Skip to main content

Malta Missjunarja - August 2018

Page 1

NEWSPAPER POST AWWISSU 2018 SENA 86

02 In-Nies Indiġeni 08 ‘School On Wheels’ 13 Immarkati B’Tatus Għal Għomorhom 34 Żewġ Stejjer Qosra għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Awwissu 2018

In‑nies indiġeni

PUBBLIKAZZJONI

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius Mario Scicluna Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Stampar: EuroPrint Limited ‑ San Ġwann Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid-Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal-Fidi 10 San Pietru Appostlu 13 Santa Infanzja 16 Ġabra tal-Ġurnata Missjunarja 2017 22 Qaddis tax-Xahar 24 Aħbarijiet mid-Dinja Kollha 28 Riżultat tal-Lotterija ta’ Ġunju 2018 30 Nintelqu F’Idejn Alla 32 Missjunarju Karmelitan 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall-Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata: Tifla li tagħmel parti minn grupp Indiġenu Brażiljan. 2

I

n‑nies Indiġeni, magħrufin ukoll bħala l‑ewwel nies jew Aboriġini, huma gruppi etniċi li jgħixu fl‑abitat oriġinali tar‑reġjun li twieldu fih. Dawn iżommu mat‑tradizzjonijiet u d‑drawwiet tagħhom, għall‑kuntrarju ta’ nies oħra li evolvew. Fost dawn it‑tradizzjonijiet hemm il‑lingwa, ir‑reliġjon u l‑mod kif jilbsu. Huwa stmat li madwar id‑dinja kollha hawn bejn 220 miljun u 350 miljun persuna Indiġena. Xi gruppi etniċi ma jibqgħux dejjem jgħixu f ’post fiss, imma jimxu minn post għal ieħor. Dawn jissejħu Nomadi. In‑nies Indiġeni tista’ tgħid li jinsabu f ’kull kontinent u f ’kull klima madwar id‑dinja kollha. Minħabba li ħafna drabi dawn in‑nies huma mhedda fid‑drittijiet tagħhom, organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan‑Nazzjonijiet Uniti, jagħmlu pressjoni fuq il‑gvernijiet biex jipproteġu lil dawn in‑nies. In‑Nazzjonijiet Uniti saħansitra ħarġet dikjarazzjoni bħala gwida lill‑gvernijiet, dwar drittijiet li għandu jkollhom in‑nies Indiġeni. Fost dawn id‑drittijiet hemm il‑ħarsien tal‑kultura, tal‑identità, tal‑lingwa u tar‑riżorsi naturali.


Awwissu 2018

Kull sena, fid‑9 ta’ Awwissu, jitfakkar il‑Jum Dinji Internazzjonali tan‑Nies Indiġeni. Dan sabiex jiġu promovi u mħarsa d‑drittijiet ta’ dawn in‑nies, filwaqt li jiġu rikonoxxuti l‑kisbiet u l‑kontribuzzjonijiet li l‑Indiġeni qed jagħmlu biex itejbu ċerti sitwazzjonijiet fid‑dinja, fosthom il‑protezzjoni tal‑ambjent. Dan il‑jum twaqqaf għall‑ewwel darba f ’Diċembru tal‑1994 mill‑Assemblea Ġenerali tan‑Nazzjonijiet Uniti. Nies min‑nazzjonijiet differenti huma inkoraġġuti li josservaw dan il‑jum u jwasslu l‑messaġġ tan‑Nazzjonijiet Uniti dwar in‑nies Indiġeni. L‑attivitajiet jinkludu fost oħrajn, fehma aħjar dwar min huma u kif jgħixu dawn in‑nies.

Fil‑kontinent Afrikan in‑nies Indiġeni huma aċċettati ħafna, għalkemm mhux mingħajr kontroversja. Sa minn tmiem is‑seklu 20, dawn il‑gruppi etniċi żiedu f ’li jaqbżu għad‑drittijiet tagħhom infushom. Fil‑kontinent Amerikan, sew ta’ Fuq kif ukoll ta’ Isfel, in‑nies Indiġeni huma dawk li kienu jgħixu f ’dan il‑kontinent qabel il‑wasla tal‑Ewropej, li sfortunatament wassal għall‑qerda ta’ ħafna minnhom, b’xi gruppi jiġu wkoll estinti konsegwenza tal‑vjolenza. Għalkemm issib gruppi etniċi madwar l‑Amerika kollha, fil‑Bolivja dawn jammontaw għal kważi 70% tal‑popolazzjoni, filwaqt li fil‑Gwatemala u fil‑Perù nofs il‑popolazzjoni hija Indiġena. Madwar 70% tal‑popolazzjoni Indiġena jinsabu mxerrdin madwar il‑kontinent Asjatiku, bl‑akbar numru jgħixu fl‑Indja. Fl‑Indonesja u f ’ħafna pajjiżi Asjatiċi oħra, il‑gvernijiet ma jirrikonoxxux l‑eżistenza tan‑nies Indiġeni minkejja id‑distinzjoni ċara fil‑kultura ta’ ċerti gruppi. Fil‑kontinent Ewropew

huma ftit in‑nies Indiġeni u dawn huma rikonoxxuti min‑Nazzjonijiet Uniti. Dawn jinsabu fit‑Tramuntana ta’ Spanja, fin‑Nofsinhar ta’ Franza, fit‑Tramuntana tal‑Iskandinavja u f ’diversi partijiet tar‑Russja. Fil‑kontinent tal‑Oċeanja huma ħafna t‑tribujiet magħrufa aħjar bħala l‑Aboriġini Awstraljani. F’ċerti partijiet tal‑Oċeanja n‑nies Indiġeni huma ħafna aktar fin‑numru min‑nies li evolvew. L‑istat indipendenti ta’ Papua New Guinea għandu l‑maġġoranza tal‑popolazzjoni tiegħu nies Indiġeni, b’aktar minn 700 grupp etniku differenti, li b’kollox jammontaw għal 8 miljun ruħ.  3


Awwissu 2018

MESSAĠĠ TAD‑DIRETTUR ‑ MONS. VALENT BORG

Merħba lid-Direttur il-Ġdid ta’ Missio

N

har il‑Ħamis 28 ta’ Ġunju 2018, bdejt il‑ħidma li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna għoġbu jafdali, dik li nkun id‑Direttur ta’ Missio minflok Mons. Salvinu Micallef li għamel żewġ perijodi ta’ ħames snin. Għalhekk nixtieq nieħu din l‑okkażjoni

4

sabiex nintroduċi lili nnifsi magħkom, qarrejja ta’ ‘Malta Missjunarja’. Jien twelidt fid‑29 ta’ Dicembru 1954, u naħbat is‑sitt wild ta’ Ġużeppi u Ester neè Brincat. Missieri kien minn Ħal Tarxien u ommi kienet minn Ħal Balzan, it‑tnejn ġejjin

minn parroċċi ddedikati lil Marija Annunzjata. Kbirt u trabbejt f ’Ħal Tarxien, għalkemm bħala tifel kont abbati fil‑parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid. Attendejt l‑iskola primarja ta’ Raħal Ġdid u wara fis‑Seminarju Minuri, il‑Furjana. Fil‑31 ta’ Ottubru 1974, flimkien ma’ għoxrin żagħżugħ ieħor dħalt fis‑Seminarju Maġġuri l‑Furjana u bdejt il‑kors tat-Teoloġija fil‑Fakultà tal‑Virtù, ir‑Rabat, minn fejn ksibt ‘M.S.th’. Fl‑20 ta’ April 1980 ġejt ordnat djaknu u qdejt din il‑missjoni fil‑parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun. Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca ordnani saċerdot fil‑11 ta’ Lulju 1981. Bdejt il‑ħidma saċerdotali fil‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien u għalliem fis‑Seminarju Minuri. Mons. Mercieca, fl‑1984, ħatarni delegat tiegħu fl‑Uffiċċju tal‑Liturġija li kien għadu kemm twaqqaf,


Nitlobkom għalhekk, li titolbu ħafna għalina u għal dan l‑uffiċċju sabiex Alla jkun magħruf u maħbub minna u mill‑bnedmin kollha. 

B’SMS ta’ €2.33 tkun qed B’SMS ta’ €2.33 tkuntitma’ qed 7 t’itfal titma’ 7t għal itfalġurnata. għal ġurnata.

Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna ħatarni Kappillan tal‑parrocca ta’ Ħal Kirkop (2015) u ftit tax‑xhur ilu nnominani suċċessur ta’ Mons. Salvinu Micallef.

B’SMS ta’ta’ €6.99 qedqed B’SMS €6.99tkun tkun tixtritixtri l‑kotba għal għal tifel jew l‑kotba tifeltifla jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika.

Kont sorpriż b’din in‑nomina peress li qatt, minħabba d‑diversi ħidmiet li kelli, ma kelli x‑xorti li nagħmel ħidma missjunarja barra x‑xtut ta’ gżiritna. Iżda aċċettajt b’ubbidjenza u rispett lejn Mons. Scicluna, u għamilt att ta’ fidi f ’Alla li ser jagħtini l‑għajnuna u l‑grazzja tiegħu biex inkun nista’ mmexxi dan l‑uffiċċju flimkien mal‑istaff iddedikat li hawn. Mons. Arċisqof emeritu dejjem kien jgħidli li meta tobdi, Alla jgħinek. Jien hekk għamilt u hekk emmint. Mons. Arċisqof Scicluna bagħat ukoll lil Dun Victor Agius biex jaħdem f ’dan l‑uffiċċju sabiex flimkien naħdmu biex bl‑għajnuna ta’ Alla nkomplu nrawmu spirtu missjunarju fil‑poplu għażiż tagħna.

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

u Direttur Nazzjonali tal‑abbatini. Fost ħwejjeġ oħra, għamilt tnax‑il sena intella’ numru ta’ abbatini biex jagħmlu servizz liturġiku fil‑Bażilika ta’ San Pietru, il‑Vatikan. F’dan iż‑żmien sirt Ċerimonier Djoċesan (1987) u Segretarju Amministrattiv fil‑Kurja (1993). L‑istess Arċisqof ħatarni kappillan tal‑parroċċa ta’ Ħal Għargħur (1995), tal‑Imġarr (1998) u tal‑Imsida (2003). Wara dan sirt Direttur tad‑Djar tal‑Anzjani li għandha l‑Knisja. Fl‑2008 Mons. Mercieca kien talabni biex inkun għal darba oħra ċerimonier tiegħu u fl‑istess waqt segretarju privat tiegħu, liema karigi qdejthom sal‑mewt tiegħu li seħħet fil‑21 ta’ Marzu 2016.

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Awwissu 2018

5


Awwissu 2018

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Awwissu 2018 “Sabiex deċiżjonijiet ta’ importanza kbira ta’ ekonomisti u politikanti jipproteġu lill‑familja bħala waħda mit‑teżori kbar tal‑umanità.”

D

inja li twarrab lil Alla tkun qiegħda twettaq suwiċidju. Dinja li teqred lill‑familja skond

6

il‑pjan ta’ Alla tkun qiegħda toqtol lilha nfisha. L‑għan taż‑żwieġ huwa li tifforma familja sana, miftuħa għall‑prokreazzjoni, jiġifieri għall‑ħajja tal‑bniedem. Alla ħalaq il‑bniedem u għalhekk ‘Huwa l‑Awtur tal‑Ħajja u l‑Leġislatur tal‑Bniedem’. Alla ried sa mill‑bidu tal‑pjan tiegħu, li ż‑żwieġ u l‑familja jkunu magħmula minn raġel wieħed u mara waħda, u li l‑imħabba ta’ bejniethom tagħti l‑ħajja. Fl‑ewwel tliet kapitli tal‑Ġenesi fil‑Bibbja, għandna l‑istorja tal‑ewwel koppja ta’ bnedmin, Adam u Eva. Proprju raġel u mara,

kumplimentari għal xulxin; ħalaqhom sabiex jagħmlu l‑frott, sabiex inisslu u joktru. Għalhekk, il‑familja għandha rwol importanti fit‑tkabbir tad‑dinja. San Pawl, fl‑ittra tiegħu lill‑Efesin jgħid: “Dan hu sagrament kbir, fi Kristu u fil‑Knisja”. (5:32) Fl‑1982 Papa San Ġwanni Pawlu II, fi Braga l‑Portugal, kien ħeġġeġ lill‑Insara sabiex kif tgħid il‑Kongregazzjoni għad‑Duttrina tal‑Fidi fl‑2003: “L‑ebda ideoloġija ma tista’ tħassar mill‑ispirtu uman iċ‑ċertezza li ż‑żwieġ jeżisti biss bejn persuni ta’ sess differenti li permezz tal‑għotja reċiproka, li hi proprja u


Awwissu 2018

tagħhom”. Għalhekk hemm bżonn li nkomplu nitolbu għaliex il‑bniedem bil‑progress kollu tiegħu qiegħed isib ruħu f ’kollass ta’ identità personali, morali u etika. Il‑bniedem li naraw jaħdem sabiex jiddefendi l‑annimali bħala kreaturi tal‑Ħallieq, iħares l‑ambjent ta’ madwaru u fl‑istess ħin jaċċetta l‑liġi tal‑abort. Il‑bniedem li jrid ifarrak iż‑żwieġ u l‑familja, u fl‑istess ħin irid jitkellem minn ‘żwieġ’ u ‘familja’ fejn ma jistgħux jeżistu. esklussiva għalihom, jersqu għall‑għaqda tal‑persuni

Fid‑9 ta’ Mejju 2012, Barack Obama, biex jirbaħ

l‑elezzjoni presidenzjali tal‑Amerika, kien iddikkjara pubblikament favur il‑leġislazzjoni tas‑‘same‑sex marriage’, liema liġi nsibuha f ’diversi pajjiżi fid‑dinja. Ejjew ħuti ma nħallux il‑flus, l‑ekonomija, il‑politika u l‑ambizzjoni jkissrulna dan l‑ikbar teżor tad‑dinja, li hija l‑familja. Ejjew pjuttost naħdmu għad‑drittijiet li jrid Alla, id‑dritt tal‑ħajja, tan‑nutrizzjoni, tal‑edukazzjoni, tax‑xogħol, tal‑paga ġusta, tal‑familja u tal‑mistrieħ. Ejjew naħdmu biex insalvaw iż‑żwieġ u l‑familja skond kif irid Alla l‑Imbierek. 

I N I O N J S O S J I S S M ‑ I L M I ‑ L Q SQ I I R S ’ I B ’ R A Ż A Ż B A B BAŻAR ĠDID

ta' Missio fi Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 12.00pm

Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta

(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm

7


Awwissu 2018

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI

‘School on wheels’

M

eta naqraw jew nisimgħu dwar tfal li m’għandhomx saqaf fuq rashom, ħsibijietna mill‑ewwel imorru fit‑tfal li jgħixu f’pajjiżi Afrikani. It‑tendenza hi li ftit li xejn naħsbu fit‑tfal li jgħixu l‑Amerika u li wkoll m’għandhomx dar fejn jgħixu. Permezz tal‑proġett bl‑isem ta’ ‘School on Wheels’, Agnes Stevens qiegħda tgħin għexieren ta’ tfal li m’għandhomx l‑opportunità li jkollhom edukazzjoni xierqa bħal tfal oħra Amerikani, primarjament għaliex m’għandhomx residenza fissa fejn jgħixu. It‑tfal li jisfaw abbandunati mill‑ġenituri tagħhom jispiċċaw jgħixu f’ċentri apposta li jilqgħu fihom tfal li m’għandhomx dar fejn jgħixu. Tfal oħra li ma jkunux ġew abbandunati mill‑ġenituri, iżda li xorta 8

waħda ma jkollhomx saqaf fuq rashom, jispiċċaw jgħixu barra t‑triq, fil‑karozzi jew f’binjiet abbandunati. Mijiet ta’ voluntiera ta’ kuljum jiddedikaw eluf ta’ sigħat sabiex jgħallmu lil dawn it‑tfal. Dawn il‑voluntiera permezz tal‑imġiba u l‑attitudni tagħhom jagħtu lit‑tfal sigurtà, imħabba, rispett u saħansitra sens ta’ stabbiltà meta minħabba ċ‑ċirkostanzi dawn it‑tfal ikollhom

jiċċaqalqu kontinwament minn post għal ieħor. Dan għaliex dawn il‑voluntiera jibqgħu jsegwu lit‑tfal minkejja li dawn ma jkunux għadhom jgħixu fl‑istess żona. Proprju għalhekk il‑proġett ta’ Agnes ingħata l‑isem ta’ ‘School on Wheels’, għaliex imorru fejn imorru, it‑tfal jibqgħu jsibu voluntiera mill‑proġett ‘School on Wheels’ sabiex jgħallmuhom. Agnes u ‘School on Wheels’ mhux biss jgħinu lil dawn it‑tfal permezz tat‑tagħlim, iżda jservu wkoll ta’ gwida u assistenza għat‑tfal u l‑ġenituri tagħhom meta dawn jiġu biex ipartu l‑iskola. Ħafna mit‑tfal li għandhom l‑opportunità li jieħdu t‑tagħlim tagħhom minn ġo bini ta’ skola normali, ta’ spiss ikollhom jiċċaqalqu minn żona għal oħra, u għalhekk il‑ġenituri


Awwissu 2018

jkollhom bżonn l‑għajnuna sabiex dawn it‑tfal ipartu l‑iskola. Agnes tgħin lil dawn il‑ġenituri sabiex jintlaħaq ftehim mal‑iskola l‑ġdida dwar il‑grad tal‑edukazzjoni li t‑tfal għandhom jitpoġġew fih. Huma jgħinu wkoll sabiex jinkisbu ċerti dokumenti importanti, bħaċ‑ċertifikat tat‑twelid, li ħafna drabi l‑ġenturi qatt ma jkunu żammew minħabba l‑fatt li m’għandhomx indirizz fiss. Permezz ta’ numru tat‑telefown mingħajr ħlas, it‑tfal jistgħu jibqgħu f’kuntatt ma’ ‘School on Wheels’ kontinwament. ‘School on Wheels’ toffri wkoll basktijiet tal‑iskola,

uniformijiet, il‑kartollerija (‘stationery’) neċessarja għat‑tagħlim fl‑iskejjel, u flus għat‑trasport. F’ħafna ċentri fejn jgħixu dawn it‑tfal ġew imnedija klassijiet apposta b’kompjuters, kotba u bżonnijiet oħra edukattivi sabiex it‑tfal ikollhom l‑opportunità mhux biss li jingħataw it‑tagħlim f’post kwiet u adekwat, iżda li jkollhom ukoll postijiet addattati għall‑istudju, u wara kollox postijiet fejn jistgħu jkunu kreattivi bħal tfal oħra.

għall‑ħidma tagħha bla waqfien fost it‑tfal Amerikani li m’għandhomx saqaf fuq rashom. Agnes u l‑organizzazzjoni tagħha taw l‑opportunità lill‑eluf ta’ tfal sabiex ikollhom edukazzjoni. Agnes mietet fl‑2015, iżda dak kollu li ħadmet għalih għadu fis‑seħħ sal‑ġurnata tal‑lum. Minkejja n‑nuqqas ta’ Agnes, il‑proġett ‘School on Wheels’ għadu attiv permezz tal‑mijiet ta’ voluntiera li Agnes kien irnexxielha tiġbor.

Fl‑2008 Anges Stevens ġiet ippremjata l‑‘World’s Children’s Prize’

Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 

INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9


SAN PIETRU APPOSTLU

Awwissu 2018

Is‑Sorijiet Missjunarji tal‑Karità

I

s‑Soċjetà tas‑Sorijiet Missjunarji tal‑Karità ġiet imwaqqfa f’Kalkutta minn Madre Tereża nhar is‑7 ta’ Ottubru 1950, u hija familja internazzjonali reliġjuża li għandha l‑approvazzjoni tal‑Papa. Kull membru jħaddan il‑voti tal‑kastità, tal‑faqar, tal‑ubbidjenza u tas‑servizz mill‑qalb u b’xejn lill‑ifqar fost il‑fqar madwar id‑dinja kollha. L‑għan ewlieni tas‑soċjetà huwa li jtaffu l‑għatx infinit ta’ Ġesù Kristu fuq is‑Salib billi jgħixu l‑erba’ voti bi spirtu ta’ mħabba u bi tbissima, u jagħmlu lill‑Knisja preżenti u ħajja fid‑dinja tal‑lum. Kull membru jmur fejn ikun mibgħut bla ma jagħżel la l‑post u wisq anqas it‑tip ta’ xogħol. “Fl‑appostolat missjunarju kollu tagħna, aħna nimxu mal‑parir ta’

10

Marija fil‑festa tat‑tieġ ta’ Kana: “Agħmlu dak kollu li jgħidilkom Hu,” Madre Tereża.

Madwar id‑dinja, ħafna djar immexxija mis‑Sorijiet Missjunarji tal‑Karità ġew miftuħa biex jilqgħu l‑bżonnijiet diversi ta’ dawk fil‑bżonn. Fost dawn id‑djar hemm djar ta’ rijabilitazzjoni għal dawk li jbatu mil‑lebbra, għal dawk bi problemi ta’ saħħa mentali, għall‑ommijiet mhux miżżewġa, għal min hu vvizzjat mid‑droga jew mill‑alkoħol, xelters għal matul il‑lejl għal irġiel, nisa u nisa bit‑tfal li m’għandhomx saqaf fuq rashom, għal tfal abbandunati jew irrifjutati


Awwissu 2018

mill‑familji tagħhom, u għal tfal mentalment u/jew fiżikament diżabbli. F’xi pajjiżi s‑sorijiet imexxu wkoll djar tal‑addozzjoni, u istituti tat‑trabi u tfal żgħar fejn jieħdu ħsiebhom sakemm il‑ġenituri tagħhom joħorġu jaħdmu. Ix‑xogħol tas‑sorijiet jinkludi għajnuna lit‑tallaba, għajnuna lit‑tfal li l‑ġenituri tagħhom ibatu mil‑lebbra, għajnuna lill‑pazjenti fl‑isptarijiet, fid‑djar tal‑anzjani u fil‑ħabsijiet. Is‑sorijiet iwasslu wkoll l‑Ewkaristija lil ħafna minn dawn filwaqt li jxandru lil Ġesù. Minbarra dan kollu, is‑sorijiet imexxu klassijiet ta’ tagħlim għall‑adulti fejn jgħallmu fost oħrajn l‑Ingliż, il‑ħjata u t‑tajping. Lill‑koppji jgħallmuhom dwar il‑metodu tal‑ippjanar naturali tal‑familja. Jgħallmu wkoll edukazzjoni primarja lit‑tfal li jgħixu fis‑slams u jgħinuhom biex jidħlu fi skola regolari. Matul is‑sena joffru wkoll għajnuna fil‑‘homework’ u fil‑krafts, u jorganizzaw kampijiet matul is‑sajf, flimkien mal‑materjal meħtieġ għat‑tfal żvantaġġati. Bil‑preżenza tas‑Sorijiet Missjunarji tal‑Karità u bix‑xogħol spiritwali u ta’ ħniena li joffru, il‑familji jkunu inkoraġġuti biex jitolbu flimkien u jipprattikaw il‑fidi. Fejn

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) U tinsiex titlob għalihom ukoll, u huma jibqgħu jiftakruna fit‑talb tagħhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 11


SAN PIETRU APPOSTLU

Awwissu 2018

hu possibbli l‑familji jiġu mħejjija biex ikunu kkonsagrati lill‑Qalb Imqaddsa. Priġunieri u nies fit‑toroq ikunu inkoraġġuti jikbru fl‑imħabba tagħhom lejn Alla. F’parroċċi foqra, is‑sorijiet jgħallmu l‑katekiżmu kemm lill‑kbar kif ukoll lit‑tfal, jorganizzaw laqgħat ta’ talb u adorazzjonijiet quddiem Ġesù Sagramentat. F’xi skejjel tal‑istat, is‑sorijiet joffru struzzjonijiet reliġjużi lil studenti Kattoliċi. Nhar il‑25 ta’ Ġunju 1976, Sor M. Nirmala Joshi MC, waqqfet fi New York sessjoni msejħa Kontemplattiva. Il‑membri ta’ din is‑sessjoni fi ħdan is‑Sorijiet Missjunarji tal‑Karità, jgħixu ħajja ta’ kontemplazzjoni fis‑solitudni u fis‑silenzju; penitenzjali, ta’ sawm u b’enfasi speċjali lejn l‑adorazzjoni Ewkaristika. Dawn is‑sorijiet joħorġu għal sagħtejn jew tlieta kuljum 12

biex ixandru l‑Kelma ta’ Alla fost l‑ifqar fost il‑fqar, kemm bil‑preżenza tagħhom kif ukoll bix‑xogħol spiritwali u

ta’ ħniena li jwettqu. Fis‑sena 2007, 4,823 soru kienu jservu f’757 dar imxerrda f’134 pajjiż differenti. 


SANTA INFANZJA

Awwissu 2018

Immarkati b’tatus għal għomorhom

F

aith, tfajla Amerikana, kienet abbużata sesswalment minn missierha tar‑rispett sa mill‑età tenera ta’ erba’ snin. Qatt ma qalet lil ħadd dwar dan, għaliex kienet tħoss li ħadd ma kien ser jemminha. Minflok, meta għalqet tnax‑il sena, Faith ħarbet mid‑dar. Ta’ ħmistax‑il sena ltaqgħet mal‑ewwel pimp li għamlilha l‑ewwel tatu. Ħafna pimps jimmarkaw lit‑tfajliet bit‑tatus b’ismijiet jew simboli biex juru li dawn huma propjetà tagħhom.

Faith spiċċat b’ġisimha kollu mimli tatus, magħmula minn diversi pimps li kienu jħaddmuha, biex juru pussess fuqha. Illum il‑ġurnata, it‑tfajla tobgħod dawn it‑tatus għax ifakkruha f’dak kollu li għaddiet minnu: pistoli ppuntati lejn rasha, abbużi sesswali u swat. Meta nqabdet tqila, Faith iddeċidiet li titlaq mill‑ħajja li kienet qed tgħix, għalkemm dan ma kienx faċli. Iżda dak li verament żammha milli tmur lura għall‑ħajja ta’ qabel kien meta sabet lil

Alla. It‑tfajla tgħid li hemm diversi raġunijiet għaliex tfajliet bħalha jiddeċiedu li jħallu dik il‑ħajja, iżda għaliha kienet dik il‑ġurnata meta sabet it‑tama għax skopriet lil Alla. Illum Faith hija persuna kompletament differenti u tixtieq ħafna li tibda ħajja ġdida, iżda minħabba t‑tatus li għandha qed tkun iġġudikata fin‑negattiv. Mingħajrhom, Faith temmen li jkollha ħafna aktar opportunitajiet. Hija tixtieq ħafna teħles minnhom, imma ma 13


SANTA INFANZJA

Awwissu 2018

taffordjax. Faith tħoss li ċerti programmi li jagħmlu kampanji kontra l‑prostituzzjoni, ikunu qed jużaw tfajliet bħalha biex jiġbru l‑flus bla ma jintebħu li jkunu qed jagħmlulhom aktar ħsara milli ġid. Faith qabblet dawn il‑programmi li jiġbru l‑flus billi jirrakkontaw stejjer bħal tagħha bla ma joffrulhom għajnuna, mal‑pimps li wkoll idaħħlu l‑flus minn dawn it‑tfajliet! Faith kellha x‑xorti li tiltaqa’ ma’ Rachel Lloyds u GEMS. Fihom sabet min verament

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

jifhimha, għaliex Rachel infisha kienet spiċċat vittma tal‑pimps meta kienet għadha żgħira. Ta’ kuljum Faith ikollha mumenti ta’ solitudni u abbandun, u

t‑tatus ikomplu jżidulha l‑weġgħat u d‑dwejjaq. Iżda għaliha llum il‑ġurnata, l‑aktar ħaġa importanti hi li tkabbar lil uliedha mill‑aħjar li tista’ u b’imħabba. 

€17 – 2 porzjonijiet ross għal 130 tifel u tifla fit‑Tajlandja

€35 – uniformi, basket tal‑iskola, kotba u ‘stationery’ lil student/a minn familja fqira

€60 – Saqqu għal tifel/tifla

€96 – sostenn għal 15‑il

€100 – mediċini u kura

torox u muti f’dar f’pajjiż Afrikan

armla fl‑ifqar partijiet tad‑dinja

lill‑morda permanenti fi djar ta’ ‘Home Made Care’

14


SANTA INFANZJA

Awwissu 2018

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.

15


Awwissu 2018

Rendikont tal‑ġbir li sar fil‑Ġurnata Missjunarja 2017 f’Malta u Għawdex Din il‑ġabra flimkien mal‑ġabriet kollha mibgħuta minn madwar id‑dinja, tqassmet kollha matul ix‑xhur ta’ Lulju u t’Awwissu 2018. Dan wara li fl‑ewwel ġimgħa ta’ Ġunju 2018, waqt l‑Assemblea Ġenerali ta’ Missio ġew approvati l‑eluf ta’ proġetti ġejjin mill‑pajjiżi kollha tal‑missjoni. Minn din il‑ġabra Missio Malta u Għawdex qed jiġi mitlub biex jibgħat somma kbira ħalli tagħmel tajjeb għal xiri ta’ ambulanzi u proġetti ta’ swali tal‑maternità f’pajjiż Afrikan fl‑Uganda. Proġetti oħra f’pajjiżi oħra jinkludu bini ta’ kappelli, taħriġ ta’ katekisti, tħaffir ta’ ‘boreholes’, edukazzjoni u ikel lil tfal fl‑iskejjel u orfanatrofji, eċċ, eċċ ...

Grazzi mill‑Qalb

Parroċċa

€ 740.00

Kappella Santa Margerita

€ 100.00

Kunvent S. Tereża Karmelitani

€ 200.00

BURMARRAD

Parroċċa u Inviloppi

€ 607.69

ĦAD-DINGLI

Parroċċa

€ 1,165.00

Inviloppi

€ 2,045.00

€ 3,020.00

FGURA

Parroċċa u Inviloppi

€ 810.00

FLEUR-DE-LYS

Parroċċa u Inviloppi

*

FLORIANA

Parroċċa

€ 1,060.00

SAN PUBLIJU

Inviloppi

€ 760.00

Kapuċċini

€ 160.00

Knisja ta’ Sarria

€ 90.00

Parroċċa

€ 596.69

Inviloppi

€ 660.20

Parroċċa u Inviloppi

€ 677.00

Kappella tad-Duluri

€ 150.00

Kappella tas-Sorijiet Orsolini

€ 200.00

GUDJA GWARDAMANĠA

GŻIRA ĦAL GĦARGĦUR ĦAL GĦAXAQ

Parroċċa

€ 689.00

Inviloppi

€ 1,480.00

Parroċċa

€ 760.98

Inviloppi

€ 1,267.00

Parroċċa

€ 1,270.00

Inviloppi

€ 1,010.00

Parroċċa

€ 3,030.00

Inviloppi

€ 3,405.00

BALLUTA

Parroċċa u Inviloppi

€ 2,652.56

ĦAL BALZAN

Parroċċa

€ 3,699.00

Knisja tad-Duluri

€ 182.50

Inviloppi

€ 1,315.00

Kappella tal-Midalja Mirakoluża

€ 50.31

Sorijiet tal-Karità

€ 50.00

Knisja tal-Madonna tas-Samra

€ 349.60

VITTORIOSA

Parroċċa

€ 565.00

ĦAMRUN

Parroċċa

€ 840.00

(IL-BIRGU)

Inviloppi

€ 735.00

I. KUNĊIZZJONI

Inviloppi

€ 1,260.00

ĦAMRUN

Parroċċa

€ 994.71

SAN GEJTANU

Inviloppi

€ 1,260.00

Monasteru Santa Skolastika

€ 200.00

Sorijiet Franġiskani

€ 70.00

Kappella tal-Qalb ta’ Ġesù tal-Ħawli

€ 340.00

Knisja ta’ San Franġisk

€ 300.00

Patrijiet Dumnikani

€ 150.28

BIRKIRKARA

Parroċċa

€ 1,600.00

SANT’ELENA

Inviloppi

€ 1,735.00

Knisja ta’ San Pawl

€ 100.00

Knisja ta’ Santu r-Rokku

€ 355.00

Dar tal-Kleru

€ 315.00

Knisja tal-Vitorja

€ 60.00

IBRAĠĠ

Parroċċa u Inviloppi

IKLIN

Parroċċa

€ 970.22

Inviloppi

€ 1,790.00

Parroċċa u Inviloppi

€ 1,108.00

Knisja tal-Kapuċċini

€ 560.00

Parroċċa u Inviloppi

€ 1,800.00

KALKARA ĦAL KIRKOP

€ 3,820.84

BIRKIRKARA

Parroċċa u Inviloppi

€ 1,364.00

Parroċċa

€ 1,600.00

SAN ĠUŻEPP

Santwarju S. Tereża tal-Bambin Ġesù

€ 1,820.00

Inviloppi Azzjoni Kattolika

€ 1,575.00

Parroċċa

€ 1,272.18

Knisja tal-Madonna tal-Mirakli

Inviloppi

€ 1,003.00

BIRKIRKARA SANTA MARIJA

Knisja tal-Kulleġġ San Alwiġi

16

Parroċċa u Inviloppi

BORMLA

€

MALTA Ħ’ATTARD

BIRŻEBBUĠA

€ 707.85

ĦAL LIJA

ĦAL LUQA

€ 355.00

Parroċċa

€ 1,653.00

Inviloppi

€ 320.00


Awwissu 2018

MANIKATA MARSA

Kappella Ajruport

€ 105.00

PEMBROKE

Parroċċa u Inviloppi

€ 450.00

San Vinċenz de Paule

€ 300.00

QAWRA

Parroċċa u Inviloppi

€ 2,184.28

Parroċċa

€ 364.00

QORMI

Parroċċa

€ 1,919.70

Inviloppi

€ 790.00

SAN ĠORĠ

Inviloppi

€ 1,705.00

Parroċċa u Inviloppi

€ 620.00

QORMI

Parroċċa

€ 2,900.00

SAN SEBASTJAN

Inviloppi

€ 3,300.00

TRINITÀ QADDISA MARSA

Parroċċa

€ 1,130.00

Parroċċa

€ 1,200.00

Katidral

€ 410.00

RABAT

Parroċċa u Inviloppi

Inviloppi

€ 568.52

SAN PAWL

Knisja San Mark

€ 250.20

Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù

€ 563.00

MARIA REĠINA MARSAXLOKK MDINA

QRENDI

Monasteru San Pietru Knisja tal-Karmnu MELLIEĦA

Parroċċa Inviloppi

MĠARR

MOSTA

MQABBA

MTARFA NAXXAR

€ 2,500.00 € 245.76

Parroċċa

€ 580.00

Inviloppi

€ 820.00

Knisja San Franġisk tal-Pjagi

€ 156.74 € 136.00

€ 3,335.00

Dar tat-Talb Lunzjata

€ 44.97

Knisja Sant’ Agata

€ 150.00

Parroċċa

€ 400.00 € 1,290.00

€ 1,735.00 € 5,941.54

SAFI

Kappella ta’ Sant’ Anna Żebbiegħ

€ 225.88

Inviloppi

Kappella Binġemma

€ 95.00

Bażar

€ 5,235.95

SAN ĠILJAN

Parroċċa u Inviloppi

Inviloppi

€ 300.00

Knisja tal-Kunċizzjoni

Pax Et Bonum

€ 200.00

Komunità Agostinjana Paceville

Casa Arkati mill-kaxxa

€ 305.40

€ 210.00 € 2,035.00 € 90.00 € 600.00

SAN ĠWANN

Parroċċa

€ 2,000.00

Parroċċa

€ 1,055.00

SAN PAWL

Parroċċa u Inviloppi

€ 1,400.00

Inviloppi

€ 2,230.00

IL-BAĦAR Knisja tax-Xemxija

€ 800.00

SANTA LUĊIJA

Parroċċa u Inviloppi

€ 1,320.00

SANTA VENERA

Parroċċa

€ 940.53

Inviloppi

€ 485.00

Knisja l-Qadima

€ 400.00

Parroċċa u Inviloppi

€ 550.00

€ 310.00

Parroċċa

€ 1,661.00

Inviloppi

€ 585.00

Knisja tas-Sorijiet Franġiskani

€ 330.00

Knisja tal- Kunċizzjoni

€ 105.00

Marina Home Msida

€ 135.00

Parroċċa

€ 540.00

Inviloppi

€ 270.00

Parroċċa

€ 1,637.00

Inviloppi

€ 3,434.00

SENGLEA

SIĠĠIEWI

Knisja ta’ San Filippu

€ 85.00

Dar Sant’Anna

€ 155.00

Parroċċa

€ 1,725.00

Inviloppi

€ 2,750.00

Kappella Kunċizzjoni

€ 30.00

‘Hilltop Home’

€ 330.00

Ċentru Pastorali Sgħajtar (mill-Knisja)

€ 831.92

TAS-SLIEMA

Parroċċa

€ 2,968.45

Kappella ta’ San Ġwann

€ 63.00

STELLA MARIS

Inviloppi

€ 2,185.00

Santwarju Ġesù Ħniena Divina

€ 500.00

TAS-SLIEMA

Parroċċa

€ 682.00

Kappella Santa Luċija

€ 30.00

SACRO CUOR

Inviloppi

€ 268.00

Ċentru Pastorali Ġesù l-Ħabib

€ 118.00

Kappella Santissima Trinità

PAOLA

Parroċċa u Inviloppi

KRISTU RE

Knisja ta’ S.Antnin f’Għajn Dwieli

€ 400.00

TAS-SLIEMA

Parroċċa u Inviloppi

PAOLA

Parroċċa u Inviloppi

€ 900.00

SAN GIRGOR

Sorijiet Orsolini

LOURDES

€ 3,179.00

Kappella ta’ San Martin Baħrija

Inviloppi

Parroċċa

*

€ 2,715.00

Parroċċa

Bażar MSIDA

Kappella tar-Rużarju

€ 2,400.00

Knisja ta’ St. Patrick

€ 60.00

€ 2,355.00 € 563.00 € 1,164.00

17


Awwissu 2018 TAS-SLIEMA

San Franġisk

€ 600.00

ĠESÙ NAZZARENU

Parroċċa u Inviloppi

€ 1,750.00

Kapuċċini

€ 200.00

SWATAR

Parroċċa u Inviloppi

€ 480.00

Santa Sabina

€ 215.00

TARXIEN

Parroċċa

€ 786.00

Inviloppi

€ 500.00

Knisja tal-Erwieħ

€ 704.00

Knisja ta’ San Nikola ta’ Tolentino

€ 236.00

TA’ XBIEX

Parroċċa u Inviloppi

€ 200.00

VALLETTA

Kon-Katidral ta’ San Ġwann Monasteru Sant’Ursola

Manresa

€ 151.14

Sorijiet Franġiskani

€ 220.00

Sorijiet Dumnikani

€ 510.00

Sorijiet Salesjani

€ 225.00

Oratorju Don Bosco

€ 305.00

Ragħaj it-Tajjeb

€ 515.00

€ 408.00

Ta’ Ħamet

€ 255.00

€ 50.00

English Speaking (Seminary)

€ 220.00

Ta’ Kana

€ 140.00

VALLETTA

Parroċċa

€ 740.00

SAN PAWL

Inviloppi

€ 850.00

Knisja tal-Ġiżwiti

€ 268.25

VALLETTA

Parroċċa u Inviloppi

€ 300.00

SAN DUMINKU

Knisja San Franġisk

€ 500.00

VALLETTA

Parroċċa u Inviloppi

€ 198.00

SANTU WISTIN WIED IL-GĦAJN

€ 57.00

XEWKIJA

Inviloppi u Knisja

€ 3,700.00

ŻEBBUĠ

Inviloppi u Knisja

€ 2,065.00

QALA

Knisja San Ġużepp u Inviloppi

€ 1,473.00

SAN LAWRENZ

Knisja u Inviloppi

€ 1,660.33

€ 2,115.00

GĦASRI

Knisja u Inviloppi

€ 885.00

Knisja San Pawl

€ 400.00

Kappella Sant’Antnin

€ 400.00

Parroċċa u Inviloppi

€ 1,800.00

ĦAŻ-ŻEBBUĠ

Parroċċa

€ 3,598.00

Inviloppi

€ 1,455.00

Knisja tal-Madonna tal-Grazzja

€ 206.70

Santwarju Qalb ta’ Ġesù

€ 350.00

Kappella Ħal Mula

€ 126.00

Knisja ta’ Santa Marija f’ Ħal Muxi

€ 135.00

Knisja tal-Madonna Tad-Dawl

MARSALFORN GĦARB NADUR

€ 1,478.74

Inviloppi

€ 2,237.00

Bażilika u Inviloppi

€ 3,386.00

Bażilika Madonna Ta’ Pinu

€ 1,115.00

Knisja u Inviloppi

€ 5,633.25

Knisja Qalb ta’ Ġesù XAGĦRA

€ 25.00

Parroċċa

Bażilika Marija Bambina

€ 118.55 € 1,640.61

Inviloppi

7,327.54

Knisja Nazzarenu

€ 300.00

Kappella San Anton

€ 215.00

Knisja Madonna Tal-Ħniena

€ 272.07

SANNAT

Kappella San Girgor

€ 393.71

GĦAJNSIELEM

Knisja ta’ Ġebel San Martin

€ 184.06

Kappella Ta’ Lourdes

Kappella Domus Sagra Familja

€ 77.50

English Community

€ 76.00

Żgħażagħ

€ 406.27

Knisja Sant’Antnin

€ 402.18

Knisja u Inviloppi

€ 3,445.00

Knisja u Inviloppi

€ 2,575.00 € 411.33

Parroċċa u Inviloppi

€ 1,872.00

KERĊEM

Knisja u Inviloppi

€ 2,823.00

Mill-kaxxa fil-knisja

€ 2,570.00

SANTA LUĊIJA

Knisja u Inviloppi

€ 270.00

FONTANA

Knisja u Inviloppi

€ 623.40

MUNXAR

Inviloppi

Knisja ta’ Santa Marija Bubaqra

€ 380.00

Knisja tal-Kunċizzjoni fin-Nigret

€ 191.00 €

GĦAWDEX Inviloppi

€ 6,030.00

Katidral Santa Marija

€ 1,000.00

Bażilika San Ġorg

€ 2,003.00

Santu Wistin

18

Sorijiet Klarissi

€ 1,321.38

ĦAŻ-ŻABBAR

VICTORIA

€ 215.00

Inviloppi

€ 59.50

ŻURRIEQ

€ 66.50

San Ġakbu

Parroċċa Charain Residence

ŻEJTUN

Santa Marta

€ 831.00

XLENDI

€ 1,977.00

Knisja

€ 450.00

Knisja u Inviloppi

€ 290.00

* L-offerta baqgħet ma waslitx sakemm morna għall-istampa


Awwissu 2018

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirazzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25 u kklikkja fil‑parti Donations.

MISSIO MALTA SER JORGANIZZA ‘PASTA NIGHT’ F'AWWISSU. Aktar dettalji mingħand Natasha fuq 21236962

19


Awwissu 2018

“X’imkien ġewwa fina lkoll hemm il‑poter li nibdlu lid‑dinja.” Roald Dahl

20


Awwissu 2018

Roald Dahl (1916 ‑ 1990), kien awtur u poeta Ingliż. Kien jikteb novelli, poeżiji u drammi għat‑televizjoni. Roald kien ukoll bdot fi żmien it‑Tieni Gwerra Dinjija. Inbiegħu aktar minn 250 miljun kopja tal‑kotba tiegħu madwar id‑dinja kollha. Roald kien jikteb għat‑tfal u għall‑adulti. Il‑kitba tiegħu tvarja minn fantasija, misteri, letteratura u stejjer tal‑waħx. Roald, li kellu ħamest itfal, kien wieħed mill‑imħuħ wara l‑‘Wade‑Dahl‑Till (WDT) Valve’. Dan kien makkinarju li jitpoġġa fil‑moħħ biex jgħin lill‑persuni li jbatu mill‑kundizzjoni ‘hydrocephalus’ li ibnu Theo kien ibati minnha wara li fl‑età ta’ 4 xhur il‑pram li kien fiha ntlaqtet minn taksi.

Ritratt: Żewġ subien ferħanin jieħdu banju fl‑Uganda l‑Afrika. 21


Awwissu 2018

QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

SAN MASSIMILJANU MARIJA KOLBE

M

assimiljanu Kolbe twieled fl‑1894 f ’pajjiż li dak iż‑żmien kien parti mill‑Imperu Russu. Missieru kien Etniku Ġermaniż u ommu kienet mill‑Polonja. Ta’ 12‑il sena, fl‑1906, Massimiljanu kellu viżjoni mill‑Verġni Mbierka Marija li wrietu żewġ kuruni ta’ ward; waħda bajda li tissimbolizza l‑purità u l‑oħra ħamra li tfisser il‑martirju, li Kolbe aċċetta bil‑qalb kollha. Fl‑1907 Massimiljanu u ħuh iddeċidew li jidħlu reliġjużi mal‑Ordni Franġiskan Konventwal. Minħabba biża’ min‑Nażi li kellhom mibegħda kbira lejn l‑Insara, l‑aħwa Kolbe qasmu l‑fruntieri illegalment biex jidħlu fis‑Seminarju. Meta pprofessa fl‑Ordni Franġiskan ħa l‑isem ta’ Massimiljanu Marija minħabba d‑devozzjoni kbira li kellu lejn il‑Madonna. Huwa waqqaf il‑Milizzja tal‑Immakulata u flimkien mal‑patrijiet sħabu kienu jistampaw pubblikazzjonijiet ta’ 22

katekiżmu, gazzetti u rivisti reliġjużi bħala appostolat Nisrani. Fl‑1918 Kolbe sar saċerdot u aktar tard waqqaf kunvent fil‑Ġappun. Fi żmien it‑Tieni Gwerra Dinjija Kolbe pprovda kenn lil madwar 2,000 Lhudi li kienu qegħdin jaħarbu min‑Nażi. Fl‑1941 huwa ġie arrestat min‑Nażi u meħud fil‑ħabs ta’ Pawaik. Wara ġie trasferit għall‑ħabs ta’ Auschwitz bħala priġunier. It‑tirannija tan‑Nażi ma kellhiex limitu; f ’ħarba ta’ xi priġunier, 10 priġunieri oħra kellhom ibatu l‑konsegwenzi ta’ dawk maħrubin. Wieħed minn dawn l‑għaxra magħżulin kellu familja u beka fuq li beka. Kolbe tħassru u ddeċieda li jieħu postu.

Is‑Sur Bruno Borgowiec, interpretu tal‑kamp tal‑konċentrament ta’ Auschwitz, fost l‑oħrajn qal hekk: “Waqt it‑talb kien jibda Patri Massimiljanu Kolbe u l‑oħrajn iwieġbu. Kultant kienu jkunu daqstant medhija waqt it‑talb, li ma kinux jintebħu bil‑wasla tal‑gwardjani tas‑soltu. Fl‑aħħar, wara xi għajta min‑naħa ta’ dawn, l‑ilħna kienu jintfew. Kif jinfetħu ċ‑ċelel dawn l‑imsejknin bil‑biki kienu jittallbu loqma ħobż u ftit ilma, imma ma kinux jingħatawlhom. Ħafna mill‑priġunieri mietu għajr erbgħa, fosthom Patri Kolbe, ta’ 47 sena, li raw il‑mewt lejlet Santa Marija meta l‑kriminal Ġermaniż Boch, ta lil kull wieħed tingiża fil‑vini ta’ aċtu velenuż fid‑driegħ tax‑xellug. Hekk kien fil‑pożizzjoni tiegħu tas‑soltu, b’wiċċu jiddi, seren u sabiħ. Hekk miet is‑saċerdot eroj, huwa u joffri ħajtu minn jeddu għal missier ta’ familja, kwiet u trankwill jitlob sal‑aħħar waqt.” 


Awwissu 2018

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ Ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: NB. kull Quddiesa tiswa €5 u l‑Quddies jitqaddes kollu fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


Awwissu 2018

AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Karti mhux mis‑siġar

X

i ħadd fis‑Sri Lanka ġietu l‑idea li jaqbad xi ħaġa komuni ħafna, li ma tiswa xejn u li tinten ukoll biex minnha jagħmel negozju tal‑karti! Dan mhu xejn għajr il‑ħmieġ tal‑iljunfanti! Meta tara u tmiss dawn il‑karti b’idejk, ma tara xejn differenti minn karti oħrajn. L‑iljunfanti, li huma veġetarjani, jaqdu l‑bżonnijiet tagħhom 16‑il darba kuljum u jipproduċu ħmieġ li huwa mimli fibra.

Dan il‑ħmieġ jitnixxef, jitnaddaf u jinżebagħ. Wara, dan il‑ħmieġ, li issa ma jkunx baqa’ ħmieġ, jgħaddi minn proċess ta’ pressar,

illixxar u qtugħ. Fl‑aħħar jiġu ffurmati ‘notebooks’, li huma l‑prodott finali. Dawn in‑‘notebooks’ li huma attraenti ħafna, jinbiegħu f’aktar minn 30 pajjiż differenti. Biex isiru dawn il‑karti bojod silġ, m’hemmx għalfejn jinqatgħu siġar u jinqerdu foresti. Barra minn hekk, dan in‑negozju qed joffri xogħol lil ħafna persuni li, li kieku ma jaħdmux f’din il‑fabbrika, jinsabu bla xogħol. 

Isqof Awżiljarju ġdid

Ritratt: thechurchinmalta.org

F

is‑sena 2015, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Monsinjur Joseph Galea Curmi Vigarju Ġenerali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Skont sorsi, f ’dawn l‑aħħar xhur, l‑Arċisqof Scicluna talab lil Papa Franġisku għall‑assistenza fil‑qadi 24

ta’ dmirijietu minħabba l‑ħafna xogħol li għandu, b’mod speċjali wara ż‑żjarat li kellu fiċ‑Ċili. Kien għalhekk li Papa Franġisku, fil‑ġimgħat li għaddew ħatar lil Mons. Galea Curmi Isqof Awżiljarju għal Malta. Mons. Galea

Curmi studja fil‑Fakultà tat‑Teoloġija ta’ Malta fejn iggradwa darbtejn, fl‑1988 u fl‑1991. Huwa kompla bl‑istudji tiegħu fl‑Università Pontifiċja Laterana ta’ Ruma fejn fl‑1998 ħa d‑dottorat fit‑Teoloġija Pastorali. Fl‑1999, huwa kien appuntat lekċerer fid‑Dipartiment tat‑Teoloġija Pastorali fl‑Università ta’ Malta. Mons. Galea Curmi huwa wkoll membru tal‑Bord tal‑Istituzzjoni Arċidjoċesana tal‑Formazzjoni Pastorali u membru tas‑Soċjetà Ewropea għat‑Teoloġija Kattolika. Huwa ħa sehem f’diversi Konferenzi Internazzjonali. 


Awwissu 2018

Tel: 2189 7917 / 2180 9376 www.magriautocare.com • Interior shampoo and wash including seats, carpet, roof and dashboard • Complete renovation including external polish, interior shampoo and wash throughout • Car wash (by hand) and interior vacuum • Polish and wax of the external paintwork, tyres and vinyl dressing of plastic components

WE RESTORE THE APPEARANCE OF CAR INTERIORS & EXTERIORS TO SHOWROOM CONDITION. Triq l-Ajruport, Luqa LQA 9023

Fax: 2189 7911 | Email: magridrs@vol.net.mt

Get connected with the latest in phone technology Reasonable Prices, Services and Repairs, Excellent aftersales Service Your Satisfaction is Guaranteed

PHONE BOX Triq Tal‑Balal, San Ġwann Contact Information: 21381666/ 79381666 info@phonebox.com.mt www.phonebox.com.mt

All Brands of Mobile Phones, Home Phones and Cordless Phones 25


Awwissu 2018

50 ġrajja miktuba minn ħutna

missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt

(V0/1178)

Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.

 Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:

Data:

Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:

Qiegħed nibgħat ċekk bl-ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................

ktieb/ kotba bil-posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss.

26


Awwissu 2018

Tel: 21-496894.

JOSEPH LEWIS JEWELLER Wednesday afternoon closed

Misraħ il-Kebbies, ST. VENERA.

THE KIA SPECIALIST For Second Hand Kia Parts for Old Models 47, Triq ir-Ragħaj, Qormi Tel: 2149 2259 Mob: 9987 4436

27


Awwissu 2018

RIŻULTATI TAL‑LOTTERIJA B'RISQ IL‑MISSJONI TA’ ĠUNJU 2018  L‑1 Premju: Beverly Farrugia miż‑Żurrieq Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 1188  It‑2 Premju: S. Dimech minn Ħaż‑Żebbuġ Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 2030  It‑3 Premju: Godfrey Scerri minn Ħaż‑Żabbar Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 2287  Ir‑4 Premju: Antoinette Galea minn Ħal Balzan Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 2250  Il‑5 Premju: John Mary Galea mill‑Imġarr Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 1259  Is‑6 Premju: Tanya Vella minn Ħal Tarxien Nru. tat‑telefown/ mowbajl xxxx 7612  Is‑7 Premju: S. Vella minn Marsaxlokk Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 1718  It‑8 Premju: Carmen Camilleri minn Ta’ Paris, Birkirkara Nru. tat‑telefown/ mowbajl xxxx 2986  Id‑9 Premju: Evelyn Micallef minn Santa Venera Nru. tat‑telefown/ mowbajl xxxx 4234  L‑10 Premju: Manwela Vella mill‑Mosta Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 2351  Il‑11‑il Premju: Joan Demanuele minn Ħ’Attard Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 6974  It‑12‑il Premju: Connie Briffa minn Marsascala Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 4182  It‑13‑il Premju: Anna Maria Micallef mir‑Rabat Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 9082  L‑14‑il Premju: Jesmond Ferriggi miż‑Żejtun Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 0351  Il‑15‑il Premju: Helen Vella mill‑Imġarr Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 9080  Is‑16‑il Premju: Therese Attard minn Ħaż‑Żebbuġ Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 1730  Is‑17‑il Premju: Ingrid Gatt mill‑Mosta Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 7357  It‑18‑il Premju: Carmen Farrugia miż‑Żurrieq Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 2038  Id‑19‑il Premju: Lilian Micallef mill‑Mellieħa Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 2682  L‑20 Premju: Jesmond Ferriggi miż‑Żejtun Nru. tat‑telefown/ mowbajl xxxx 0351  Il‑21 Premju: David Jones minn Birkirkara Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 3652  It‑22 Premju: Emanuel Portelli minn Ta’ Ġorni, San Ġiljan Nru. tat‑telefown/ mowbajl xxxx 0221  It‑23 Premju: Publio Abdilla minn Ħal Safi Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 3077  L‑24 Premju:Josephine Galea mill‑Imġarr Nru. tat‑telefown/mowbajl xxxx 4752

28


Awwissu 2018

Move with safety, ship with ease! To all parts of the world to/from Malta by road, trailer, door to door weekly service. We provide packing, storage, shipping, air freight, insurance for personal effects, antique furniture, works of art and commercial goods.

Calypso MFG Ltd. 5, Cospicua Rd. Fgura FGR 1261 Malta

Tel: +356 21 804588 Fax: +356 21 804487 Mob: +356 79065125 Email: louis@calypsomfg.com Website: www.calypsomfg.com

DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS

384, Żabbar Road, Il‑Fgura, Malta. Tel: 2180 2130 Open: 9:00am ‑ 12:30pm, 4:00pm ‑ 7:00pm

Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com

www.raysjewellerymalta.com

29


Awwissu 2018

NINTELQU F’IDEJN ALLA – DUN CHARLES BUTTIGIEG

Dun Ġużepp Cauchi proprju mill‑kitba ta’ dan is‑saċerdot qaddis. Wara l‑preżentazzjoni dettaljata mill‑kappillan ħabrieki ta’ San Lawrenz, Dun Charles Sultana u d‑Daħla, f ’dan il‑ktieb għandna ħames kapitli tabilħaqq profondi meħuda mill‑kitbiet ta’ Dun Ġużepp innifsu, u li jiffokaw fuq il‑provi tal‑ħajja, il‑kuntentizza

‘Nintelqu F’Idejn Alla’ – Dun Ġużepp

Cauchi, huwa ktieb ta’ 92 paġna miġbur u mħejji għall‑istampa mis‑Sur Angelo Xuereb, b’pubblikazzjoni tal‑Kummissjoni Tifkira Dun Ġużepp Cauchi, Għawdex 2018, u stampat fil‑‘Gozo Press’. Dan huwa ktieb li għandna nakkwistawh f ’idejna f ’dawn il‑ġranet, stampat f ’għeluq il‑125 sena mit‑twaqqif tal‑Parroċċa ta’ San Lawrenz, Għawdex; il‑parroċċa ta’ Dun Ġużepp Cauchi, saċerdot umli u twajjeb li ntelaq f ’idejn Alla fit‑triq tas‑salib. Għalhekk, il‑ktieb huwa ta’ ispirazzjoni u ta’ għajnuna kbira għal dawk kollha li bħalissa għaddejjin minn xi mument diffiċli fil‑ħajja tagħhom u għandhom bżonn jisimgħu kelma ta’ faraġ u ta’ tama, 30

tal‑qalb, l‑imħabba ta’ Alla u tal‑proxxmu, il‑fiduċja f ’Alla u t‑talb. Għandna wkoll l‑omelija sabiħa tal‑mibki l‑Isqof Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi, li kien għamel fl‑1985 fl‑okkażjoni tal‑ftuħ għall‑pubbliku tad‑Dar Dun Ġużepp Cauchi. Ma tonqosx il‑bijografija u tagħrif dwar kitbietu li kien għamel għall‑konferenzi lill‑membri tal‑Azzjoni Kattolika u

għall‑prietki. Fl‑aħħar insibu talba li għandha ssir bl‑interċessjoni tiegħu. Nifraħ lill‑ħabib tiegħi Angelo Xuereb, li għal darba oħra ġabar u ħejja b’mod eċċellenti l‑kitba ta’ dan il‑ktieb. Prosit ukoll lill‑Kummissjoni Tifkira Dun Ġużepp Cauchi, li sa minn meta twaqqfet fl‑1985 permezz tas‑segretarju tagħha s‑Sur George Borg, qiegħda tagħtina teżor ieħor mill‑kitbiet spiritwali u profondi ta’ dan is‑saċerdot qaddis Dun Ġużepp Cauchi. Il‑ktieb huwa żgur utli għal dawk kollha li jixtiequ jsibu t‑tama ta’ ħajjithom f ’Alla, u l‑meditazzjonijiet li fih huma utli għall‑gruppi ta’ talb u laqgħat li jsiru fil‑parroċċi. Fuq kollox, jista’ jintuża għall‑jiem ta’ eżerċizzi u għall‑predikazzjoni. Utli żgur għal min jixtieq jistrieħ ftit mir‑ritmu sfrenat tal‑ħajja, u jinġabar għal ftit jiem waħdu mal‑Mulej f ’irtir personali f ’dan is‑sajf u b’hekk nintelqu fil‑Mulej. Il‑ktieb huwa ddedikat fuq kollox lil dawk kollha fostna li għaddejjin minn xi diffikultajiet fil‑ħajja. Nagħlaq din ir‑riċensjoni billi ngħid li permezz ta’ dan il‑ktieb Dun Ġużepp Cauchi qiegħed jgħidilna: “Min afda f ’Alla qatt ma falla.” 


PELLEGRINAĠĠ GĦAL LOURDES

Awwissu 2018

Organizzat minn Missio Malta

4t ijiem sħaħ, mis‑27 sal‑31 ta' Awwissu, 2018 Ħin għat‑talb, ċelebrazzjonijiet u żjarat f’Lourdes Eskursjonijiet lejn Pont d'Espagne, Gavernie u Artouste fuq il‑muntanji Pyrenees. Programm u ‘booking’ mill‑uffiċini ta' Missio Malta fil‑Belt Valletta (Tel: 2123 6962) u l‑Mosta (Tel: 20330015). Direttur Spiritwali: Mons. Salvinu Micallef

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Imejl: info@missio.org.mt Websajt: www.missio.org.mt

31


Awwissu 2018

MISSJUNARJU KARMELITAN MALTI – PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM

Patri Salv Bartolo O.Carm

N

har il‑Ħadd 8 ta’ April 2018, fil‑kunvent tagħna ta’ San Elija Miraflores, f ’Lima, il‑Perù, għadda għall‑ħajja ta’ dejjem ħuna fil‑Karmelu Patri Salv Bartolo fl‑età sabiħa ta’ 89 sena. Patri Salv twieled Santa Venera minn Ugo u Stella mwielda Fenech, nhar id‑29 ta’ Awwissu 1928. Ġie mgħammed ftit wara fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera fejn tawh l‑isem ta’ Joseph. Wara li kien temm l‑istudji tiegħu fil‑Liċeo, Patri Bartolo daħal fil‑Karmelu fejn tawh l‑isem ta’ Salvu, kif kienet l‑użanza ta’ dak iż‑żmien. Huwa beda n‑novizzjat fil‑Kunvent tal‑Imdina fejn għamel il‑Professjoni Sempliċi, nhar is‑6 ta’ Ottubru 1946, fil‑Knisja tal‑Karmnu fl‑Imdina. Wara, huwa beda l‑formazzjoni tiegħu fil‑Kunvent tal‑Balluta u ġie mibgħut fil‑Kulleġġ Internazzjonali ta’ San Albert f ’Ruma fejn għamel il‑Professjoni Solenni, nhar it‑30 ta’ Ottubru 1949. L‑istudji Teoloġiċi għamilhom fl‑Università 32

(1928‑2018)

Pontifiċja Gregorjana u ġie ordnat saċerdot nhar id‑29 ta’ Marzu 1952, fil‑Bażilika tat‑Tnax‑il Appostlu f ’Ruma. Tajjeb ngħidu li wara li ġie ordnat saċerdot huwa ġie lura Malta u kien mibgħut fil‑Kunvent ta’ Santa Venera fejn dam sitt snin. Tul dan iż‑żmien kollu kien jgħallem ir‑Reliġjon,

il‑Latin u l‑Istorja, fl‑iskola Mariano Apostolica li kellha il‑Provinċja f ’Malta. Billi kellu ħerqa li jmur il‑missjoni, fl‑1958 Patri Salv issieħeb fil‑missjoni tal‑Provinċja Karmelitana Maltija fil‑Bolivja u fil‑Perù. Fl‑ewwel ftit żmien kien fil‑Kunvent ta’ Tarija u La Paz fil‑Bolivja, iżda mill‑1966 sakemm miet

għaddiehom fil‑Perù, b’intervall qasir f ’Malta fil‑bidu tas‑snin tmenin, fil‑Kunvent ta’ Santa Venera u ta’ Fleur‑de‑Lys. Huwa kien jagħmel parti mill‑missjoni li l‑Provinċja Karmelitana Maltija kellha fil‑Perù. Għamel żmien fil‑Kunvent ta’ Tingo fejn qatta’ għoxrin sena sħaħ fil‑Kunvent ta’ Camanà. Nistgħu ngħidu li f’dawn iż‑żewġ kunventi huwa kien pirjol u kappillan. Meta l‑Provinċja tagħna bdiet isservi l‑Prelatura ta’ Chuiquibamba, Patri Salv serva ta’ Kanċillier u Vigarju Ġenerali taħt l‑Isqof Mons. Redent Gauci O.Carm. Meta fis‑sena 1988, il‑Provinċja Maltija għalqet il‑missjoni tagħha fil‑Perù, Patri Salv kien talab li jmur jgħix u jaħdem mal‑Provinċja Amerikana tal‑Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, li sal‑lum għandha Kummissarjat Provinċjali fil‑Perù. Fl‑ewwel sentejn Patri Bartolo kien viċi‑kappillan tal‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu f ’Miraflores, Lima. Imbagħad għamel sena


Awwissu 2018

viċi‑kappillan tal‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu f ’José Galvez, subborg fqir ħafna f ’Lima. Iktar tard, fl‑1999, huwa ntbagħat fid‑dar tal‑formazzjoni San Elija li tinsab f ’Miraflores, Lima, fejn baqa’ sakemm għadda għall‑ħajja ta’ dejjem. Nistgħu ngħidu li Patri Salv kellu karattru ċajtier u ferrieħi ħafna, u kien bniedem li jħobb il‑komunità u ddedika ħafna minn ħinu għall‑appostolat. Kemm meta kien Malta kif ukoll fil‑Bolivja u fil‑Perù, dejjem kien direttur spiritwali tal‑Leġjun ta’ Marija. Fil‑Perù, fl‑2005, kien inħatar direttur spiritwali nazzjonali ta’ dan l‑istess leġjun. Il‑funeral ta’ Patri Salv sar fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tal‑Karmnu li tinsab f’Miraflores, nhar it‑tnejn 9 ta’ April

Mara qiegħda titfa’ l‑fjuri fuq il‑qabar ta’ Patri Salv Bartolo O.Carm.

2018. Huwa ġie midfun flimkien ma’ ħutu reliġjużi fiċ‑ċimiterju Jardin de la paz, f’Lima. Patri Garvin Grech O.Carm, delegat tal‑Provinċjal fil‑Bolivja, ħa sehem f’dan il‑funeral. Barra minn hekk attendew ukoll xi soċji tal‑Museum Maltin li qegħdin jagħmlu appostolat fil‑Perù. F’għeluq ix‑xahar tal‑mewt

tiegħu, il‑Provinċja tagħna organizzat quddiesa għal ruħu fil‑Knisja l‑Qadima ta’ Santa Venera. Għal din il‑quddiesa, li tmexxiet mill‑Pirjol Provinċjali Patri Sandro Vella, kienu preżenti diversi patrijiet u reliġjużi tal‑Provinċja tagħna kif ukoll familjari ta’ Patri Salv. Agħtih O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. 

Missio Malta ser jorganizza Ġità f'Perugia l‑Italja għall‑‘Fiera Dei Morti’ bejn 1 ta’ Novembru 2018 u l‑5 ta’ Novembru 2018. Aktar dettalji fil‑ħarġa li jmiss jew mingħand Natasha (21236962). 33


TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!

Awwissu 2018

Żewġ stejjer qosra

D

arba persuna lemħet anġlu miexi fit‑triq. F’id waħda l‑anġlu kellu torċa, filwaqt li fl‑id l‑oħra kellu barmil ilma. Din il‑persuna staqsietu x’kien biħsiebu jagħmel bit‑torċa u bil‑barmil bl‑ilma. L‑anġlu waqaf ħesrem, ħares lejha u weġibha: “Bit‑torċa sejjer naħraq id‑djar tal‑ġenna u bl‑ilma sejjer nitfi n‑nirien tal‑infern. Imbagħad naraw min verament iħobb lil Alla.” Il‑punt tal‑anġlu hu li ħafna nies jobdu l‑kmandamenti ta’ Alla għax jibżgħu mill‑infern u biex imorru l‑ġenna. Huma ma jobduhomx għax iħobbu. Ġesù qalilna: “Jekk tħobbu lili, tobdu l‑kmandamenti tiegħi.” 

D

arba raġel minn tribu li jgħix f’foresta, sab bajda ta’ ajkla. Ħadha d‑dar u ħallieha tfaqqas mal‑bajd tat‑tiġieġ li kellu. L‑ajkla ċkejkna kibret mal‑flieles, bdiet tiekol id‑dud tal‑art u taqbeż u tnaqqar bħalhom. Imma qatt ma tgħallmet ittir ta’ ajkla li kienet. Jum fost l‑oħrajn, l‑ajkla ċkejkna rat ajkla kbira tittajjar fis‑smewwiet u ssaħħret tħares lejha. “Dik ajkla”, qalulha l‑flieles, “ir‑reġina tal‑għasafar. Aħna u inti flieles u ma nistgħux intiru bħalha.” Ħafna drabi ngħixu ħajja fqira bla ma nindunaw bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu li jgħix ġewwa fina. Ejjew nitgħallmu nsiru ħaġa waħda mal‑qawwa spiritwali tal‑Ispirtu s‑Santu billi nitolbu kuljum għall‑konsagrazzjoni tiegħu. 

34


Awwissu 2018

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962 AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola

Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta

Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Awwissu 2018

BERGERS BIL‑LAĦAM U L‑ĦAXIX MILL‑ĠAPPUN

Metodu:

• Ġo skutella kbira ħallat flimkien il‑kapuljat, il‑karrotti, il‑patata u l‑basla. • Żid il‑bajd, il‑‘ketchup’ u t‑tursin, u ħawwad sew flimkien. • Ifforma t‑taħlita f ’blalen kbar u ċatti. • Poġġi l‑bergers fuq pjanċa tal‑forn u sajjar f ’forn moderat.

Għandek bżonn:

• 500 gramma kapuljat taċ‑ċanga jew tat‑tiġieġ • 2 karrottiet żgħar imqaxxrin u maħkukin • 2 patatiet żgħar imqaxxrin u maħkukin • basla mqattgħa rqiqa • 2 mgħaref tursin imqatta’ rqiq • 2 bajdiet imħabbtin • 2 mgħaref ‘ketchup’ tat‑tadam

• Xħin jiħmaru, aqlibhom u sajjarhom min‑naħa l‑oħra. • Għal min jiggosta, tista’ tpoġġi strixxa ġobon fuq kull berger kif ikunu għadhom sħan. • Servi l‑bergers ġo panini, b’insalata u ċips.

食欲 (L‑Ikla t‑Tajba!)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


Awwissu 2018

37


KOMPETIZZJONI ‑ AWWISSU 2018

Awwissu 2018

SUDOKU

8

Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

5

9

6

1

4

3

7

7 1

8

6

2

5 9

2

5

1 6

4

2

7

8

3 1

9

7

8

3

4

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________ 7

1

3

8

5

6

9

4

2

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Ġunju 2018:

4

9

8

2

7

1

6

3

5

5

2

6

3

9

4

1

7

8

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Carmen Farrugia minn Ħal Lija. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

8

6

4

7

1

5

2

9

3

3

7

2

9

6

8

5

1

4

9

5

1

4

3

2

8

6

7

1

3

9

5

2

7

4

8

6

2

8

7

6

4

9

3

5

1

6

4

5

1

8

3

7

2

9

F

Nitbissmu ftit:

il‑bieb tal‑Ġenna, quddiem San Pietru, dehru żewġt irġiel flimkien, sewwieq ta’ taksi u qassis. Wara li kkonsulta l‑lista li kellu quddiemu, San Pietru dar lejn is‑sewwieq tat‑taksi u qallu: “Hawn ħu din il‑libsa tal‑ħarir u oġġetti tad‑deheb u idħol fir‑Renju tal‑Ġenna.”

kien sewwieq ta’ taksi u ħa libsa tal‑ħarir u oġġetti tad‑deheb, filwaqt li lili tajtni libsa tal‑qoton u oġġetti tal‑injam; kif jista’ jkun dan?”

Wara, San Pietru indirizza lill‑qassis u qallu: “Hawn ħu din il‑libsa tal‑qoton u oġġetti tal‑injam u idħol fir‑Renju tal‑Ġenna.” “Stenna ftit,” qal il‑qassis, “dak ir‑raġel

“Ħabib, hawn nagħtu kas ir‑riżultati,” wieġbu San Pietru. “Meta inti kont tipprietka, in‑nies kienet torqod, filwaqt li meta s‑sewwieq tat‑taksi kien isuq, in‑nies kienet titlob!”

38


Awwissu 2018

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Grech & Co. Ltd, Tas‑Sliema • Angela Ciantar mill‑Fgura • Natasha Briffa (Eman’s Stationery) u Carmen Xuereb minn Ħal Tarxien

Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

• Anna Vella • Nikolina Sciberras Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

• 06 ta’ Frar 2018 Joseph Vella minn Ħal Tarxien • 20 ta’ Marzu 2018 Tommy Borg mill‑Belt Valletta • 12 ta’ Ġunju 2018 Joe Borg (l‑Għawdxi) min‑Naxxar • 16 ta’ Ġunju 2018 Anthony Cassar minn Santa Venera • 19 ta’ Ġunju 2018 Imelda Farrugia minn Gwardamanġa • 20 ta’ Ġunju 2018 Mary Camilleri min‑Naxxar • 20 ta’ Ġunju 2018 Wiggie Taliana minn Birkirkara

Grazzi wkoll lil Georgia Bajada mis‑Sannat li tat kobob tas‑suf, lil Vivie Sacco u lil Carmena Buhagiar minn Ħal Kirkop li taw affarijiet maħduma mis‑suf, u lil Carmen Vassallo mill‑Imsida li tat oġġetti għall‑bażar. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 24 ta’ Ġunju 2018 Karmenu Farrugia minn Ħal Safi • 25 ta’ Ġunju 2018 Joseph Attard min‑Naxxar • Jeffrey Bouys minn Ħal Safi

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kutri biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.

Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?

Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39


Awwissu 2018

You Name It. We Bake It! Fresh Made Cakes, Doughnuts & More Chocolates & Ice‑Cream Extensive Choice Of Food

Large Variety Of Bread Baked Fresh Daily Large Variety Of Daily Fresh Fruit & Vegetables Also Available: • Gluten‑Free Foods • Ready‑Packed Produce Including Cheese & Ham, • Milk, Frozen Foods & Pasta • Spirits, Wines & Soft Drinks • Detergents & More.

EL PANADERO

www.elpanaderomalta.com Tel: 27 424 386 Triq il‑Pitkali, Attard ATD 2216 E: elpanaderomalta@hotmail.com

Opening Hours: Monday to Sunday From 5:00am to 9:00pm Open also on Public Holidays

Here at Patrick Woodwork, we work as a small team but with big ideas. We have been more than 21 years in the business. We also produce any type of furniture for flats for rent. ALL THE FURNITURE THAT WE PRODUCE IS MADE IN HIGH QUALITY WITH GREAT PRICES Mon ‑ Fri 7:00 ‑ 18:00 Sat 7:00 ‑ 13:00

www.patrickwoodwork.com • Patrick Woodwork, 309, Luqa Industrial Estate, Luqa • m. 9988 3805 | e. patrickwoodwork@gmail.com 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja - August 2018 by Missio Malta - Issuu