Skip to main content

Missio Ktejjeb ta' Rizorsi Skejjel 2021

Page 1

Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021 K T E J J E B TA’ R I ŻO R S I

90

sena ħidma għall‑missjoni

(VO/1178)


MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIOTFAL MALTA GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021

D

in is‑sena, il‑Jum Dinji tal‑Missjoni ser jaħbat nhar l‑24 ta’ Ottubru. It‑tema ta’ din is‑sena hija: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”. Din it‑tema lili tolqotni ħafna peress li meta mort iż‑Żambja kelli esperjenza sabiħa ħafna f ’orfanotrofju fejn kien hemm tfal jifirħu u jirringrazzjaw lil Alla talli ġabilhom tarbija ġdida li kienu sabu wara l‑bieb xi ġimgħa qabel morna aħna. X’ferħ! Dan il‑ferħ ta’ dawn it‑tfal daħal tassew f ’qalbi. Ma tistax ma titkellimx fuqu! Dawn bdew jiġru b’din it‑tifla biex juruhielna u jifirħu biha bħallikieku għadhom kif sabuha. Din it‑tarbija sabet dar tilqagħha u ser titrabba b’dinjità. U din l‑esperjenza ma nistax ma nitkellimx fuqha!

ngħinu: Iċ‑Ċentru Arupe fil‑Kambodja. Ser inkunu qed ngħinu lill‑Isqof Kike li wkoll għandu esperjenzi sbieħ f ’din id‑dar. Dar li tiġbor tfal u żgħażagħ b’diżabilità kkawżata minn mini tal‑art li għad hemm fil‑Kambodja. Għalkemm issa l‑Kambodja qed tgħix fil‑paċi, għad hemm midfuna taħt l‑art madwar għaxar miljun mina tal‑art li malli tirfes fuqhom jisplodu. Għalhekk ħafna tfal u żgħażagħ iweġġgħu u ħafna drabi jibqgħu b’diżabilità permanenti. Iċ‑Ċentru Arrupe jiġbor dawn it‑tfal u jgħallimhom l‑iskola, filwaqt li liż‑żgħażagħ jgħinhom isibu xogħol u jsostnu lilhom infushom. Hija dar mimlija ferħ fejn kulħadd jgħin lil xulxin u ħadd ma jħossu mwarrab jew inutli.

Għalhekk aħna ser ningħaqdu flimkien biex ngħinu lil din id‑dar. Ejja aħna lkoll nagħtu dinjità u tama lil dawn ħutna li huma wkoll joħolmu biex jikbru u jgħixu b’mod indipendenti. U dan il‑ħolm f ’qalbhom għandu jsir realtà. Mela ingħaqdu magħna biex ngħinu dan il‑pajjiż billi naħsbu f ’dawn it‑tfal kemm fit‑talb u kemm billi ngħinu fir‑riżorsi ħalli nagħtuhom it‑tama u għalhekk verament ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li naraw u nisimgħu. Jien ninsab ċerta li intom ser tgħinuna bħalma dejjem għamiltu u ta’ dan jien f ’isem sħabi, nirringrazzjakom minn qalbi. Nancy Camilleri

Din is‑sena għandna dar oħra li ser inkunu qed 2

JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI


MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATUR TA’ MISSIOTFAL GĦAWDEX GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021

L‑għalliema u l‑katekisti ma jistgħux ma jitkellmux fuq dak li raw u semgħu!

P

apa Franġisku għażel bħala tema tal‑Ġurnata Missjunarja: “Ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”. (Atti 4:20) Fi kliemu din “hija stedina lil kull wieħed u waħda minna biex ‘nieħdu ħsieb’ u nwasslu lill‑oħrajn dak li aħna għandna f ’qalbna. Din il‑missjoni hija u dejjem kienet l‑identità tal‑Knisja: “teżisti sabiex tevanġelizza”. Minn dan jidher kemm is‑suġġett ta’ din il‑ġurnata missjunarja jolqot mill‑qrib kemm lill‑għalliema kif ukoll lill‑katekisti. Tajjeb ngħidu li l‑Knisja hija essenzjalment waħda missjunarja u ma tistax ma tkunx missjunarja. Dan ifisser li kulħadd, mill‑kbir saż‑żgħir, hu min hu, hi min hi, ilkoll aħna msejħin biex inwasslu

l‑bxara t‑tajba li Alla l‑Missier, li deher f ’Ibnu Ġesù huwa Alla ħanin u tajjeb. Ilkoll kemm aħna għandna bżonn din il‑bxara t‑tajba, hemm bżonn li nisimgħuha u nħalluha tidwi f ’qalbna u nwassluha wkoll lill‑oħrajn. Iż‑żmien li qegħdin fih, dak tal‑pandemija, uriena kemm aħna fraġli, iżda wriena wkoll kemm ċerti sistemi li aħna poġġejna l‑fiduċja tagħna fuqhom, huma fraġli u mhumiex garanzija għal kollox żgura. Din l‑esperjenza b’xi mod jew ieħor, għamluha wkoll it‑tfal u l‑istudenti li magħhom aħna qegħdin f ’kuntatt. Anki huma għandhom bżonn ta’ kelma ta’ kuraġġ, għandhom bżonn ikunu akkumpanjati u mfarrġa f ’dawn il‑mumenti partikolari. Għalhekk, intom l‑għalliema u l‑katekisti ma tistgħux ma titkellmux fuq dak li rajtu u smajtu; jiġifieri li tikkomunikaw bil‑kelma u bl‑eżempju l‑imħabba li Alla għandu għalina lkoll. Dan jitlob minna lkoll li l‑ewwel u qabel kollox aħna stess inkunu

għamilna esperjenza diretta ta’ Ġesù għaliex jekk aħna stess la rajna u lanqas smajna, allura b’dispjaċir ngħid li m’għandiex x’inwasslu lill‑istudenti tagħna. Forsi naslu biex inwasslulhom xi nozzjonijiet, xi għarfien, iżda ma naslu qatt biex nikkomunikawlhom dak l‑għerf li jgħinhom jimxu ’l quddiem mingħajr ma jaqtgħu qalbhom. Ejjew fl‑okkażjoni ta’ Jum il‑Missjoni niftħu l‑orizzonti tal‑istudenti tagħna ħalli nwassluhom jitfgħu ħarsithom fil‑bogħod; fejn studenti bħalhom qed ibatu iktar minnhom minħabba nuqqas ta’ mezzi ta’ kull għamla. Il‑pandemija wrietna b’mod ċar li waħedna ma nistgħux naslu, għalhekk importanti li naħsbu fl‑oħrajn ħalli bl‑għajnuna li nagħtu lill‑oħrajn nistanaw aħna. Filwaqt li nawguralkom sena tajba fil‑ħidma tagħkom, nitlob fuqkom ilkoll il‑Barka t’Alla, għani fil‑ħniena. Dun Renato Borg

Messaġġ ta’ Monsinjur Arċisqof għall‑Jum Dinji tal‑Missjonijiet 2021............................. 4 Messaġġ ta’ Monsinjur Isqof ta’ Għawdex għall‑Jum Dinji tal‑Missjonijiet 2021..........4 Tema tal‑Jum Dinji Missjunarju 2021.......................................................................................................................6 L‑Istorja ta’ Dara............................................................................................................................................................................ 7 Riżorsi.......................................................................................................................................................................................................8 Spazji Ta’ Talb (Prayer Spaces).................................................................................................................................... 10 Messaġġ Għall‑Ġurnata Missjunarja 2021 ....................................................................................................13 Riżorsi Oħra.................................................................................................................................................................................... 14

3


MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ARĊISQOF GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021 minn pajjiżna biex ikunu ta’ servizz għall‑komunitajiet lokali u jwasslu x‑xhieda tal‑Evanġelju, bil‑ferħ u l‑għaqda li jġib miegħu l‑messaġġ ta’ Ġesù.

Fl

‑24 ta’ Ottubru ta’ din is‑sena, il‑Knisja Universali tiċċelebra Jum il‑Missjoni. Aħna lkoll imsejħin biex inkunu dixxipli missjunarji. Kull fejn qegħdin irridu nwasslu x‑xhieda tal‑imħabba ta’ Ġesù għalina u d‑devozzjoni tagħna lejh, b’mod speċjali bis‑solidarjetà tagħna mal‑proxxmu. Imma f ’dan il‑Ħadd partikolari niftakru f ’tant nies ġenerużi: saċerdoti, reliġjużi u wkoll lajċi, li jagħtu ħajjithom f ’artijiet imbiegħda

Jiena naf li l‑missjunarji tagħna qed jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet tassew diffiċli, b’mod speċjali f ’sena li għadha mmarkata bil‑pandemija COVID‑19. Ħafna minnhom jiltaqgħu ma’ popolazzjonijiet sħaħ fl‑irħula mbiegħda, fil‑muntanji jew ħdejn ix‑xmajjar, u li m’għandhom l‑ebda faraġ jew għajnuna medika. Hemm diversi missjunarji Maltin u Għawdxin li qegħdin jużaw ir‑riżorsi li qed nagħtuhom mhux biss biex ikomplu jxandru l‑Evanġelju, imma wkoll biex ikomplu l‑kmand ta’ Ġesù meta lid‑dixxipli tahom il‑qawwa li jfejqu; ifejqu wkoll permezz tal‑mediċina moderna.

Nixtieq li f ’dan il‑Jum Missjunarju partikolari tal‑2021 nitolbu ħafna għall‑missjunarji tagħna, imma mhux biss. Nitolbu għall‑missjunarji kollha tal‑Knisja Kattolika li qegħdin jaħdmu f ’sitwazzjonijiet diffiċli li huma milquta mill‑għargħar, min‑nirien kbar jew mit‑terremoti. F’dawn il‑popolazzjonijiet li aħna niltaqgħu magħhom permezz tal‑mezzi ta’ komunikazzjoni, hemm ukoll l‑għatx għall‑Kelma ta’ Ġesù, għall‑ferħ ta’ min iħossu maħbub u maħfur. Kull għotja tagħna, żgħira kemm hi żgħira, hija att ta’ mħabba li jagħmel kuraġġ lil dawn ħutna li mhux biss qegħdin jagħtu ħajjithom, imma wkoll qegħdin jiltaqgħu ma’ Ġesù fil‑proxxmu.  Charles Jude Scicluna Arċisqof ta’ Malta

MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ISQOF TA’ GĦAWDEX GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021 M’hemmx sejħa għall‑ħajja mingħajr missjoni Alla jsejjaħ lil min iħobb. Il‑ħajja hija sejħa li tiġi mill‑imħabba u hija sejħa għall‑imħabba.

Inħabbru Dak li Rajna u Smajna 4

Meta Ġesù jsejjaħ lit‑Tnax, San Mark jgħidilna li “sejjaħ lil dawk li ried hu” (3:13), fi kliem ieħor lil dawk li ħabb. Meta Ġesù jsejjaħ liż‑żagħżugħ għani, il‑Vanġelu jgħidilna li Ġesù “ħares lejh u ħabbu” (10:21). Kull bniedem li huwa

msejjaħ għall‑ħajja, huwa rigal tal‑imħabba ta’ Alla murija fl‑imħabba ta’ raġel u mara li jsiru ġenituri. Mas‑sejħa tal‑ħajja hemm marbuta wkoll il‑missjoni tal‑kondiviżjoni fir‑relazzjoni. Il‑bniedem li huwa msejjaħ għall‑ħajja frott l‑imħabba, huwa mibgħut biex jgħix il‑ħajja flimkien ma’ oħrajn. In‑Nisrani, frott l‑imħabba, huwa msejjaħ mhux biss għall‑ħajja, imma

JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI


wkoll biex ikun dixxiplu ta’ Ġesù. Mimli bl‑imħabba ta’ Ġesù huwa msejjaħ ukoll biex iħobb u jagħti lilu nnifsu għall‑imħabba ta’ ħutu. Il‑ħajja mhix destin imma pjan ta’ mħabba Ġieli l‑ġrajjiet tal‑ħajja jgħallmuna b’mod żbaljat li l‑ħajja hija xorti. “Min jitwieled xortih tajba u min b’xortih ħażina!”. Imma mhix din ir‑realtà. Il‑Vanġelu jgħallimna li l‑ħajja hija dejjem don, rigal frott l‑imħabba ta’ Alla. Wieħed mill‑ewwel għarfien li jrid jagħmel il‑bniedem huwa proprju dan – li jiskopri lilu nnifsu maħbub minn Alla, u li l‑ħajja li jgħix mhix għajr espressjoni ta’ din l‑imħabba. Il‑komunità Nisranija hija msejħa biex tgħin lil kull membru tagħha jagħraf din ir‑realtà li tinsab fil‑bażi mhux biss tal‑ħajja ta’ kull bniedem imma fuq kollox fil‑bażi tas‑serenità u l‑paċi tiegħu. Sakemm il‑bniedem ma jindunax li huwa tassew maħbub minn Alla, qatt ma jista’ jqis il‑ħajja bħala rigal. Il‑ħajja tibqa’ biss xorti, destin li sibt ruħek fih u trid tagħmel li tista’ biex meta tiġik tajba, takkwista kemm tiflaħ, f ’kompetizzjoni mal‑oħrajn, bl‑iskop uniku li tapprofitta minn kull mument u tipprova tevita t‑tbatija kif tista’, anki akkost li titfagħha fuq ħaddieħor jew li tuża mezzi mhux morali biex tiffrankaha. Meta nagħraf li fl‑għeruq tal‑eżistenza tiegħi bħala bniedem hemm l‑imħabba ta’ Alla li għażilni biex ngħix, il‑ħajja

tiegħi tieħu togħma għalkollox differenti. Inkun kapaċi nara mhux biss id‑diffikultajiet u l‑weġgħat, imma fuq kollox ninduna bis‑sabiħ u bil‑barkiet li rċevejt. Lin‑nies ta’ madwari ma nqishomx kompetituri jew ħallelin li jfixkluni milli nasal fejn irrid, imma aħwa li rċevew doni għax huma wkoll maħbubin mill‑Missier. Il‑ħajja ma tkunx aktar ġlieda ta’ poter jew ta’ min ser jaħkem l‑aktar, imma okkażjoni ta’ ferħ fil‑kondiviżjoni tal‑ġid u tad‑doni li kull wieħed u waħda rċevew. Din il‑konverżjoni mill‑ħajja destin jew xorti għall‑ħajja pjan ta’ mħabba hija meħtieġa biex nifhmu l‑Missjoni. Min il‑ħajja jeħodha bħala destin jew xorti, jgħaddi l‑parti kbira tagħha jara kif ser jakkwista għalih, kif ser ikun maħbub, kif ma jbatix, kif ser ikun aħjar mill‑oħrajn. Min il‑ħajja jeħodha bħala pjan ta’ mħabba, għandu l‑possibbiltà li jħossu xxurtjat u għalhekk iħoss il‑bżonn li jaqsam minn dak li rċieva mal‑oħrajn. Imħabba, sejħa għall‑ħajja u missjoni huma tliet uċuħ tal‑istess realtà. Kif nista’ ma nxandarx? Fil‑Messaġġ tiegħu għall‑Ġurnata Missjunarja ta’ din is‑sena, il‑Papa Franġisku jiffoka fuq in‑nar li għandu jkun hemm jaqbad fil‑qalb ta’ kull dixxiplu ta’ Ġesù biex ixandar l‑Aħbar it‑tajba hemm fejn għadha ma waslitx. Esperjenza sabiħa qatt ma nistgħu nżommuha għalina, imma jeħtieġ li nagħmlu esperjenza sabiħa ta’ Alla. Inkella t‑tħabbira li nippruvaw nagħmlu lill‑oħrajn tkun sempliċement frott id‑dmir

u ma jkollha l‑ebda saħħa għax tkun nieqsa mill‑involviment tal‑persuna sħiħa. Meta aħna d‑dixxipli ta’ Ġesù nagħmlu esperjenza vera tal‑ħelsien li ġġib il‑Kelma tiegħu u tas‑sbuħija meta timxi wara Ġesù, imbagħad il‑kliem tagħna u t‑tħabbira tagħna lill‑oħrajn ikollhom saħħa kbira għax ikunu mimlija mhux bl‑isforzi tagħna imma bl‑Ispirtu s‑Santu li jaħdem fina. Tħabbira bħal din ma tistax ma tħallix frott. Missjunarji fi djarna Qed ngħixu fi żmien fejn il‑quddiesa tal‑Ħadd, is‑sagrament tal‑qrar, it‑talb, m’għadhomx ċentrali bħalma kienu qabel fil‑ħajja tal‑familji tagħna. Dawk minna li għadhom iħossu l‑importanza tal‑ħajja tal‑fidi, huma msejħa biex ikomplu jidħlu fil‑fond tar‑relazzjoni tagħhom ma’ Alla. Hekk, il‑paċi tal‑qalb li jkollna meta nkunu ħbieb tiegħu tqanqalna u timbuttana biex immorru għand l‑oħrajn u noffrulhom is‑sabiħ tal‑fidi. Spiss dan kollu rridu nibdewh minn djarna. Jekk niskopru l‑ħajja tal‑fidi bħala esperjenza importanti, ma niddejqux inħajru oħrajn biex jidħlu fiha. Dawn jistgħu jkunu ħbiebna, ħutna, uliedna u xi drabi anki l‑ġenituri tagħna. Il‑Pjan Pastorali li qed nibdew fid‑Djoċesi ta’ Għawdex, għandu l‑għan li aħna li nqisu ruħna qrib tal‑Knisja, niskopru tassew is‑sabiħ tal‑fidi, biex hekk oħrajn jittieħdu minna.  Mons. Anton Teuma Isqof ta’ Għawdex 5


TEMA TAL‑JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 Ghax ahna

MA NISTGHUX MA

NITKELLMUX FUQ DAK LI

RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20

L

‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta ta’ din is‑sena, jenfasizza x‑xogħol importanti tal‑Knisja fil‑Kambodja, li għandha l‑għan li tilħaq lil dawk li ġew affettwati minn diżabilità, u tagħtihom tama u appoġġ biex jgħixu ħajja sodisfaċenti. It‑tema tal‑appell ġej mill‑Kotba tal‑Atti 4:20, “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”, u tfakkarna li hija l‑fidi tagħna f ’Alla li tibnina u ssaħħaħna, speċjalment fi żminijiet ta’ bżonn jew tbatija. Dan l‑appell jikkondividi l‑istorja ta’ Chen, vittma ta’ mina tal‑art li tilef saqajh it‑tnejn meta kellu biss 16‑il sena. Chen ingħata l‑kura u l‑opportunità li jdawwar din 6

it‑traġedja f ’riżultat pożittiv permezz tal‑appoġġ taċ‑Ċentru Arrupe fl‑Appostolika Prefettura ta’ Battambang fil‑Majjistral tal‑Kambodja. Imwaqqaf mill‑Isqof Enrique ‘Kike’ Figaredo Alvargonzalez fl‑2001, iċ‑Ċentru Arrupe evolva matul dawn l‑aħħar għoxrin sena minn ċentru ta’ rijabilitazzjoni għal dar permanenti għal tfal b’diżabilità, kemm jekk kawża t’inċidenti ta’ mini tal‑art jew minn mard bħall‑poljo. Kif jgħid l‑Isqof Kike: “Aħna qegħdin hawn għall‑ġid komuni; li nkunu soċjetà aktar inklussiva u li ġġib ukoll il‑ferħ tal‑ħajja kullimkien ... inħarsu b’viżjoni pożittiva, bit‑tama, bil‑ferħ u bl‑hena”. Iċ‑Ċentru Arrupe jistinka biex juri

l‑imħabba ta’ Alla permezz tal‑kura u jagħti l‑kuraġġ lil dawk fil‑bżonn. Illum, l‑inċidenti kkawżati minn mini tal‑art għadhom iseħħu fil‑Kambodja, tifkira krudili tal‑Kambodja tal‑passat u l‑gwerra ċivili fil‑pajjiż, anke għal dawk li kienu għadhom ma twildux matul is‑snin turbulenti tar‑reġim tal‑Khmer Rouge u l‑kunflitti ċivili li segwew. Iċ‑Ċentru Arrupe jeħtieġ b’mod urġenti sapport sabiex ikompli jipprovdi żgħażagħ bħal Chen b’opportunitajiet biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja sħiħa u dinjituża. It‑tfal u ż‑żgħażagħ li jibbenefikaw ħafna minn programmi bħal dan, jiddependu fuq l‑appoġġ li tista’ tipprovdi inti llum.

JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI


L‑ISTORJA TA’ DARA

Dara ‑ “Jien kburi u ferħan li ċ‑Ċentru Arrupe laqagħni u qed jagħtini taħriġ edukattiv sabiex inkun nista’ nsib impjieg fil‑futur.” Dara tilef il‑pala t’idu u parti mid‑dawl t’għajnejh meta waqt li kien m’oħtu fl‑għalqa ta’ nannuhom ġabar xi ħaġa tleqq li sab fl‑art. Dik li ġabar ma kienet xejn ħlief mina tal‑art li splodiet f ’idu. Illum

Dara jgħix fiċ‑Ċentru Arrupe, ċentru li jagħti għajnuna, edukazzjoni u taħriġ lil tfal b’diżabilità bħal Dara. Illum il‑ġurnata, Dara jmur l‑iskola u apparti li jmur tajjeb fl‑istudji, jogħġbu ħafna l‑isports. It‑tfajjel iħossu membru attiv fil‑komunità tiegħu u jgħid li t‑tim taċ‑Ċentru Arrupe jimbuttah ħafna sabiex kuljum iħossu iktar motivat u ħerqan li ’l quddiem jidħol fid‑dinja tax‑xogħol, u jsib xogħol għal qalbu.

Missier Dara jirringrazzja ’l Alla li Dara waqaf iħossu waħdu u minsi, u li nstab mit‑tim taċ‑Ċentru Arrupe. Il‑missier jgħid li huwa ma kellux riżorsi biżżejjed sabiex iżomm lil Dara miegħu, meta tilef il‑pala t’idu u parti mill‑vista. Dara qed jingħata ċans ieħor grazzi għaċ‑Ċentru Arrupe u għal MissioTfal li jgħin lil dan iċ‑ċentru bis‑saħħa tad‑donazzjonijiet u l‑qlub ġeneruża tal‑Maltin u l‑Għawdxin. 7


RIŻORSI Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021

Persuna twajba

m issib it-tajjeb f’ haddiehor. e j j e d

tagħrif għall‑animazzjoni missjunarja u għall‑appell ta’ ġbir ta’ fondi li huwa l‑għan aħħari fil‑Ġurnata Missjunarja u matul Ottubru kollu.

Websajt ta’ Missio Malta:

Il‑materjal kollu għas‑sena 2021 ta’ Missio Malta għall‑Ġurnata Missjunarja jinsab fuq is‑sit: http://www.missio.org.mt

Għin liċ‑Ċentru Arrupe jagħti l‑kuraġġ lin‑nies b’diżabilità fil‑Kambodja. Grazzi.

90

(VO/1178)

Kull skola tista’ tniżżel dan il‑materjal minn dan is‑sit, filwaqt li tħeġġeġ lill‑istudenti jżuruh u jagħmlu l‑istess.

sena ħidma għall‑missjoni

MISSIO (UFFIĊĊJU MISSJUNARJU) Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt

Powster tal‑Ġurnata Missjunarja: Ninkoraġġuk

sabiex twaħħal dawn il‑powsters fl‑iskola tiegħek, fejn l‑aktar li jidhru mill‑pubbliku. Żewġ Vidjows tal‑Ġurnata Missjunarja: Dawn

il‑vidjows inħadmu sabiex iwasslu l‑messaġġ li Missio Malta qiegħed jiffoka fuqu din is‑sena; għajnuna lit‑tfal 8

u liż‑żgħażagħ b’diżabilità li jgħixu fiċ‑Ċentru Arrupe, il‑Kambodja, sabiex jirċievu kura u edukazzjoni xierqa ħalli jkollhom tama għal futur aħjar. Dawn il‑vidjows huma mezz ta’ JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI


“Aħna qegħdin f’idejn Alla; aħna l‑qalb t’Alla; aħna qegħdin hawn bħala parti mill‑ġisem ta’ Kristu fid‑dinja.” Isqof Enrique ‘Kike’ Figaredo Alvargonzalez, fundatur taċ‑Ċentru Arrupe f’Battambang fil‑Majjistral tal‑Kambodja.

9


SPAZJI TA’ TALB (PRAYER SPACES)

Basket Ta’ Talb

Puzzle Pieces L‑għan ta’ dan l‑ispazju ta’ talb huwa sabiex it‑tfal jitgħallmu jaħsbu f ’dawk ta’ madwarhom. Jitgħallmu jħossu għall‑bżonnijiet tal‑oħrajn u jitolbu għalihom. Huwa mod kif tħobb meta titlob għall‑oħrajn. Għandek bżonn:

• Biċċiet minn ‘puzzle’ (tista’ jew tistampahom jew inkella tuża ‘puzzle’ li mhix tajba). • Stampa l‑istruzzjonijiet u waħħalhom fejn jidhru.

Ipprepara l‑oġġetti msemmijin hawn taħt, ikteb it‑talb fuq biċċiet tal‑karti u waħħalhom fuq kull oġġett bit‑tejp. Żid iktar oġġetti sabiex ikollok biżżejjed għal kull student. Stampa l‑istruzzjonijiet u waħħalhom fejn jidhru. Kaxxa żgħira: O Alla, nitolbok tgħinni nagħraf

x’inhuma t‑talenti tiegħi ħalli naqsamhom mal‑oħrajn. Ktieb tat‑talb: Nitolbok O Alla, biex inkun

inħobb naqra aktar dwarek u b’hekk inkun naf iżjed fuqek. Lembut żgħir: O Alla, nitolbok li nkun naf

nisma’ l‑aktar lil dawk li jkunu qed ibatu. Knee pads: Nitlob għalina t‑tfal biex inkunu

tfal li nħobbu nitolbu. Ktieb: O Alla agħmel li nkunu tfal li nagħtu

eżempju tajjeb lill‑oħrajn. Quddiemek qed tara biċċiet minn ‘puzzle’. Ħu waħda f’idejk u ftakar f’dawk il‑persuni li forsi taf li huma ġodda fl‑iskola, f’xi grupp li tattendi jew fir‑raħal fejn toqgħod. Għid talba għalihom biex iħossuhom milqugħin u f’posthom. 10

Mappa: Nitlob għal dawk li jieħdu ħsiebna biex

ikunu mudelli għalina u jwassluna għand Alla. Sweatband: Nitlob biex fil‑mumenti ibsin jew

fid‑dwejjaq nittamaw fik O Alla. JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI


Riga: Nitlob biex illum noqgħod attent/a kif

nuża kliemi sabiex infaħħar lill‑oħrajn, nitlob u ngħid skużani.

Fil‑kaxxa ta’ quddiemek għandek issib diversi rombli marbutin bi spaga. Ħu waħda, aqraha u żommha. X’taħseb fuq il‑messaġġ tiegħek? Jekk trid tista’ taqsam xi ħsibijiet ma’ sħabek. * Xi Eżempji:

Il‑basket ta’ quddiemek huwa mimli affarijiet. Ħu oġġett wieħed u itlob it‑talba li hemm imwaħħla fuqu. Wara ħalli l‑oġġett fuq il‑mejda.

• Min jagħlaq widnejh għall‑għajta tal‑fqir, ħadd ma jwieġbu meta jgħajjat hu. Proverbji 21:13 • Erfgħu t‑tagħbija ta’ xulxin, u hekk tkunu qegħdin tħarsu l‑liġi ta’ Kristu. Galatin 6:2 • Hieni min jaħseb fil‑fqir u d‑dgħajjef; f ’jum l‑għawġ jeħilsu l‑Mulej. Il‑Mulej iħarsu, jagħtih il‑ħajja u jhennih fuq l‑art; ma jitilqux għar‑rieda tal‑għedewwa tiegħu. Salm 41:1‑3

Messaġġ Personali L‑għan ta’ dan l‑ispazju ta’ talb huwa sabiex it‑tfal jitgħallmu jitolbu bil‑Bibbja li hija dejjem ħajja b’messaġġ li dejjem jgħodd għalina u li nistgħu ngħixuh. Għandek bżonn:

• Sentenzi mill‑Iskrittura stampati. * • Aqtagħhom u agħmilhom forma ta’ rombli f ’karti kkuluriti. • Orbothom bi spaga individwalment.

Nota lil xi ħadd speċjali L‑għan ta’ dan l‑ispazju ta’ talb huwa sabiex it‑tfal jagħtu merħba lil xulxin, l‑iktar lil dawk li ġew ġodda jew barranin ħalli jagħmlu ħbieb. Din hija wkoll parti mill‑missjoni tagħna; missjoni li nibdew nagħmluha ma’ dawk ta’ madwarna. Din l‑attività jistgħu jagħmluha wkoll fil‑klassi, billi kulħadd jibqa’ f ’postu u mbagħad fl‑aħħar jagħtu l‑invilopp lil xulxin. Għandek bżonn:

• Stampa l‑istruzzjonijiet u waħħalhom fejn jidhru.

• Karti fuq xiex jiktbu – bojod, ikkuluriti jew riċiklati. 11


qrib tiegħi. (Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f ’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.) Dan huwa l‑werrej. Dan is‑saba’ jfakkarni nitlob għal dawk li jgħallmuni u jixtiquli l‑ġid. (Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f ’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.)

• Xi stikers jew xi affarijiet biex iżżejnu. • Markers jew kuluri. • Inviloppi (jistgħu jkunu riċiklati) • L‑istruzzjonijiet stampati u mwaħħla fejn jidhru jew imtellgħin fuq il‑bord. Quddiemek għandek karti fuq xiex tikteb, stikers, inviloppi, kuluri u markers. Ħu karta u ikteb nota jew xi ħaġa sabiħa lil xi ħadd ġdid fil‑klassi jew lil xi ħadd li ġie minn barra biex tagħmillu kuraġġ. Kif tlesti tista’ tpinġi xi ħaġa jew iżżejjen b’xi stikers. Wara poġġi n‑nota fl‑invilopp u agħtiha lill‑persuna.

Dan huwa l‑itwal saba’. Dan ifakkarni biex nitlob għal dawk li jieħdu deċiżjonijiet kbar, bħall‑mexxejja tad‑dinja. (Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f ’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.) Dan huwa l‑aktar saba’ dgħajjef. Dan ifakkarni biex nitlob għat‑tfal li huma morda, imdejqin u waħedhom. (Ikteb l‑ismijiet ta’ dawk li jiġuk f ’moħħok fuq il‑linji t’hawn taħt.) Issa li tlabt għal kulħadd, is‑saba’ ż‑żgħir ifakkarni biex nitlob GĦALIJA NNIFSI! Dawk l‑aktar qrib ta’ qalbi: ___________________ _____________________________________________ _____________________________________________ Dawk li jgħallmuni: _________________________ _____________________________________________ _____________________________________________ Dawk li jmexxu: _____________________________ _____________________________________________ _____________________________________________

5. It‑Talba Tal‑Ħames Swaba’ Ejjew nużaw is‑swaba’ ta’ jdejna sabiex nitolbu għall‑oħrajn. Is‑saba’ l‑kbir huwa l‑eqreb ta’ qalbi, għalhekk ser nużah biex ifakkarni nitlob għal dawk 12

Dawk li huma morda, imdejqin u waħedhom: _____________________________________________ _____________________________________________ _____________________________________________ JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI


MESSAĠĠ GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2021

Ghax ahna MA NISTGHUX FUQ DAK LI

MA NITKELLMUX

RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20

I

ċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ġurnata Missjunarja Dinjija hija okkażjoni biex mill‑ġdid nisħqu fuq it‑talb, ir‑riflessjoni u l‑għajnuna materjali tagħna sabiex ikunu opportunità ħalli nieħdu sehem attiv fil‑missjoni ta’ Ġesù fil‑Knisja tiegħu. L‑għan tal‑ġbir li jsir waqt iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi tat‑Tielet Ħadd t’Ottubru, u li permezz tiegħu nuru l‑imħabba tagħna, huwa li jsostni l‑ħidma missjunarja li ssir f ’isem il‑Papa mill‑Opri Missjunarji Pontifiċji (Missio) sabiex tingħata l‑għajnuna spiritwali u materjali lill‑popli u lill‑knejjes fid‑dinja kollha, għas‑salvazzjoni ta’ kulħadd. Papa Franġisku għoġbu jagħżel it‑tema: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Dan huwa l‑appell annwali tal‑Knisja Kattolika madwar id‑dinja kollha, li fil‑gżejjer Maltin hija rappreżentata minn Missio Malta, għall‑Ġurnata Missjunarja

2021, li din is‑sena ser taħbat nhar il‑Ħadd 24 t’Ottubru. Ottubru huwa x‑xahar missjunarju madwar id‑dinja fejn il‑Knisja tfakkar ix‑xogħol imprezzabbli fil‑missjoni, u titlob u tqajjem kuxjenza fuq pajjiżi foqra u l‑bżonnijiet tagħhom. Apparti minn hekk, kull donazzjoni li tinġabar fil‑Ġurnata Missjunarja tmur għall‑bżonnijiet tal‑knejjes, skejjel, sptarijiet kif ukoll vokazzjonijiet fejn il‑Knisja għadha ġdida, żgħira jew fqira. Papa Franġisku jgħidilna li l‑istess bħall‑appostli u

l‑ewwel Insara, aħna wkoll nistgħu ngħidu b’konvinzjoni sħiħa: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Kull ħaġa li rċivejna u nirċievu mingħand il‑Mulej għandha tkun imħaddma tajjeb, u għandha tiġi maqsuma ma’ ħaddieħor. Hekk kif l‑appostli raw, semgħu u messew lil Ġesù, hekk aħna wkoll nistgħu nmissu t‑tbatija u l‑glorja ta’ Ġesù. Bħala Nsara, ma nistgħux inżommu lil Alla għalina nfusna, imma jeħtieġ li nevanġelizzaw. 13


RIŻORSI OĦRA

Jum Dinji tal‑Ktieb Din l‑attività ideali biex issir fil‑librerija tal‑iskola jew tar‑raħal fejn it‑tfal ikollhom sett ta’ mistoqsijiet li r‑risposti tagħhom isibuhom f ’xi ktieb partikolari. Din tista’ tkun forma ta’ kompetizzjoni bejn it‑tfal stess. Jirbaħ min ilesti l‑ewwel jew min jispiċċa l‑mistoqsijiet kollha. Ikun hemm miżata ta’ parteċipazzjoni b’risq MissioTfal.

Kwizz Għall-Familji L‑iskola tistieden lill‑familjari tat‑tfal jieħdu sehem f ’serata ta’ kwizz fejn dawn jitqassmu f ’timijiet. Kull min jattendi għal din is‑serata jagħti donazzjoni b’risq MissioTfal. Jistgħu wkoll jinbiegħu xi ‘snacks’ u xorb sabiex tkun iżjed interessanti.

‘Sale Week’ Bħala skola tista’ tiġi organizzata ġimgħa ta’ bejgħ ta’ affarijiet tajbin u bl‑għajnuna tal‑ġenituri jiġu ppreparati tilari b’affarijiet għal bejgħ b’risq MissioTfal.

‘Art Attack’ Nistiednu lill‑istudenti biex jieħdu sehem f ’kompetizzjoni tal‑arti skont xi tema. Ikun hemm miżata ta’ parteċipazzjoni b’risq MissioTfal. Dawn it‑tpinġijiet jiġu ppubblikati fuq ir‑rivista ‘Tfal Missjunarji’ u fuq il‑websajt ta’ Missio Malta. 14

Festin Għall‑Karità L‑iskola torganizza festini għal dawk it‑tfal li ser jagħlqu sninhom f ’dak ix‑xahar. Il‑mistednin iħallsu xi ħaġa żgħira tal‑flus u ftit minn dak li jinġabar imur b’risq MissioTfal. JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI


NOTI

15


Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 2123 1272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Missio Ktejjeb ta' Rizorsi Skejjel 2021 by Missio Malta - Issuu