NEWSPAPER POST MEJJU 2021 SENA 89
90
sena ħidma għall‑missjoni
02 Niskopru R‑Rieda T’Alla F’Kull Mument 12 The Maltese Sisters Of Pakistan 22 90 Sena Ta’ Storja 30 Fil‑Ħlewwa Ta’ Mejju għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL – DUN VICTOR AGIUS
Mejju 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Niskopru r‑Rieda t’Alla f’Kull Mument
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 18 Qaddis tax‑Xahar 22 90 Sena ta’ Storja 26 Udjenza Ġenerali 29 Poeżija 30 Fil‑Ħlewwa ta’ Mejju 34 Poeżija 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Omm u bintha fuq pjantaġġun tar‑ross f 'Tu Le Lao Cai, il‑Vjetnam. 2
E
jjew nieqfu ftit u naraw kif il‑ħin itir! Ejjew nisfurzaw rwieħna li nagħmlu r‑rieda t’Alla f ’dan il‑mument u nkunu konxji li qed ninsew lilna nfusna, nissagrifikaw dak kollu li hemm f ’qalbna u f ’moħħna li m’għandux x’jaqsam mal‑preżent. Jista’ jkun li rridu npoġġu fil‑ġenb xi memorja li għadha wisq friska f ’rasna, idea, xewqa jew anki xi emozzjoni profonda, oġġett jew persuna. Niftħu qalbna u moħħna, u bil‑qawwa kollha nagħmlu r‑rieda t’Alla. Hekk inkunu verament inħobbu lil Alla b’qalbna kollha, b’moħħna kollu u bis‑saħħa kollha tagħna: Alla l‑uniku ideal ta’ ħajjitna. Ta’ min jagħmlu dan l‑eżerċizzju: kull darba li nagħmluh ikollna mmutu xi ftit biex nerġgħu lura għall‑ħajja.
Mejju 2021
Ittra minn komunità fil‑Libanu. Ilkoll nafu li sal‑lum il‑ġurnata, il‑Libanu għadu taħt xokk kbir għal dak li ġara. Bejrut saret belt li ma tarafhiex b’xenarji apokaliptiċi; distruzzjonijiet kullimkien, tensjonijiet għoljin, swied il‑qalb, rabja kif ukoll episodji ta’ vjolenza. Ftit ġranet wara li dan il‑pajjiż intlaqat minn splużjoni tremenda li qatlet ħafna nies u ġabet diżastru enormi, komunità minn hemm bagħtet ittra. Huma kitbu hekk: “B’dan il‑ftit kliem kull wieħed u waħda minna nixtiequ nirringrazzjaw lilkom ilkoll. Inħossuna kommossi li tant minnkom mid‑dinja kollha, kbar u żgħar, permezz ta’ telefonati u messaġġi, kontu tant qrib tagħna f ’dan il‑mument. Hekk kif inqumu kull filgħodu u naraw il‑kobor ta’ din il‑katastrofi, il‑ħsara
materjali, in‑numru kbir ta’ sptarijiet li ġew meqruda jew milquta serjament u l‑arja mniġġsa li nieħdu n‑nifs minnha, aħna nħossuna bħala ‘dawk salvati’. Kull wieħed minna seta’ kien hemm f ’dik id‑drama. U forsi xi wħud minna, b’id providenzjali kellhom fl‑aħħar mument imorru f ’post ieħor u hekk salvaw. Għalhekk, inħossu li ġejna mogħtija t‑tieni ħajja biex ngħixu, kif qalet waħda mara żagħżugħa li kienet għadha kif ħarġet minn ġo lift li ftit wara sparixxa bl‑isplużjoni.”
Fl‑ittra jkomplu jgħidu li fit‑toroq fejn kollox jgħajjat disperament: “Ħafna nies mill‑pajjiż kollu u nies minn diversi komunitajiet reliġjużi, qed jaħdmu kemm jifilħu biex inaddfu l‑ħerba li hemm. Kull wieħed, kif jaf hu, huwa xhieda ħajja ‘tal‑qawmien’ li ser jirbaħ fuq il‑mewt tal‑belt, tal‑pajjiż, tal‑ħolm ta’ ħafna nies. Flimkien magħkom irridu nimxu ’l quddiem biex ikollna Libanu li jista’ jagħti messaġġ ta’ paċi, għaqda u fratellanza universali, u jkun mudell ta’ dinja magħquda li trid titwieled.”
L‑omm hija dik il‑persuna li tieħu post kulħadd, imma li ħadd ma jeħdilha postha! Awguri mill‑qalb lill‑ommijiet kollha mingħandna ta’ Missio. Il‑Mulej iżomm idejh fuqkom u jberikkom, u jagħti l‑mistrieħ ta’ dejjem lill‑ommijiet kollha li ħallew din id‑dinja.
3
Mejju 2021
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
La Twarrabx Tagħlim Ommok
I
ż‑żmien igerbeb bla ma jistenna lil ħadd. Għadna kemm bdejna s‑sena u diġà wasalna fil‑ħames xahar – Mejju. Dan ix‑xahar jurina il‑ġmiel li jaf joffri l‑istaġun tar‑rebbiegħa. Biżżejjed tmur timxi ftit fil‑kampanja biex tara s‑sbuħija tal‑ward u l‑uċuħ tar‑raba kważi lesti għall‑ħsad. Bħallikieku dan mhuwiex biżżejjed, f ’dan ix‑xahar niċċelebraw il‑festa sabiħa ta’ Jum l‑Omm – kemm dik naturali li tatna l‑ħajja u kemm l‑omm tagħna tas‑sema. Persuna li taraha kuljum u ssibha dejjem meta ssejħilha, faċli ħafna li teħodha ‘for granted’. Għalhekk huwa xieraq li tal‑anqas darba fis‑sena nieqfu ftit biex nirriflettu min hija din il‑mara li tħobbna u dejjem lesta li tissagrifika kollox għalina. Fl‑istess waqt nitgħallmu napprezzawha għal dak li hi u għal dak kollu li tagħmel magħna. L‑omm hija xempju tal‑imħabba u tas‑sagrifiċċju għaliex min tassew iħobb jitgħallem jinsa lilu nnifsu biex jara lil ħaddieħor ferħan. Kemm ommijiet raw il‑mewt ma’ wiċċhom 4
biex isalvaw lit‑tarbija li kienu qegħdin iġorru f ’ġufhom! Dan hu biss il‑bidu. Tarahom filgħodu jqumu kmieni biex iħejju lil kulħadd għax‑xogħol jew għall‑iskola. Wara jum ta’ taħbit, hija l‑omm li ħafna drabi tkun tal‑aħħar li tmur tistrieħ. L‑omm taf tisma’, tħenn, tagħder, taħfer u tgħin lil uliedha. Jeħtieġ nitgħallmu napprezzaw lil din il‑mara mhux biss fil‑jum iddedikat lilha, iżda kuljum. Ir‑rispett u l‑imħabba tagħna lejn ommna hemm bżonn li nuruhom b’mod speċjali fil‑mument tad‑dgħufija, meta minħabba l‑età u l‑mard ikollha bżonn l‑għajnuna u s‑sapport tagħna. Il‑Ktieb tal‑Proverbji jgħallimna: “Isma’ ibni kliem missierek, u twarrabx tagħlim ommok” (Prov. 1:9), u jkompli:
“Min jgħakkes lil missieru u jkeċċi ’l barra lil ommu, hu iben bla ġieħ u kollu għajb.” (Prov. 19:26) Dan, bla ebda dubju ta’ xejn, jgħodd ukoll għal ommna tas‑sema.
B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
Aħna, bħala Maltin u Għawdxin, inħobbu lill‑Madonna. Hekk li ħafna mill‑parroċċi tagħna għażluha biex tkun il‑patruna tagħhom. Iżda lil Marija nkunu tassew inħobbuha daqskemm inżommuha bħala mudell tal‑virtujiet fil‑ħajja tagħna, u nkunu tassew uliedha daqskemm kuljum nippruvaw nitgħallmu nixbhuha.
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.
biex nitolbuha l‑ħtiġijiet tagħna, hija żgur li tkun pronta tinterċedi għalina biex taqlgħalna dak li jkollna bżonn.
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
Marija għarfitna b’uliedha waqt li kienet bilwieqfa tbati taħt is‑salib ta’ binha Ġesù. “Mara, hawn hu ibnek,” qal Ġesù msallab lil ommu, u kompla jgħid lid‑dixxiplu: “Hawn hi ommok.” (Ġw. 19:26‑27) Marija, bħala omm, dejjem attenta biex tismagħna u fl‑istess waqt pronta biex tgħinna. Hekk narawha fil‑pront tgħid ‘iva’ lil Alla fit‑tħabbira li għamlilha permezz tal‑anġlu Gabrijel. (Lq. 1:38) Qalet ‘iva’ biex tmur tgħin lill‑qariba tagħha, Eliżabetta, meta saret taf li kellha sitt xhur tqala. Il‑vanġelju jgħidilna: “Marija qamet u marret tħaffef lejn l‑għoljiet.” (Lq. 1:39) Marija, bħala omm imxiet wara binha Ġesù huwa u tiela’ l‑għolja tal‑kalvarju u baqgħet miegħu sakemm il‑ġebla tal‑qabar firdithom. Papa Franġisku huwa u jimmedita dawn il‑ġrajjiet, jgħallimna li Marija hekk għadha u tibqa’ tagħmel magħna sal‑aħħar. Meta mmorru għandha
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
Mejju 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 5
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Mejju 2021
Intenzjoni Missjunarja: Mejju 2021 Intenzjoni Universali Id‑Dinja tal‑Finanzi
“Nitolbu sabiex dawk kollha li jieħdu ħsieb il‑finanzi jaħdmu mal‑gvernijiet sabiex jirregolaw l‑isfera tal‑finanzi u jipproteġu liċ‑ċittadini mill‑perikli tagħha.” 6
M
a nistgħux inpoġġu l‑ekonomija għall‑ispejjeż tal‑bniedem, anzi l‑ekonomija għandha isservi sabiex il‑bniedem jgħix aħjar. Xi wħud minn dawk li qegħdin imexxu l‑ekonomija tal‑pajjiżi qegħdin ipoġġu fl‑ewwel post lill‑ekonomija ‘tal‑but’ tagħhom u għalhekk b’interessi personali bil‑konsegwenza li qegħdin iwarrbu d‑drittijiet tal‑maġġoranza tal‑popli. Ekonomiji, li filwaqt li jistagħnu minn fuqhom il‑ftit, l‑istess ekonomiji
qegħdin iniġġsu u jħammġu l‑ambjent u l‑elementi naturali tal‑ħafna. Hekk kiteb Papa Franġisku fl‑Enċiklika ‘Laudato Si’ fin‑numru 21: “Id‑dinja, id‑dar tagħna, donnha qed tinbidel dejjem iżjed f ’depożitu kbir ta’ żibel”. Hemm bżonn li jitħares il‑ġid komuni u fuq kollox id‑drittijiet tal‑bnedmin kollha. Jeħtieġ li jkun hemm għażla preferenzjali l‑aktar favur il‑foqra u naħdmu lkoll flimkien għal dinja iktar sostenibbli għall‑ġenerazzjonijiet futuri.
Mejju 2021
Hemm bżonn għalhekk ta’ diversi toroq miftuħa dejjem għal kulhadd u għad‑djalogu, diversi linji ta’ gwida għall‑impenn internazzjonali, nazzjonali u anke lokali, u għall‑għarfien tal‑użu tal‑ġid tal‑ekonomiji għall‑ġid taċ‑ċittadini kollha. Bħala Nsara għandna nkunu dejjem vuċi waħda kontra kull tip ta’ ekonomija li tgħaffeġ liż‑żgħir u lill‑batut, kull tip ta’ ekonomija abbużiva u li qiegħda ġġib ħsara u inġustizzja kbira. Ma nistgħux nibqgħu siekta u ma nagħmlu xejn, għaliex dan ifisser li nkunu qed inħallu jsaltan l‑ħażen u l‑qerq fid‑dinja. U dan huwa wieħed mid‑dnubiet tad‑dinja, id‑dnub tal‑ommissjoni, fejn inkunu kuntenti li aħna moqdija sewwa, filwaqt li ma jimpurtaniex minn dak li qed ibati u jsofri l‑inġustizzji.
Fil‑fatt, Papa Franġisku wissa dwar dan kollu u jgħidilna biex naħdmu dejjem għall‑ekonomiji ġusti kif qal fid‑diskors tiegħu lill‑parteċipanti tal‑Laqgħa tal‑Fondazzjoni ‘Centesimus Annus Pro Pontifice” tas‑26 ta’ Mejju tal‑2018: “Id‑diffikultajiet u l‑kriżijiet attwali fis‑sistema ekonomika għandhom dimensjoni etika li ħadd ma jista’ jiċħadha: għandhom rabta ma’ mentalità egoistika u ta’ esklużjoni li nisslet kultura tal‑iskart, li hija għamja fejn jidħol ir‑rispett lejn id‑dinjità umana ta’ dawk l‑aktar vulnerabbli. Dan narawh fil‑‘globalizzazzjoni tal‑indifferenza’ quddiem l‑isfidi morali li l‑familja tal‑bnedmin qed ikollha tħabbat wiċċha magħhom, xi ħaġa li qiegħda dejjem tikber. Jiġu f ’moħħi b’mod speċjali l‑ħafna tfixkil kontra
l‑iżvilupp uman sħiħ ta’ bosta minn ħutna l‑bnedmin, mhux biss fil‑pajjiżi fejn hemm il‑faqar materjali, iżda li qed jiżdied ukoll fejn hemm il‑ġid tad‑dinja żviluppata. Jiġu f ’moħħi wkoll il‑kwistjonijiet urġenti etiċi marbuta maċ‑ċaqliq globali migratorju. Mela nitolbu biex dawk kollha responsabbli mill‑ekonomiji tal‑pajjiżi fid‑dinja, jaħdmu dejjem għall‑vera ġid komuni.
Ejjew fuq kollox inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija.
BAŻAR
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Mejju 2021
M
Is‑Sejħa Għall‑Appostolat
eta naħseb fuq l‑appostolat jiġuni f ’moħħi memorji tal‑passat ta’ meta kont għadni tifel u kienet tiġi fil‑parroċċa tagħna jew il‑Missjoni l‑Kbira jew il‑Missjoni ż‑Żgħira jew is‑Sajda tal‑Mużew. Imma dawn illum m’għadhomx tant popolari. X’ġara? Mhix risposta faċli tagħti raġunijiet, għaliex il‑kelma stess ‘appostolat’ ma tantx iddoqq tajjeb għal xi nies. Nistaqsi, għaliex Ġesù kien jiġbed tant nies warajh u aħna llum, nissogra ngħid, ingerrxuhom? Wara tant snin li ilni qassis u tant ieħor missjunarju, inħoss il‑bżonn li nagħmel eżami tal‑kuxjenza rigward dak li dejjem qistu bħala x‑xogħol 8
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
tiegħi prinċipali kif ukoll id‑dmir u l‑mod tiegħi li nuri mħabbti lejn Ġesù li dejjem u għal dejjem nixtieq nibqa’ nsegwi f ’ħajti.
‘imħabba’. Ġesù ma jagħmilx appostolat, imma jgħin lilna bnedmin niskopru l‑ħajja tat‑Trinità, jiġifieri kif għandna nġibu ruħna ma’ xulxin u jiġbidna lejn Dak li mill‑ewwel joħroġ l‑isfera tal‑ħajja vera, u ċar huwa li l‑appostolat hekk jistedinna nġibu hawn m’għandux ikun ‘metodu’ fl‑art, bejn il‑popli kollha, ta’ kif nevanġelizzaw dik l‑istess forma ta’ soċjetà jew ix‑xogħol li għandi li minnha ġej hu. Fil‑fatt nagħmel, imma għandu x’għamel Ġesù meta kien jkun l‑espressjoni ta’ ħajti. hawn fostna? Għaqqad ftit Il‑mudell tal‑veru appostolat nies, li magħqudin miegħu, insibuh fil‑Vanġelu, f ’Ġesù. kienu s‑Saltna t’Alla fuq Hu kien jevanġelizza bil‑mod l‑art. In‑nies l‑oħra raw dan kif kien jgħix għax hu u ħassew li riedu jsiru parti ġabilna hawn fuq l‑art il‑ħajja minn din il‑ħajja ġdida, għax tat‑Trinità. It‑Trinità ma fiha sabu dak li minn dejjem tagħmilx appostolat, imma xtaqet qalbhom. Soċjetà li ddawwal il‑ħajja tagħha għandha pedament wieħed, fil‑bnedmin, fin‑natura u dak tal‑imħabba lejn xulxin. fil‑liġijiet tagħha. Il‑ħajja tat‑Trinità hija sempliċement Anki llum min jiltaqa’ ma’
Mejju 2021
din is‑Saltna t’Alla fuq l‑art, jiskopri lil Alla f’ħajtu u jagħtih l‑ewwel post. Moħħna, qalbna u l‑forzi kollha tagħna jingħaqdu ħaġa waħda f’Alla u nifhmu li qabel kollox irridu nħobbu lil Alla b’qalbna kollha, b’moħħna kollu u bis‑saħħa kollha tagħna. U hu, bil‑mod il‑mod, imexxina biex nifhmu li biex verament inħobbuh hemm bżonn li nħobbu l‑proxxmu tagħna wkoll. Jgħallimna nsibu r‑relazzjoni vera mal‑oħrajn, jiġifieri ma’ kull persuna li tgħaddi minn ħdejja f’kull mument ta’ ħajti. Jgħallimna nħobbu fihom għax hu jgħidilna li kulma nagħmlu magħhom qed nagħmluh
miegħu. Biex inħobb lil Alla, irrid inħobb lill‑proxxmu. Għalhekk, mhux nagħmel l‑appostolat biex nikkonverti lill‑ieħor, anki jekk għal raġuni qaddisa, imma nħobb u nservi lill‑proxxmu għax b’hekk qed inħobb u nservi ’l Alla. Inħoss li din il‑verità taqlibli l‑idea li forsi kelli tal‑appostolat
ta’ taħt fuq. Mhux nirbaħ lill‑ieħor biex isir bħali jew biex nikkonvertih u hekk isir Kattoliku bravu. Il‑kelma ‘nirbħu’ fl‑appostolat nista’ nużaha biss jekk tfisser: nirbħu għall‑imħabba. Hija l‑imħabba li tirbħu għall‑imħabba. Hekk ma naqax fil‑prożelitiżmu. Jekk immur biex nirbaħ
Biex infiq għandi bżonn id‑demm.
Int tista’ tgħinni?
Grazzi mill‑qalb! 9
Mejju 2021
niżbalja. Dan rajtu ċar ħafna meta sibt ruħi fil‑missjoni bi sfidi enormi quddiemi u kont nistaqsi lili nnifsi: “Imma jien x’nista’ nagħmel quddiem din il‑massa enormi ta’ nies?” U sibt li l‑isbaħ triq biex inpoġġi fil‑prattika il‑kmandament ta’ Ġesù: “Morru fid‑dinja kollha xandru l‑bxara t‑tajba,” kienet li m’oħrajn nibni ċellula żgħira ta’ ‘Saltna t’Alla fuq l‑art’. F’kontinent bħall‑Asja fejn hemm biljuni ta’ nies ta’ kull reliġjon u kulturi differenti minn tiegħi, kif stajt nagħmel appostolat? Kif inhu possibbli titgħallem dawk il‑lingwi kollha? Imma, iva huwa possibbli. Kemm‑il darba konna niltaqgħu ma’ nies bħal dawn, Tawisti, Ħindu, Musulmani, Buddisti u ħafna drabi nies bla twemmin. Huma kienu jaraw kif aħna, tnejn jew aktar minn pajjiżi diversi, konna nħobbu verament lil xulxin. Kienu jaraw kif konna nħobbuhom għax konna nisimgħuhom u napprezzaw is‑sabiħ 10
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
tar‑reliġjon tagħhom u tal‑kultura tagħhom, u kienu jsiru ħbieb tagħna. Aħna konna nħossu l‑preżenza t’Alla preżenti hemm fostna, u huma kienu jiġru warajna u jixtiequ jaħdmu magħna għall‑ġid tal‑oħrajn. Niftakar darba konna l‑Filippini u kienu ġew jgħaddu ftit tal‑ġranet magħna grupp ta’ żgħażagħ Ġappuniżi li kienu minn moviment Buddista jismu
Rissho Kosei Kai, u fl‑aħħar ġurnata waħda minnhom kienet qalet: “Nissogra ngħid, li f’dawn il‑ġranet, għall‑ewwel darba f’ħajti, naħseb fhimt x’inhi Nirvana.” Nirvana hija l‑quċċata tal‑esperjenza spiritwali li tista’ tilħaq fil‑Buddiżmu. Kienet ħasset lil Alla u sejħitlu Nirvana. U llum ukoll, hawn f’Malta qed nara mill‑ġdid
żgħażagħ li qed jinġibdu lejn il‑Kristjaneżmu għaliex ma’ gruppi oħra jew ta’ movimenti jew ta’ spiritwalità jew persuni ta’ qalb kbira li jixtiequ jagħmlu volontarjat f’xi art tal‑missjoni, qed iħossu u jduqu t‑togħma ta’ din is‑Saltna t’Alla fejn tnejn jew aktar jgħixu din l‑imħabba lejn xulxin. Fiż‑żmien tal‑ewwel Knisja, in‑nies kienet tinġibed lejn il‑Knisja għaliex kienu jaraw din il‑ħajja sabiħa mmudellata fuq il‑ħajja tat‑Trinitarja, u li kienet ukoll forma sabiħa ta’ soċjetà ġdida, fejn kulħadd kien jaqdi u jservi lil xulxin. Forma ta’ soċjetà ġdida fejn min kellu propjetà li ma kellux bżonnha kien ibigħha u jpoġġi l‑flus tagħha għall‑bżonnijiet ta’ min kien fil‑bżonn. L‑appostolat ta’ Ġesù ma jillimitax ruħu għall‑Knisja biss, imma huwa l‑mudell u l‑ħajja ta’ kull komunità u soċjetà, u tal‑umanità kollha. Morru fid‑dinja kollha u wasslu dan l‑istil tal‑ħajja t’Alla lil kulħadd. Dan hu l‑veru appostolat.
Mejju 2021
Adopt a
Grandparent
Combat Loneliness POWERED BY
MALTA
Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.
www.adoptgrandparent.org POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11
Mejju 2021
SAN PIETRU APPOSTLU – SOR FRANCESCA FARRUGIA
The Maltese Sisters of Pakistan
Ritratt: timesofmalta.com
T
he Dominican Sisters of Malta settled in Chak, Pakistan in 1965, just three years after being driven out of Ceylon. They had settled first in Jhang Maghiana in 1962. Since the Maltese Sisters did not want to return to Malta, they accepted the call of Bishop Benedict Cialeo O.P. to go to the newly erected Diocese of Llyalpur, now Faisalabad. The population of this village was initially migrants from the town of Narowal, border with India, at the time of the partition in 1947. The village was predominantly Christian, with some Muslim families on the outskirts. The land was desert, barren. The
12
Dutch missionaries were agriculturalists and soon they taught the people how to make that land arable with Kalar grass. There was no water anywhere. So the Italian Dominican Fathers who were taking care of this flock, approached the authorities in Jhang Sadar and soon a canal was constructed that brought water from the main Jhang Branch Canal, water coming from the River Ravi, and thus water was brought in for the people. This water, whether hygienic or not, served for all purposes, since there was no other source. Only later in time the people
had some money to install hand pumps. Electricity took several years to reach this place. The people were poor and uneducated. In order to keep the roads between the mud‑houses clean, the women took turns to collect the garbage everybody was throwing out of their one‑room house. Then they would burn it. As time went on, the sisters built the first Primary School
Mejju 2021
named St Peter’s Primary School and kept it English Medium, so that the children of the poor could later on in life try their fortune with the rich in the cities. In 1978, the then late President Zulfikar Ali Bhutto nationalized the church schools and that was the end of the English Medium School. In 2002, the then President Syed Parvez Musharraf restored all the nationalized schools back to the Church. We were quick to take back this school. The building was so dilapidated that we had to demolish it as far as the foundation. With the help of the congregation and some benefactors from Malta, we managed to restore it. The sisters reverted to the English medium system, although in the beginning the children found it hard. They did not even know the alphabet properly. While the school was in the hands of the government, the then Parish Priest, the late Rev. Bishop Rufin Anthony of Rawalpindi‑Islamabad, together with the sisters, built five classrooms to start an English Medium School in collaboration with our Sacred Heart High School in Jhang Sadar, so that after Class V, the boys and girls could go for High School. Transport at that time was
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
Mejju 2021
by TONGA, a horse‑driven sort of ‘karozzin’, but more spacious so that the children could sit on the cart. Now that the two schools are registered as primary, we amalgamated them and both are English Medium. Now they do not need that anymore, because in 2015 we added a big block of 14 classrooms on the land and it is in the process of becoming SACRED HEART GIRLS HIGH SCHOOL. This is what the people asked us for. Girls pose a threat to the parents if they are sent out of the village unaccompanied by a male. Therefore now, the community of the village is very happy with the development. This village is located between two old cities: Jhang and Gojra. In time it was connected to Gojra and no longer to Jhang. It takes about 3 hours to go to Faisalabad, thanks for the motorway which was 14
SAN PIETRU APPOSTLU – SOR FRANCESCA FARRUGIA
lately opened through the countryside. Sacred Heart Girls High School
To date we have reached up to Class VIII and by February 2021 these girls will be promoted to Class IX. Please God, by 2022 the first batch of girls will sit for the national exam called Matriculation in Pakistan, level Form V. There are classes as from Nursery, boys and girls, till Class X. The boys stay in school till 5th Class only. The girls go on till the end. To date there are 870 students in the school. Livelihood of the Village People
The people are mostly employed with landlords in the surrounding land and during harvest time of wheat, rice and cotton, the majority of women go to work in the fields to earn
something more and add it to the meagre wages the men earn. Others go out into the cities of Karachi, Lahore, Faisalabad and Rawalpindi, seeking any employment in the factories, road side, hotels, etc… At present there is quite a number of educated women who came to the village by marriage since they must abide in the husband’s household to take care of his parents. That is why we can get teachers for the job. The fees in this school are very low, therefore the salaries to the teachers are also according to what the children can afford to pay. Many children are taught for free if the father is sick or disabled. But God always provides. Each community of sisters supports the one which is in need at any time in order to pay the teachers especially, so that they will not leave the job. Some young men and women migrated to Germany, Malta, Italy, USA, Canada, or Australia and they help their families by sending them funds from their salaries there. There are no social services in Pakistan and the parents depend on their children for survival. We run a Boys’ Home for orphans and broken homes. These children frequent our school. We keep the boys till Class
Mejju 2021
V, approximately till the age of 12. Then their relatives either put them borders with the La Salle Brothers, Diocesan Boys’ Hostels, or else unfortunately, they
are employed in cycle repair shops, tea shops or mechanics. Child labour can never be eradicated from Pakistan, but the sisters try their best to ensure that
before leaving us, the boys in question will be settled in Church hostels to continue their education. Another house hosts girls from the other rural areas and who are poor, therefore unable to find proper education. Besides, we offer healthcare in the only health facility in the village. To the people it is known as the Dispensary. The sick are brought on donkey carts from the far flung areas of the village. Maternity care is a 24 hour service. Population of the Village
The population at the centre of the village is 11,260. The village has adjoined areas with a population of 7,009.
CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 15
SANTA INFANZJA
Mejju 2021
I
Id‑Dar ta’ Cecilia
d‑dar ta’ Cecilia Mofolo fil‑Malawi hija magħmula mit‑tajn, tiben u ħaxix. Ma’ kull buffura riħ li tinqala’, din id‑dar jew aħjar kamra, tispiċċa kull darba ttir mar‑riħ. Cecilia m’għandha lil ħadd ma’ min tista’ tmur tgħix. Imma grazzi għal diversi donazzjonijiet li Missio rċieva matul il‑maratona ta’ ġbir ta’ fondi fis‑sena 2020 b’risq proġetti fil‑missjoni, beda x‑xogħol fuq id‑dar ta’ Cecilia. Dun Joseph Moloka Sikwese, segretarju pastorali fid‑Djoċesi ta’ Karonga, qed isegwi x‑xogħol ta’ bini mill‑ġdid tad‑dar ta’ Cecilia. Kemm hu kif ukoll Cecilia jinsabu ferħanin ħafna. Imma bħal Cecilia, għad hemm ħafna nies bla saqaf fuq rashom, sew fil‑Malawi kif ukoll f ’pajjiżi oħra foqra fil‑missjoni. Kull għajnuna, żgħira kemm hi żgħira, li aħna nagħtu tagħmel differenza fil‑ħajja ta’ dawn in‑nies. Grazzi talli ser tgħinna ngħinuhom.
16
Mejju 2021
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 20 Platt ross u fażola lil
€ 55 Mogħża tal‑ħalib għal
€ 100 10 pjanċi tal‑metall
€ 150 Rota għal missier
€ 5,000 Bini ta’ dar għal
biex isir saqaf ta’ kappella f’żona rurali
familja żvantaġġata
60 tifel u tifla bil‑ġuħ
ta’ familja biex imur ix‑xogħol biha
familja ta’ sitt persuni
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT
(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25
u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 17
Mejju 2021
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI
Beatu Rosario Angelo Livatino
R
osario twieled fit‑3 t’Ottubru 1952, f’Canicatti, Sqallija. Fl‑1971 daħal l‑università u studja fil‑Fakultà tal‑Liġi f’Palermo fejn iggradwa fl‑1975. Bejn l‑1977 u l‑1978 huwa serva bħala viċi‑direttur tal‑Uffiċċju tar‑Reġistrar f’Agrigento. Fl‑1978 inħatar maġistrat tal‑qorti ta’ Caltanissetta. Fl‑1979 inħatar viċi‑prokuratur fil‑Qorti ta’ Agrigento u baqa’ f’dik il‑kariga sal‑1989, fejn imbagħad ġie maħtur bħala assistent imħallef. Matul il‑karriera tiegħu dejjem ħadem kontra l‑korruzzjoni u solva ħafna każijiet. Huwa kien mexxa ħafna investigazzjonijiet biex ħafna nies magħrufa fil‑kriminalità organizzata nqabbdu u ġew arrestati. Fil‑21 ta’ Settembru 1990, waqt li Rosario Livatino kien
Ritratt: ansa.it
18
għaddej minn triq prinċipali f’Agrigento bil‑karozza tiegħu Ford Fiesta, intlaqat minn karrozza oħra u kien sfurzat jieqaf. Livatino pprova jaħrab minn ġol‑għelieqi, imma erba’ qattiela laħquh u sparawlu ħafna tiri sakemm miet fuq il‑post. Instab li l‑kapijiet tal‑mafja, parti minn grupp kriminali min‑Nofsinhar ta’
Sqallija, ordnaw il‑mewt ta’ Livatino biex jitwaqqaf milli jinvestiga. Livatino kien magħruf bħala ‘boy judge’ għax kien jidher iżgħar għall‑età li kellu. Ħafna xhieda wara l‑mewt tiegħu waqt il‑ġuri, xehdu li Livatino kien dejjem jiġi disprezzat mill‑mafja għax kien Kattoliku prattikanti u bniedem ta’ fidi kbira. Matul l‑investigazzjoni, il‑prosekuturi
sabu miktub fid‑djarju tiegħu abbrevjazzjoni misterjuża ‘s.t.d’, li wara sabu li kienet tfisser bil‑Latin ‘sub tutela dei’ li tfisser ‘kollox f’idejn Alla’. Papa Ġwanni Pawlu II iddeskriva lil Rosario Livatino bħala ‘martri tal‑ġustizzja u tal‑fidi’. Papa Franġisku ser jiddikjarah Beatu nhar id‑9 ta’ Mejju 2021, f ’Agrigento u jiddeskrivi lil Livatino bħala eżempju, mhux biss għall‑maġistrati, imma għal dawk kollha li jaħdmu għall‑ġustizzja; il‑konsistenza bejn il‑fidi tiegħu u l‑impenn tiegħu li jaħdem għall‑ġustizzja. Il‑Kardinal Mons. Francesco Montenegro, Isqof ta’ Agrigento, Sqallija, iddikjara d‑data tal‑beatifikazzjoni ta’ Livatino, fil‑Katidral Bażilika ta’ Agrigento. Dakinhar jaħbat ukoll it‑28 anniversarju minn meta San Ġwanni Pawlu II żar Agrigento f ’Mejju 1993. “La mmutu ħadd mhu ġej jistaqsina kemm konna nemmnu, imma kemm konna ta’ min jemminna.” Rosario Livatino.
Mejju 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 19
Mejju 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
JUM L‑OMM Għażiża ħelwa ommi Kliemek jagħmilni hieni, Kull meta naħseb fuqek Bil‑ferħ qalbi timlieni. Kemm tpaxxi lil qalbi meta nżurek Narak kuntenta mistrieħa, X’hawn iżjed li jista’ jferraħni Ħlief meta narak daħkana u qalbek ferrieħa. Ħallini għażiża ommi Noħroġ minn qalbi dal‑vrus ta’ mħabba, Li sa minn tfuliti u fil‑kenn ta’ dari Ġo qalbi bdiet titrabba. Għannu poeti l‑għanjiet tagħkom Bibien qalbkom iftħu f’dawn il‑jiem, Ħażżu b’demgħatkom poeżiji ta’ mħabba U ta’ qima kbira mingħajr tmiem. Tmut qatt għażiża ommi Għax int kollox għalija, Imħabbtek kbira u taħraq Bħal jum ta’ xemx sajfija. Paul Caruana
20
Mejju 2021
21
Mejju 2021
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
MALTA MISSJUNARJA – IT‑2 PARTI
M
alta Missjunarja (MM)
(1937‑41): Fil‑ħarġa ta’ Jannar 1937, paġna 13, insibu l‑‘Innu tas‑Santa Infanzja’, miġjub mit‑Taljan minn ċertu E. Apap, b’ritornell bi kliem differenti wara kull żewġ strofi kwinarji. Il‑poeżija tittratta proprju l‑festa tas‑Santa Infanzja li kienet tkun iċċelebrata nhar l‑Epifanija b’purċissjoni b’bambin iswed. Dari, it‑tfal tal‑Mużew kienu jagħtu sold fix‑xahar għat‑tfal tal‑Missjoni. Mhux l‑ewwel darba li sfortunatament kont tisma’ ’l xi tifel jgħajjar ’l ieħor ‘Qisek tas‑Santa Infanzja’ meta xi ħadd minnhom kien ikun jidher niexef iżżejjed. Din l‑organizzazzjoni mmexxija mill‑Knisja bl‑isem ta’ ‘La Pontifica Opera della Infanzia Missionaria’ kienet twaqqfet fl‑1843 mill‑Isqof Charles de Forbin‑Janson (1785‑1844) biex tgħin lit‑tfal infidili Ċiniżi. F’Malta, Mons. Sidor Formosa (1851‑1931) 22
mill‑Belt, li kien ta’ nisel nobbli, ħadem ħafna biex jara ’l din l‑opra tikber. F’riġel dan l‑innu nsibu n‑nota li ġejja bil‑Malti qadim: ‘dan l‑innu huwa wkoll mużicat u għalhecc jista’ wieħed jgħallmu lit‑tfal
biex icantawħ’. Poeżija oħra bil‑Malti hija dik ta’ Mons. Gauci: ‘Veni S. Spiritus’ (Sena V, Mejju 1937, nru 5, p.110) b’sitt strofi ta’ seba’ versi kwinarji l‑waħda u rima abċadde, u ‘Il‑Missjunarju w il‑Qalb ta’ Ġesù’ (Sena V,
Mejju 2021
Ġunju 1937, nru 6, p.139), b’10 strofi endekasillabi u rima alternata ta’ V.D. Ciappara li huwa kiteb fl‑1 ta’ Mejju tal‑istess sena.
oħrajn. Wieġbu għalih 33 skritturi b’36 xogħol. 31 minnhom għaddew mill‑kritika tal‑eżaminaturi, b’sitta jiġu approvati u ħamsa skwalifikati minħabba li ma Konkors ta’ poeżiji: F’Marzu mxewx skont ir‑regolamenti. tal‑1937 id‑direzzjoni ta’ F’kummenti li tat MM nediet ‘Concors ta’ id‑direzzjoni dwar ir‑riżultat Poesiji’ b’rabta mal‑missjoni tal‑konkors (Sena V, Lulju (li oriġinarjament kellu jkun 1937, nru 7, pp.147‑8): (a) wieħed għall‑poeżiji u il‑biċċa l‑kbira tagħhom ma novelli), fl‑okkażjoni kien fihom ebda ħjiel ta’ t’għeluq il‑ħames snin ħajja taqsim u bini sewwa ta’ versi, tar‑rivista. Il‑konkors kien ta’ ħsieb xieraq u għoli, u li miftuħ għal kulħadd u fuq kollox ta’ sengħa poetika: l‑poeżiji ta’ kull għamla ma minn kitbiethom kienu kellhomx ikunu itwal minn jidhru li ma kellhomx 40 vers. Dawn setgħu tagħlim fond fil‑ktiba jintlaqgħu sal‑aħħar t’April, letterarja Maltija; (b) dawk bir‑riżultati jitħabbru approvati nkitbu bis‑sengħa fil‑MM kemm ukoll f ’ġurnali u kellhom ħsieb, stil u ritmu
tajbin, b’uħud minnhom tassew oriġinali. Ċaħda (Sena V, Lulju 1937,
nru 7, pp.149‑150) ta’ Karmenu Vassallo (1913‑87) (psewdonimu: Lumen Ecclesiæ) kienet il‑poeżija rebbieħa tal‑ewwel post. Warajha ġiet ‘Imbierek Dellkom!’ (Sena V, Lulju 1937, nru 7, p.157), poeżija datata 25 t’April, b’10 strofi settenarji u rima abċb ta’ Robbie Mifsud Bonnici (R.M.B.) (1884‑1967) (psewdonimu: Mac‑Ivel), prożatur u konferenzier b’xejra soċjali, imwieled Ħal Qormi. Fit‑tielet post ġiet ‘Missier il‑Missjoni’ (Sena V, Lulju 1937, nru 7, p.163) bi 23
Mejju 2021
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
Carmenu Vassallo (psewdonimu: Giorġ Vassallo). Fl‑istess sena dehru tliet poeżiji oħrajn ta’ R.M.B.: ‘Mill‑Ħidma ta’ Nażżaret’ (Sena V, Settembru 1937, nru 9, p.199). Fl‑istess ħarġa, p.205, dehret ukoll ‘Fis‑Saħħara’, poeżija ta’ Mons. Gauci bi tmien terzini kwinarji doppji u rima aba, u li iżda ma kienx ikkompeta biha fl‑imsemmi konkors; ‘Il‑Jum tal‑Mewt minn Alla’ (Sena V, Ottubru 1937, nru 10, p.231) u ‘Kristu Msallab’ (Sena V, Novembru 1937, nru 11, p.255).
tmien strofi endekasillabi u rima abċb tal‑Bormliż Ġużè Pesci (1894‑1956) (psewdonimu: Ragħaj Habrieki). Poeżiji oħrajn li ssemmew b’ġieħ fil‑konkors u li dehru fil‑MM (Sena V, Awwissu 1937, nru 8) huma: 24
‘Ħmira u Dqiq’ (p.173), b’10 strofi senarji u rima abbċ ta’ R.M.B. (psewdonimu: Le Verrier); ‘Leħen il‑Missjunarju’ (p.179) ta’ Ġużè Pesci (psewdonimu: S. Di G.) u ‘Milied ta’ Missjunarju’ (p.185) ta’
Fl‑1938 dehru aktar poeżiji: ‘Lux Vera’: (S. Joan) (Sena VI, Frar 1938, nru 2, p.31) u ‘Ara xi Ġmiel!’ (Sena VI, Mejju 1938, nru 5, pp.111‑2), it‑tnejn ta’ Mons. Paolo Gauci (1867‑1942), membru tal‑Kumitat Permanenti tal‑Kungressi Ewkaristiċi Internazzjonali, kanoniku kantur tal‑katidral, Prelat Domestiku tal‑Papa u paneġirista magħruf; ‘Innu lil S. Tereża tat‑Tfajjel Ġesù’ (Sena VI, Marzu 1938, nru 3, p.57) (psewdonimu: Fraca), b’ħames strofi settenarji, imbejna bir‑ritornell: ‘Qorob għalik, Tereża, / kmieni għalaqt iż‑żmien. / Ersaq għalhekk bla biża’ / fi ħdan Sid il‑ħolqien.’
Mejju 2021
Tnedija ta’ Websajt Ġdida Ftit ġimgħat ilu Missio Malta nieda websajt ġdida. Fiha wieħed isib ħafna informazzjoni dwar il‑missjoni, il‑missjunarji, proġetti li twettqu u qed jitwettqu, animazzjoni missjunarja, attivitajiet u ħafna aktar. MissioTfal ukoll għandhom is‑sessjoni tagħhom fejn wieħed isib diversi stejjer, attivitajiet u kompetizzjonijiet, fost ħafna affarijiet oħra. F’din il‑websajt wieħed isib ukoll ir‑rivista tal‑passat kemm ta’ Malta Missjunarja, kif ukoll ta’ Tfal Missjunarji. Kulħadd huwa mħeġġeġ jidħol fil‑websajt u jsir familjari magħha.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
www.missio.org.mt
25
Mejju 2021
UDJENZA ĠENERALI – PAPA FRANĠISKU
Katekeżi Fuq il‑Vjaġġ Appostoliku fl‑Iraq
Għeżież ħuti, l‑għodwa t‑tajba! Fl‑aħħar jiem il‑Mulej tani l‑grazzja li nżur l‑Iraq, u hekk inwettaq proġett ta’ San Ġwanni Pawlu II. Qatt ma kien għadu rifes Papa fuq l‑art ta’ Abraham; il‑Providenza riedet li dan iseħħ issa, bħala sinjal ta’ tama wara snin ta’ gwerra u terroriżmu u matul pandemija iebsa. Wara din iż‑żjara, qalbi hija mimlija gratitudni. Gratitudni lejn Alla u lejn dawk kollha li għamluha possibbli: lejn il‑President tar‑Repubblika u lejn il‑Gvern tal‑Iraq; lejn il‑Patrijarki u lejn l‑Isqfijiet tal‑pajjiż, flimkien mal‑ministri u l‑fidili kollha tal‑Knejjes rispettivi; lejn l‑awtoritajiet reliġjużi, ibda mill‑Ayatollah il‑Kbir Al‑Sistani, li miegħu kelli laqgħa li ma ninsieha qatt fir‑residenza tiegħu f ’Najaf. 26
Ħassejt qawwi s‑sens penitenzjali ta’ dan il‑pellegrinaġġ: ma stajtx nersaq qrib ta’ dak il‑poplu mifni, lejn dik il‑Knisja martri, mingħajr ma nieħu fuqi, f ’isem il‑Knisja Kattolika, is‑salib li huma ilhom jerfgħu snin sħaħ; salib kbir, bħal dak imqiegħed fid‑daħla ta’ Qaraqosh.
Ħassejtu b’mod partikulari jiena u nara l‑ġrieħi għadhom miftuħa tat‑tifrik, u iżjed minn hekk jiena u niltaqa’ u nisma’ x‑xhieda ta’ dawk li ħarġu ħajjin mill‑vjolenzi, mill‑persekuzzjonijiet, mill‑eżilju… U fl‑istess waqt rajt madwari l‑ferħ ta’ min jilqa’ l‑messaġġier ta’ Kristu; rajt it‑tama ta’ min
Mejju 2021
Ritratt: ©Vatican Media
fetaħ qalbu għal xefaq ta’ paċi u ta’ fraternità, miġbur fil‑kelmiet ta’ Ġesù li kienu l‑motto taż‑żjara: “Intom ilkoll aħwa” (Mt. 23:8). Iltqajt ma’ din it‑tama fid‑diskors tal‑President tar‑Repubblika, erġajt sibtha f ’tant tislimiet u xhieda, fil‑kant u fil‑ġesti tan‑nies. Qrajtha fuq l‑uċuħ imdawla taż‑żgħażagħ u fl‑għajnejn jixegħlu tal‑anzjani. In‑nies li kienet tistenna l‑Papa għal ħames sigħat sħaħ, fuq saqajha; anki nisa bit‑tfal f ’dirgħajhom. Kienu qed jistennew, u f ’għajnejhom kien hemm it‑tama. Il‑poplu tal‑Iraq għandu dritt jgħix fil‑paċi, għandu dritt jerġa’ jsib id‑dinjità li hi tiegħu. L‑għeruq reliġjużi u kulturali tiegħu għandhom storja ta’ millennji: il‑Meżopotamja hija benniena ta’ ċiviltajiet; Bagdad fl‑istorja kienet belt ta’ importanza ewlenija, li għal sekli sħaħ kellha fiha l‑aktar bibljoteka għanja tad‑dinja. U x’qeridha? Il‑gwerra. Dejjem hija l‑gwerra l‑mostru li, mal‑medda tal‑epoki, jinbidel u jkompli jibla’ lill‑umanità. Imma t‑tweġiba għall‑gwerra mhijiex gwerra
Talb b'suffraġju għall-vittmi tal-gwerra f'Mosul.
oħra, it‑tweġiba għall‑armi mhijiex iktar armi. U jiena staqsejt lili nnifsi: Min kien ibigħhom l‑armi lit‑terroristi? Min illum qed ibigħ l‑armi lit‑terroristi, li qed jagħmlu straġijiet f ’partijiet oħra, tiġini f ’moħħi l‑Afrika ngħidu aħna? Hija mistoqsija li nixtieq kieku xi ħadd iweġibha. It‑tweġiba mhijiex il‑gwerra, imma t‑tweġiba hija l‑fraternità. Din hija l‑isfida għall‑Iraq, imma mhux biss: hija l‑isfida għal tant reġjuni ta’ kunflitt u, żgur mhux forsi, hija l‑isfida għad‑dinja kollha: il‑fraternità. Aħna kapaċi noħolqu l‑fraternità bejnietna, nagħmlu kultura ta’ aħwa? Jew se nkomplu għaddejjin bil‑loġika li beda Kajjin, il‑gwerra? Fratellanza, fraternità. Hu għalhekk li ltqajna u tlabna flimkien, Insara u Musulmani, b’rappreżentanti
ta’ reliġjonijiet oħra, f ’Ur, fejn Abraham laqa’ s‑sejħa ta’ Alla xi erbat elef sena ilu. Abraham hu missier fil‑fidi għax ta widen għal‑leħen ta’ Alla li wiegħdu dixxendenza, ħalla kollox u telaq. Alla hu fidil għall‑wegħdiet tiegħu u llum ukoll imexxi l‑passi tagħna fit‑triq tas‑sliem, imexxi l‑passi ta’ min miexi fuq l‑Art b’ħarstu lejn is‑Sema. U f ’Ur, ma’ xulxin taħt dak is‑sema mixgħul, l‑istess sema li fih missierna Abraham lemaħ lilna, in‑nisel tiegħu, donnu smajna tidwi mill‑ġdid fi qlubna dik il‑frażi: Intom ilkoll aħwa. Messaġġ ta’ fraternità ħareġ mil‑laqgħa ekkleżjali fil‑Katidral Siro‑Kattoliku ta’ Bagdad, fejn fl‑2010 inqatlu tmienja u erbgħin persuna, fosthom żewġ saċerdoti, waqt iċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa. Il‑Knisja fl‑Iraq hija Knisja martri u f ’dak it‑tempju, li 27
Mejju 2021
UDJENZA ĠENERALI – PAPA FRANĠISKU
Ritratt: ©Vatican Media
Żjara fil-komunità ta’ Qaraqosh.
fil‑ġebel tiegħu jġorr minquxa t‑tifkira ta’ dawk il‑martri, dewa l‑ferħ tal‑laqgħa: is‑sens ta’ stagħġib tiegħi li kont ġo nofshom tħallat mal‑ferħ tagħhom bil‑Papa f ’nofshom. Messaġġ ta’ fraternità bgħatna minn Mosul u minn Qaraqosh, fuq ix‑xmara Tigri, ħdejn il‑fdalijiet tal‑antika Ninwè. L‑okkupazzjoni tal‑ISIS ikkawżat il‑ħarba ta’ eluf u eluf ta’ nies li kienu jgħixu hemm, fosthom ħafna Nsara ta’ diversi konfessjonijiet u minoranzi oħra ppersegwitati, speċjalment il‑Yazidi. Ġiet irvinata l‑identità antika ta’ dawn il‑bliet. Issa b’ħafna taħbit qed tfittex mod kif terġa’ tinbena; il‑Musulmani jistiednu lill‑Insara jiġu lura, u flimkien qed jirrestawraw knejjes u moskej. Il‑fraternità, hemm qiegħda. U ejjew, jekk jogħġobkom, inkomplu 28
nitolbu għal dawn ħutna tant imġarrba, biex isibu l‑qawwa li jibdew mill‑ġdid. U jiena u naħseb f ’tant Iraqqini emigranti, nixtieq ngħidilhom: ħallejtu kollox, bħal Abraham; bħalu, ħarsu l‑fidi u t‑tama, u kunu nissieġa ta’ ħbiberija u ta’ fraternità hemm fejn tinsabu. U, jekk tistgħu, erġgħu lura. Messaġġ ta’ fraternità wasal miż‑żewġ Ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi: dik ta’ Bagdad, bir‑Rit Kaldew, u dik ta’ Erbil, belt fejn ġejt milqugħ mill‑President tar‑reġjun u mill‑Prim Ministru tiegħu, mill‑awtoritajiet – nirringrazzja lil tant li ġew biex jilqgħuni – u anki ġejt milqugħ mill‑poplu. It‑tama ta’ Abraham u tan‑nisel tiegħu twettqet fil‑misteru li ċċelebrajna, f ’Ġesù, l‑Iben li Alla l‑Missier ma żammux għalih, imma tah
għas‑salvazzjoni ta’ kulħadd: hu, bil‑mewt u l‑qawmien tiegħu, fetħilna l‑passaġġ għall‑art imwiegħda, għall‑ħajja ġdida fejn id‑dmugħ jiġi xxuttat, il‑ġrieħi mfejqa, l‑aħwa mħabbin mill‑ġdid ma’ xulxin. Għeżież ħuti, ejjew infaħħru lil Alla għal din iż‑żjara storika u nkomplu nitolbu għal dik l‑art u għal‑Lvant Nofsani. Fl‑Iraq, minkejja l‑istorbju tat‑tifrik u tal‑armi, il‑palm, simbolu tal‑pajjiż u tat‑tama tiegħu, kompla jikber u jagħmel il‑frott. L‑istess il‑fraternità: bħall‑frott tal‑palm ma tagħmilx ħsejjes, imma tagħmel il‑frott u tkabbar. Alla, li hu sliem, jagħti ġejjieni ta’ fraternità lill‑Iraq, lil‑Lvant Nofsani u lid‑dinja kollha! (Miġjuba mit‑Taljan għall‑Malti minn Francesco Pio Attard)
POEŻIJA – DUN GEOFFREY GEORGE ATTARD
Mejju 2021
Lill‑immigranti mħollija fil‑baħar Ħadd ma jġibilkom ħniena lanqas lilu ma ġabu anzi għabbewh bil‑għuda għall‑mewt tant ħarxa ħadu!
Ħadd ma jġibilkom ħniena ħadd ma jaqbeż għalikom għax ma nafux x’jisimkom kulħadd mill‑agħar jagħtikom!
Ħadd ma jġibilkom ħniena minkejja l‑Ġimgħa l‑Kbira li għexna ftit jiem ilu u rajna ħniena kbira!
Ħadd ma jġibilkom ħniena għax intom mhux ta’ ġewwa m’intomx tal‑klassi tagħna ma jistħoqqilkomx ħlewwa!
Ħadd ma jġibilkom ħniena mal‑mewġ telgħin u nieżla bl‑iskuża l’intom ħafna ’l isfel titħallew nieżla!
Ħadd ma jġibilkom ħniena għax issa invadejtuna l‑għadd tagħkom kiber sewwa uġigħ ta’ ras tagħtuna!
Ħadd ma jġibilkom ħniena għax numru qed narawkom u b’barranin u ltiema ikollna lkoll nistmawkom!
Ħadd ma jġibilkom ħniena din hi r‑raġuni tagħna jekk hemm bżonn għerqu u mutu flok tidħlu tgħixu magħna. 13.4.2020
SALE ta’ ħwejjeġ ġodda
Fiċ-Ċentru Pastorali, Triq San Bartolomew, Ħal Qormi (quddiem il-Knisja ta’ San Bastjan). Mit‑Tnejn 3 ta’ Mejju. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt u l-Ħadd mid‑9:00am sas-1:00pm. Prezzijiet tajbin ħafna. Il‑qliegħ kollu jmur b'risq il‑missjoni. 29
Mejju 2021
FIL‑ĦLEWWA TA’ MEJJU – EMMANUEL CUTAJAR
Marija Santissima
L‑Ewwel Dixxiplu u Missjunarja ta’ Ġesù
I
l‑qima lejn Marija Santissima hija profonda u b’saħħitha f’ħafna pajjiżi tal‑Missjoni peress li jagħrfu lil Marija bħala r‑Reġina tal‑Missjonijiet matul is‑sena kollha, iżda b’mod speċjali, f’dan ix‑xahar ta’ Mejju. Matul dan ix‑xahar, kemm fl‑artijiet imbiegħda tal‑Missjoni kif ukoll ħafna Kattoliċi madwar id‑dinja kollha, jonoraw lill‑Imqaddsa Marija Ommna permezz ta’ ċelebrazzjonijiet ta’ Inkurunazzjonijiet ta’ Mejju tal‑Madonna, ir‑reċita tar‑Rużarju u devozzjonijiet Marjani oħra. Għall‑Insara kollha, Marija hija l‑Mudell eċċellenti ta’ mħabba, Fidi u Tama f’Alla, u tad‑devozzjoni lejH. Permezz tal‑ ‘IVA’ tagħha, hija tat bidu u ssiġillat is‑salvazzjoni tal‑umanità
30
kollha. Għadni niftakar u ngħożż f’qalbi l‑memorji sbieħ ta’ meta fl‑iskejjel tagħna f’xi jum minn ta’ Mejju l‑kap, l‑għalliema u l‑istudenti kollha, konna ninġabru fil‑bitħa u waqt kant ta’ innijiet, xi purċissjoni żgħira, talb u poeżiji sbieħ, u xi minn daqqiet anki spontanji lill‑Madonna moqrija u mtennija minn xi tifel jew tifla jew għalliem/a, l‑offerti u tqegħid ta’ fjuri u ward ifuħ f’riġlejn l‑istatwa tal‑Madonna, konna nagħmlu ‘The Crowning of Our Lady’. Kienet tkun ċerimonja devozzjonali sempliċi, imma sabiħa li tinżel balzmu fil‑qalb ta’ kull min kien ikun preżenti. Nimmaġina li din iċ‑ċerimonja għadha ssir fl‑iskejjel tagħna. Marija: Mudell għad‑dixxipli ta’ Kristu Minn dak kollu li hemm miktub fl‑Iskrittura dwar il‑Verġni Marija, nitgħallmu ħafna dwar il‑vjaġġ ta’ fidi tagħha matul ħajjitha kollha. Aħna lkoll imsejħin biex insegwu t‑triq tagħha. Aħna lkoll familjari mal‑bidu tant umli ta’ Marija, il‑fidi profonda, il‑grazzja, u n‑natura
doċli tagħha, u l‑preżenza inkuraġġanti tagħha matul il‑ħajja, il‑passjoni u l‑mewt ta’ binha Ġesù. Imma x’nistgħu nitgħallmu minn Marija, l‑Omm Spiritwali tagħna? Qabel xejn, fejn jidħol l‑irwol ta’ dixxiplu, Marija hija l‑eżempju li aħna l‑Insara u Kattoliċi msejħin biex fuqu nibnu u ngħixu l‑ħajja spiritwali tagħna. Dan nistgħu nagħmluh billi nippruvaw nimitaw u ngħixu l‑virtujiet umani u spiritwali tagħha. Fl‑Eżortazzjoni Appostolika tiegħu, Evangelii Gaudium (Il‑Ferħ tal‑Vanġelju), Papa Franġisku sejjaħ lil Marija, Omm l‑Evanġelizzazzjoni: “Bl‑Ispirtu s‑Santu, Marija hija dejjem preżenti f’nofs il‑poplu. Ingħaqdet mad‑dixxipli fit‑talb għall‑miġja tal‑Ispirtu s‑Santu (Atti 1:14) u b’hekk għamlet possibbli l‑isplużjoni missjunarja li seħħet f’Pentekoste. Hija Omm il‑Knisja li tevanġelizza u mingħajrha qatt ma nistgħu nifhmu tassew l‑ispirtu tal‑evanġelizzazzjoni l‑ġdida. Bħala Omm vera, timxi magħna, taqsam it‑taqbid tagħna u kontinwament iddawwarna bl‑imħabba t’Alla.”
Mejju 2021
F’Marija naraw l‑fidi u l‑fiduċja tagħha f’Alla. Għalkemm ma setgħetx tifhem kif tista’ tkun Omm Ġesù, l‑Iben ta’ Alla, hija xorta waħda aċċettat li tagħmel ir‑rieda t’Alla. Kienet soda fil‑fidi tagħha, u kienet taf u ċerta li Alla kien se jwettaq dak kollu li wiegħed. Qatt ma ddubitat mill‑Kelma t’Alla. Kienet qaddejja li tafda u temmen f’Alla f’ruħha u f’ġisimha. F’dan kienet tikkonsisti l‑ispiritwalità tagħha! Mill‑banda l‑oħra, fl‑Iskrittura naraw ukoll l‑aspett uman ta’ Marija, hekk speċjalment fis‑silta tal‑Vanġelju naqraw: “Wara tlett ijiem sabuh fit‑tempju, bilqiegħda f’nofs l‑għorrief, jismagħhom u jistaqsihom. Dawk kollha li kienu jisimgħuh kienu mgħaġġbin bid‑dehen u bit‑tweġibiet tiegħu. Malli l‑ġenituri tiegħu rawh, indehxu u qaltlu ommu: “Ibni, għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jien mgħollijin qegħdin infittxuk.” (Lq. 2: 46‑48) Naraw hawn ftit ta’ frustrazzjoni min‑naħa ta’ Marija bħala omm. Dan jgħinna nifhmu li Marija wkoll kellha l‑istess pressjonijiet u preokkuppazzjonijiet fuqha li għandhom l‑ommijiet moderni fir‑rigward ta’ wliedhom. L‑Iskrittura tgħallimna ħafna dwar Marija
u r‑relazzjoni tagħha ma’ Kristu, li tkun Omm Kristu, li tkun dixxiplu, segwaċi vera u awtentika tiegħu. Marija: Mudell għall‑Missjunarji Il‑fidi u l‑eżempju ta’ Marija huma mudell ħaj għall‑missjunarji kollha madwar id‑dinja. Hija mhux biss turi l‑ħtieġa għat‑talb, filwaqt li timmedita b’mod konsistenti dwar dak kollu li tkun qiegħda tara u tesperjenza matul il‑ħajja
tal‑maħbub binha Ġesù, iżda testendi ruħha anki ’l barra minnha nnifisha stess biex tilħaq sa fejn tista’ lill‑oħrajn, tgħinhom u taqdihom. Papa Emeritu Benedittu XVI spjega dan waqt il‑Papat tiegħu: “Fil‑Verġni Marija li tmur iżżur lill‑qariba tagħha Eliżabetta, aħna nagħrfu l‑vera tifsira u l‑mixja tal‑Knisja stess. Il‑Knisja hija missjunarja min‑natura tagħha, imsejħa biex tħabbar il‑Vanġelju kullimkien u
dejjem. Marija hija nnifisha Vjaġġ Veru Missjunarju, wieħed li jeħodha ’l bogħod minn darha, imexxiha fid‑dinja, f’postijiet estraneji għall‑attivitajiet tagħha ta’ kuljum; iwassalha, f’ċertu sens, sat‑truf ta’ fejn tista’ tasal.” Agenzia Fides, Mejju 2010. Mill‑ġdid, Papa Franġisku kemm‑il darba stqarr li Marija tipprovdilna l‑aqwa eżempju ta’ missjunarja. L‑ewwel nett għax ġabet l‑imħabba fid‑dinja permezz tat‑twelid ta’ binha Ġesù, imma wkoll għaliex billi nsegwu l‑virtujiet tagħha, aħna nistgħu nwasslu aħjar l‑imħabba t’Alla lill‑bnedmin l‑oħra. Fl‑aħħar nett, tajjeb ngħidu li l‑irwol tagħha bħala missjunarja, Marija Santissima baqgħet twettqu anki fi żminijietna. U dan jidher min‑numru kbir tad‑dehriet tagħha, fosthom f’Lourdes u f’Fatima. F’dawn id‑dehriet, Marija dejjem tħeġġeġ lill‑bnedmin kollha, irrispettivament mill‑kultura u t‑twemmin tagħhom, għat‑talb u biex jiftħu moħħhom u qalbhom għal Alla. Ommna Marija tispjegalna kif għandna ngħixu aktar konxji tal‑preżenza tal‑missjoni u l‑għan tagħna hawn fuq l‑art, u kif inħejju ruħna għall‑ħajja Eterna Spiritwali li hemm tistenniena wara din il‑ħajja fiżika tagħna f’din id‑dinja. 31
Mejju 2021
Mill-Erbgħa 7 sal-Ħadd 11 ta’ Lulju 2021. Inżuru Alberobello, l‑Għerien ta’ Castellana, Polignano a Mare, Matera u Cisternino.
L‑Erbgħa 7 ta’ Lulju Niltaqgħu l‑ajruport fid‑9:30am mnejn naslu fl‑ajruport ta’ Bari, Karol Wojtyla, fis‑12:50pm b’titjira diretta tar‑Ryanair. Bil‑kowċ naslu l‑lukanda fiċ‑ċentru tal‑belt. Jitqassmu l‑kmamar u niltaqgħu fir‑reception biex noħorġu dawra mal‑belt. Il‑belt‑port ta’ Bari li taf l‑oriġini tagħha lill‑immigranti Griegi ta’ 2,000 sena ilu, qiegħda fuq ix‑xifer tal‑Baħar Adrijatiku li jħares lejn il‑Greċja u fil‑preżent għandha popolazzjoni ta’ 320,000 ruħ. Fiha toroq twal sbieħ u organizzati, xogħol tal‑iżvilupp ta’ wara l‑1920, u fiha wkoll it‑toroq dojoq u jserrpu wirt tal‑iżvilupp antik taċ‑ċentru oriġinali tal‑belt. Ingawdu l‑mixja tul il‑Lungo Mare u nżuru l‑bażilika ta’ San Nikola, li hija binja ta’ 900 sena ilu, bl‑istatwa famuża ta’ San Nikola (tas‑Siġġiewi) u l‑kripta bil‑fdalijiet tiegħu. Passiġġata f ’Corso Emanuele, Corso Cavour, Via Sparano u Via Manzoni fid‑distrett tax‑xiri fejn nieqfu għal bibità qabel ma nerġgħu lura lejn il‑lukanda. Il‑Ħamis 8 ta’ Lulju Fid‑9:00am nitilqu mil‑lukanda lejn il‑belt ta’ Alberobello, belt li fiha dehra mhux tas‑soltu minħabba ċ‑ċentru tagħha mżejjen b’aktar minn elfejn dar mibnijin bis‑soqfa qishom koppli‑lembut u li jsejħulhom ‘Trulli’. Ambjent miżmum tajjeb u nadif u b’dehra ġdida li tagħtik pjaċir. Mhux biss id‑djar, imma anke l‑knisja u ħafna
ristoranti huma mibnijin fl‑istess għamla. Inżuru wkoll l‑Għerien ta’ Castellana, dehra naturali tal‑għaġeb li huma formazzjoni fil‑blat ta’ madwar 90 miljun sena ilu. Aħna u sejrin lura lejn Bari, inżuru belt żgħira sabiħa f ’xifer il‑baħar jisimha Polignano a Mare magħrufa l‑aktar għal Domenico Modugno li twieled hemm u li għandu monument sabiħ ikanta l‑Volare‑oh‑oh. Din il‑belt taf il‑bidu taghha madwar elf sena ilu fi żmien l‑Għarab u n‑Normanni. Ikollna ħin nagħmlu passiġġata u min irid jista’ jgħum.
Il‑Ġimgħa 9 ta’ Lulju Minn hawn lejn Matera, belt li ġiet magħżula fl‑2019 mill‑UNESCO bħala belt ta’ wirt dinji. Din ukoll hija belt li fiha s‑sorpriżi tagħha. Fl‑imgħoddi mhux bogħod ħafna kienet maqsuma f ’żewġ taqsimiet – fin‑naħa ta’ fuq kienu joqogħdu s‑sinjuri u fl‑għelieqi tal‑wied ta’ taħt il‑belt kienu joqogħdu l‑bdiewa u l‑foqra. Il‑ġebla tal‑belt hija ġebla ratba ħafna u fiha n‑nies il‑foqra, ħaffru mijiet ta’ għerien u kmamar li kienu joqogħdu fihom. Ħaffru l‑knisja, il‑ħwienet u l‑għerien għall‑bhejjem. Belt qisha presepju li llum hija attrazzjoni turistika mill‑aqwa. Flimkien mal‑gwida nduru l‑parti prinċipali. Wara nżuru l‑inħawi ta’ Cisternino. Hawn magħrufin għall‑‘bombette’ li huma
*€50 skont jekk tibbukja sal‑31 ta' Mejju 2021!
dawriet irqaq ta’ laħam (vitella jew majjal) imremblin u mimlijin b’ħafna affarijiet differenti. Insibu wkoll ħwienet tal‑laħam li jsajrulek il‑biċċa laħam li tagħżel fil‑pront u tkun tista’ toqgħod tiekol fuq mejda barra l‑ħanut f ’waħda mit‑toroq dojoq ta’ dan ir‑raħal.
Is‑Sibt 10 ta’ Lulju Filgħodu ħin liberu. Kulħadd jista’ jmur jagħmel ix‑xiri jew jippassiġġa max‑xatt jew fiż‑żona storika tal‑belt. Nerġgħu niltaqgħu fis‑1:00pm biex inżuru l‑Kastell Svevo mibni mir‑Re Ruġġieru, in‑neputi tal‑Konti Ruġġieru li ħa lil Malta minn taħt l‑Għarab u qegħedha taħt il‑ħakma tan‑Normanni. Inżuru l‑Katidral ta’ San Sabino fejn nisimgħu l‑quddiesa li tiswa għall‑għada. Il‑Ħadd 11 ta’ Lulju Inqumu u nieħdu l‑kolazzjon biex nitilqu bil‑bagalji fit‑8:30am lejn iċ‑ċentru kummerċjali Mongolfiera Santa Caterina. Fil‑11am nitilqu lejn l‑ajruport ta’ Bari mnejn naslu lura Malta fis‑2.30pm mat‑titjira tar‑Ryanair. Prezz: €485* kull persuna f ’kamra ta’ 2 jinkludi: Titjira sa Bari u lura, trasport, lukandi tajbin inkluż il‑kolazzjon, gwida Maltija u l‑eskursjonijiet skont il‑programm.
Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek ġo Sqallija? Kellimna, aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd. 32
Mejju 2021
.
Il‑Macedonja tan‑Nord Mit‑Tnejn 19 sat‑Tnejn 26 ta’ Lulju 2021.
Inżuru Skopje, Tetovo, Matka Canyon, Popova Kula, Stobi, Ohrid, Kalista, Vevcani u Struga. It‑Tnejn 19 ta’ Lulju Niltaqgħu l‑ajruport ta’ Malta fis‑1:30 ta’ waranofsinhar u nitilqu mal‑Wizz Air b’titjira diretta. Naslu Skopje fil‑5:25pm. Nibqgħu sejrin lejn il‑lukanda, jitqassmu l‑kmamar u jkollna l‑ikla ta’ filgħaxija. It‑Tlieta 20 ta’ Lulju Wara l‑kolazzjon, noħorġu dawra mal‑belt kapitali SKOPJE. Naraw il‑fortizza, monumenti storiċi u postijiet arkeoloġiċi. Fil‑qalba antika tal‑belt hemm moħbija diversi siti ta’ interess: l‑istazzjon il‑qadim, il‑mużew arkeoloġiku, id‑dar ta’ Tereża ta’ Kalkutta, kif ukoll il‑pjazza prinċipali bl‑istatwa ta’ Alessandru l‑Kbir, hemm il‑pont tal‑ġebel, il‑bażar, il‑knisja ta’ San Spas, id‑Daut Pasha Hammam, li llum inbidel f ’gallerija tal‑arti, il‑moskea ta’ Mustafa Pasha, il‑monasteru ta’ San Pantelejmon, l‑akwedott u r‑rovini ta’ Skupi li minnhom il‑belt ħadet isimha. Wara nirkbu l‑‘cable car’ sas‑salib tal‑millennju, għoli 66 metru fuq il‑quċċata tal‑muntanja Vodno, u li twaqqaf b’tifkira ta’ 2000 sena ta’ ħajja Nisranija fid‑dinja. L‑Erbgħa 21 ta’ Lulju L‑ewwel destinazzjoni tagħna llum hija TETOVO, waħda mill‑ikbar bliet fil‑Maċedonja tan‑Nord. Inżuru l‑Moskea l‑Impittra li oriġinarjament inbniet fl‑1438 u ġiet mibnija mill‑ġdid fl‑1833 minn Abdurrahman Pasha. Aktar minn 30 elf bajda ntużaw biex titħejja t‑tpinġija u l‑verniċ ta’ dan it‑tiżjin elaborat. Wara nżuru l‑Matka Canyon li huwa monument uniku ta’ ġmiel naturali b’varjetà rikka ta’ f lora u fawna. Inżuru wkoll il‑knisja mibnija fl‑1450, iddedikata lill‑Appostlu Sant’Andrija, dawra
bid‑dgħajsa lejn l‑għar Vrelo u mixja qasira f’passaġġ matul il‑‘canyon’ għal dawk li jħobbu l‑ġmiel tan‑natura.
Il‑Ħamis 22 ta’ Lulju Filgħodu wara l‑kolazzjon nitilqu bil‑bagalji lejn il‑belt ta’ OHRID. Tul it‑triq inżuru STOBI, li hija sit arkeoloġiku mill‑aktar importanti billi tissemma f ’dokumenti antiki tat‑Tieni Seklu W.K. għalkemm kienet diġà ilha teżisti xi 400 sena. Wara nieqfu nistrieħu fil‑kantini tal‑inbid ta’ Popova Kula, fuq il‑ġnub tal‑Għolja l‑Kbira. Din il‑fabbrika tal‑inbid kisbet suċċess kbir għall‑inbejjed lokali. Naslu Ohrid għall‑ikla ta’ filgħaxija u nieħdu wkoll il‑kmamar tagħna fejn ser noqogħdu. Il‑Ġimgħa 23 ta’ Lulju Wara l‑kolazzjon noħorġu mal‑gwida għal dawra ta’ din il‑belt wirt dinji tal‑UNESCO. Inżuru l‑belt il‑qadima u l‑knisja ta’ Santa Sofija (l‑Ispirtu s‑Santu) li tiddomina l‑belt u li nbniet bejn is‑snin elf u elf u ħames mija W.K. Knisja oħra sabiħa Ortodossa hija dik ta’ San Ġwann Kaneo mibnija fuq xifer blat ħiereġ mit‑tarf tal‑belt għal nofs il‑baħar u forsi żjara qasira fil‑fortizza Samuil. Wara siegħa bil‑kowċ, ninżlu nimxu fil‑mogħdija ta’ San Naum lejn il‑monasteru tiegħu u nisimgħu l‑leġġendi tal‑għeġubijiet li għamel dan il‑qaddis qabel u wara li bena dan il‑monasteru fuq il‑quċċata. Inżuru l‑monasteru u lura lejn Ohrid. Is‑Sibt 24 ta’ Lulju Wara l‑kolazzjon nitilqu lejn KALISHTA ħalli nżuru l‑grupp ta’ knejjes żgħar fl‑għerien fuq il‑blat fil‑għoli. Il‑pittura ta’ ġo fihom għandha aktar minn 600 sena. Inżuru r‑raħal ta’ Vevcani mibni
fuq il‑għolja, imżejjen bi djar antiki u b’ħafna binjiet ta’ stili u forom differenti. Imsemmi għall‑għejun tal‑ilma msejħa Vevcani li minnhom joħroġ bejn 400 u 4000 litru kull sekonda. Imbagħad lejn Struga minn fejn tibda x‑xmara Black Drin fi triqtha lejn l‑Adrijatiku, u lejn Ohrid ħalli nistrieħu wara dan il‑ġmiel kollu li rajna.
Il‑Ħadd 25 ta’ Lulju Illum inżuru il‑monti ta’ Ohrid fejn insibu xalata ta’ ħwienet tal‑ħwejjeġ, suvenirs u ma ninsewx insemmu dawk li jbigħu l‑Perla ta’ Ohrid li hija magħrufa fl‑Ewropa u madwar id‑dinja kollha. Hija titqies bħala prestiġjuża għax magħmula min‑natura u l‑produzzjoni taghha hija arti minnha nfisha. Il‑perli naturali li nafu aħna jdumu 150 sena, però l‑Perla ta’ Ohrid m’għandhiex limitu. Wara l‑nofsinhar ħin liberu u filgħaxija niltaqgħu l‑lukanda għall‑aħħar ikla tagħna. It‑Tnejn 26 ta’ Lulju Wara l‑kolazzjon, ngħabbu l‑bagalji fil‑kowċ u nitilqu lejn l‑ajruport ta’ Skopje mnejn fis‑1:15pm nitilqu mat‑titjira tal‑Wizz Air u naslu Malta fit‑3 ta’ waranofsinhar. PREZZ ta’ €795 kull persuna f ’kamra doppja li jinkludi: Titjira sa Skjope u lura, trasport, lukandi tajbin inkluż il‑kolazzjon u l‑ikla ta’ filgħaxija, gwida Maltija u l‑eskursjonijiet skont il‑programm.
YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta. Tel: 2122 2040 / Mob: 7979 2040 info@ytc.com.mt • www.ytc.com.mt
33
Mejju 2021
POEŻIJA – NANCY CAMILLERI
IMKIEN FEJN DIK IX‑XEMX Ħarsitna ltaqgħu minn wara dak in‑nuċċali tax‑xemx. Mill‑ewwel laqtitni dik ħarstek melliesa, xi ftit mistura, Li qabdet u ħaditni f’dak l‑imkien fejn arloġġi m’hemmx. Sal‑lum tiflini bir‑reqqa bħal kieku kont xi skultura. Xi drabi niftakar f’dik il‑ħarsa nebbiexa ta’ dakinhar. Ħarsa ħalliela li ġennet għal dejjem warajk lil din qalbi. Anki meta nkun waħdi ma’ Dak li kebbes dan in‑nar. Niftakar! U fiż‑żmien diffiċli, nitolbu jisma’ talbi. Imbagħad nerġa’ nħares f’dawk għajnejk, Juruni qatra mill‑univers ta’ ġo fik! Ġieli lanqas tinduna li nkun ħdejk! Inħares fihom! Hemm ninduna li jisgħobbik! Xi ħadd qalli li l‑għajnejn ma jitkemmxu qatt! Jafu kif immorru f’dak l‑imkien fejn arloġġi m’hemmx. Ejja niftħu t‑tieqa għal dak l‑univers u ma niġu lura qatt! Nitwaħħdu f’tgħanniqa dejjiema, it‑tnejn, ħdejn dik ix‑xemx.
34
Mejju 2021
Programm li jixxandar kull nhar ta' Tnejn fl‑10pm b'ripetizzjoni s‑Sibt fit‑3:30pm fuq NET TV.
Il‑15‑il programm ser jittellgħu wkoll fuq il‑konsegwenza ladarba l‑individwu jkun lura il‑kanal ta' youtube u l‑pjattaforma d‑dar. L‑intervista ta’ 50 minuta ddur ukoll tal‑midja soċjali. madwar il‑kwalitajiet u l‑karatteristiċi Individwi u personalitajiet minn sfondi differenti tal‑ħajja jiġu intervistati u introdotti lill‑udjenza tat‑TV bil‑għan li jaqsmu l‑esperjenza kollha tagħhom fil‑missjoni; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ ta' esperjenza attwali li għamlu barra mill‑pajjiż, kif ukoll
tal‑mistednin, allura t‑telespettaturi huma assigurati bi programm divertenti u ta' għarfien! Taħlita ta' mistednin, minn personalitajiet tat‑TV sa membri tal‑Knisja u żgħażagħ! Għal aktar tagħrif sibuna fuq il‑paġna ta' Facebook!
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Mejju 2021
PULPETTI TAL‑QARABAGĦLI MILL‑MESSIKU
Metodu: • Ħokk il‑qarabagħli, ross il‑melħ u ħallih joqtor mill‑ilma f ’passatur. • Ħawwad flimkien il‑bajd, il‑bżar, il‑melħ u l‑ġobon maħkuk. • Żid ftit ftit id‑dqiq mat‑taħlita tal‑bajd u ħawwad sew. • Ixxotta sew mill‑ilma l‑qarabagħli, żidhom mat‑taħlita ta’ bajd u dqiq, u ħawwad sew flimkien. • Żid il‑ħabaq. • Itfa’ ftit qtar taż‑żejt f ’taġen u b’kuċċarun ferra’ ftit mit‑taħlita. X’għandek bżonn: • 3 qarabagħliet tawwalin kbar • 3 bajdiet • 50 gramma ġobon parmeġġano maħkuk • 100 gramma dqiq 00 mgħarbul • Ftit weraq tal‑ħabaq imqatta’ fin • Ftit bżar u melħ • Ftit żejt
• Aqli miż‑żewġ naħat u rrepeti sakemm tispiċċa t‑taħlita. • Poġġi l‑pulpetti fuq karta tal‑kċina biex tixrob iż‑żejt.
BUEN PROVECHO (L‑ikla t‑tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Mejju 2021
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9.00am u l‑5.00pm. Is‑Sibt bejn id‑9.00am u s‑1.00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’ 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328
37
KOMPETIZZJONI ‑ MEJJU 2021
Mejju 2021
LOGĦBA BIN‑NUMRI Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri b’tali mod li t‑tliet sommiet vertikali u t‑tliet sommiet orizzontali jaqblu man‑numri tat‑truf. Waħda minnhom hija lesta biex tgħinek. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
3 + 6 ÷ 1 = 9 + ÷ + x + = 26 ‑ + ‑ + + = 16 = = = 8 10 4
Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Marzu 2021: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Doreen Micallef minn Tas‑Sliema. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
5 ‑ 2 ÷ 3 = 1 + + x 9 x 8 ‑ 6 = 66 ÷ x ‑ 7 ‑ 1 ‑ 4 = 2 = = = 2 10 14
Nitbissmu ftit:
Tabib kien qed jassisti pazjent li kien wasal fl‑aħħar ta’ ħajtu. Fid‑daqqa u l‑ħin, dar fuq mart il‑pazjent u qalilha: “Sinjura, jiddispjaċini ħafna ngħidlek li żewġek ħalliena ... miet.” Fil‑pront instemgħet vuċi fjakka tgħid: “Mhux veru, jien ħaj għadni!” “Għalaq ħalqek,” qabżet pronta l‑mara, “x’taħseb int li taf aktar mit‑tabib!?” 38
Frans: Marì, għada nagħlqu 50 sena miżżewġin. Tgħid noqtlu serduk? Marì: U dak miskin xi ħtija għandu? Oqtol lil kuġinuk ... dak laqqagħna flimkien!
Mejju 2021
Eżempji sbieħ
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 04 ta’ Marzu 2021 Godwin Grech min‑Naxxar • 06 ta’ Marzu 2021 Dorothy Formosa minn Tal‑Pietà • 08 ta’ Marzu 2021 Harry Zammit mill‑Belt Valletta • 16 ta’ Marzu 2021 Alice Xuereb mill‑Ħamrun • 19 ta’ Marzu 2021 Jane Theuma mill‑Belt Valletta
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Missio Malta • Missio Tfal 39
Mejju 2021
You Name It. We Bake It! Fresh Made Cakes, Doughnuts & More Chocolates & Ice‑Cream Extensive Choice Of Food
Large Variety Of Bread Baked Fresh Daily Large Variety Of Daily Fresh Fruit & Vegetables Also Available: • Gluten‑Free Foods • Ready‑Packed Produce Including Cheese & Ham, • Milk, Frozen Foods & Pasta • Spirits, Wines & Soft Drinks • Detergents & More.
EL PANADERO
www.elpanaderomalta.com Tel: 27 424 386 Triq il‑Pitkali, Attard ATD 2216 E: elpanaderomalta@hotmail.com
Opening Hours: Monday to Sunday From 5:00am to 9:00pm Open also on Public Holidays
DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS
St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702
40
Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com