numru dejjem jikber ta’ familji fir‑reġjun li jesperjenzaw malnutrizzjoni severa, is‑sorijiet fittxew li jidentifikaw is‑sors tal‑problema.


Mejju 2022

# Dan wassal għat‑twaqqif tal‑Proġett tal‑Ġnien tal‑Komunità f ’Bushulo, li jappoġġa b’mod speċjali lin‑nisa u t‑tfal, li huma l‑aktar f ’riskju. Il‑parteċipanti fil‑proġett jitgħallmu jikkultivaw il‑ġonna tad‑djar tagħhom stess biex jipprovdu ikliet bilanċjati u nutrittivi għall‑familji tagħhom. Il‑programm mhux biss jimmira li jsolvi l‑livelli għoljin attwali ta’ malnutrizzjoni fil‑komunità, iżda jgħallem ħiliet kritiċi fis‑saħħa u n‑nutrizzjoni, sabiex ikunu jistgħu jiġu evitati kriżijiet potenzjali. Sor Anna u t‑tim tagħha jimmiraw li jnaqqsu l‑ġuħ fil‑komunità, filwaqt li jindirizzaw il‑kwistjonijiet ta’ xogħol li jikkontribwixxu għall‑malnutrizzjoni, filwaqt li jiżguraw li l‑familji jkunu jistgħu jgħixu ħajja sana u

F

ferħana. Dan il‑programm innovattiv biddel il‑ħajja ta’ Eunesh u żewġha Marcos, li t‑tnejn kienu parteċipanti. Bħala riżultat, uliedhom issa qed jgħixu l‑ħajja bis‑sħiħ. Iżda l‑inizjattiva ma tistax tkompli mingħajr l‑appoġġ regolari ta’ Missio Malta. Bil‑ġuħ kontinwu u l‑iskarsezza tal‑ikel, tħassib kostanti għan‑nies ta’ Hawassa, l‑appoġġ li jipprovdi dan il‑programm huwa essenzjali biex tiġi

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

żgurata s‑saħħa fit‑tul tan‑nies fil‑komunità, speċjalment dik tat‑tfal. Din is‑sena hemm eluf ta’ żgħażagħ f ’riskju f ’Hawassa, li għadhom jeħtieġu l‑għajnuna tagħkom biex isibu s‑saħħa u l‑ferħ li sabu Eunesh u l‑familja tagħha. Jekk jogħġbok appoġġja l‑appell ta’ Missio Malta llum, u wassal u agħti l‑ħajja lil din il‑komunità u lil oħrajn madwar id‑dinja. 

Ngħixu l‑Ħajja bis‑Sħiħ

’Lulju tas‑sena l‑oħra, Evas ta’ 23 sena tilfet it‑tarbija tagħha. Hekk kif qorbot biex twelled, l‑unika għażla tagħha biex tasal fl‑eqreb faċilità tas‑saħħa kienet li tivvjaġġa fuq wara ta’ mutur. L‑omm li tgħix fil‑periferija tal‑belt rurali żgħira ta’ Bujuni, tliet sigħat bogħod fil‑Punent tal‑belt kapitali tal‑Uganda,

Kampala, ma kellhiex aċċess għal ambulanza jew karozza għal din is‑sitwazzjoni. Għal sagħtejn sħaħ, Evas rikbet bilqiegħda fuq wara ta’ mutur, iżżomm sew mas‑sewwieq hekk kif il‑mutur iltaqa’ ma’ ħotob bla għadd. Is‑sewwieq tħabat kemm felaħ biex jerġa’ jieħu l‑kontroll tal‑mutur diversi drabi hekk kif dan beda

jiskidja fit‑triq mimlija tajn. Evas mhux biss kienet qed iżżomm soda għal ħajjitha stess, iżda wkoll għal dik tat‑tarbija f ’ġufha. B’xorti ħażina, hekk kif il‑jum sar lejl, il‑biża’ u l‑inċertezza ta’ Evas inbidlu f ’niket inkonċepibbli u l‑ħolma tagħha li sa fl‑aħħar kienet ser issir omm, saret 9


MARATONA HOPE MISSIO FEST

Mejju 2022

problemi. B’xorti ħażina, San Luqa m’għandux biżżejjed riżorsi, u saħansitra lanqas ambulanza. M’għandux ukoll spazju u staff sabiex jappoġġja l‑kapaċitajiet tiegħu. Evas u żewġha Willison kellhom isofru swied ta’ qalb li l‑ebda ġenitur qatt ma għandu jkollu jesperjenza. l‑agħar ħolma kerha tagħha. Sfortunatament, il‑vjaġġ kien wisq stressanti, Evas żammet lit‑tarbija tagħha għal ħin qasir, u wara jumejn l‑isptar, it‑tifel ta’ Evas miet. Dan it‑telf u niket bla bżonn setgħu jiġu evitati li kieku Evas ivvjaġġat f ’ambulanza milli fuq mutur. Fortunatament, hemm nies ta’ ispirazzjoni li jiddedikaw ħajjithom għal ħaddieħor permezz tax‑xogħol tagħhom li jagħti l‑ħajja. Eżempju ta’ dan hija Sor Mary Goretti, mill‑Ordni lokali Ugandiża, Ulied Marija. Għal dawn l‑aħħar sentejn, Sor Mary ilha tmexxi ċ‑Ċentru tas‑Saħħa San Luqa f ’Bujuni, li kien id‑destinazzjoni ta’ Evas fil‑lejl tal‑ħlas tagħha. Sor Mary u l‑istaff żgħir tagħha huma professjonisti mediċi kwalifikati, li jaħdmu bla heda ta’ kuljum biex jipprovdu lill‑komunità kura tas‑saħħa ta’ kwalità 10

affordabbli u programmi edukattivi, sew ta’ qabel it‑twelid kif ukoll ta’ wara t‑twelid, li tant huma meħtieġa irrispettivament mill‑fidi mħaddna. Bħala l‑aktar ċentru tas‑saħħa bi prezz raġonevoli b’sala tal‑maternità fir‑reġjun, San Luqa ra influss ta’ ommijiet li qed imorru biex jirċievu l‑kura u biex iwelldu, fosthom ħafna li huma f ’riskju għoli ta’

Papa Franġisku jgħid li l‑kura tas‑saħħa affordabbli hija dritt universali, mhux privileġġ. Hija r‑responsabbiltà kondiviża tagħna li ngħinu lil Sor Mary u ’l‑istaff żgħir tagħha jpoġġu l‑kliem tal‑Papa f ’azzjoni billi nipprovdu kura tas‑saħħa bi prezz raġonevoli l‑aktar lil nisa u tfal fil‑bżonn ħalli nnaqqsu dan it‑telf u n‑niket bla bżonn. San Luqa għandu pjanijiet għal estensjoni tas‑sala tal‑maternità, sala ġdida tat‑tfal u naturalment l‑ambulanza li hija tant meħtieġa. Mingħajr l‑appoġġ tagħkom xejn minn dan ma jista’ jkun possibbli. Ilħaq illum lil dawn ħutna billi tappoġġja s‑saħħa tan‑nisa u tat‑tfal ħalli tgħin lill‑missjunarji bħal Sor Mary jilħqu u jagħtu l‑ħajja fl‑Uganda u madwar id‑dinja kollha. Grazzi tad‑donazzjonijiet tiegħek. #ilmissioint 


Mejju 2022

#

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

MALTA

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org POWERED BY Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11


Mejju 2022

SINODU 2023 – DUN VICTOR AGIUS

Is‑Sinodu Fuq is‑Sinodalità?

I

s‑sinodu li jmiss huwa dak dwar is‑sinodalità. Il‑kulmini ta’ dan is‑sinodu ser ikun f ’Ottubru tal‑2023. Ix‑xogħol, jew aħjar il‑proċess ta’ dan is‑sinodu diġà beda 12

f ’Ottubru li għadda. Is‑sinodalità huwa l‑istil ta’ ħajja li l‑Papa jixtieq li aħna bħala Nsara għandna ngħixu u kif għandhom isiru l‑affarijiet fil‑Knisja. Hija l‑abilità li niddixxernu flimkien dak li l‑Ispirtu s‑Santu jixtieqna nagħmlu fil‑Knisja u fid‑dinja. Minħabba f ’hekk, is‑sinodalità ssir mixja flimkien lejn il‑qdusija personali u komunitarja.

Hija l‑abilità li nisimgħu lill‑ieħor billi nagħmlu spazju kbir ġo fina biex nilqgħu dak li l‑ieħor qed jaqsam magħna. Dan nistgħu nagħmluh biss jekk min jagħti u min jirċievi jagħmel hekk bi mħabba vera u kbira. Meta f ’dan ikun hemm ir‑reċiproċità nkunu qed nagħtu lok għall‑Ispirtu s‑Santu biex jimla ’l qlubna bl‑imħabba tiegħu u jiftħilna moħħna biex nifhmu dak li hu jixtieqna nagħmlu. Nhar is‑Sibt 9 ta’ Ottubru 2021 kien hemm fil‑Vatikan l‑ewwel laqgħa għall‑ftuħ ta’ dan is‑sinodu. Qed inġibulkom hawn taħt


Mejju 2022

# l‑ewwel parti mit‑tislima tal‑ftuħ li għamel il‑Kardinal Jean‑Claude Hollerich waqt il‑mument ta’ riflessjoni għall‑bidu tal‑Mixja Sinodali. Il‑Kardinal Hollerich huwa mill‑Lussinburgu, reliġjuż li għex u kien jgħallem għal żmien twil fil‑Ġappun. Irċieva n‑nomina ta’ Arċisqof tal‑Lussinburgu fl‑2011 u f ’Lulju 2021 intgħażel minn Papa Franġisku bħala rettur ġenerali għas‑sinodu tal‑isqfijiet t’Ottubru 2023.

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5

Ritratt: Catholic News Agency

Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115

Il‑‘Puzzle’ B’Ħafna Kuluri “Nibda billi nsellmilkom u nsellem lilkom ilkoll: isqfijiet, saċerdoti, persuni kkonsagrati, lajċi, Insara mill‑kontinenti kollha, dawk minnkom attivi jew inqas fil‑Knisja, Insara progressivi jew konservattivi, anzjani u żgħażagħ, irġiel u nisa minn kull ġenerazzjoni, intom ilkoll li qed tfittxu ’ l Alla jew intom li sempliċement għandkom kurżità fuq min hu Alla. Fil‑fatt ma nixtieqx li nkun jien biss li

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


SINODU 2023 – DUN VICTOR AGIUS

Mejju 2022

nsellmilkom, imma jkun isbah meta nsellmu lil xulxin. Meta nsellmu lil xi ħadd ifisser li aħna nkunu konxji mill‑preżenza tiegħu u li qed inħalluh jidħol fil‑ħajja tagħna. Ifisser ukoll li qed niskomodaw rwieħna biex hu jista’ jiltaqa’ magħna. Il‑Knisja Sinodali hija Knisja ta’ relazzjonijiet, li tħobb tiltaqa’ mal‑ieħor. Fis‑Sinodu se jkun hemm laqgħat ta’ diversi gruppi, fuq livell ta’ djoċesi, fuq livell ta’ konferenzi episkopali, fuq livell inter‑kontinentali u fl‑aħħar fl‑Assemblea Ġenerali, flimkien mal‑Padri Sinodali f ’Ottubru 2023.

Il‑laqgħat tagħna mhux se jkunu ta’ darba, imma diversi drabi u għal żmien twil fejn kull wieħed jagħti ħinu għall‑ieħor biex nistgħu nimxu flimkien. Meta nieħdu mixja flimkien, naturalment xi ħadd irid jagħżel id‑direzzjoni li se nieħdu. Fis‑sinodu, dan irid isir mill‑Ispirtu s‑Santu. Hekk bħalma ġara f ’Pentekoste, Hu juri l‑preżenza tiegħu u jimla l‑qlub tagħna bil‑ferħ u jgħinna naraw ċar it‑triq li għandna nieħdu. Jiġri, ħafna drabi, li jħallina nimxu bil‑biċċiet iż‑żgħar tal‑‘puzzle’; ‘puzzle’ b’ħafna kuluri ġejjin minn

ħutna kollha, nisa u rġiel. Flimkien għandna d‑dmir li niddixxernu u nagħżlu l‑biċċa preċiża li toqgħod f ’postha b’ordni partikolari u bil‑parteċipazzjoni ta’ kulħadd. Hija ‘puzzle’ enormi li fiha kulħadd għandu ċ‑ċans jieħu sehem, speċjalment dawk l‑aktar foqra, dawk ta’ bla vuċi u emarġinati. Jekk se nwarrbu lil xi ħadd, il‑‘puzzle’ mhix se tkun kompluta. Nitolbu u nħallu ’ l‑Ispirtu s‑Santu jnebbaħna fl‑interventi tagħna u jmexxina sakemm naslu għall‑għan tagħna.” Kardinal Jean‑Claude Hollerich. 

CEME 2022 (CONFÉRENCE DE L’ENFANCE MISSIONNAIRE EUROPÉENNE)

Missio Malta pparteċipa fiċ‑CEME fl‑Iżvizzera

M

issio Malta pparteċipa fis‑CEME bis‑sehem tal‑kordinatriċi ta’ MissioTfal, is‑Sa. Nancy Camilleri u l‑voluntier is‑Sur John Camilleri. CEME hija laqgħa Ewropea organizzata kull sentejn fejn il‑kordinaturi tas‑Santa Infanzja minn diversi pajjiżi 14

Ewropej jingħaqdu flimkien biex jiddiskutu l‑ħidma tagħhom, filwaqt li jaqsmu l‑ideat u r‑riżorsi għall‑futur. Din is‑sena ħadu sehem 29 persuna minn 17‑il pajjiż differenti. It‑tema ta’ din is‑sena kienet ‘Il‑Qdusija’ ispirata mill‑kitba tal‑iskrittura

1Pietru 1:17 “Kunu qaddisa għax jiena qaddis”. It‑tema tiġi diskussa matul it‑tlett ijiem biex jaraw modi kif jiġu implimentati fix‑xogħol ta’ kuljum tal‑kordinaturi. CEME beda b’quddiesa fil‑kappella tal‑Istitut Ekumeniku ta’ Bossey fejn kull parteċipant ippreżenta oġġetti tal‑ħidma tiegħu li


CEME 2022 (CONFÉRENCE DE L’ENFANCE MISSIONNAIRE EUROPÉENNE)

Nancy tippreżenta x-xogħol ta' MissioTfal 2021.

huma sinifikanti fil‑ħajja tal‑parteċipanti. Nancy Camilleri għal Malta, ħadet lil Rafiki li huwa l‑maskot ta’ MissioTfal. Rafiki jirrappreżenta pappagall li jgħix ma’ tribujiet indiġeni fl‑Amerika t’Isfel. It‑tribujiet tal‑qedem kienu jaffaxxinaw irwieħhom mir‑rix ikkulurit ta’ dan il‑pappagall u kienu jpoġġuhom fil‑kuruni u fil‑mantari biex juru l‑istatus fl‑irħula tagħhom. Kienu jemmnu li l‑pappagall jgħaddi t‑talb lill‑allat u għalhekk it‑tribujiet kienu jgħallmuhom it‑talb. Hija wkoll riflessjoni ta’ ammirazzjoni li kellhom it‑tribujiet tal‑qedem lejn dawn l‑għasafar, li tfakkarna biex inkunu affaxxinati fil‑ħajja mix‑xogħol t’Alla f ’ħajjitna u nrawmu l‑fattur ta’ suċċess f ’ħajjitna bħalma jagħmlu t‑tfal. Bħala parti miċ‑CEME, il‑parteċipanti minn pajjiżi differenti jġibu ikel u oġġetti

kulturali li jirrappreżentaw lil kull pajjiż sabiex iservu bħala introduzzjoni u fl‑istess ħin joħolqu għarfien u ftehim tal‑kulturi l‑oħrajn. Il‑laqgħa ssir fil‑forma ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni u ‘workshops’ immexxija minn diversi teoloġi, fosthom Kaare Nielsen, President taċ‑CEME u l‑Professur tat‑Teoloġija, Prof. Barbara Hallensleben li hija Professur tad‑Dommatika u t‑Teoloġija tal‑Ekumeniżmu fil‑Fakultà tat‑Teoloġija, fl‑Università ta’ Fribourg, u Dun Prof. Dott. Lawrence Iwuamadi, Professur

Mejju 2022

# tal‑Ermenewtika Biblika mill‑Istitut Ekumeniku ta’ Bossey. Il‑‘workshops’ saru f ’ambjent ekumeniku, filwaqt li żewġ metodi biex ixandru l‑evanġelju lit‑tfal, fosthom Man Hu u Godly Play, intwerew lill‑parteċipanti. Iż‑żewġ metodi joħolqu sens ta’ ammirazzjoni u mod viżwali biex ifissru l‑evanġelju lit‑tfal. Fi tmiem il‑laqgħa taċ‑CEME kien hemm l‑elezzjoni li ssir kull 4 snin, sabiex jinħatar president tal‑kumitat ġdid. Il‑Kordinatriċi ta’ Missio Malta, is‑Sa. Nancy Camilleri ġiet nominata u eventwalment eletta biex tippresjedi l‑kumitat għall‑4 snin li ġejjin. Missio jifraħ lis‑Sa. Nancy Camilleri għal dan l‑irwol ġdid tagħha. Awguri!

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

Biex tkun taf aktar dwar ix‑xogħol ta’ MissioTfal żur: https://missio.org.mt/ about‑missio‑tfal/ 

Il‑kumitat il‑ġdid 2022‑2026. Nancy it‑3 mil‑lemin. 15


IL‑ĦAJJA FIL‑MISSJONI

Mejju 2022

Is‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb fit‑Tajlandja

I

s‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb ilhom għal aktar minn 55 sena jappoġġjaw komunitajiet fil‑bżonn fit‑Tajlandja. Ix‑xogħol tagħhom beda f’Bangkok u kompla jespandi fi provinċji oħra fosthom f’Phuket u Chiang Rai. Is‑sorijiet għandhom il‑missjoni li jibnu sħubija li timpromwovi id‑dinjità u d‑drittijiet umani għal kulħadd, speċjalment għan‑nisa u t‑tfal.

li wliedhom mhumiex imħarsa. Immexxija minn Sor Chalaad Sungkalurk R.G.S., l‑iskola taspira li tgħin lil tfal li ġejjin minn familji f ’sitwazzjonijiet finanzjarji diffiċli, sabiex jirċievu l‑edukazzjoni li tippromwovi żvilupp mentali, emozzjonali, soċjali u edukattiv, tipprovdi ambjent sigur lil dawn it‑tfal, u fl‑aħħar u mhux l‑inqas tippromwovi kollaborazzjoni mal‑familji tal‑lokal.

Fost il‑programmi mmexxija mis‑sorijiet f ’Bangkok, hemm skola tal‑kinder għat‑tfal li ġejjin mill‑ifqar partijiet tal‑belt fejn il‑maġġoranza tal‑familji m’għandhomx minn fejn iħallsu biex jibagħtu lil uliedhom l‑iskola. L‑iskola toffri żewġ servizzi li jibdlu l‑ħajja sew għan‑nisa tal‑lokal kif ukoll għal uliedhom. L‑ewwel u qabel kollox, is‑sorijiet jipprovdu mħabba u edukazzjoni f ’ambjent sigur, li jilħqu l‑bżonnijiet bażiċi, u t‑tieni nett, dan kollu jippermetti lill‑ġenituri li jmorru jaħdmu liberalment sabiex jaqilgħu l‑għajxien għall‑familji tagħhom mingħajr il‑biża’

Kusa huwa tfajjel li jattendi din l‑iskola tal‑kinder. Meta twieled, Kusa kien ta’ barka speċjali għal ommu Samorn, li meta kienet għadha żgħira esperjenzat ħajja diffiċli, bi

16

ftit li xejn nies li kellhom il‑ħin li jieħdu ħsiebha kif kien u huwa xieraq. Hekk kif welldet lil binha, Samorn irrealizzat li kellha titlaq minn fejn kienet tgħix sabiex Kusa jkollu ċans ta’ ħajja aħjar minn dik li kellha hi. Wara li kkonsultat ma’ tabib, l‑omm ħadet deċizjoni li tibda ħajjitha mill‑ġdid sabiex issalva ħajjet Kusa, u flimkien ma’ binha marru jgħixu mas‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb. Illum il‑ġurnata, Samorn tattendi ċ‑Ċentru ta’ Taħriġ Fatima, filwaqt li Kusa jattendi l‑iskola tal‑kinder. Hija tixtieq li binha, li la jikber jixtieq isir suldat, ikompli


Mejju 2022

# sabiex tagħti l‑aħjar lil binha. Bħalissa, l‑omm u binha qed igawdu l‑imħabba u l‑kura li qed jirċievu mingħand is‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb. Huma jgawdu minn akkomodazzjoni, ikel, mediċina u edukazzjoni, ilkoll grazzi għas‑sapport tal‑benefatturi ta’ Missio Malta. Samorn temmen ħafna u timxi mal‑gwida tal‑motto tas‑sorijiet li:

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

l‑iskola, imqar sal‑livell medju. Imma fuq kollox, l‑omm tixtieq li binha jkun kapaċi jsib impjieg xieraq sabiex imantni lilu nnifsu u aktar ’il quddiem lil familtu.

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

Samorn, li tbigħ il‑ħaxix u l‑frott fis‑suq tal‑lokal, għallmet lil Kusa kif ibigħ il‑ħwejjeġ u l‑ġugarelli li m’għadux juża. Hija tittama li tuża l‑esperjenza tagħha

€ 25 100 kuruna sempliċi

€ 55 Mogħża tal‑ħalib għal

€ 200 Paga ta’ xahar għal

€ 800 Xiri ta’ inkubatur għal sptar missjunarju f’żona rurali fl‑Afrika

lin‑nies fil‑missjoni

€ 100 Xirja mediċina għal tfal morda

“Persuna waħda hija ta’ valur wisq aktar mid‑dinja kollha.” 

għalliem/a li jedukaw tfal vulnerabbli

familja żvantaġġata

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! 17


Mejju 2022

CHILD SPONSORSHIP Me. You. Us. Together.

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.  Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 41474120039

Account No: 50011468005

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: APSBMTMT

Swift Code: VALLMTMT

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

18

 Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt kklikkja fil‑parti Donations.  Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

 Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

u


Mejju 2022

JUM L‑OMM 2022

“Jekk tifhem il‑qalb tal‑omm, tibda tifhem il‑qalb ta’ Alla” Arċisqof Charles Jude Scicluna Quddiesa f'Jum l‑Omm u l‑inawgurazzjoni ta' xelter għan‑nisa vittmi ta' vjolenza ‑ 9 ta' Mejju 2021.

Nawguraw Minn Qalbna lill‑Ommijiet Kollha l‑Isbaħ Xewqat f ’Jum l‑Omm. Jalla l‑Barka tal‑Mulej Tinżel Fuqkom u Timliekom bis‑Saħħa u l‑Imħabba Llum u Għal Dejjem.

19


Mejju 2022

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

PAULINE PAULINE 1799 ‑ 1862

“Jien ġejt maħluqa biex inħobb u naġixxi. Il‑klawsura tiegħi hija d‑dinja.”

Pauline M. Jaricot waqqfet dik li kellha ssir l‑akbar organizzazzjoni ta’ appoġġ għall‑missjonijiet fid‑dinja kollha, b’120 uffiċċju f’pajjiżi differenti. Il‑200 Sena Anniversarju tal‑Assoċjazzjoni tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi.

https://missio.org.mt/news/pauline‑jaricot/ 20


Mejju 2022

#

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

21


Mejju 2022

IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI

San Damjan ta’ Molokaj

J

oseph de Vauster twieled fil‑Belgju fit‑3 ta’ Jannar, 1840. Kien iż‑żgħir minn seba’ aħwa. Il‑ġenituri tiegħu kellhom ir‑raba’ u kien imiss lilu jieħu ħsieb il‑familja tiegħu u r‑razzett, imma ma xtaqx din ir‑responsabbiltà. Minflok huwa ried jingħaqad ma’ ħutu li ħadu voti reliġjużi. Joseph mar l‑iskola sakemm kellu tlettax‑il sena biex seta’ jgħin lill‑familja tiegħu fir‑razzett. Huwa baqa’ jagħmel dan sakemm kiber biżżejjed biex jidħol fil‑Kongregazzjoni tal‑Qlub Mqaddsa ta’ Ġesù u Marija u ħa l‑isem ta’ Damjan, għall‑qaddis martri. Fl‑1864, ħu Damjan, li kien ukoll fra, intbagħat missjunarju l‑Ħawaj, imma ma felaħx imur għax marad ħafna. Għalhekk Fra Damjan offra li jmur minfloku, imma peress li ma kienx jaf ħafna skola, 22

il‑frajiet sħabu kienu inkwetati li hu ma seta’ qatt isir qassis. Però Fra Damjan uriehom ir‑rieda li kellu li jitgħallem u tgħallem malajr il‑Latin mingħand ħuh. Kien iqatta’ ħafna ħin jitlob quddiem l‑ikona ta’ San Franġisku Saverju biex jaqla’ l‑grazzja li jmur il‑missjoni. Sa fl‑aħħar sħabu ddeċidew li jibagħtuh il‑missjoni u wara jkun ordnat qassis. Dun Damjan wasal il‑Ħawaj f’Marzu tal‑1864, u ġie ordnat qassis xahrejn wara.

Għal disa’ snin serva lin‑nies f’ħafna rħula differenti madwar il‑Ħawaj, sakemm sema’ b’kolonja ta’ lebbrużi jgħixu fuq il‑gżira ta’ Molokaj. Sar jaf li l‑ħajja fuq il‑gżira kienet iebsa wisq għal‑lebbrużi li kienu fqar u la kellhom tabib u lanqas qassis. Dun Damjan iddeċieda li jmur Molokaj sabiex jaħdem ma’ dawn il‑lebbrużi. Huwa ħeġġiġhom biex flimkien jibnu djar, skejjel u knisja li eventwalment saret il‑parroċċa ta’ Santa Filomena; knisja li għadha teżisti sal‑lum il‑ġurnata. Dun Damjan beda mill‑ewwel jipprietka u jqaddes. Għen lil dawn in‑nies jibnu t‑toroq, sistemi tal‑ilma, orfanotrofji u knejjes. Waqqaf saħansitra kor u banda. Dan kollu tahom dinjità u tgħallmu jirrispettaw lilhom infushom u lill‑oħrajn. Dun Damjan ittieħed mill‑mard tal‑lebbra fl‑1885, wara ħafna snin ta’ ħidma.


Mejju 2022

#

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

Għalkemm kien marid, huwa baqa’ jaħdem sal‑aħħar. Kien imur jgħid ir‑Rużarju fiċ‑ċimiterju u jqatta’ ħafna ħin quddiem l‑Ewkaristija. Huwa kien jgħid li t‑talba tar‑Rużarju u d‑devozzjoni kienu jagħtuh il‑qawwa u s‑saħħa jkompli. “Din is‑saħħa tinkiseb meta nkun f ’riġlejn l‑artal,” kien jgħid. Wara sittax‑il sena jaħdem bla waqfien, Dun Damjan miet fil‑15 t’April 1889 fl‑età ta’ 49 sena. Indifen f’dawk il‑viċinanzi, imma mbagħad il‑fdalijiet tiegħu nġabru lura fil‑Belgju fl‑1936. Kien ibbeatifikat minn Papa Ġwanni Pawlu II fi Brussel, il‑Belġju fl‑4 ta’ Ġunju 1995 u sar qaddis fil‑11 t’Ottubru 2009 minn Papa Benedittu XVI. Il‑festa tiegħu taħbat fl‑10 ta’ Mejju. 

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 23


Mejju 2022

90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

MALTA MISSJUNARJA – L‑14‑IL PARTI

Il‑paġna tat‑tfal fejn tidher il‑poeżija ta’ DAX ‑ ‘Min Sallbek, Ġesù’ (MM Ottubru 1952, p.157).

Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi

B

ejn l‑1952‑6, xi poeżiji ta’ DAX, taħt il‑psewdonimu ‘Ix‑Xiħ Missjunarju’ dehru fil‑paġna għat‑tfal. Mhux kull poeżija bilfors li hi tiegħu, speċjalment dawk li ma jġibux ismu, jew għall‑anqas, l‑inizjali tiegħu, jew tip ta’ psewdonimu ieħor assoċjat miegħu: Min Sallbek, Ġesù (Sena XX, April 1952, nru 4, p.61), bi 13‑il strofa kwinarja; Il‑Ġurnata Missjunarja (Sena XX, Ottubru 1952,

nru 10, p.157), b’14‑il strofa ottonarja. Żgur iżda, li bejn Frar u Novembru 1954, fil‑Paġna tat‑Tfal bdiet tidher serje ta’ poeżini ta’ tliet strofi ottonarji kull waħda biex seta’ jwassal il‑messaġġ missjunarju lill‑qarrejja żgħar billi jintroduċihom ma’ tliet karattri mistħajla – Ġanni, Ġiġi u Ġużi. F’Diċembru mbagħad, minflok is‑soltu poeżija, DAX ħejjielhom buzzett għall‑Milied fi tliet dehriet: Rigal lill‑Bambin: Ġrajja

Profil tat‑tlett itfal ‑ Ġanni, Ġiġi u Ġużi kif dehru fil‑paġna tat‑tfal (MM Awwissu 1954, p.127). 24

Ċiniża tal‑Lum (Sena XXII, Diċembru 1954, nru 12, p.189). Jieħdu sehem tlett itfal subien: Wan, Cen, Men (b’missierhom ikun il‑kap tal‑Partit Kommunista), u soru; iż‑żewġ persunaġġi l‑oħra – Ciang u t‑tifla Kon – kemm jissemmew b’isimhom biss. Il‑ġrajja ddur fuq il‑festa tal‑Bambin, fejn it‑tfal fqajrin, minħabba li l‑Kommunisti kienu daħlu f ’pajjiżhom u stagħnew minn fuq daharhom, ġabu rigal żgħir kull wieħed. Cen ġab żewġ xemgħat u Wan żewġ plattini għall‑qamħ. Iżda forsi l‑isbaħ rigal kien dak ta’ Men: it‑tessera ta’ missieru mgerba f ’karta. Is‑soru, kollha mistagħġba, niżlet għarkupptejha tirringrazzja lil Ġesù ta’ dan ir‑rigal. Frar 1954, Sena XXII, nru 2, p.29: (1) Ġiġi, Ġanni, Ġużi ferħu / Li ġibniehom f ’dan il‑ktieb. / Billi jħobbu lill‑Missjoni, / Ġihom f’rashom dan il‑ħsieb: (2) “Ħadtu gost, ħbieb tagħna, bina? / Sejrin nidhru ta’ kull xahar / Biex nitħaddtu ta’ ħbieb twajba / Fuq xi ħaġa għall‑aħjar! (3) Se nitolbu pjaċir minnkom / Illi żgur ma ninsew qatt; / Għat‑tfal Suwed fuq isimna / Agħtu darba xi RISKATT.


Mejju 2022

# Marzu 1954, Sena XXII, nru 3, p.45: (1) Darba Ġanni, Ġiġi, Ġużi, / Il‑ħbieb tagħna tal‑Missjoni / Kienu qiegħda ġewwa l‑klassi / Jagħtu l‑iktar attenzjoni! (2) Is‑Sir tagħhom, ħelu, twajjeb, / Għal xi storja kont issibu, / U lit‑tfal, imbagħad, jgħidilhom: / “Għall‑Missjoni qis li ġġibu: (3) Kartolini, boċċi, żibeġ / Waħda mill‑ħafna tukul li nsibu fl‑Abbissinja, illum l‑Etjopja. U fuq kollox ħafna bolli.” / 1 Fl‑istess paġna, l‑Għorba : It‑tallaba jiġu Qabżu ħbiebna jgħid kull il‑Missjunarju x‑Xiħ jissokta milqugħin billi jingħatalhom wieħed: / “Jien inġiblek jdawwar lit‑tfal mad‑dinja ħobż u friex fuqiex jorqdu kemm ikolli.” [Dwar bolol billi jlaqqagħhom mal‑ħajja mal‑lejl. Min jiġi mkeċċi użati, DAX, bħala Direttur fl‑irħula tal‑Abbissinja: għandu d‑dritt ifittex fl‑Uffiċċju Missjunarju, (1) F’dan il‑pajjiż [illum il‑ġustizzja. (5) Ix‑Xogħol kien involut direttament Tagħhom: Il‑biċċa l‑kbira fil‑ġbir tagħhom biex wara l‑Etjopja] hemm biss irħula huma bdiewa li ma jafux li jitnaddfu, jinbiegħu mdaqqsin fuq l‑għoljiet jaħdmu l‑għelieqi bla tarf mill‑ġdid lill‑kollezzjonisti. fejn wieħed isib l‑ilma. (2) Il‑flus li jinġabru minnhom Id‑Djar: Hekk imsejħa tukul tagħhom. L‑Abbissini ma jħabblux rashom mix‑xogħol, kien imur għall‑pajjiżi jibnuhom billi jwaħħlu imma meta ssemmilhom fil‑bżonn.] arbli, jiksuhom bit‑tiben, il‑gwerra, isiru ġellieda ħarxa b’xewk niexef, u jiġu tondi u qalbenin. Fl‑istess paġna, l‑awtur kiteb jew kwadri. Il‑kmajra sservi għal kollox. F’tarf ir‑raħal jibnulek knejsa għad‑dell tas‑siġar. Ir‑raħal kollu hu familja waħda, xejn mhu pubbliku jew privat. Kulħadd jaf kollox fuq kulħadd. (3) Il‑Kap tar‑Raħal: Kull raħal huwa għalih u għandu l‑kap tiegħu li jagħmel il‑liġijiet u jqassam l‑għelieqi. Jekk ikun il‑każ, jagħmilha wkoll ta’ mħallef biex iwaqqaf il‑ġlied Iż‑żebu bi qrunu twil li bħalu nsibu ħafna fil‑gżira ta' Madagaskar. bejn raħal u ieħor. (4) Ilqa’

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

1

Plural t’għarib, li tfisser frustier, stranġier, barrani, pellegrin, turist jew vjaġġatur. 25


Mejju 2022

fuq il‑Gżira Madagaskar, fejn ilaqqagħna maż‑żebu – speċi ta’ barri ħotbi, smin u b’saħħtu, b’par qrun twal xi erba’ piedi. Jgħin ħafna lis‑Suwed tal‑Madagaskar fl‑industrija tal‑priservijiet.

Pittura impresssjonanti li turi t‑tislib tal‑martri ta' Nagasaki li tinsab fil‑kunvent Franġiskan ta’ Sidtna Marija tas‑Silġ fi Praga.

April 1954, Sena XXII, nru 4, p.61: (1) Ġanni, Ġiġi, Ġużi Kienu / Lejn l‑iskola llum sejrin, / Daħlu jixtru m’għand tal‑grocer / Xi ftit ħelu ferħanin. (2) Ġanni nduna; Ġiġi raha / Ġużi b’xejn ma qala’ għajnejh; / Fuq il‑bank raw kaxxa żgħira; / Kulħadd reġa’ ħakk idejh. (3) Qalu: “Nagħmlu sagrifiċċju; / Trid ma nixtru ħelu xej’? / Nagħtu s‑soldi għall‑Missjoni, / Ejja mmorru, l‑aħwa, ħej!” Fl‑istess paġna, l‑awtur jitkellem fuq il‑Ġappun, l‑art tax‑xemx tielgħa, fejn skontu ‘hija art mill‑isbaħ, fiha nies 26

90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA

minn tagħna ħafna, razza qalbiena u ta’ moħħha tajjeb.’ L‑ewwel missjunarju li qatt rifes fuqha kien San Franġisk Saverju (1506‑52) fl‑1549. Għad li f ’dan il‑pajjiż saru ħafna konverżjonijiet, ħafna missjunarji tilfu ħajjithom f ’martirji ħorox minħabba l‑persekuzzjoni.

kif ukoll ta’ tagħlim, li minnhom huwa kompost. Fih 96 paġna, u mhux ta’ min jitilfu għal XELIN biss; wieħed jista’ jagħtih anki rigal lil xi tfal, speċjalment min għandu ħsieb tagħhom. Imżewwaq kif inhu b’varjetà ta’ kitba u stampi, il‑ktejjeb huwa magħmul biex jiftaħ l‑imħuħ tat‑tfal lejn xefaq Rigal kull xahar: Minn edukattiv missjunarju li Settembru 1952 ’il quddiem bħalu s’issa għadu qatt ma – għeluq l‑20 anniversarju deher f ’Malta u forsi anqas banda oħra. Il‑mertu ta’ tar‑rivista – bdew jittellgħu rigali bix‑xorti għall‑abbonati DAX huwa tassew kbir, ta’ MM biex iħajru aktar għax b’hekk fetaħ triq ġdida qarrejja ġodda. Ħafna drabi, fil‑qari Malti, u ta’ dan huwa dawn kienu jingħataw ma jixtieqx ħaġ’oħra ħlief li jara fl‑iskejjel tagħna kollha flimkien ma’ xi ktejjeb ta’ DAX, fosthom Dwal. din l‑Antoloġija Missjunarja, Fir‑rivista t’April 1953, p.60 jekk mhux mit‑tfal kollha, insibu riklam fuqu fejn jgħid għall‑inqas mis‑surmastrijiet li l‑awtur huwa mill‑ġdid li tant iħobbu ’l‑istudenti żgħar tagħhom.’ (Minn dak tar‑Rumanz Il‑Wieħed u Ħamsin u tal‑Buzzetti. ‘L‑Immakulata’ [Mejju Iżda aħjar minn hekk, 1953, p.82], l‑organu fid‑Djarju tan‑Naxxar (Sena tat‑Terz’Ordni u VIII, Ġunju 1953, nru tal‑Missjonijiet Kapuċċini Maltin). 29, p.55) insibu t‑tagħrif li ġej: ‘Dan huwa l‑isem ta’ ktejjeb li ġie f ’idejna Mill‑istess Djarju t’Antoloġija Missjunarja ta’ tan‑Naxxar, pp.56 u 64, DAX. Huwa interessanti nisiltu aktar tagħrif: Dwal – Ktieb Ġdid għat‑Tfal: ħafna fis‑suġġett tiegħu, li jgħodd għal kulħadd, u Reċensjoni: Il‑kelma wisq iżjed għaċ‑ċkejknin antoloġija tfisser ‘ġabra ta’ ward’. U l‑ktieb Dwal hu tagħna li telgħin iħobbu ħafna l‑missjonijiet. It‑tiżwiq tassew mimli b’bosta kitbiet sbieħ daqs il‑ward / Dak li ta’ dan il‑ktieb jiġbdek u jħajrek biex taqra iżjed, jogħġob l‑iktar lilkom it‑tfal għax jimliek bil‑kurżità ta’ huma l‑istejjer. Aktar ma ġrajjiet, ta’ poeżiji u rakkonti, jkunu sbieħ l‑istejjer aktar


Mejju 2022

# tifel u tifla ma jiksbux kopja ta’ dan il‑ktieb u jaqrawha b’attenzjoni kbira. Ħafna tfal diġà xtraw kopja, imma għad baqa’ għadd kbir ta’ tfal oħrajn li għadhom ma xtrawhiex. / Jekk DAX jara li t‑tfal Maltin huma henjin bil‑ġabra ta’ kitbiet li għamel, jiena naħseb li fiż‑żmien li ġej jerġa’ joħroġ xi ktieb ieħor bħal dan. B’hekk ikun qed jgħallem lilkom u jagħtikom bosta tagħrif sabiħ. Iżda l‑ewwel tridu tgħinu lilu billi tixtru kopja ta’ dan il‑ktieb tiegħu. Aktar ma jinbiegħ malajr aktar joħroġ ma jdumx it‑tieni ktieb. – Ħabibkom (Meħud minn ‘Il‑Berqa’, 24 ta’ Lulju 1953, p.7). 

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

Riklam tal‑antoloġija missjunarja ġdida ta’ DAX li deher f’wieħed mill‑għaddijiet.

intom tieħdu pjaċir bihom. Fil‑ktieb Dwal issibu ħafna stejjer sbieħ li jogħġbukom tassew, bħalma huma, ngħidu aħna, Konfuċju Mirbuħ minn Tfajjel u Pierino. / Iżda taħsbux li fil‑ktieb Dwal ma ssibux ħlief stejjer.

Hemm ukoll reċti sbieħ, tagħrif interessanti li qatt ma smajtu bih, u poeżiji qsar li titgħallmuhom bl‑amment wara li taqrahom darbtejn. Kull biċċa kitba li hemm fih tagħti gost lil min jaqraha. / Jidher biċ‑ċar li DAX ħa ħafna paċenzja biex jagħżel il‑kitbiet li intom it‑tfal tħobbu l‑aktar. Il‑kitba kollha hi ħafifa u ma ssibux diffikultà biex taqrawha u tifhmuha kollha. Kull tifel u tifla li jaqraw din l‑Antoloġija Missjunarja, jitgħallmu bosta affarijiet fuq il‑missjoni u ma’ kemm‑il xkiel irid jiltaqa’ l‑missjunarju fit‑twettiq tal‑ħidma bżonnjuża tiegħu. / Tkun tassew ħasra jekk kull

AVVIŻ IMPORTANTI Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id‑Direttiva Nru 19 u fost l‑oħrajn avża li, mill‑1 ta' Jannar 2022, il‑banek lokali kollha mhux ser isarrfu aktar ċekkijiet li jammontaw għal €20 jew anqas. Għalhekk niġbdulkom l‑attenzjoni u nitolbukom sabiex l‑abbonament tar‑rivista Malta Missjunarja, isir billi tagħżel waħda minn dawn l‑għażliet: 1. 'Cash' ‑ billi tmur personalment f'wieħed mill‑uffiċini tagħna fil‑Belt jew il‑Mosta, 2. Permezz ta' 'bank transfer' (ara dettalji f'paġna 18), 3. Tabbona għal sentejn b’ċekk ta’ €21 pagabbli lil Missio Malta (ara dettalji f'paġna 35 u formola fil‑paġna ta' wara). Missio jirriserva d‑dritt li, f'ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom, jieħu deċiżjonijiet għall‑benefiċċju tal‑qarrejja u tal‑missjonijiet li nsostnu. Għal aktar tagħrif ikkuntattjana fuq 2123 6962.

Grazzi mill‑qalb ‑ Missio Malta 27


POEŻIJA

Mejju 2022

Wara l‑Burraxka Ħalluni ħa noħroġ mmur fejn is‑siġar immur fil‑kampanja nifraħ mal‑ward, ħa nħoss ir‑raġġi tax‑xemx u żiffa ħelwa ħa ninsa l‑ġranet imsakkar bil‑mard. Nara l‑għasafar fuq is‑siġar il‑ġmiel ta’ jdejn il‑ħallieq, nibqa’ l‑lejl kollu nistenna sa ma jfeġġ dawl iż‑żerniq. Nitlaq il‑Belt inżur il‑knejjes li jkunu fetħu kmieni filgħodu, anke fix‑xita u l‑bard xorta nitlaq b’idejja kesħin bil‑bard jirtogħdu. Inkun nixtieq ngħajjat u nkanta nsemma’ leħni ma’ kullimkien, tal‑ġmiel li ħloqt Mulejja u kif żewwaqtu l‑ħolqien. Iva nkanta u noħroġ minn qalbi tifħir ’l Alla u ’l ommna Marija, nitlobhom jgħinuni ħa nħażżeż u nżewwaq kliemi f ’dil‑poeżija. Paul Caruana

TFAL MISSJUNARJI Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex). 28


Mejju 2022

#

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022 POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna.

Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek. https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/dinja‑mutur/

Kull nhar ta’ Sibt fit‑3 ta’ waranofsinhar fuq Net TV. Waqt intervista individwali ta' 50 minuta, 'Ara Min Mar!' jintroduċi lit‑telespettaturi ma' persuni li għamlu esperjenza fil‑missjoni. L‑għan tal‑programm huwa li juri u jispjega l‑esperjenza missjunarja kollha; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ sal‑esperjenza attwali f'pajjiż tal‑missjoni sal‑effett ta' wara l‑esperjenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista, li turi l‑effett li tħalla fil‑persuna minn din l‑esperjenza, tgħin lil dak li jkun jirrealizza li kulħadd jista’ jesperjenza l‑missjoni, irrilevanti l‑età, il‑professjoni u l‑isfond tal‑ħajja li ġej minnha. Turi wkoll li persuna tista’ tagħmel esperjenza missjunarja sew għal żmien qasir kif ukoll għal perijodu itwal ta' żmien. Produzzjoni Missio Malta. 29


Mejju 2022

Firm Lorenzo Cutajar (Established 1890) General Merchant Ignatius Borg 60, St.Anne Street, Floriana FRN 9011, Malta Tel/Fax (00356) 2124 4189 Mobile 7970 2480 Residence (00356) 2144 5548 Malta’s Leading Importer and Stockists of Vinyl Flooring Wedding Carpets for Hire

Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918 30

St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702

384, Żabbar Road, Il‑Fgura, Malta. Tel: 2180 2130 Open: 9:00am ‑ 12:30pm, 4:00pm ‑ 7:00pm

www.raysjewellerymalta.com


Mejju 2022

#

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com

Nick’s Agricultural Supplies All you need for agriculture

Beauty ‑ Nails ‑ Tanning John F.Marks Street, SAN GWANN t‑27014144 m‑79319129/ 79293183 Jonathan Callus tel: 21465869 mob: 79296399 Mons Mikiel Azzopardi Str., Siggiewi www.nickagriculture.com nickagriculture@hotmail.com

MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267  Email:mariannastationery@gmail.com

PRINTING  BINDING  LAMINATION  TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm 31


Mejju 2022

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja It‑Tnax‑il Parti

Il‑Madonna ta’ Fatima Forsi l‑aktar Dehriet tal‑Madonna magħrufin li seħħew huma dawk ta’ Lourdes u ta’ Fatima, kemm minħabba d‑devozzjoni kbira tal‑Insara f ’pellegrinaġġi, talb u l‑fejqan mirakuluż li sar u li għadu jsir f ’dawn il‑postijiet b’interċessjoni ta’ Marija Santissima, kif ukoll minħabba l‑messaġġi tagħhom. 32

L‑ewwel dehra tal‑Madonna seħħet fit‑13 ta’ Mejju 1917 lit‑tlett itfal rgħajja Lúcia dos Santos, u Francisco u Jacinta Marto, f’Cova da Iria, f’Fatima, il‑Portugall. It‑tfal iddeskrivew lil Marija Santissima bħala ‘mara liebsa kollha l‑abjad, aktar brillanti mix‑Xemx’. Hija qaltilhom li bit‑talb tar‑Rużarju tintemm dik li kienet tissejjaħ il‑Gwerra l‑Kbira – L‑Ewwel Gwerra Dinjija, li ħalliet 17‑il miljun mejta. Skont it‑tfal, Marija Santissima dehritilhom sitt darbiet f’dik is‑sena. F’dehra minnhom il‑Madonna qaltilhom li fit‑13 ta’ Ottubru 1917 kien se jseħħ miraklu. F’dak li beda jissejjaħ il‑Miraklu

tax‑Xemx ħafna rrappurtaw li raw viżjonijiet fis‑sema, filwaqt li oħrajn irrappurtaw mirakli ta’ fejqan. Il‑Miraklu tax‑Xemx kien jikkonsisti f’sensiela ta’ movimenti strambi tax‑xemx li seħħew dakinhar b’mod mirakoluż u li rawhom folol kbar ta’ nies. Ħafna qalu li raw attività solari straordinarja, bħax‑xemx tidher ‘tiżfen’ jew tagħmel movimenti ta’ żigżag fis‑sema, timxi lejn id‑dinja u titfa’ dawl b’ħafna kuluri radjanti. Dan l‑avveniment dam madwar għaxar minuti. Wara investigazzjonijiet intensi Kanoniċi, dan l‑avveniment ġie ddikjarat ta’ ‘ karattru sopranaturali’ mill‑Knisja Kattolika fl‑1930.


Mejju 2022

# l‑erwieħ tal‑imsejkna midinbin. Biex isalvahom, Alla jixtieq jistabbilixxi fid‑dinja devozzjoni lejn il‑Qalb Bla Tebgħa Tiegħi. Jekk dak li ngħidilkom jitwettaq, ħafna rwieħ isalvaw u jkun hemm il‑paċi. Il‑gwerra se tispiċċa, imma jekk il‑bnedmin ma jiqfux joffendu lil Alla, bronż imsewwed jew tinqala’ waħda agħar imleqqeq, f ’wiċċ l‑ilma waqt il‑Pontifikat ta’ Papa fil‑konflagrazzjoni, issa Piju XI. Meta taraw lejl mgħollija fl‑arja mill‑fjammi imdawwal minn dawl li ħarġu minn ġo fihom mhux magħruf, kunu afu li infushom flimkien ma’ sħab dan hu s‑sinjal kbir li Alla kbir ta’ duħħan, issa jaqgħu jagħti li wasal biex jikkastiga lura minn kull naħa bħal lid‑dinja għad‑delitti tagħha, permezz ta’ gwerra, xrar f ’nar enormi, mingħajr piż jew ekwilibriju, fost ġuħ u persekuzzjonijiet twerżiq u għajjat ta’ wġigħ u lill‑Knisja u lill‑Qdusija disprament, li werwruna u Tiegħu l‑Papa. Biex ġagħluna nirtogħdu bil‑biża’. nimpedixxi dan, qiegħda nitlob il‑Konsagrazzjoni Id‑demonji setgħu jiġu distinti mix‑xebh terribbli tar‑Russja lill‑Qalb Bla u repulsiv tagħhom ma’ Tebgħa Tiegħi, u t‑Tqarbin annimali tal‑biża’ u mhux ta’ Riparazzjoni fl‑ewwel magħrufa, kollha suwed u Sibtijiet. Jekk it‑talbiet tiegħi trasparenti. Din il‑viżjoni jingħataw widen, ir‑Russja damet biss mument. Kif qatt tikkonverti u jkun hemm nistgħu nkunu grati biżżejjed il‑paċi; jekk le, ir‑Russja lejn l‑Omm Ħanina tagħna se tifrex l‑iżbalji tagħha tas‑sema, li kienet diġà mad‑dinja kollha u tikkawża ppreparatna billi wegħditna, gwerer u persekuzzjonijiet fl‑ewwel dehra, li teħodna lill‑Knisja. It‑tajbin ikunu fis‑sema. Inkella, naħseb li mmartirizzati, il‑Qdusija konna mmutu bil‑biża’ u Tiegħu jkollu jsofri ħafna, t‑terrur.” diversi nazzjonijiet jiġu meqruda. Fl‑aħħar, It‑Tieni Sigriet: Il‑Madonna il‑Qalb Bla Tebgħa Tiegħi qaltilhom: “Intom rajtu tirbaħ. Il‑Qdusija tiegħu l‑infern fejn jistgħu jmorru jikkonsagrali r‑Russja u

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

It‑Tliet Sigrieti ta’ Fatima:

Minbarra l‑Miraklu tax‑Xemx, id‑dehriet tal‑Madonna f ’Fatima baqgħu wkoll magħrufin ħafna minħabba t‑Tliet Sigrieti li l‑Verġni Marija, fit‑13 ta’ Lulju 1917 kienet fdat lit‑tlett itfal. Dawn is‑sigrieti jikkonsistu f ’sensiela ta’ viżjonijiet u profeziji apokalittiċi. L‑ewwel tnejn kienu żvelati fl‑1941 f ’dokument miktub minn Lúcia fuq talba ta’ José Alves Correia da Silva, Isqof ta’ Leira‑Fatima. It‑Tielet Sigriet, żvelat ukoll minn Lùcia, sar magħruf uffiċjalment minn Papa Ġwanni Pawlu II fis‑26 ta’ Ġunju 2000. L‑Ewwel Sigriet jikkonsisti f’viżjoni tal‑infern. Tirrakkonta Lúcia: “Il‑Madonna wrietna baħar kbir ta’ nar li donnu kien taħt l‑art. F’ dan in‑nar kien hemm demonji u rwieħ f ’għamla umana bħall‑faħam jaħarqu trasparenti, kollha

33


Mejju 2022

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR

tikkonverti, u jingħata perijodu ta’ paċi lid‑dinja.” It‑Tielet Sigriet: Lúcia kitbet: “Nikteb b’ubbidjenza lejk, Alla tiegħi, li kkmandajtni nagħmel hekk permezz tal‑Isqof ta’ Leiria u permezz tal‑Omm Imqaddsa Tiegħek u tiegħi. Wara ż‑żewġ partijiet li diġà spjegajt, fuq ix‑xellug tal‑Madonna u ftit ’il fuq, rajna anġlu b’xabla fjamma f ’idu x‑xellugija; tixħet fjammi li dehru bħallikieku kienu se jagħtu n‑nar lid‑dinja; imma tmewtu meta ġew f ’kuntatt mal‑isplendur li l‑Madonna rradjat lejh minn idha l‑leminija: b’idu l‑leminija l‑anġlu wera d‑dinja u għajjat b’leħen qawwi: “Penitenza, Penitenza,Penitenza!” U rajna f ’dawl immens li hu Alla, xi ħaġa simili għal kif jidhru f ’mera meta jgħaddu minn quddiemha, isqof liebes l‑abjad. Kellna l‑impressjoni li kien il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa. Isqfijiet oħra, u saċerdoti, reliġ jużi irgiel u nisa, jitilgħu muntanja wieqfa li fil‑quċċata tagħha hemm salib kbir ta’ zkuk mhux maħduma bħal ta’ siġra tas‑sufra bil‑qoxra; qabel ma wasal hemm il‑Qdusija Tiegħu għadda minn belt kbira nofsha fdalijiet, u nofsu mriegħed b’passi bil‑mod, milwi bl‑uġigħ u n‑niket, 34

Sor Lucia dos Santos, waħda mit‑tlett itfal li raw lill‑Madonna ta’ Fatima fl‑1917, tidher hawn f’ritratt tal‑2000.

talab għall‑erwieħ tal‑katavri li ltaqa’ magħhom fi triqtu; wara li laħaq il‑quċċata tal‑muntanja għarkopptejh f ’riġlejn is‑salib il‑kbir inqatel minn grupp ta’ suldati li sparawlu balal u vleġeġ, u bl‑istess mod mietu wara xulxin l‑isqfijiet l‑oħra, saċerdoti, reliġjużi irgiel u nisa, u diversi lajċi ta’ gradi u pożizzjonijiet differenti. Taħt iż‑żewġ dirgħajn tas‑salib kien hemm wieqfa żewġ anġli, kull wieħed b’asperġi

tal‑kristall f ’idu, li fih ġabru d‑demm tal‑martri u bih raxxew l‑erwieħ li kienu sejrin lejn Alla.” Flimkien mat‑test ta’ dan is‑sigriet, il‑Kardinal Joseph Ratzinger (il‑futur Papa Benedittu XVI) ippubblika kummentarju teoloġiku li fost ħwejjeġ oħra qal: “Il‑qari bir‑reqqa tat‑test tal‑hekk imsejjaħ it‑Tielet Sigriet ta’ Fatima, x’aktarx se jkun diżappuntanti

Is‑Santwarju ta’ Fatima, il‑Portugall.


Mejju 2022

# Dwar it‑tifsira tal‑messaġġ huwa kompla jgħid: “Dak li jibqa’ kien diġà evidenti meta bdejna r‑riflessjonijiet tagħna fuq it‑test tas‑sigriet: l‑eżortazzjoni għat‑talb bħala t‑triq tas‑salvazzjoni għall‑erwieħ u bl‑istess mod is‑sejħa għall‑penitenza u l‑konverżjoni.” Fil‑11 ta’ Mejju 2010, Papa Benedittu XVI qal: “Inkunu żbaljati meta naħsbu li l‑messaġġ profetiku ta’ Fatima ġie rrealizzat għalkollox.” 

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

jew sorprendenti wara l‑ispekulazzjoni kollha li qajjem. L‑ebda misteru kbir ma ġie żvelat u lanqas l‑futur ma ġie żvelat.” Wara jkompli jwissi lin‑nies biex ma jarawx fil‑messaġġ avveniment futur determinat. “L‑għan tal‑viżjoni mhuwiex li juri film fiss b’mod irrevokabbli. It‑tifsira tagħha hija eżattament l‑oppost: hija maħsuba biex timmobilizza l‑forzi tal‑bidla fid‑direzzjoni t‑tajba. Għalhekk irridu

neħilsu għalkollox minn spjegazzjonijiet fatalistiċi, bħal pereżempju l‑allegazzjoni li l‑attentat fuq ħajjet Papa Ġwanni Pawlu II fit‑13 ta’ Mejju 1981 kien sempliċiment strument tal‑pjan Divin immexxi mill‑Providenza u għalhekk ma setax aġixxa b’mod ħieles, jew ideat simili fiċ‑ċirkolazzjoni. Pjuttost il‑viżjoni titkellem dwar il‑perikli u kif nistgħu nkunu salvati minnhom.”

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt 35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Mejju 2022

BISKUTTINI TAL‑LEWŻ MINN HONG KONG Metodu: • Ħawwad sew l‑abjad tal‑bajd u żid ftit ftit l‑ingredjenti l‑oħra kollha. • Ħalli l‑għaġina toqgħod għal madwar nofs siegħa. • Ifforma l‑għaġina fi blalen żgħar ta’ madwar pulzier kull wieħed. • F’każ li l‑għaġina tiġi ddellek wisq, żid ftit oħra intrita jew żid frit dqiq tal‑lewż. • Poġġi lewża fin‑nofs ta’ kull biskuttin. X’għandek bżonn: • 454 gramma lewż pur mitħun (intrita) • 340 gramma zokkor ‘caster’

• Poġġi l‑biskuttin f ’dixx tal‑forn miksi bil‑karti tal‑ostji. • Aħmi f ’forn moderat għal madwar 10 minuti jew kwarta.

• 3 abjad tal‑bajd • Qoxra ta’ żewġ lumijiet • Nofs kuċċarina essenza tal‑vanilja • Ftit lewż sħiħ

好胃口 Hǎo wèikǒu (L‑ikla t‑tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq:

Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity

PE & C

O

G IF

#

ARITY H

FAITH H

Mejju 2022 MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

T SHOP

Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328 37


KOMPETIZZJONI ‑ MEJJU 2022

Mejju 2022

SUDOKU

Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

4

8

7

9

5 4

2

3

7

8

9

5

__________________________________________________

4

1

5

6

Indirizz:___________________________________________

8

4

5

8

7

__________________________________________________

2

__________________________________________________

5 2

Isem u Kunjom: ____________________________________

6

1

7

6

__________________________________________________

3 3

7

4

Kodiċi Postali: ____________________________________

1

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Marzu 2022: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Marcon Pavia mill‑Fgura. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

4

3

6

1

7

8

2

5

9

5

7

8

2

9

6

1

4

3

9

2

1

3

4

5

6

7

8

6

9

3

4

8

1

7

2

5

7

1

2

5

6

9

3

8

4

8

4

5

7

2

3

9

1

6

1

8

9

6

5

7

4

3

2

2

6

7

8

3

4

5

9

1

3

5

4

9

1

2

8

6

7

Nitbissmu ftit: Kju twil ta’ nies inġabar quddiem stabilliment tal‑ħwejjeġ tat‑terz età li kellu skontijiet kbar. Raġel ta’ mezz età deher ġej mill‑bogħod u pponta biex jaqbeż il‑kju kollu u jmur fuq quddiem nett, imma anzjana għamlet għalih bil‑basket li kellha mdendel m’idha u gerrxitu ’l hemm. Għat‑tieni darba r‑raġel reġa’ ttanta jaqbeż il‑kju, iżda din id‑darba kien anzjan li għamel għalih bil‑bastun u keċċieh ’il hemm. Hekk kif għat‑tielet darba l‑povru raġel deher riesaq lejn quddiem nett tal‑kju, minn distanza sigura għajjat: “Jekk m’intomx ser tħalluni niftaħ il‑bieb, mhux ser jirnexxielkom tidħlu fil‑ħanut!” 38

Tessa żżewġet tabib u l‑ġenituri tagħha tgħidx x’bokka kellhom bih! Mela jum wieħed, it‑tabib kellu bżonn isiefer għal tul ta’ żmien fuq studju u kien jikteb u jibgħat ħafna ittri ta’ mħabba lil martu Tessa. Imma tant kien jikteb ikrah, li l‑mara ma kienx jirnexxilha taqra lanqas kelma waħda. Hija tarrfet b’dan lill‑ġenituri tagħha u wriet id‑dispjaċir li kellha li ma setgħet tifhem xejn. Pront pront missierha qalilha: “Għal daqshekk binti! Għax ma tmurx għand l‑ispizjar bl‑ittri; dak żgur jagħraf x’hemm miktub!”


Mejju 2022

#

MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022

Eżempji sbieħ Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 04 ta’ April 2022 Giorga Vella mis-Siġġiewi • 08 ta’ April 2022 Emanuela Muscat minn Ħal Għargħur • Sor Feliciana Saliba – Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, il-Marsa Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż-Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż-Żurrieq • Sra. D. Camilleri minn Birżebbuġa • Valentina Mifsud mill-Imqabba • Raymond Falzon mill-Gudja Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

Grazzi wkoll lil: • Tereża u Emanuela minn Ħal Għargħur li minn bejgħ ta’ pjanti ġabru s-somma ta’ €350. • Emanuel’s Bakery (Ta’ Barbetta), iż-Żejtun, li ta donazzjoni ta’ €1,000. • Carmen Mifsud mis-Siġġiewi li tat donazzjoni ta’ brieret tas-suf għat-tfal fil-missjoni.

Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi. Missio Malta • Missio Tfal

Websajt Missio • Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

www.missio.org.mt

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess. 39


Mejju 2022

S.DEMANUELE Est. 1898

Watch & Clock Repairs www.sdemanuele.com

3, St. John Street, Valletta Shop Hours: Monday to Friday 09.00 ‑ 13.00

21 220 650 / 79 790 650

FREE DELIVERY

Main Street, St Paul's Bay, Malta Mob: 7722 9904 / 9945 5282 · Tel: 2758 1500

OPENING HOURS Monday: Tuesday: Wednesday: Thursday: Friday: Saturday: Sunday:

40

7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 18:00 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 7:00 ‑ 13:00 Closed


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Mejju 2022 by Missio Malta - Issuu