MISSJUNA TA
A RJ
MA L
NEWSPAPER POST Awwissu 2022 SENA 90
2022 SEN A
MI
SS
TAʼ SE
JO N
I
1932 R V IZ Z G Ħ A L L-
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
#ilmissioint
VO/1178
08 Sinerġiji Kreattivi 16 Ittra Mill‑Missjoni 22 San Titu Brandsma 30 Aħbar Tajba għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL – CLAUDIA CINI
Awwissu 2022
Ix‑Xahar tal‑Missjoni
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal
4 Messaġġ Mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja
L
‑Opri Missjunarji Pontifiċji, magħrufa f ’ħafna pajjiżi bħala Missio, huwa l‑isem ta’ grupp ta’ soċjetajiet missjunarji Kattoliċi li jaqgħu taħt il‑ġurisdizzjoni tal‑Papa. Dawn l‑organizzazzjonijiet jinkludu l‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi, l‑Opra ta’ San Pietru Appostlu, l‑Opra tas‑Santa Infanzja u l‑Opra tal‑Unjoni Missjunarja tas‑Saċerdoti u r‑Reliġjużi. Sa mis‑sena 1922, Missio kien u għadu l‑organizzazzjoni li toffri l‑appoġġ uffiċjali tal‑Knisja Kattolika lill‑missjonijiet barranin.
8 Pastorali Għall‑Familji 12 Il‑Kongregazzjoni Tal‑Verġni Mbierka 16 Ittra Mill‑Missjoni 18 Ittra Ta’ Ringrazzjament 22 Il‑Qaddis Tax‑Xahar 24 Insellmu l‑Memorja Ta’ Żewġ Missjunarji Maltin 26 90 Sena Ta’ Storja 30 Aħbar Tajba 32 Dehriet Tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt 39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Suchitoto, El Salvador. Tifla li tgħix f ’żona rurali żżomm gidi. Hija tgħin lill‑ġenituri tagħha fid‑dmirijiet ta’ kuljum. 2
Il‑Papa speċifikament jitlob lil Missio sabiex jgħin iwassal il‑messaġġi ta’ Kristu lid‑dinja, speċjalment f ’pajjiżi fejn il‑Kristjaneżmu huwa ġdid, għadu fil‑bidu tiegħu u/jew huwa fqir. Missio, b’aktar minn 120 uffiċċju madwar id‑dinja, jagħti kura u appoġġ lill‑knejjes li għadhom jibdew sakemm dawn ikunu kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Missio huwa l‑unika organizzazzjoni li tagħti appoġġ lil kull min jagħmel parti mill‑1,200 djoċesi missjunarja fid‑dinja. Missio jibqa’ ħaj permezz tal‑ġenerożità tal‑Kattoliċi u jilgħab parti kruċjali fil‑ġlieda kontra
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
l‑faqar, il‑mard, l‑inġustizzji u l‑isfruttar. Fuq kollox ma rridux inħallu barra lill‑missjunarji kbar tal‑aħħar seklu, fosthom Santa Madre Tereża ta’ Kalkutta u l‑eluf ta’ missjunarji Maltin u Għawdxin fl‑istorja tal‑missjonijiet. Ta’ kull sena x‑xahar ta’ Ottubru jkun kollu kemm hu ddedikat għall‑missjoni. F’dan ix‑xahar nistgħu ngħinu wkoll b’ħafna modi lill‑Knisja Missjunarja. Tkun ħaġa sabiħa li ngħinu lis‑saċerdoti Maltin fil‑missjoni bid‑donazzjonijiet tagħna u anke billi nagħmlu ġest sabiħ issa li jkun qed joqrob ix‑xahar tal‑erwieħ, u noffru intenzjonijiet ta’ quddies għall‑għeżież tagħna sabiex jiġu ċċelebrati mill‑missjunarji fl‑artijiet tal‑missjoni. L‑elemożina tal‑quddiesa sservi l‑ewwel nett ta’ sufraġju għall‑mejtin tagħna u fuq kollox bħala
għajxien għall‑missjunarju. Fil‑Ġurnata Missjunarja nitolbu b’mod speċjali għall‑Knisja batuta fil‑missjoni u għall‑missjunarji kollha. Din il‑ġurnata tiġi dejjem iċċelebrata fit‑tielet Ħadd ta’ Ottubru; din is‑sena nhar it‑23 t’Otttubru, u ġiet imwaqqfa minn Papa Piju XI fl‑1926, bħala jum ta’ talb għall‑missjoni. Il‑kura tal‑Papa għall‑knejjes kollha hija espressa permezz tat‑talb u tas‑solidarjetà inkoraġġuti minn Missio.
Permezz tal‑Kattoliċi Maltin u Għawdxin, Missio jippermetti li knejjes f ’djoċesijiet missjunarji jilħqu l‑komunitajiet tagħhom bl‑imħabba u l‑kompassjoni ta’ Ġesù Kristu. Ejjew ilkoll ningħaqdu flimkien biex nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna anqas ixxurtjati minna li jgħixu f ’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Kull talba u kull donazzjoni huma apprezzati, żgħar kemm huma żgħar. Għal aktar tagħrif żur il‑websajt www.missio.org.mt jew ċempel 2123 6962.
3
Awwissu 2022
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
Ġesù Jkun Magħruf u Maħbub Minn Kulħadd “Morru fid‑dinja kollha, xandru l‑Evanġelju lill‑ħolqien kollu.” (Mt.16:15) Dan kien l‑aħħar amar li Ġesù ta lill‑appostli qabel reġa’ lura għand il‑Missier. Ġesù kien jaf li dan kien imur wisq ’il hemm mir‑rieda u l‑forzi tagħhom. Għalhekk, Ġesù ordnalhom biex ma jagħtux bidu għal din il‑missjoni qabel jibgħat fuqhom l‑Ispirtu s‑Santu. Din il‑missjoni ma setgħu qatt iwettquha waħedhom,
imma biss bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu. “Jiena nitlob lill‑Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem”, filwaqt li Ġesù kompla jgħidilhom, “l‑Ispirtu s‑Santu, li l‑Missier jibgħat f ’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.” (Ġw.14:16, 26) Alla, fil‑ħniena kbira tiegħu, irid lil kulħadd, bla eċċezzjoni ta’ ħadd, li jsalva. Għalhekk Alla
L‑inżul tal‑Ispirtu s‑Santu (Pentekoste); Il‑Ġwienaħ tal‑Artal Wurzach (pannell tax‑xellug) (1437). 4
bagħat lil Ibnu fid‑dinja biex bih id‑dinja kollha ssalva. Ġesù nnifsu stqarr dan ma’ Nikodemu: “Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid‑dinja biex jagħmel ħaqq mid‑dinja, imma biex id‑dinja ssalva permezz tiegħu.” (Ġw.3:16) Alla jiġbidna lejn Ibnu mhux bil‑forza, iżda permezz tad‑don tal‑fidi li joffri lil kulħadd. Dan id‑don, Alla jagħtih mhux biex dak li jkun jieħu gost bih waħdu u daqshekk, imma kull min jirċievi dan id‑don, għandu fl‑istess waqt ir‑responsabbiltà li jgħaddih lill‑oħrajn. Id‑don tal‑fidi ma jagħlaqx u lanqas jiżola lil dak li jirċevih mill‑komunità li huwa jgħix fiha, iżda għall‑kuntrarju, iwessagħlu l‑orrizonti tal‑ħajja sa truf l‑art. Dan ma jfissirx li wieħed ta’ bilfors irid iħalli lil artu u jmur ixandar lil Kristu f ’artijiet ’il bogħod minn art twelidu, imma jfisser li kull min irċieva dan id‑don tal‑fidi, irid ikun missjunarju fil‑moħħ u fil‑qalb. Il‑veru
Awwissu 2022
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
Darba, student universitarju staqsa lid‑direttur spiritwali tiegħu dwar x’għandu jagħmel biex iressaq lil sħabu universitarji, li ħafna minnhom ma kienu jemmnu f ’xejn, lejn il‑Mulej. Id‑direttur wieġbu: “Xejn!” Mistagħġeb għall‑aħħar b’din it‑tweġiba l‑istudent staqsa: “Kif xejn!? Kif ma ngħid xejn?” Id‑direttur pront wieġbu: “Ħaġa żgur li m’għandekx tagħmel hi li tgħid xi ħaġa lil sħabek.
Ibda għix l‑Evanġelu bis‑serjetà ħalli sħabek, xħin jarawk iġġib ruħek differenti minnhom, iġġagħalhom jistaqsu: “Imma dan għaliex qiegħed iġib ruħu għal kollox differenti minna?” Id‑don tal‑fidi jrid jgħaddi minn ġenerazzjoni għall‑oħra, mill‑ġenituri għall‑ulied u minn ħabib għall‑ieħor, mhux billi wieħed jidħol f ’argumenti sħan u filosofiċi, imma billi toffrilhom esperjenza ħajja tal‑Envanġelju. “F’dan żgur li ħadd mhu ser ikun waħdu. Ġesù nnisfu wegħedna li jkun magħna.” (Mt.28:20)
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
Ritratt: Ġorġ Agius SDC
Nisrani mhuwiex dak li rċieva l‑magħmudija u daqshekk, imma huwa dak li jgħix il‑magħmudija billi jsir xhud ħaj ta’ Kristu. X’jiswa li wieħed jgħid u forsi jiftaħar li hu Nisrani, jekk imbagħad iġib ruħu bħal wieħed pagan, jekk mhux agħar ukoll? Dan żgur ma jgħinx biex wieħed jaqsam il‑fidi tiegħu mal‑oħrajn.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Jalla lkoll nifhmu dan u nippruvaw ngħixu skont dak li nemmnu fih, ħalli kif kien jinsisti San Ġorġ Preca mas‑soċji tiegħu: “Ġesù jkun magħruf u maħbub minn kulħadd.” 5
INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Awwissu 2022
Awwissu 2022 Għall‑Imprendituri Żgħar u Medji
Nitolbu sabiex l‑imprendituri żgħar u medji, milqutin ħafna bil‑kriżi ekonomika u soċjali, isibu l‑mezzi neċessarji sabiex imexxu l‑attività proprja tagħhom, għas‑servizz tal‑komunità fejn jgħixu. 6
Il
‑Knisja kienet dejjem minn ta’ quddiem sabiex titkellem dwar id‑drittijiet tal‑ħaddiema u fuq il‑postijiet tax‑xogħol. Il‑Knisja dejjem uriet bil‑qawwa kollha l‑importanza tal‑primat tal‑bniedem fil‑proċess ta’ produzzjoni. Il‑‘Laborem Exercens’ ta’ Papa San Ġwanni Pawlu II, turi biċ‑ċar dan il‑principju tal‑primat tax‑xogħol tal‑bniedem fuq il‑kapital, li mhuwiex prinċipju Nisrani biss, imma li titolbu l‑morali soċjali. Fuq kollox ukoll, il‑bniedem meta jaħdem
u juża l‑mezzi kollha ta’ produzzjoni, bl‑ebda mod ma jista’ jaċċetta dik li nsejħulha l‑antinomija, jiġifieri firda bejn ix‑xogħol u l‑kapital. Dan huwa importanti ħafna fil‑proċess ekonomiku u biex ma ssirx ħsara lill‑bniedem. B’hekk biss tista’ ssaltan s‑solidarjetà fid‑dinja, li ssib il‑fonti tagħha mill‑prinċipju tal‑primat tax‑xogħol tal‑bniedem fuq il‑kapital: “A solidarity that finds its origin and strength in the nature of human work; in the primacy of the human person over things; will know how to create avenues of dialogue and
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
collaboration, to become a step toward resolving opposition while not destroying the opponent.” Ix‑xogħol għandu jgħin biex jumanizza u jiżviluppa lill‑bniedem. Jekk mhux hekk, isir distruttiv għaliex il‑mezzi jsiru l‑fini. Mela x‑xogħol għandu dejjem ikun għall‑bniedem u mhux il‑bniedem għax‑xogħol. “The primary basis of the value of work is man himself, who is its subject. This leads immediately to a very important conclusion of an ethical nature, however true it may be that man is destined for work and called to it, in the first place work is ‘ for man’ and not man ‘ for work’.” (LE, 6) Għalhekk,
anke fi kriżi ekonomika kawża tal‑pandemija, dawn il‑prinċipji li għadna kemm semmejna għandhom dejjem jiġu mħarsa. Għalhekk, il‑mexxejja tal‑pajjiżi għandhom jaħdmu u jaraw li jgħinu lill‑ħaddiema kollha ħalli ħadd ma jitlef il‑ħobżna ta’ kuljum. Il‑gvernijiet ma jistgħux għalhekk jaħslu
jdejhom u ma jagħmlu xejn, kuntenti li l‑bwiet tagħhom huma dejjem mimlija, filwaqt li ħafna familji jisfaw bla xogħol u bla dħul finanzjarju. Nitolbu għalhekk mela, ħalli l‑imprendituri żgħar u medji jsibu l‑għajnuna li tassew jistħoqqilhom.
BAŻAR
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Awwissu 2022
PASTORALI GĦALL‑FAMILJI – DUN VICTOR AGIUS
Sinerġiji Kreattivi (Pastorali li tpoġġi lill‑familja fiċ‑ċentru)
“Wara li għaddew ħames snin minn meta ħarġet l‑eżortazzjoni appostolika postsinodali, il‑Papa, bis‑Sena Familja Amoris Laetitia, ried jerġa’ jpoġġi fiċ‑ċentru tal‑ħajja u tal‑missjoni tal‑Knisja l‑identità u l‑missjoni tal‑familja. Dan huwa ta’ sinifikat għalina 8
Ritratt: Ciarpella Luca
W
ara l‑eżortazzjoni appostolika ‘Amoris Laetitia’, l‑uffiċċju għall‑kura pastorali tal‑familja fid‑djoċesi ta’ Fermo fiċ‑ċentru tal‑Italja, ipprova jippromwovi t‑tranżizzjoni minn kura pastorali għall‑familji, għall‑familja bħala ċentru ta’ kura pastorali, billi tinvolviha mhux biss bħala riċevitur tal‑azzjoni pastorali, imma tagħmilha dejjem aktar protagonista. Luca Ciarpella u Firenza Torresetti, miżżewġin sa mill‑2007 u bi tlett itfal, u membri tat‑tim djoċesan, jgħidulna dwar il‑proċess li sar, kemm bħala djoċesi kif ukoll bħala koppja.
bħala djoċesi kif ukoll bħala familja, opportunità importanti. Li nilqgħu l‑messaġġ tal‑‘Amoris Laetitia’ bħala koppja inserita fil‑komunità Nisranija, qajmet fina stimoli tant prezzjużi. Hekk kif ħassejna li nagħmlu tagħna l‑invit ta’ Papa Franġisku, bdejna nħarsu b’mod ġdid lejn l‑imħabba bħala l‑għajn ta’ ferħ u ta’ tiġdid għall‑familja fiha nnifisha, kemm ukoll għall‑Knisja u għas‑soċjetà. Ilqajna l‑istedina biex inħarsu lejna nfusna mhux tant bħala koppja diġà ‘ippakkjata u lesta’ għal dejjem (AL 325), imma biex inġeddu kontinwament il‑vokazzjoni tagħna
u nkunu attenti ħafna għall‑ferħ tal‑imħabba, biex ‘qalbna tinfetaħ aktar u nkunu nistgħu dejjem aktar nieħdu ħsieb xulxin’. (cf. AL 126‑128) Hekk ukoll indunajna kemm kien meħtieġ li ngħinu biex dan il‑messaġġ lill‑familji jasal aktar u aħjar, b’mod speċjali fir‑realtà tad‑djoċesi tagħna”. Inizjattivi li jistgħu jilħqu lil kulħadd.
Għal xi snin, issa qed nagħmlu parti mill‑uffiċċju pastorali għall‑familji, immexxi minn saċerdot u minn koppja. M’oħrajn niffurmaw tim ta’ seba’ koppji, li kważi kollha ġejjin minn esperjenzi
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
marbutin ma’ movimenti ekkleżjastiċi, u dan ifisser rikkezza kbira, għax kulħadd jagħti l‑kontribut speċifiku tiegħu. L‑aspett fl‑‘Amoris Laetitia’ li l‑aktar laqat lilna lkoll, huwa l‑proposta li nieħdu ħsieb nagħmlu pastorali differenzjata, li taf tilqa’ d‑diversi fraġilitajiet li l‑familji tal‑lum jgħixu fil‑kontesti komplessi, soċjali u kulturali. Staqsejna lilna nfusna kif nistgħu nkunu ta’ servizz aħjar għall‑familji kollha, waqt li nżommu f ’rasna s‑sitwazzjonijiet u l‑pekuljaritajiet innumerevoli tagħhom ilkoll u nifhmu liema inizjattiva tista’ tilħaq lil kulħadd. Fuq din il‑linja, permezz ta’ modalità sempliċi, twieldet l‑idea tal‑‘Happy (H)our Family’, mumenti ta’ laqgħat għall‑koppji miżżewġa biex jiltaqgħu u hekk jgħixu l‑aspetti tal‑akkoljenza u għaqda, tal‑evanġelizzazzjoni u s‑serħan. Ipproponejna dan il‑proġett lill‑parroċċi kollha tad‑djoċesi li laqgħuh b’entużjażmu kbir, u hekk bdejna nipprogrammaw diversi appuntamenti f ’diversi lokalitajiet u f ’diversi
okkażjonijiet speċjali: il‑festa ta’ San Valentinu, il‑preparazzjoni tal‑ġenituri għall‑okkażjonijiet tas‑sagramenti ta’ wliedhom u fil‑festi parrokkjali, taħt forma sempliċi miftuħa għall‑familji kollha tal‑parroċċa. Dawk il‑familji li xtaqu jattendu setgħu jħallu lil uliedhom maż‑żgħażagħ tal‑Animatema tad‑djoċesi
(dawn huma żgħażagħ li matul din is‑sena pastorali, jivvolontarjaw għas‑servizz tad‑djoċesi biex janimaw l‑inizjattivi tal‑uffiċċju għall‑familji, b’mod speċjali fejn jidħlu t‑tfal). Fl‑istess ħin, il‑koppji kellhom il‑possibilità li jgawdu l‑ħin kollu ddedikat għalihom. L‑armar kien ‘apericena’ (aperittiv) organizzat sal‑iċken dettal, b’imwejjed
għal tnejn. Waqt dan il‑mument kien hemm mużika fl‑isfond u siltiet b’vidjows li l‑mottivi tagħhom kienu siltiet minn ‘Amoris Laetitia’. Waqt serata bħal din, il‑koppja jkollha l‑ħin tiddjaloga b’serenità u tirrifletti fuq il‑ħajja familjari tagħha. Terġa’ tiskopri s‑sabiħ li tkun familja.
Xemgħa mixgħula u qasrija bi pjanta żgħira fuq il‑mejda tagħhom, biex ifakkru fl‑importanza li kuljum iridu jieħdu ħsieb xulxin; fuq biċċa karta ftit siltiet mill‑eżortazzjoni u xi domandi li jistgħu jgħinu lill‑koppja tiffaċċja diversi aspetti tal‑ħajja tagħhom. L‑ingredjenti prinċipali tal‑inizjattiva kienu: id‑djalogu, il‑festa u l‑mużika. Dan biex ikunu jistgħu jaqsmu riflessjonijiet fuq il‑ħajja tagħhom ta’ kuljum ’il bogħod mill‑istorbju u l‑għaġla tal‑ħajja ta’ kuljum. Dan kollu biex ikun ċar li hemm bżonn tal‑ħin biex niddjalogaw, biex nitgħannqu bla ebda għaġla, biex nippjanaw flimkien, biex nisimgħu lil xulxin, biex inħarsu lejn xulxin, biex napprezzaw lil xulxin u biex 9
Awwissu 2022
insaħħu r‑relazzjoni tagħna. (cf. AL 224) L‑istedina għall‑‘apericena’ klassika u fl‑istess ħin informali, miftuħa għal kulħadd, kienet okkażjoni biex kull koppja, hi min hi, tieħu sehem, lil hinn mill‑identità jew mill‑fraġilità tagħha. Bdejna naraw it‑talbiet u l‑bżonnijiet ta’ kull parroċċa, u maż‑żmien bdejna niddiffirenzjaw it‑tipoloġija tal‑‘Happy (H)our Family’ u niddistingwu appuntamenti fejn napprofondixxu aktar l‑aspett ta’ miżżewġin minn dawk li jiffukaw aktar fuq l‑irwol ta’ ġenituri. L‑‘apericena’ spiċċat meta l‑parteċipanti xtaqu, bil‑qsim spontanju tal‑emozzjonijiet u tar‑riflessjonijiet li ħarġu fil‑konfront tal‑koppja; 10
PASTORALI GĦALL‑FAMILJI – DUN VICTOR AGIUS
f ’dawn l‑okkażjonijiet stajna nipperċepixxu l‑apprezzament tal‑inizjattiva u l‑benesseri li huma ħassew, f ’atmosfera familjari magħmula minn affarijiet sempliċi, imma wkoll prezzjużi. Il‑‘campi’ familja.
Il‑proġett ‘Happy (H) our Family’ ingħaqad mal‑esperjenza, li ilha għaddejja għal diversi snin fid‑djoċesi, tal‑kampijiet tal‑familja: ġimgħa ta’ mistrieħ, ‘sharing’, riflessjonijiet u divertiment, li għaliha jipparteċipaw aktar minn 30 grupp ta’ gruppi żgħar ta’ familji. Minħabba l‑pandemija, inizjattivi ġodda.
Ħasra li dawn l‑attivitajiet kellhom jieqfu minħabba
l‑miġja tal‑pandemija. Għalhekk, f’din l‑aħħar sena, ħsibna li nsibu toroq ġodda; attivitajiet pastorali ġodda. Fost dawn, id‑‘(D)’istanti...vicini’, li nħolqot mis‑sinerġija bejn l‑uffiċċju għall‑pastorali tal‑familji, l‑uffiċċju tal‑komunikazzjoni soċjali, l‑uffiċċju għall‑katekeżi u l‑uffiċċju tal‑liturġija. Huwa proġett multimedjali biex jakkumpanja lill‑familji biex jgħixu, b’mod aktar konxju, il‑mumenti partikolari tas‑sena liturġika, u jfakkarhom li dawn huma mumenti li fihom jistgħu jikbru aktar fil‑fidi tagħhom. Dan iż‑zmien li qed ngħixu fih huwa kemxejn diffiċli u li sserraħ rasek fuq it‑tradizzjonijiet reliġjużi, bħala bażi ta’ formazzjoni, huwa ftit wisq. Kienet sfida li qajmet l‑immaġinazzjoni kollha tagħna, u fl‑istess ħin, impenn biex min‑naħa ta’ kulħadd, mal‑involviment ta’ ħafna nies, ħdimna flimkien biex nagħmlu xi ħaġa. ‘(D)’istanti...vicini’: sensiela ta’ filmati li jagħtu proposti ta’ katekeżi għall‑familja fuq diversi temi mis‑sena liturġika, li jservu biex il‑miżżewġin, il‑ġenituri ma’ wliedhom, jistgħu jaqsmu ma’ xulxin u jifhmu kif jistgħu jgħixu konkretament il‑Vanġelu fil‑ħajja ta’
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Ix‑xewqa tagħna.
kuljum u hekk jikbru fil‑fidi tagħhom. Dan huwa mod prattiku biex fil‑familja nsibu l‑ħin u l‑ispazju fid‑dar ħalli niddjalogaw, u nsibu modi pjaċevoli kif naqsmu dak li hemm f’qalbna. Il‑proġett multimedjali
tpoġġa għad‑dispożizzjoni tal‑parroċċi kollha. Dan jista’ jintuża f’ħinijiet u bżonnijiet speċifiċi ta’ kull realtà lokali, inizjalment b’materjal li jiġi stampat għall‑ attivitajiet dwar suġġetti mmirati għat‑tfal u l‑adoloxxenti.
Bħala koppja nħossu li għandna responsabilità kbira: dik li nagħtu lura l‑ferħ li Alla jippermettilna nħossu fis‑sejħa tagħna, b’attenzjoni u akkoljenza akbar lejn il‑familji kollha, u l‑aktar lejn dawk li huma aktar fraġli jew lejn l‑għarajjes, permezz tal‑qadi, it‑talb, il‑formazzjoni u l‑għajnuna lil xulxin. Ix‑xewqa tagħna hija li nkomplu nsibu toroq fejn nistgħu nakkumpanjaw b’modi dejjem aktar adegwati lill‑familji biex iħossuhom dejjem aktar ġol‑qalb tal‑Knisja.
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11
Awwissu 2022
IL‑KONGREGAZZJONI TAL‑VERĠNI MBIERKA TA’ MONTE OLIVETO DUN HERMANN DUNCAN O.CARM
San Bernard Tolomei mhux kollu mniżżel. Ommu kellha dehra qabel it‑twelid tiegħu, li bħala żagħżugħ kellu jistudja fil‑Kunvent tad‑Dumnikani fi Siena, u mbagħad ikompli l‑istudji tiegħu li jwassluh biex ikun professur tal‑liġi fl‑Università tal‑belt u Kavallier tal‑Imperu.
B
osta qaddisin ftit li xejn nafu dwarhom minħabba nuqqas ta’ tagħrif li jeżisti fuqhom. Insibu ammont kbir ta’ bijografiji dwar ħajjet San Bernard Tolomei, għalkemm ma nsibux il‑kitbiet tiegħu. Jeżistu ħafna affreski li juruna lilu fil‑monasteri u l‑knejjes Olivetani kollha, kif ukoll fil‑palazzi tal‑istituzzjonijiet 12
ta’ Siena. Mill‑istorja nafu li dan il‑qaddis kien iben Mino minn familja nobbli ta’ Tolomei u Fulvia Tancredi. Huwa twieled fi Siena fl‑1272 u tawh l‑isem ta’ Giovanni, iżda aktar tard biddel ismu f’dak ta’ Bernard. Il‑bijografija tiegħu nafuha mit‑tfittix li kien għamel id‑Dumnikan Gregorio Lombardi (1613), anki jekk it‑tagħrif li waslilna
Waqt il‑kriżi reliġjuża tiegħu, Bernard kellu l‑għajnuna tal‑Madonna fil‑fejqan tal‑marda ta’ għajnejh, li wasslitu biex iħalli l‑belt u l‑ħajja mundana tiegħu. Wara t‑tnebbiħ li kellu fis‑ Sena 1313, li kienet sena ta’ ġlied bejn il‑partiti tal‑belt, Bernard flimkien ma’ żewġt iħbieb nobbli tiegħu, Patrizio Patrizi u Ambroġ Piccolomini, ħallew Siena biex imorru Accona fejn il‑familja Tolomei kellha proprjetà. Wara li warrbu l‑ilbies nobbli tagħhom, huma libsu f ’ilbies iktar sempliċi u bidlu isimhom, waqt li ddedikaw ħajjithom għat‑talb, penitenza u solitudni eremitika. Illum għad nistgħu naraw l‑għerien ta’ dak iż‑żmien kif ukoll il‑kappella żgħira li kienet ġiet mibnija fuq xewqa ta’ Tolomei. Il‑ħajja axxetika tagħhom
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
ġibdet lejhom ħafna rġiel għonja u ta’ ħajja komuni, ħerqana li jissieħbu ma’ ħajjithom. Bernard, li kien responsabbli ta’ kulħadd, mar għand l‑isqof t’Arezzo, li t‑territorju kien jaqa’ taħt il‑ġurisdizzjoni tiegħu, biex jagħtih l‑awtorità kanonika. Fis‑26 ta’ Marzu 1319, l‑isqof t’Arezzo, Mons. Guido Tarlati, ta lil Bernard u lil Patrizio l‑permess tal‑fondazzjoni tal‑Monasteru ta’ Santa Marija tal‑Għolja Oliveto li kien għadu kemm jitwieled, taħt ir‑Regola ta’ San Benedittu. Bernard u sħabu għażlu tunika bajda biex jagħtu qima lill‑Verġni Marija li tant kienu jqimu u li l‑kongregazzjoni wirtet fl‑ispiritwalità Marjana tagħha. Fl‑1319 dawn l‑irħieb għamlu l‑professjoni reliġjuża tagħhom, fejn irċevew l‑ilbies monastiku minn idejn id‑delegat tal‑isqof. Wara li ħallew l‑istil ta’ ħajja eremitika, bdew iħaddnu r‑Regola Benedittina mogħnija bl‑esperjenza axxetika ta’ qabel. Huma ddeċidew li l‑abbati jkun magħżul għal sena biss. L‑irħieb għażlu lill‑Bernard bħala l‑ewwel abbati, iżda huwa m’aċċettax minħabba li ma tantx kien jara u allura ntgħażel Patrizio
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
Awwissu 2022
IL‑KONGREGAZZJONI TAL‑VERĠNI MBIERKA TA’ MONTE OLIVETO DUN HERMANN DUNCAN O.CARM
nafuh mit‑tradizzjoni, li huwa kellu taħditiet ma’ Ġesù Kurċifiss u dehriet oħra minn xi qaddisin. Fl‑1348 faqqgħet pesta kbira u l‑abbati niżel mill‑Għolja Oliveto biex imur għall‑Monasteru ta’ San Benedittu li kien milqut mill‑marda, bħalma ġara fi Siena kollha. Bosta rħieb inħakmu mill‑pesta hekk kif kienu qed jgħinu bosta aħwa fil‑fidi. Bernard ukoll inħakem mill‑pesta fl‑1348 u miet ħesrem. Skont it‑tradizzjoni huwa ġie midfun fil‑monasteru tal‑belt fl‑20 ta’ Awwissu ta’ dik l‑istess sena.
It‑Trinità ma’ San Pietru u San Bernard Tolomei, pittura ta’ Ventura Salimbeni.
Patrizi minflok. Iżda fl‑1321, Bernard ma setax iktar jirrifjuta li jaċċetta li jkun abbati u sar abbati tal‑monasteru tiegħu. Il‑prova tal‑personalità eċċezzjonali tiegħu, għoġbot lill‑irħieb, tant li għażluh sena wara sena għal 27 darba, kważi sal‑mewt tiegħu. Huwa pprova jħalli darbtejn dan l‑uffiċċju afdat lilu, kemm fis‑sena 1326 kif ukoll fis‑sena 1342, minħabba d‑diffikultà li ma 14
kienx jara sew u l‑fatt li ma kienx saċerdot, għaliex huwa kien irċieva biss l‑ordnijiet minuri. Iżda l‑ġuristi u l‑legati tal‑Papa, affermaw mill‑ġdid il‑leġittimità kanonika tiegħu. Waqt li kien għadu ħaj, Bernard waqqaf ħdax‑il monasteru ieħor u l‑abbati kiseb ukoll l‑approvazzjoni papali fil‑21 ta’ Jannar 1344 minn Papa Klement VI, li kien qiegħed jgħix f ’Avignon. Il‑mistiċiżmu ta’ Bernard
Sfortunatament, ir‑relikwi tiegħu ntilfu wara l‑qerda tal‑monasteru ta’ Siena, li ġrat matul il‑gwerra bejn Karlu V u r‑Repubblika ta’ Siena, fl‑1554. Il‑Kongregazzjoni Olivetana dejjem ppruvat ġġib ’il quddiem il‑kawża tal‑beatifikazzjoni tal‑fundatur tagħha. Nistgħu ngħidu li kkunsidrawh beatu sa mis‑Seklu 15. Ta’ dan insibu l‑prova fid‑djarju ta’ Papa Piju II, li żar il‑Monasteru ta’ Monte Oliveto fis‑sena 1462. Il‑qima tiegħu bħala beatu kienet ikkonfermata permezz tad‑Digriet tal‑Kongregazzjoni tar‑Riti nhar l‑24 ta’ Novembru
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Veduta mill‑ajru tal‑Abbazia ta' Monte Oliveto Maggiore, monasteru Benedittin kbir fir‑reġjun Taljan tat‑Toskana.
1644. Fl‑1680 il‑festa reliġjuża tal‑20 t’Awwissu ġiet trasferita għall‑21
t’Awwissu peress li diġà kienet teżisti l‑festa ta’ San Bernard ta’ Clairvaux.
Minħabba l‑konfużjoni tal‑persekuzzjoni kontra l‑ordnijiet reliġjużi, speċjalment fis‑Saltna ta’ Napli u tat‑Toskana, il‑kawża waqfet u kien f’Ottubru tal‑1968 li reġgħet bdiet mill‑ġdid mill‑Kongregazzjoni tar‑Riti. Fis‑26 t’April 2009, Papa Benedittu XVI iddikjarah qaddis. Illum il‑qima tiegħu nsibuha fil‑Martiroloġju Ruman fl‑20 t’Awwissu, filwaqt li l‑Kongregazzjoni Benedittina Olivetana tiċċelebra l‑festa tiegħu nhar id‑19 t’Awwissu ta’ kull sena.
Mit-3 ta’ Jannar, 2023 fuq ONE TV. POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna.
Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek. https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/dinja‑mutur/ 15
Awwissu 2022
ITTRA MILL‑MISSJONI
The Children of St Joseph Orphanage
Dear Monsignor Valentino, Greetings of peace and joy to you from India. I hope and pray that all is well with all of you at Missio Malta. We are all doing well by the grace of God and by your gracious prayers. Now we have no fear of the virus, but people still live in confusion wearing masks and using sanitizer all the time. Recently the children sat for their final exams for this scholastic year. Missio Malta has been very kind helping 82 children towards their education. All the children who are supported by Missio Malta are happy and healthy, and improving in studies and also other academic courses. We are grateful to you and Missio Malta for everything you do for us, especially for your kind‑ ness and generosity in every situation of my ministry. We often think and pray for you. May God bless you all abundantly for your service across the countries. Yours in Christ, Fr Thanaiah Marneni St Joseph Orphanage, India 16
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
CHILD SPONSORSHIP Me. You. Us. Together.
€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21. Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 41474120039
Account No: 50011468005
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: APSBMTMT
Swift Code: VALLMTMT
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt kklikkja fil‑parti Donations.
u
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.
Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
17
ITTRI TA’ RINGRAZZJAMENT
Awwissu 2022
Thank You For Your Hospitality
Dear Monsignor Valentino, I write to express my appreciation for the good missionary hospitality you gave me and Fr Kizito during the time we visited Malta earlier in June 2022. We enjoyed our stay and were very inspired by all the activities we were engaged in. Missio Malta remains for
18
me an inspirational Missio that has empowered me with missionary animation skills and missionary solidarity spirit. Moreover, visiting Malta is always a blessing for me, also because of your rich Catholic faith and history. Despite the fact that the number of Catholics attending mass is going down, still, I do see and experience and smell the Catholic faith in the Maltese people and culture. There are many Catholic faith lessons I learnt from the Maltese people through the Missio activities and the visits to various sites, like the churches, cathedrals, chapels and other historical sights
and archives. I also appreciate so much the financial support you give to the Church and people of God in Malawi through various Missio projects and through the Mass Intentions you share with me and fellow priests. For all these, I thank you most sincerely and ask God to continue blessing you, Monsignor and all the Missio staff, volunteers, partners and Maltese people who are so generous and living their faith‑in‑action. I am now getting busier every day as we start preparing for the October Mission Month and World
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Mission Sunday on October 23rd. Today, I will be driving to the Diocese of Mangochi, almost 250km away, to give missionary animation to the parish leaders and later proceed to a rural parish for 150km in the same diocese to launch the preparations for World Mission Sunday campaign through Eucharist celebration, confirmation of young people and commissioning of local lay leaders who have to help in animation. All these movements and activities are possible, because of the masses you gave. They help me travel and organise some meetings. I will say the masses faithfully. I will also share some masses with
Dear Monsignor Valent, Receive my greetings from a cold Malawi. I hope that the Lord is keeping you
for priests in rural parish communities. However, we trust in God’s providence and care as we do his work for the salvation of souls. Once again, thank you for the good time and for every experience in Malta in early June 2022. We continue to pray for each other. some priests in the rural parishes I visit, those who are struggling. Our country is going through much more hard times economically. Prices of commodities are going high every day due to our weak currency which keeps on losing its value every day. Life is hard well and in good health in your ministry. I am well in Malawi and happy to help out in one rural area of Malawi. I am based in the mountainous and cold parishes of our diocese. I love it here. I am very thankful for the experiences I had in Malta. The education that I got from the university was deep and relevant for my current pastoral work, and life in general. Thank you sincerely for that opportunity and your care. I will forever be grateful.
Yours in the mission of Christ. Fr Vincent Fredrick Mwakhwawa National Director of PMS and National Chaplain of the Laity PMS National Office ‑ Episcopal Conference of Malawi I write to you also today to experience my commitment to celebrate the masses that you generously sent to me. Fr Vincent safely passed them over to me. I bind myself to celebrate the 90 Mass Intentions for S. Farrugia from the 1st of July. These masses have been timely and will be so helpful to me. Receive my sincere thanks and appreciations. You will hear from me soon. Best wishes and greetings, Fr Lazarus Maloya 19
Awwissu 2022
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178 VO/1178
“Għal kull minuta li tkun irrabjat titlef sittin sekonda ta’ ferħ.” Ralph Waldo Emerson.
Tbissem fit‑8 t’Awwissu ‑ fil‑Jum Nazzjonali tal‑Ferħ. Il‑ġurnata tħeġġeġ il‑kuntentizza l‑ġurnata kollha. Agħraf kull mument ta’ ferħ u pjaċir. Tħallix jgħaddi dan il‑jum bla ma titbissem jew tfaqqa’ xi daħka! Fl‑1999, is‑Soċjetà Sigrieta ta’ Nies Ferħanin ħolqot il‑Jum Ammetti Li Int Ferħan. Eventwalment dan il‑jum evolva f’Jum il‑Ferħ, jum maħluq biex jiċċelebra l‑espressjoni tal‑kuntentizza. It‑8 ta’ Awwissu ntgħażel peress li huwa l‑anniversarju tat‑twaqqif tas‑soċjetà fl‑1998. Is‑soċjetà tħeġġeġ lill‑membri biex jagħrfu l‑mumenti ta’ ferħ tagħhom u jaħsbu ta’ kuljum dwar il‑kuntentizza f’ħajjithom. L‑iskop tagħhom huwa li jistimulaw id‑dritt tan‑nies li jesprimu l‑ferħ tagħhom. 20
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
21
Awwissu 2022
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI
San Titu Brandsma
P
apa Franġisku f’Mejju li għadda kkanonizza lill‑Beatu Titu Brandsma li kien saċerdot Karmelitan Olandiż. Huwa ħadem ħafna fil‑qasam ekumeniku u kien ukoll professur tal‑università, kittieb u ġurnalist fl‑Olanda. Brandsma twieled 22
f’Oegeklooster fil‑Provinċja ta’ Friesland fl‑1881. Il‑ġenituri tiegħu kellhom razzett żgħir tal‑ħalib, filwaqt li kienu devoti kbar u Kattoliċi impenjati. Titu daħal mal‑Karmelitani f’Settembru tal‑1898 u ordna saċerdot fl‑1909. Mill‑1909
sal‑1923 għex f’Oss fejn kien jaħdem bħala kittieb u għalliem. Fl‑1916 beda jittraduċi x‑xogħol ta’ Santa Tereża t’Avila għall‑Olandiż. Fl‑1919 kien il‑fundatur u s‑surmast tal‑Iskola Sekondarja ta’ Oss. Illum din l‑iskola saret il‑Liċeo Titus Brandsma. Meta kellu 61 sena, nhar id‑19 ta’ Jannar 1942 filgħaxija, żewġ pulizija tal‑Gestapo ħabbtu l‑bieb tal‑kunvent tal‑Karmelitani tal‑belt Olandiża ta’ Nimega, arrestaw lill‑Patri Titu Brandsma, ħadulu xi dokumenti minn kamartu u ssiġillawha. L‑ewwel ħaduh fil‑ħabs ta’ Arnhem u wara ttrasferewh għall‑ħabs ta’ Scheveningen. Arrestawh għax kien jitkellem u jikteb kontra r‑reġim Nażista. Dak iż‑żmien, ir‑reġim Nażista kien invada l‑Olanda, art twelid Patri Brandsma, u pprova jbella’ lill‑poplu tal‑pajjiż il‑prinċipji tan‑Nażi. Dawn il‑principji kienu anti‑reliġjużi ħafna u dan il‑patri kien ħadha qatta bla ħabel kontrihom. Meta kien President tal‑Għaqda tal‑Iskejjel tal‑Knisja, huwa kien warrab kompletament il‑kundizzjoni mitluba min‑Nażisti, dik li tfal Lhud jiġu mkeċċija mill‑iskejjel. Man‑Nażi kien magħruf bħala
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
‘il‑patri ż‑żgħir perikoluż’ minħabba l‑fehmiet tiegħu dwar in‑Nażiżmu li kienu magħrufa ħafna mal‑mexxejja Nażisti. Brandsma nqatel fil‑Kamp tal‑Konċentrament ta’ Dachau fis‑26 ta’ Lulju 1942. Sa lejlet li nqatel kien għadu jikteb mill‑ħabs. Huwa baqa’ mfakkar għad‑diskorsi tiegħu kontra l‑filosofija Nażista qabel u matul t‑Tieni Gwerra Dinjija. Huwa dejjem inkoraġġixxa edituri Kattoliċi biex ma jippubblikawx propaganda Nażista. Tant li kien mudell
tal‑Ġurnalisti Kattoliċi ħolqot il‑premju ‘Titus Brandsma Award’. Brandsma rċieva diversi unuri matul ħajtu, fosthom l‑Ordni tal‑Iljun Olandiż mir‑Reġina Wilhelmina għas‑sehem tiegħu fil‑ministeri li jaqdu u jaħsbu fl‑oħrajn. F’Lulju 2016, bdiet l‑investigazzjoni djoċesana dwar miraklu bl‑interċessjoni tal‑Beatu Titus Brandsma għall‑fejqan ta’ Patri Michael Driscoll, Karmelitan, minn tumur għall‑vokazzjoni ġurnalistika, malinn li kien mifrux għall‑konvinzjoni u fil‑glandoli limfatiċi. Fil‑25 għall‑impenn fit‑tfittxija ta’ Mejju 2021, il‑Kungress tal‑verità, tant li l‑Għaqda tat‑Teoloġi għaraf il‑miraklu.
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.
23
Awwissu 2022
INSELLMU L‑MEMORJA TA’ ŻEWĠ MISSJUNARJI MALTIN
Dun Franġisk Xavier Tabone Adami
Ritratt: Times of Malta
N
har it‑22 ta’ Ġunju tħabbret il‑mewt ta’ Dun Franġisk Xavier Tabone Adami li seħħet fil‑belt ta’ Apucarana, il‑Brażil; saċerdot li ddedika ħajtu kollha lill‑poplu t’Alla fil‑Brażil. Huwa twieled il‑Gżira fit‑18 ta’ Marzu 1939, ordna saċerdot fis‑7 t’April 1962 u sal‑aħħar tal‑istess sena kien fid‑djoċesi ta’ Londrina, fin‑Nofsinhar tal‑Brażil, biex jaħdem bħala missjunarju.
ta’ Rolândia bħala missier spiritwali ta’ ħafna nies, speċjalment tas‑Sorijiet Franġiskani tal‑Qalb ta’ Ġesù mwaqqfa f’Għawdex. Il‑qsim tad‑djoċesi ta’ Londrina fl‑1965 sabu jaħdem fil‑parroċċa ta’ Sabaudia, li għaddiet għad‑djoċesi ta’ Apucarana fejn ħadem bħala kappillan tal‑katidral f’Apucarana bejn l‑1966 u l‑1972, u tal‑belt fil‑qrib ta’ Cambira bejn l‑1972 u l‑2020.
Beda jaħdem fil‑parroċċa
Fuq livell djoċesan, Dun
Franġisku nħatar vigarju ġenerali tad‑djoċesi fl‑1984, kariga li żamm sal‑2011. Fis‑Snin 80 kien diġà l‑kordinatur tad‑djakonat għad‑djoċesijiet kollha fl‑istat ta’ Paraná. Wara s‑suġġerimenti tal‑Vatikan II, il‑korsijiet għal‑lajċi b’vokazzjoni għad‑djakonat kienu jingħataw darbtejn fis‑sena f’djoċesijiet differenti u kienu l‑pedament għal mod ġdid ta’ servizz tal‑Knisja u ta’ setgħa lil‑lajċi. Issa wieħed jista’ jipperċepixxi dan is‑servizz ta’ importanza kbira li jaħdem fid‑djoċesijiet kollha tal‑istat ta’ Paraná, riżultat tal‑ħidma t’Alla permezz ta’ Dun Franġisk. Fis‑skiet u b’umiltà ħadem għall‑Knisja ad intra sakemm il‑mard fixkel is‑servizzi kontinwi tiegħu lill‑Knisja. O Mulej agħtih il‑mistrieħ ta’ dejjem. Ammen. Sors Times of Malta.
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
24
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
N
Dun Ġwann Caruana
har it‑28 ta’ Ġunju tħabbret il‑mewt għal għarrieda ta’ Dun Ġwann Caruana fl‑età ta’ 81 sena konsegwenza ta’ arrest kardijaku fid‑dar tiegħu, fil‑belt ta’ Maringá (PR), il‑Brażil. Huwa kien missjunarju fil‑Brażil, li kien iservi fil‑Parroċċa ta’ San Ġiljan. Dun Ġwann kien ħabib tal‑fqar u ġellied għall‑ġustizzja; qassis ta’ qalb kbira u ġeneruża. Patri João Caruana, kif kien jissejjaħ b’affezzjoni fil‑Brażil, ilu marbut mal‑Moviment Ħaddiema Rurali Bla Art (MST) mill‑ewwel sena tiegħu fil‑pajjiż. Ikkonsagrat saċerdot fl‑1967, fil‑Mosta, raħal twelidu, huwa dejjem wera l‑vokazzjoni missjunarja tiegħu. Huwa stenna 17‑il sena biex il‑ħolma tiegħu ssir realtà, u wasal il‑Brażil fl‑1984, is‑sena li nħolqot l‑MST. Dun Ġwann ħadem fl‑Arċidjoċesi ta’ Maringá fil‑parroċċi ta’ Santa Terezinha do Menino Jesus u Nossa Senhora das Graças, f’Sarandi (PR), São Silvestre f’Maringá, u kien missjunarju fid‑Djoċesi ta’ Guajará‑Mirim, f’Rondônia, bħala parti mill‑proġett ‘Igrejas Irmãs’ minn CNBB.
Dan l‑aħħar kien vigarju tal‑parroċċa ta’ São Silvestre, f’Maringá. Kien sostenitur bla heda tar‑Riforma Agrarja, tal‑insedjamenti u l‑kampijiet tagħha. Ħalla wkoll wirt ta’ ħidma mal‑Komunitajiet Ekkleżjali Bażiċi, pastorali soċjali. Bniedem kbir, ta’ fidi u konvinzjonijiet favur in‑nies. Fost l‑għadd bla għadd ta’ azzjonijiet impenjati mal‑poplu, ħafna seħħew matul il‑perijodu ta’ vjolenza estrema fil‑kampanja mwettqa mill‑gvern ta’ Jaime Lerner, bejn l‑1995 u l‑2002. F’okkażjoni waħda, Dun Ġwann offra ċ‑ċurkett tiegħu bħala
premju f’lotterija fiż‑żmien l‑iżgumbramenti vjolenti fir‑Reġjun tal‑Majjistral ta’ Paraná, biex jgħin lill‑familji tal‑bdiewa. F’episodju ieħor, fl‑istess perijodu, ir‑reliġjużi kisbu avukat li jaqbel li jiddefendi lill‑attivisti bla art, f’kuntest ta’ persekuzzjoni politika enormi kontra l‑moviment. Is‑sinteżi tax‑xogħol tiegħu f’isem in‑nies mingħajr art hija immortalizzata fil‑ktieb: ‘MST, ħarsa oħra ‑ dak li l‑midja ma tiżvelax’, ippubblikat fl‑2019, riżultat ta’ 35 sena ta’ esperjenza reliġjuża fil‑Brażil. O Mulej agħtih il‑mistrieħ ta’ dejjem. Ammen. 25
Awwissu 2022
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
MALTA MISSJUNARJA – IS‑17‑IL PARTI
L‑E.T. Mons. Emm. Galea, Isqof Tit. ta’ Tralles. Vig. Ġen. (1891‑1974).
Fl
‑okkażjoni tal‑Ġublew tal‑Fidda (1932‑1957) insibu artiklu ieħor tal‑Eċċ. Tiegħu Mons. Emm. Galea, Isqof Tit. ta’ Tralles. Vig. Ġen.: Il‑Ħidma tal‑Malta Missjunarja (Sena XXV, Ottubru 1957, nru.10, p.149). Għalih, dan l‑anniversarju dlonk iġib quddiem l‑għajnejn il‑ġid kbir li dan il‑qari ta’ kull xahar għamel f ’Malta għat‑tixrid tas‑Saltna ta’ Ġesù Kristu fid‑dinja. Huwa mbagħad imur biex jelenka x‑xogħol li tagħmel ir‑rivista kif jafu l‑qarrejja kollha tagħha: (1) li tagħti aħbarijiet fuq il‑missjunarji u l‑missjonijiet; (2) li turi kemm il‑Vigarju ta’ Kristu u l‑Awtoritajiet kollha tal‑Knisja għandhom għal qalbhom dan ix‑xogħol; (3) iġġib eżempji sbieħ ta’ Nsara
26
oħrajn f ’dan il‑qasam; (4) turi x’nistgħu nagħmlu u x’għandna nagħmlu aħna wkoll biex ikollna sehem f ’dan ix‑xogħol; (5) tassigura li hemm ħlas kbir għal min jgħin l‑OM. Dan kollu għandu jwassal biex isir ġid kbir f ’dik li huwa jsejjaħ ‘koxienza missjunarja’, li tfisser li bħala Nsara għandna ‘id‑dmir importanti li naħdmu, skont il‑kapaċità tagħna, biex id‑dawl tal‑Fidi [li rċivejna mingħand Alla] jasal ukoll fost dawk il‑popli li s’issa għadhom ma jafux bih; dmir li ġej mill‑aqwa kmandament, li huwa dak tal‑imħabba t’Alla u tal‑proxxmu.’ Dwar dan tkellmu wkoll it‑tliet Papiet, Benedettu XV, Piju XI u Piju XII. Dan tal‑aħħar saħansitra ħareġ l‑Enċiklika tiegħu Fidei Donum fil‑21 t’April 1957 fejn ħajjar lill‑isqfijiet tad‑dinja kollha biex bil‑ħeġġa tagħhom jgħinu x‑xogħol l‑aktar qaddis li għandu x’jaqsam mat‑tixrid tal‑Knisja t’Alla fid‑dinja kollha kemm hi. Wieħed kien jittama li permezz ta’ dawn it‑twissijiet l‑ispirtu tal‑apostolat missjunarju jitkebbes u jitqawwa aktar fl‑erwieħ tas‑saċerdoti’ u bil‑ħidma tagħhom ‘jitkebbes fl‑Insara kollha.’ L‑Isqof Galea jagħlaq billi jgħid li
f ’dan il‑Ġublew tal‑Fidda tal‑MM għandna niżżu ħajr ’l Alla ‘għall-ġid kbir li huwa għoġbu jagħmel matul dan iż‑żmien permezz ta’ dan il‑qari missjunarju’; nitħeġġu lkoll kemm aħna biex nagħtu l‑għajnuna kollha tagħna ‘biex hija tkun tista’ timxi dejjem ’il quddiem f ’dak kollu li jiswa biex hija tkun tista’ togħġob u tagħmel il‑ġid’; nitolbu ’l Alla, bl‑interċessjoni tal‑V.M., is‑Sultana tal‑Missjonijiet, u tal‑Qaddisin Protetturi tagħhom, ‘biex il‑ħeġġa missjunarja tkompli tikber fina u hekk Malta timmerita li, f ’uliedha kollha, il‑Fidi u r‑rabta mal‑Knisja Mqaddsa qatt ma jonqsu, imma jibqgħu dejjem u dejjem jissaħħu aktar.’
Alfons M. Galea (1861‑1940) – filantropu, senatur u awtur Malti.
Artiklu ieħor t’interess storiku fejn tidħol ir‑rivista
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
huwa Għalaqna 25 Sena: Kif twieldet Malta Missjunarja (Sena XXV, Ottubru 1957, nru.10, pp.155‑7), kitba ta’ Mons. Ant. Cilia. L‑artiklu huwa mqassam f ’sitt kapitli żgħar u jidħol f ’ħafna dettalji sinifikanti f ’dak li huwa tagħrif dwarha: (1) Idea ta’ Seminaristi: Kienet il‑Crociata Missionaria San Paolo, imwaqqfa apposta biex tħeġġeġ lis‑seminaristi fl‑ispirtu u l‑imħabba għall‑missjoni, li serviet biex il‑grupp ta’ seminaristi, studenti fit‑tieni sena tat‑Teoloġija fis‑Seminarju tal‑Furjana, jimtlew b’entużjażmu għall‑missjoni u jibdew jaħdmu għall‑kawża missjunarja billi jagħmlu ħafna inizjattivi u attivitajiet biex b’hekk ikunu qegħdin iħeġġu ’l‑Malta u ’l‑Maltin kollha għall‑missjoni. Bis‑saħħa ta’ dan il‑grupp twaqqfu l‑Unjoni Missjunarja tal‑Kleru u l‑Lega Missjunarja Studenti, ingħata bidu għat‑Trattenimenti Missjunarji, u l‑ħruġ tar‑rivista. Is‑seminaristi ħassew li jekk jibdew jitkellmu ‘dwar il‑problemi missjunarji bl‑aħħar aħbarijiet fuq il‑missjonarji bi propaganda qawwija u ħajja a favur tal‑missjoni’, il‑ħeġġa għaliha kienet se tikber ħafna iktar mal‑Maltin. Qabel il‑miġja tar‑rivista missjunarja kien hemm biss
l‑Annwali tal‑Propagazzjoni tal‑fidi tas‑Sur Fons M. Galea (1861‑1940) – editur tal‑kotba Mogħdija taż‑Żmien, traduttur tal‑kotba bibbliċi u Segretarju/Teżorier tal‑Propaganda Fidei. Dan kien joħroġ biss kull sitt xhur u jitqassam b’xejn fl‑idejn, bl‑ispejjeż joħorġu aktarx kollha minn butu. Għaldaqstant ‘kien hemm bżonn ta’ perjodiku ta’ kull xahar, modern, b’ħafna stampi, li jixtered f ’idejn ħafna u għalhekk li jitħallas b’xi abbonament.’; (2) Min kienu li bdewha: Fost dawk li l‑aktar interessaw ruħhom fil‑proġett il‑ġdid li s‑seminaristi xtaqu jniedu, jissemmew Dun Pawl Galea, li kien prefett tagħhom, il‑Kan. Giovanni Theuma (1913‑1941), Senglean, professur tal‑Patroloġija, Liturġija u Arkeoloġija Kristjana, u kittieb ta’ suġġetti sagri, li miet ħesrem b’ħidmet l‑għadu waqt il‑gwerra, Dun Franġisku Xuereb u Dun Ġwann Sciberras, aktar tard direttur tar‑rivista. L‑awtur jiftakar tajjeb li kien xi Frar jew Marzu 1932 li, flimkien ma’ sħabu s‑seminaristi, avviċinaw lil Mons. Alfonso Agius (1873‑1957), l‑ewwel Direttur tal‑OMP, li min‑naħa tiegħu aċċetta bil‑qalb li l‑perjodiku jkun
l‑organu ta’ dawk l‑Opri u inkoraġġihom b’kull mod, l‑istess kif għamel is‑Sur Fons. M. Galea. L‑ikbar problema għalihom kienet li jinstab saċerdot ħabrieki b’esperjenza tal‑istampa, li jaf il‑Malti tajjeb u li jħobb ħafna il‑missjoni biex jagħmilha ta’ direttur tal‑perjodiku l‑ġdid sakemm huma jilħqu saċerdoti u jkunu jistgħu jerfgħu l‑piż. L‑għażla waqgħet fuq Dun Nikol Zammit (1888‑1969), magħruf għal ħafna kotba spiritwali li ħareġ u li nzerta kien ukoll għalliem fis‑seminarju. Huwa malajr aċċetta li jgħinhom, kif tassew għamel bil‑qalb kollha.
L‑editorjal ta' Dun Ġwann Sciberras fl‑okkażjoni t'għeluq il‑25 sena ħajja tagħha (Sena XXV, Ottubru 1957, nru.10, pp.155‑7)
(3) L‑isem tal‑perjodiku: Wara diskussjoni twila dwar x’isem kellu jingħata 27
Awwissu 2022
lill‑perjodiku l‑ġdid, ġie mgħammed b’wieħed espressiv u adattat ħafna – ‘Malta Missjunarja’. Is‑seminaristi riedu li joħorġu perjodiku b’libsa sabiħa u b’format li jingħoġob, li għal dak iż‑żmien kienet xi ħaġa ġdida, wieħed mimli stampi, b’qoxra kkulurita u minn ġewwa mżewwaq tajjeb ħafna. Huma stess, anki jekk mgħobbijin bl‑istudju, kienu jagħżlu l‑istampi biex jiġu ordnati minn barra, f ’Ruma, f ’fabbrika tal‑clichès li rnexxielhom isibu bl‑għajnuna tal‑Aġenzija Fides. Min‑naħa tiegħu, Dun Nikol Zammit, l‑ewwel direttur tal‑perjodiku, kien irranġa biex dan jibda jiġi mitbugħ f ’dik l‑għamla sabiħa kif xtaquha s‑seminaristi. Huwa kien għamel minn kollox biex jara li l‑ideat u l‑inizjattivi tagħhom jitwettqu; (4) It‑tqassim: Huma kellhom isibu wkoll strateġija tajba ta’ kif kellu jibda jitqassam il‑perjodiku biex jiżguraw ruħhom li jitwassal f ’għadd kbir f ’kull parroċċa ta’ Malta. Fil‑każ t’Għawdex kien hemm jieħu ħsieb id‑direttur djoċesan tal‑Opri t’hemm stess, Dun Andrea Vella, iżda għal Malta ma kien hemm ħadd. Għaldaqstant, huma laqqgħu flimkien seminarista minn kull 28
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
parroċċa fejn ħabbrulhom il‑proġett sabiħ tagħhom u talbuhom, permezz ta’ folji stampati apposta, biex isibu kemm jista’ jkun abbonati u jagħtuhom f ’idejn il‑ħabrieka xebbiet li Dun Nikol Zammit diġà kellu f ’kull parroċċa biex iqassmulu l‑kotba mitbugħin minnu; (5) Suċċess kbir: Il‑ħruġ tal‑ewwel għadd f ’Settembru 1932 kien suċċess mill‑aqwa, u għalkemm ġew stampati kopji aktar milli kien jitbogħ kull perjodiku jew ġurnal ieħor f ’Malta, dawn ma servewx u kellha ssir it‑tieni edizzjoni biex ħadd mill‑abbonati ma jibqa’ diżappuntat. Fis‑sentejn li ġew wara, is‑seminaristi komplew bl‑istess ħrara jieħdu ħsiebha u jiktbu fiha kull xorta t’artikli. Huma sabu l‑għajnuna tad‑direttur, Dun Nikol Zammit, u warajh Mons. Prof. Arturo Bonnici. Għenhom ukoll, Mons. Carmelo Zammit, professur jgħallem l‑istess seminaristi u direttur djoċesan tal‑OMP f ’Malta; (6) Ġid li ma jingħaddx: Mal‑ordinazzjoni tagħhom fl‑1934, uħud minnhom komplew jiddedikaw ruħhom għalkollox għall‑ħidma missjunarja f ’Malta billi ħadu f ’idejhom it‑tmexxija kollha tal‑perjodiku wara li
fetħu l‑Uffiċċju Missjunarju. Hija baqgħet toħroġ anki fl‑eqqel tal‑gwerra u l‑ġid li għamlet għall‑missjoni f ’Malta ma jingħaddx. Grazzi għaliha, l‑OMP, speċjalment dik tal‑Kleru Indiġenu, ħadu xejra ġdida. Iżda għad‑direzzjoni, l‑ikbar konsolazzjoni kienet tkun meta xi missjunarju jew xi soru missjunarja jgħidu: “Jiena naf il‑vokazzjoni tiegħi għall‑missjoni lill‑Malta Missjunarja!” Fil‑ħarġa ta’ Ġunju 1959, p.127, ir‑rivista kienet ħabbret il‑ħatra ta’ Mons. A. Cilia, Direttur Nazzjonali, bħala Kanonku Koadjutur tal‑Knisja Katidrali ta’ Malta ta’ Mons. E. Ceravolo. Din in‑nomina kienet ferrħet mhux biss liż‑żelaturi u benefatturi tal‑OMP, imma wkoll lill‑kollaboraturi u qarrejja ta’ MM, għax f ’dan l‑unur huma raw ‘ir‑rikonoxxenza tal‑awtorità tal‑Knisja għall‑ġid kbir li Mons. A. Cilia mar jagħmel lill‑missjonijiet, mingħajr ma naqas qatt minn dmiru li jaħdem b’ħiltu kollha wkoll għall‑Knisja ta’ Malta.’ Fil‑ħarġa t’Awwissu 1961 ukoll, pp.179‑182, insibu l‑buzzett It‑Tliet Ragħajja ta’ J.A. Vella S.J. Fih jieħdu sehem tlett itfal bniet Santali t’għaxar snin il‑waħda:
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Sundari, Moni u Rani, u soru missjunarja. Ix‑xena sseħħ fl‑għelieqi mhux maħduma, b’ħafna ħaxix ħażin, b’siġar u xi palma fl‑isfond.
Il‑buzzett seta’ jiġi reċitat f ’xi okkażjoni missjunarja. Għaldaqstant, id‑direzzjoni ħasbet biex tpoġġih fin‑nofs tal‑perjodiku bil‑għan li jiġi
utilizzat aħjar minn min ried jagħmel użu minnu. Bħala kittieb, il‑fratell Vella kien magħruf sew mal‑qarrejja tal‑MM.
AVVIŻ IMPORTANTI Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id‑Direttiva Nru 19 u fost l‑oħrajn avża li, mill‑1 ta' Jannar 2022, il‑banek lokali kollha mhux ser isarrfu aktar ċekkijiet li jammontaw għal €20 jew anqas. Għalhekk niġbdulkom l‑attenzjoni u nitolbukom sabiex l‑abbonament tar‑rivista Malta Missjunarja, isir billi tagħżel waħda minn dawn l‑għażliet: 1. 'Cash' ‑ billi tmur personalment f'wieħed mill‑uffiċini tagħna fil‑Belt jew il‑Mosta, 2. Permezz ta' 'bank transfer' (ara dettalji f'paġna 17), 3. Tabbona għal sentejn b’ċekk ta’ €21 pagabbli lil Missio Malta (ara dettalji f'paġna 35 u formola fil‑paġna ta' wara). Missio jirriserva d‑dritt li, f'ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom, jieħu deċiżjonijiet għall‑benefiċċju tal‑qarrejja u tal‑missjonijiet li nsostnu. Għal aktar tagħrif ikkuntattjana fuq 2123 6962.
Grazzi mill‑qalb ‑ Missio Malta
TFAL MISSJUNARJI Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri. Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM
(Malta) / 107.8FM (Għawdex).
29
Awwissu 2022
AĦBAR TAJBA
Sa fl‑Aħħar id‑Dar Hija Lesta
D
un Joseph Sikwese, kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Martin De Porres, fil‑Malawi, kitbilna biex jgħidilna li finalment il‑bini tad‑dar ta’ Neck Mwafongo huwa lest. Jinsabu lkoll grati għall‑għajnuna u s‑sapport li Missio Malta, permezz tal‑benefatturi, dejjem urew magħhom, filwaqt li jiżguraw it‑talb tagħhom għalina lkoll.
30
Awwissu 2022
Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918
384, Żabbar Road, Il‑Fgura, Malta. Tel: 2180 2130 Open: 9:00am ‑ 12:30pm, 4:00pm ‑ 7:00pm
www.raysjewellerymalta.com
A.N.G. BORG LTD. COFFEE DEALERS
Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm Factory/Shop: Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta Tel: (00356) 2137 1626 E‑mail: gb864@go.net.mt Web: www.kafeborg.com facebook: Kafe Borg 31
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Awwissu 2022
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja Il‑Ħmistax‑il Parti
Il‑Madonna tas‑Suċċess it‑Tajjeb, Quito, fl‑Ekwador Dawn id‑dehriet tal‑Madonna saru lill‑Venerabbli Madre Mariana de Jesus Torres. L‑ewwel dehra kienet fit‑2 ta’ Frar 1594. Wara kien hemm tliet dehriet oħra, l‑aħħar waħda fit‑8 ta’ Diċembru 1634. Il‑messaġġi tal‑Madonna kienu profetiċi ħafna, li fihom wissiet lill‑Knisja u lid‑dinja kollha dwar in‑nuqqas kbir ta’ fidi fis‑Seklu 20, speċjalment fost is‑saċerdoti u r‑reliġjużi. Ġrajjiet oħra li bassret il‑Madonna li seħħew tabilħaqq kienu dawk fl‑Ekwador, u d‑dikjarazzjoni ta’ Papa Piju IX tad‑domma tal‑Immakulata Kunċizzjoni. 32
Il‑Madonna tal‑Għajnuna t‑Tajba, f’Champion, l‑Istati Uniti Id‑dehriet tal‑Madonna Il‑messaġġ tal‑Madonna tal‑Għajnuna t‑Tajba lil lill‑Madre Mariana: “Meta Adele Brise fl‑1859 huma t‑tribulazzjonijiet tal‑ispirtu l‑uniċi dehriet Marjani u t‑tbatijiet tal‑ġisem jgħakksu approvati uffiċjalment lill‑bnedmin, u jħossuhom mill‑Knisja Kattolika fl‑Istati donnhom se jegħrqu f ’dan Uniti. Marija Santissima il‑baħar bla qiegħ, ħa jħarsu dehret tliet darbiet matul lejn ix‑xbieha qaddisa tiegħi is‑sena lil Adele fl‑artijiet u jiena dejjem inkun hemm agrikoli ta’ dak li llum huwa lesta nisma’ l‑għajta tagħhom Champion, Wisconsin. u ntaffi l‑uġigħ tagħhom. Hija identifikat lilha Għidilhom li għandhom dejjem nnifisha bħala r‑Reġina jiġu għandi b’kunfidenza u tas‑Sema u temmet il‑Misteri b’imħabba.” Id‑dehriet ġew Marjani li kienu bdew approvati fit‑2 ta’ Frar 1611 sena qabel f ’Lourdes, mill‑Isqof Salvador de Riber. hekk kif il‑Madonna Fl‑1991, l‑Arċisqof ta’ Quito, wriet lilha nnifisha bħala Antonio Jose Zumarraga, l‑Immakulata Kunċizzjoni. talab u ngħata l‑permess minn Bejn iż‑żewġ dehriet, hemm Ruma għall‑inkurunazzjoni il‑Misteri Marjani kollha; kanonika tal‑Madonna mill‑bidu nett ta’ ħajjitha tas‑Suċċess it‑Tajjeb bħala sal‑qofol tagħha fl‑Assunta ‘Reġina ta’ Quito’. u l‑Inkurunazzjoni.
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Hawnhekk, il‑Madonna ħeġġet ħafna lil Adele biex tiddedika ħajjitha għall‑Evanġelizzazzjoni permezz tal‑Katekiżmu. Il‑messaġġ tal‑Madonna lil Adele: “Iġbor lit‑tfal kollha f ’dan il‑pajjiż u għallimhom dak li għandhom ikunu jafu għas‑salvazzjoni tagħhom. Għallimhom il‑katekiżmu tagħhom, kif jimmarkaw lilhom infushom bis‑Sinjal tas‑Salib u kif jersqu għas‑Sagramenti; dak huwa li nixtieq li tagħmel. Mur u tibża’ xejn. Jiena ngħinek.” Dawn id‑dehriet kienu ġew approvati fit‑8 ta’ Diċembru 2010 mill‑Isqof David L. Ricken ta’ Green Bay, Wisconsin li wkoll ddikjara s‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Għajnuna t‑Tajba bħala l‑ewwel sit approvat ta’ dehriet Marjani fl‑Istati Uniti.
Il‑Madonna tal‑Għajnuna Eterna, f’Querrien, Bretania, Franza Jeanne Courtel, tfajla li twieldet nieqsa mis‑smigħ u ma tantx kienet tista’ titkellem sewwa, kienet qiegħda tieħu ħsieb in‑nagħaġ tal‑familja tagħha meta kellha l‑ewwel dehra tal‑Verġni Marija fil‑15 t’Awwissu 1652. Malli dehret, Marija Santissima fejqet lil Jeanne mill‑mard tagħha u kompliet tidhrilha erbatax‑il darba oħra. Minbarra l‑fejqan mirakuluż ta’ Jeanne, Marija Santissima wriet lil Jeanne post moħbi fejn kienet midfuna xbieha tal‑Madonna tal‑Għajnuna Eterna. Wara li nstabet, l‑istatwa tħalliet fil‑post u minnufih l‑isqof tal‑post bena kappella hemmhekk. Din l‑istatwa għadha fil‑kappella sal‑ġurnata tal‑lum, u ġew irrappurtati diversi mirakli bl‑interċessjoni tal‑Madonna tal‑Għajnuna Eterna. Il‑Messaġġ tal‑Madonna lil Jeanne: “Biex tipprova li l‑messaġġ ġej mill‑Kmand tas‑Sema ngħidlek li se tiskopri ftit passi mill‑funtana ta’ San Gal, xbieha li kienet meqjuma ħafna fl‑antik.” F’Settembru 1652, l‑Arċisqof Denis de la Barde ta’ Sainte‑Brieuc approva uffiċjalment dawn id‑dehriet.
Id‑Dehriet tal‑Madonna ta’ Montagnaga Di Pinè, fl‑Italja Il‑Madonna dehret liż‑żagħżugħa Domenica Targa, minn Guardia qrib il‑belt ta’ Montagnaga Di Pinè, is‑Sibt 14 ta’ Mejju 1729. Dakinhar, Domenica kienet bil‑merħliet tagħha fil‑baċir tal‑Palustel (illum Comparsa). F’daqqa waħda, il‑bhejjem kollha, bħallikieku maqbuda minn biża’ kbir, bdew jiġru fid‑direzzjonijiet kollha. Domenica, li dak il‑ħin kienet qiegħda tgħid ir‑Rużarju beżgħet u għajtet: “Marija, Ġesù, għinuni!” Hekk kif qalet dan il‑kliem rat quddiemha mara sabiħa b’ilbies abjad bħas‑silġ, li staqsietha: “Binti x’inti tagħmel?” Domenica wieġbet li kienet qiegħda tgħid ir‑Ruzarju u ż‑żagħżugħa wrietha x‑xewqa li tmur fil‑belt ta’ Caravaggio titlob quddiem l‑inkwatru tal‑Madonna f ’dik il‑belt. 33
Awwissu 2022
Is‑Sinjura faħħritha u qaltilha: “Obdini, tmurx Caravaggio. Minflok, filgħaxija tal‑festa tat‑Tlugħ fis‑Sema, mur fil‑Knisja ta’ Sant’Anna f ’Montagnaga. Hemmhekk issib ix‑xbieha tal‑Madonna ta’ Caravaggio. Inżel għarkopptejk fuq l‑ewwel tarġa tal‑artal u indirizza t‑talb tiegħek b’qalb sinċiera lil Ġesù u lil Marija, imbagħad tara affarijiet mirakolużi.” Domenica segwiet l‑istruzzjonijiet u hemm rat lill‑Madonna erba’ darbiet quddiem għadd kbir ta’ xhieda, li l‑Madonna ħeġġithom biex jitolbu għall‑konverżjoni tal‑midinbin. Fl‑1730 ġiet ordnata investigazzjoni ekkleżjastika li rriżultat fil‑pożittiv u ngħatat l‑approvazzjoni tad‑dehriet. Fis‑snin ta’ wara, ġie mibni u kkonsagrat Santwarju li jsiru ħafna pellegrinaġġi lejh sal‑ġurnata tal‑lum. Il‑Madonna ta’ Akita, Ġappun Id‑dehriet tal‑Madonna f ’Akita, il‑Ġappun, huma partikolarment interessanti għaliex kuntrarju għad‑dehriet l‑oħra, is‑Soru Agnes Katsuko Sesagawa semgħet il‑messaġġi tal‑Verġni Mqaddsa permezz ta’ statwa tal‑Madonna u mhux permezz ta’ dehra kif tradizzjonalment 34
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
wkoll mhux tas‑soltu peress li l‑istatwa tal‑Verġni Marija tibki kienet imxandra fuq it‑TV Tokyo Channel 12 f ’Diċembru 1973.
seħħew f ’dehriet oħra tal‑Madonna. Il‑Madonna Bambina ta’ Akita huwa t‑titlu tal‑Verġni Mqaddsa assoċjat ma’ statwa tal‑injam tal‑Madonna meqjuma ħafna mill‑Ġappuniżi Kattoliċi li jqisuha bħala mirakuluża, minħabba d‑dehriet u l‑messaġġi Marjani rrappurtati fl‑1973 minn Sor Agnes fiż‑żona remota ta’ Yuzawadai, periferija tal‑belt ta’ Akita. Il‑messaġġi jenfasizzaw b’mod qawwi t‑talb, speċjalment ir‑reċita tar‑Rużarju Mqaddes, u l‑penitenza. Dawn il‑viżjonijiet jipprofetizzaw ukoll il‑persekuzzjoni u l‑ereżija fi ħdan il‑Knisja Kattolika. Id‑dehriet kienu
Il‑messaġġ tal‑Madonna lil Sor Agnes: “Għażiża binti, tħobbu lill‑Mulej? Jekk tħobbu, isma’ sew dan li se ngħidlek. Huwa importanti ħafna li twassal dan il‑messaġġ lis‑superjur tiegħek. Kif għedtilkom, jekk il‑bnedmin ma jindmux u jtejbu lilhom infushom, il‑Missier jagħti kastig terribbli lill‑umanità kollha. Ikun kastig akbar mid‑dilluvju, bħalma qatt deher qabel. In‑nar se jaqa’ mis‑sema u jħassar parti kbira mill‑umanità. Il‑ħidma tax‑xitan se tinfiltra anke fil‑Knisja b’mod li wieħed jara kardinali jopponu kardinali oħra u isqfijiet kontra isqfijiet oħra. Is‑saċerdoti li jqimuni jiġu mistħarrġa u opposti mill‑konfratelli tagħhom, knejjes u artali ssakkeġġjati; il‑Knisja tkun mimlija b’dawk li jaċċettaw
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
kompromessi u d‑demonju jġiegħel ħafna saċerdoti u erwieħ kkonsagrati biex iħallu s‑servizz tal‑Mulej. Id‑demonju jkun speċjalment implakabbli kontra l‑erwieħ ikkonsagrati lil Alla. Il‑ħsieb tat‑telf ta’ tant erwieħ huwa l‑kawża tad‑dwejjaq tiegħi. B’kuraġġ kellem lis‑superjur tiegħek. Hu jkun jaf iħeġġeġ lil kull wieħed minnkom biex jitlob u jwettaq opri ta’ riparazzjoni. Huwa l‑isqof Ito li jmexxi l‑komunità tiegħek. Itlob ħafna t‑talb tar‑Rużarju. Dawk li jpoġġu l‑fiduċja tagħhom fija jkunu salvati.” Wara tmien snin ta’ investigazzjonijiet, fit‑22 t’April 1984, l‑Isqof J.Shojiro Ito, isqof ta’ Nigata, il‑Ġappun, iddikjara li: “jagħraf il‑karattru sopranaturali ta’ sensiela ta’ ġrajjiet misterjużi li jikkonċernaw l‑istatwa ta’ Marija Bambina ta’ Akita.”
Adopt a
Grandparent
Combat Loneliness POWERED BY
Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ MALTA Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.
www.adoptgrandparent.org POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt 35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Awwissu 2022
LAĦAM FUQ IL‑FWAR MILL‑MONGOLJA
Metodu: • Ġo dixx tal‑forn ifrex saff patata. • Poġġi saff laħam tal‑friża. • Ifrex it‑tewm, it‑tursin, il‑bżar u l‑melħ kemm tiggosta. • Erġa’ agħmel saff patata u ferrex ftit żejt. X’għandek bżonn: • Patatiet imqattgħa roti roti rqaq
• Ħoll id‑dada taċ‑ċanga u itfa’ l‑grejvi fid‑dixx.
• Laħam tal‑friża
• Poġġi mad‑dawra tad‑dixx xi tadam.
• Tewm imqatta’ rqiq
• Għatti d‑dixx b’għatu jew bil‑fojl u aħmi fuq sħana moderata għal madwar siegħa.
• Bżar u melħ
• Servi ma’ ħobż frisk.
• Żejt taż‑żebbuġ • Tadam maqsum min‑nofs • Dada taċ‑ċanga
Сайхан хооллоорой (L‑ikla t‑tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq:
Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
FAITH H
ARITY H
E &C P O
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
G IF
T SHOP
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta ● Tel: 21234328 37
KOMPETIZZJONI ‑ AWWISSU 2022 ‑ MAĦSUBA MINN TANJA CILIA
Awwissu 2022
FITTEX IL‑KLIEM: Bliet u Rħula
F’din it‑tabella hawn moħbija l‑ismijiet ta’ 19‑il belt u raħal f’Malta. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. B M A D L I E N A B I W T K J
K O M N N P Q Y F I L X N A B
N A R O I I A J R R G A U L K
● Bidnija ● Fgura ● Mdina
E R L M S D D P H K N B I A Z
L F M K L T M C V I I F G F K
L N Z Y A A A I W R D H W R D
I M M C D R B V G K A J K A A
E Z Y I K J A U E A U D R N T
● Birguma ● Fontana ● Mellieħa
Ħ M S P R A M O K R E R V A A
A M J G Q A V A K A A J G E K
B U B A Q R A N A M N U F Q I
A N A T N O F M R R D G G P N
N Q A B B A U U N J U D K W A
C Q J N J Q B W A T M G H R M
● Birkirkara ● Gudja ● Mosta
A J I N D I B S J O J O F K O
Isem u Kunjom: ________________________________ _______________________________________________ Indirizz:______________________________________ _______________________________________________ _______________________________________________ _______________________________________________ Kodiċi Postali: _________________________________
● Bormla ● Kalafrana ● Mqabba
● Bubaqra ● Kalkara ● Msida
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Ġunju 2022: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Lina Tonna minn Tas‑Sliema. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
● Burmarrad ● Dingli ● Madliena ● Manikata 1 2 6 7 5 8 9 3 4
9 4 7 3 6 2 5 1 8
3 5 8 4 1 9 2 7 6
5 9 1 2 3 6 8 4 7
2 6 4 8 7 1 3 5 9
7 8 3 5 9 4 6 2 1
8 7 9 1 2 3 4 6 5
6 1 2 9 4 5 7 8 3
4 3 5 6 8 7 1 9 2
Nitbissmu ftit: Is‑Sur Avukat kellu klijent li kellu kont b’lura għal aktar minn sena, għalhekk bagħatlu l‑kont mill‑ġdid flimkien ma’ nota li kienet tgħid: “Dan il‑kont għalaq sena!” Is‑Sur Klijent, hekk kif irċieva l‑kont, bagħtu lura lill‑avukat flimkien ma’ nota li kienet tgħid: “Għidlu ‘Happy Birthday’ mela!” 38
Ralf: Nann, x’tissejjaħ mara li qiegħda l‑Ġenna? Nannu: Anġlu. Ralf: U folla nisa l‑Ġenna x’insejħulhom? Nannu: Kor ta’ Anġli. Ralf: U n‑nisa kollha fil‑Ġenna? Nannu: Paċi fuq din l‑Art!!
Awwissu 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Eżempji sbieħ
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 23 ta’ Mejju 2022 Christina Scerri mill‑Mosta • 01 ta' Lulju 2022 Robert Tonna mill‑Kappara
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Raymond Falzon mill‑Gudja
• 04 ta' Lulju 2022 Rita Caruana mill‑Marsa • 13 ta’ Lulju 2022 Maria Anna Cardona minn Ħaż‑Żebbuġ (oħt l‑eks Direttur ta’ Missio Mons. Salvinu Micallef)
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. Il‑voluntiera tagħna għandhom bżonn aktar kobob tas‑suf sabiex jaħdmu skufji u oġġetti oħra għat‑tfal u għall‑kbar fil‑missjoni. Għal aktar informazzjoni kkuntattja lis‑Sa Moira Muscat fuq 21 222 001. Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.
Missio Malta • Missio Tfal
Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.
Websajt Missio • Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
www.missio.org.mt
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess. 39
Awwissu 2022
DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS
St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702 40
Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com