Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021 K T E J J E B TA’ R I ŻO R S I
Ghax ahna
MA NISTGHUX MA
NITKELLMUX FUQ DAK LI
RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20
Jien. Int. Aħna. Flimkien. ( VO/1178)
90
sena ħidma għall‑missjoni
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR NAZZJONALI TA’ MISSIO GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021 bħala xorti ħażina u b’hekk ħajjithom tkun f ’riskju. L‑iskola ser tipprovdi opportunitajiet għat‑tfal f ’Dar Nazaret, kif ukoll studenti miż‑żona lokali, sabiex jaċċessaw taħriġ tal‑ħiliet li jgħinuhom jaqilgħu dħul u jipprovdu għalihom infushom.
Għ
eżież Isqfijiet, Kappillani u Assistenti Kappillani, Djakni, Kunsilli Parrokkjali u Għaqdiet Parrokkjali, Grazzi tal‑appoġġ kontinwu tagħkom lejn Missio u l‑ħidma vitali tiegħu f ’1,100 djoċesi madwar id‑dinja. Grazzi għall‑ġenerożità tagħkom, il‑fondi miġbura mill‑Appell tal‑Knisja tas‑sena l‑oħra ppermetta lil Swor Stan Therese Mumuni tlesti l‑kostruzzjoni ta’ skola ta’ taħriġ vokazzjonali, li se tipprovdi edukazzjoni lit‑tfal f ’Dar Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla.
Illum, bi pjaċir nintroduċi l‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta ta’ din is‑sena, bit‑tema tagħha ispirata mill‑Kotba tal‑Atti 4:20, “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”. Dan l‑appell jiffoka fuq il‑ħidma tal‑Knisja fil‑Kambodja biex tilħaq lil dawk li ġew affettwati minn diżabilità, u
jagħtuhom tama u appoġġ biex jgħixu ħajja dinjituża. Aħna nixtiequ naqsmu l‑istorja ta’ Chen, li rifes mina tal‑art u tilef saqajh it‑tnejn meta kien għad kellu biss sittax‑il sena. Chen ingħata l‑kura u l‑opportunità li jdawwar din il‑ġrajja traġika f ’riżultat pożittiv permezz tal‑appoġġ taċ‑Ċentru Arrupe li jinsab fil‑Prefettura Appostolika ta’ Battambang fil‑Majjistral tal‑Kambodja. Imwaqqaf mill‑Isqof Enrique Figaredo Alvargonzalez fl‑2001, iċ‑Ċentru Arrupe evolva matul l‑aħħar għoxrin sena minn ċentru
Skont id‑drawwiet lokali f ’partijiet tat‑Tramuntana tal‑Ghana, xi nies jistgħu jikkunsidraw tfal imwielda b’diżabilità jew li ommhom tmut matul twelidhom, 2
JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI
Ghax ahna
ta’ rijabilitazzjoni għal dar permanenti għal tfal b’diżabilità, kemm jekk ikkawżata minn inċidenti minn mini tal‑art jew minn mard ieħor bħall‑poljo.
MA NISTGHUX MA
NITKELLMUX FUQ DAK LI
RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20
Iċ‑Ċentru Arrupe għandu bżonn urġenti ta’ sapport sabiex ikompli jipprovdi lil żgħażagħ bħal Chen b’opportunitajiet ħalli jkunu jistgħu jgħixu ħajja sħiħa u dinjituża. Nistieden lilkom u lill‑parruċċani tagħkom biex tissieħbu magħna biex nappoġġjaw ix‑xogħol tal‑Knisja fil‑Kambodja u madwar id‑dinja kollha. Dan il‑ktejjeb tal‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta fih firxa ta’ informazzjoni u riżorsi għall‑promozzjoni matul il‑ġimgħat li jwasslu għall‑appell tagħkom fi tmiem il‑ġimgħa ta’ Jum Dinji Missjunarju. Jekk jogħġbok ikkuntattjana billi ċċempel 2123 6962 jew ibgħat imejl fuq info@missio.org.mt jekk teħtieġ xi informazzjoni jew riżorsi oħra. Tiegħek fi Kristu,
Messaġġ ta’ Monsinjur Arċisqof għall‑Jum Dinji tal‑Missjonijiet 2021...........4 Messaġġ ta’ Monsinjur Isqof ta’ Għawdex għall‑Jum Dinji tal‑Missjonijiet 2020...........................................................................................................................................................4 Tema tal-Jum Dinji Missjunarju 2021...........................................................................................................6 L‑Istorja ta’ Chen..................................................................................................................................................................... 7 Riżorsi.....................................................................................................................................................................................................8 Talb għaċ‑Ċelebrazzjoni tal‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta............................11
Mons. Valentino Borg Direttur Nazzjonali Missio Malta
Messaġġ tal‑Qdusija Tiegħu Papa Franġisku għall‑Jum Dinji tal‑Missjonijiet 2021 ................................................................................................................................................ 12
3
MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ARĊISQOF GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021 minn pajjiżna biex ikunu ta’ servizz għall‑komunitajiet lokali u jwasslu x‑xhieda tal‑Evanġelju, bil‑ferħ u l‑għaqda li jġib miegħu l‑messaġġ ta’ Ġesù.
Fl
‑24 ta’ Ottubru ta’ din is‑sena, il‑Knisja Universali tiċċelebra Jum il‑Missjoni. Aħna lkoll imsejħin biex inkunu dixxipli missjunarji. Kull fejn qegħdin irridu nwasslu x‑xhieda tal‑imħabba ta’ Ġesù għalina u d‑devozzjoni tagħna lejh, b’mod speċjali bis‑solidarjetà tagħna mal‑proxxmu. Imma f ’dan il‑Ħadd partikolari niftakru f ’tant nies ġenerużi: saċerdoti, reliġjużi u wkoll lajċi, li jagħtu ħajjithom f ’artijiet imbiegħda
Jiena naf li l‑missjunarji tagħna qed jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet tassew diffiċli, b’mod speċjali f ’sena li għadha mmarkata bil‑pandemija COVID‑19. Ħafna minnhom jiltaqgħu ma’ popolazzjonijiet sħaħ fl‑irħula mbiegħda, fil‑muntanji jew ħdejn ix‑xmajjar, u li m’għandhom l‑ebda faraġ jew għajnuna medika. Hemm diversi missjunarji Maltin u Għawdxin li qegħdin jużaw ir‑riżorsi li qed nagħtuhom mhux biss biex ikomplu jxandru l‑Evanġelju, imma wkoll biex ikomplu l‑kmand ta’ Ġesù meta lid‑dixxipli tahom il‑qawwa li jfejqu; ifejqu wkoll permezz tal‑mediċina moderna.
Nixtieq li f ’dan il‑Jum Missjunarju partikolari tal‑2021 nitolbu ħafna għall‑missjunarji tagħna, imma mhux biss. Nitolbu għall‑missjunarji kollha tal‑Knisja Kattolika li qegħdin jaħdmu f ’sitwazzjonijiet diffiċli li huma milquta mill‑għargħar, min‑nirien kbar jew mit‑terremoti. F’dawn il‑popolazzjonijiet li aħna niltaqgħu magħhom permezz tal‑mezzi ta’ komunikazzjoni, hemm ukoll l‑għatx għall‑Kelma ta’ Ġesù, għall‑ferħ ta’ min iħossu maħbub u maħfur. Kull għotja tagħna, żgħira kemm hi żgħira, hija att ta’ mħabba li jagħmel kuraġġ lil dawn ħutna li mhux biss qegħdin jagħtu ħajjithom, imma wkoll qegħdin jiltaqgħu ma’ Ġesù fil‑proxxmu. Charles Jude Scicluna Arċisqof ta’ Malta
MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ISQOF TA’ GĦAWDEX GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021 M’hemmx sejħa għall‑ħajja mingħajr missjoni Alla jsejjaħ lil min iħobb. Il‑ħajja hija sejħa li tiġi mill‑imħabba u hija sejħa għall‑imħabba.
Inħabbru Dak li Rajna u Smajna 4
Meta Ġesù jsejjaħ lit‑Tnax, San Mark jgħidilna li “sejjaħ lil dawk li ried hu” (3:13), fi kliem ieħor lil dawk li ħabb. Meta Ġesù jsejjaħ liż‑żagħżugħ għani, il‑Vanġelu jgħidilna li Ġesù “ħares lejh u ħabbu” (10:21). Kull bniedem li huwa
msejjaħ għall‑ħajja, huwa rigal tal‑imħabba ta’ Alla murija fl‑imħabba ta’ raġel u mara li jsiru ġenituri. Mas‑sejħa tal‑ħajja hemm marbuta wkoll il‑missjoni tal‑kondiviżjoni fir‑relazzjoni. Il‑bniedem li huwa msejjaħ għall‑ħajja frott l‑imħabba, huwa mibgħut biex jgħix il‑ħajja flimkien ma’ oħrajn. In‑Nisrani, frott l‑imħabba, huwa msejjaħ mhux biss għall‑ħajja, imma
JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI
wkoll biex ikun dixxiplu ta’ Ġesù. Mimli bl‑imħabba ta’ Ġesù huwa msejjaħ ukoll biex iħobb u jagħti lilu nnifsu għall‑imħabba ta’ ħutu. Il‑ħajja mhix destin imma pjan ta’ mħabba Ġieli l‑ġrajjiet tal‑ħajja jgħallmuna b’mod żbaljat li l‑ħajja hija xorti. “Min jitwieled xortih tajba u min b’xortih ħażina!”. Imma mhix din ir‑realtà. Il‑Vanġelu jgħallimna li l‑ħajja hija dejjem don, rigal frott l‑imħabba ta’ Alla. Wieħed mill‑ewwel għarfien li jrid jagħmel il‑bniedem huwa proprju dan – li jiskopri lilu nnifsu maħbub minn Alla, u li l‑ħajja li jgħix mhix għajr espressjoni ta’ din l‑imħabba. Il‑komunità Nisranija hija msejħa biex tgħin lil kull membru tagħha jagħraf din ir‑realtà li tinsab fil‑bażi mhux biss tal‑ħajja ta’ kull bniedem imma fuq kollox fil‑bażi tas‑serenità u l‑paċi tiegħu. Sakemm il‑bniedem ma jindunax li huwa tassew maħbub minn Alla, qatt ma jista’ jqis il‑ħajja bħala rigal. Il‑ħajja tibqa’ biss xorti, destin li sibt ruħek fih u trid tagħmel li tista’ biex meta tiġik tajba, takkwista kemm tiflaħ, f ’kompetizzjoni mal‑oħrajn, bl‑iskop uniku li tapprofitta minn kull mument u tipprova tevita t‑tbatija kif tista’, anki akkost li titfagħha fuq ħaddieħor jew li tuża mezzi mhux morali biex tiffrankaha. Meta nagħraf li fl‑għeruq tal‑eżistenza tiegħi bħala bniedem hemm l‑imħabba ta’ Alla li għażilni biex ngħix, il‑ħajja
tiegħi tieħu togħma għalkollox differenti. Inkun kapaċi nara mhux biss id‑diffikultajiet u l‑weġgħat, imma fuq kollox ninduna bis‑sabiħ u bil‑barkiet li rċevejt. Lin‑nies ta’ madwari ma nqishomx kompetituri jew ħallelin li jfixkluni milli nasal fejn irrid, imma aħwa li rċevew doni għax huma wkoll maħbubin mill‑Missier. Il‑ħajja ma tkunx aktar ġlieda ta’ poter jew ta’ min ser jaħkem l‑aktar, imma okkażjoni ta’ ferħ fil‑kondiviżjoni tal‑ġid u tad‑doni li kull wieħed u waħda rċevew. Din il‑konverżjoni mill‑ħajja destin jew xorti għall‑ħajja pjan ta’ mħabba hija meħtieġa biex nifhmu l‑Missjoni. Min il‑ħajja jeħodha bħala destin jew xorti, jgħaddi l‑parti kbira tagħha jara kif ser jakkwista għalih, kif ser ikun maħbub, kif ma jbatix, kif ser ikun aħjar mill‑oħrajn. Min il‑ħajja jeħodha bħala pjan ta’ mħabba, għandu l‑possibbiltà li jħossu xxurtjat u għalhekk iħoss il‑bżonn li jaqsam minn dak li rċieva mal‑oħrajn. Imħabba, sejħa għall‑ħajja u missjoni huma tliet uċuħ tal‑istess realtà. Kif nista’ ma nxandarx? Fil‑Messaġġ tiegħu għall‑Ġurnata Missjunarja ta’ din is‑sena, il‑Papa Franġisku jiffoka fuq in‑nar li għandu jkun hemm jaqbad fil‑qalb ta’ kull dixxiplu ta’ Ġesù biex ixandar l‑Aħbar it‑tajba hemm fejn għadha ma waslitx. Esperjenza sabiħa qatt ma nistgħu nżommuha għalina, imma jeħtieġ li nagħmlu esperjenza sabiħa ta’ Alla. Inkella t‑tħabbira li nippruvaw nagħmlu lill‑oħrajn tkun sempliċement frott id‑dmir
u ma jkollha l‑ebda saħħa għax tkun nieqsa mill‑involviment tal‑persuna sħiħa. Meta aħna d‑dixxipli ta’ Ġesù nagħmlu esperjenza vera tal‑ħelsien li ġġib il‑Kelma tiegħu u tas‑sbuħija meta timxi wara Ġesù, imbagħad il‑kliem tagħna u t‑tħabbira tagħna lill‑oħrajn ikollhom saħħa kbira għax ikunu mimlija mhux bl‑isforzi tagħna imma bl‑Ispirtu s‑Santu li jaħdem fina. Tħabbira bħal din ma tistax ma tħallix frott. Missjunarji fi djarna Qed ngħixu fi żmien fejn il‑quddiesa tal‑Ħadd, is‑sagrament tal‑qrar, it‑talb, m’għadhomx ċentrali bħalma kienu qabel fil‑ħajja tal‑familji tagħna. Dawk minna li għadhom iħossu l‑importanza tal‑ħajja tal‑fidi, huma msejħa biex ikomplu jidħlu fil‑fond tar‑relazzjoni tagħhom ma’ Alla. Hekk, il‑paċi tal‑qalb li jkollna meta nkunu ħbieb tiegħu tqanqalna u timbuttana biex immorru għand l‑oħrajn u noffrulhom is‑sabiħ tal‑fidi. Spiss dan kollu rridu nibdewh minn djarna. Jekk niskopru l‑ħajja tal‑fidi bħala esperjenza importanti, ma niddejqux inħajru oħrajn biex jidħlu fiha. Dawn jistgħu jkunu ħbiebna, ħutna, uliedna u xi drabi anki l‑ġenituri tagħna. Il‑Pjan Pastorali li qed nibdew fid‑Djoċesi ta’ Għawdex, għandu l‑għan li aħna li nqisu ruħna qrib tal‑Knisja, niskopru tassew is‑sabiħ tal‑fidi, biex hekk oħrajn jittieħdu minna. Mons. Anton Teuma Isqof ta’ Għawdex 5
TEMA TAL-JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 Ghax ahna
MA NISTGHUX MA
NITKELLMUX FUQ DAK LI
RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20
L
‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta ta’ din is‑sena, jenfasizza x‑xogħol importanti tal‑Knisja fil‑Kambodja, li għandha l‑għan li tilħaq lil dawk li ġew affettwati minn diżabilità, u tagħtihom tama u appoġġ biex jgħixu ħajja sodisfaċenti. It‑tema tal‑appell ġej mill‑Kotba tal‑Atti 4:20, “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”, u tfakkarna li hija l‑fidi tagħna f ’Alla li tibnina u ssaħħaħna, speċjalment fi żminijiet ta’ bżonn jew tbatija. Dan l‑appell jikkondividi l‑istorja ta’ Chen, vittma ta’ mina tal‑art li tilef saqajh it‑tnejn meta kellu biss 16‑il sena. Chen ingħata l‑kura u l‑opportunità li jdawwar din 6
it‑traġedja f ’riżultat pożittiv permezz tal‑appoġġ taċ‑Ċentru Arrupe fl‑Appostolika Prefettura ta’ Battambang fil‑Majjistral tal‑Kambodja. Imwaqqaf mill‑Isqof Enrique ‘Kike’ Figaredo Alvargonzalez fl‑2001, iċ‑Ċentru Arrupe evolva matul dawn l‑aħħar għoxrin sena minn ċentru ta’ rijabilitazzjoni għal dar permanenti għal tfal b’diżabilità, kemm jekk kawża t’inċidenti ta’ mini tal‑art jew minn mard bħall‑poljo. Kif jgħid l‑Isqof Kike: “Aħna qegħdin hawn għall‑ġid komuni; li nkunu soċjetà aktar inklussiva u li ġġib ukoll il‑ferħ tal‑ħajja kullimkien ... inħarsu b’viżjoni pożittiva, bit‑tama, bil‑ferħ u bl‑hena”. Iċ‑Ċentru Arrupe jistinka biex juri
l‑imħabba ta’ Alla permezz tal‑kura u jagħti l‑kuraġġ lil dawk fil‑bżonn. Illum, l‑inċidenti kkawżati minn mini tal‑art għadhom iseħħu fil‑Kambodja, tifkira krudili tal‑Kambodja tal‑passat u l‑gwerra ċivili fil‑pajjiż, anke għal dawk li kienu għadhom ma twildux matul is‑snin turbulenti tar‑reġim tal‑Khmer Rouge u l‑kunflitti ċivili li segwew. Iċ‑Ċentru Arrupe jeħtieġ b’mod urġenti sapport sabiex ikompli jipprovdi żgħażagħ bħal Chen b’opportunitajiet biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja sħiħa u dinjituża. It‑tfal u ż‑żgħażagħ li jibbenefikaw ħafna minn programmi bħal dan, jiddependu fuq l‑appoġġ li tista’ tipprovdi inti llum.
JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI
L‑ISTORJA TA’ CHEN
Chen ‑ “Għandi ċans inkompli l‑istudji tiegħi u naħdem ukoll. Qisni għandi ħajja ġdida!” Sa għaxar snin ilu, il‑ħajja ta’ Chen kienet differenti ħafna hekk kif kien jieħu gost imur l‑iskola, jgħin lill‑familja tiegħu fir‑razzett u jilgħab il‑futbol ma’ sħabu. Imma kollox inbidel, meta Chen rifes fuq mina tal‑art li ħaditlu saqajh t‑tnejn. Fil‑bidu kienet diffiċli wisq għal Chen biex jaċċetta li ma setax jimxi iktar
b’mod normali bħal qabel. Il‑limitazzjoni kienet kemm fiżika kif ukoll mentali, hekk kif beda jħossu ta’ piż fuq il‑familja tiegħu li diġà kienu qed jitħabtu finanzjarjament. Meta t‑tama dehret mitlufa, Chen instab mill‑Isqof Kike Figaredo u t‑tim taċ‑Ċentru Arrupe. Illum l‑ġurnata, Chen mhux biss ma jħossux ta’ piż, imma jgawdi suċċess akkademiku u professjonali. Fil‑fatt, illum l‑ġurnata Chen qed jistudja l‑ipprogrammar tal‑IT fl‑università filwaqt li
jaħdem fiċ‑ċentru tat‑tessuti ‘La Paloma’. Apparti minn hekk, huwa meqjus ta’ eżempju kbir għal żgħażagħ residenti oħra fiċ‑ċentru, għax bl‑istess mod li sab s‑sapport u l‑imħabba hu, issa qiegħed jagħti s‑sapport huwa stess lil residenti oħra sħabu. Chen qed jingħata ċans ieħor grazzi għaċ‑Ċentru Arrupe u għal Missio li jgħin lil dan iċ‑ċentru bis‑saħħa tad‑donazzjonijiet u l‑qlub ġeneruża tal‑Maltin u l‑Għawdxin. 7
RIŻORSI annwali ta’ Missio Malta. Din is‑sena aħna mistiedna nissieħbu mal‑Knisja fil‑Kambodja, li qed tilħaq lil dawk li kienu milquta minn diżabilità, u tagħtihom tama u appoġġ biex jgħixu ħajja sodisfaċenti.
Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021
Ghax ahna
MA NISTGHUX MA
NITKELLMUX FUQ DAK LI
RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20
SMS:
5061 9294
TEL:
għal donazzjoni ta’
5070 2063
għal donazzjoni ta’
€11.65
€15
Għin liċ‑Ċentru Arrupe jagħti l‑kuraġġ lin‑nies b’diżabilità fil‑Kambodja. Agħti donazzjoni llum. Grazzi. Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
90
sena ħidma għall‑missjoni
Powster tal‑Ġurnata Missjunarja: Ninkoraġġuk sabiex twaħħal dawn il‑powsters fil‑parroċċa tiegħek, fejn l‑aktar li jidhru mill‑pubbliku.
Il‑ġimgħa d‑dieħla inti ser tkun offrut l‑opportunità li tissieħeb personalment mal‑Knisja fil‑Kambodja biex tappoġġja programmi ffukati fuq il‑komunità u t‑tfal fil‑Kambodja. Jekk jogħġbok kun ippreparat li tagħti b’mod ġeneruż.
Ġimgħa qabel il‑Ġurnata Missjunarja: Fi tmiem il‑ġimgħa tal‑ġimgħa d‑dieħla l‑parroċċa tagħna se tkun qed iżżomm l‑appell missjunarju
Fi tmiem il‑ġimgħa tal‑Ġurnata Missjunarja: Illum, l‑inċidenti kkawżati mill‑mini tal‑art għadhom iseħħu fil‑Kambodja, tfakkira
MISSIO (UFFIĊĊJU MISSJUNARJU) Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt
D
awn l-avviżi nħolqu biex jgħinu lill‑parroċċa tiegħek tippromwovi l‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta ta ’din is‑sena. Dawn huma metodi effettivi sabiex tinfurmaw lill‑parruċċani tagħkom dwar l‑appell li jkun imiss, u mod sabiħ biex tirringrazzjahom tal‑ġenerożità tagħhom u għall‑appoġġ wara t‑tmiem il‑ġimgħa tal‑appell. 8
Chen kellu biss 16‑il sena meta tilef saqajh it‑tnejn f ’inċident tal‑mini tal‑art. Huwa kien jaf li ħajtu qatt mhi ser tkun l‑istess, u ħassu bla tama, sakemm hu u l‑familja tiegħu ġew avviċinati miċ‑Ċentru Arrupe. Immexxi mill‑Isqof Enrique ‘Kike” Figaredo Alvargonzalez, iċ‑Ċentru Arrupe jipprovdi lil tfal bħal Chen b’appoġġ u b’opportunitajiet li huma jista’ ma jkollhomx aċċess għalihom mod ieħor.
JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI
U SMAJNA ATTI 4:20
Żewġ Vidjows tal‑Ġurnata Missjunarja: Dawn il‑vidjows inħadmu sabiex iwasslu l‑messaġġ li Missio Malta qiegħed jiffoka fuqu din is‑sena; għajnuna lit‑tfal u żgħażagħ b’diżabilità li jgħixu fiċ‑Ċentru Arrupe, il‑Kambodja, sabiex jirċievu kura u edukazzjoni xierqa ħalli jkollhom tama għal futur aħjar. Dawn il‑vidjows huma mezz ta’ tagħrif għall‑animazzjoni missjunarja u għall‑appell ta’ ġbir ta’ fondi li huwa l‑għan aħħari fil‑Ġurnata Missjunarja u matul Ottubru kollu.
Jekk se tuża l-posta, jekk jogħġbok waħħal bolla.
Jum Dinji Missjunarju
Ghax ahna
MA NISTGHUX MA
NITKELLMUX FUQ DAK LI
RAJNA U SMAJNA
ex Missio Għawd llem, Nru. 7, Triq l-Imgħa 6 Ir-Rabat - VCT906 Għawdex
ATTI 4:20
Tista’ tagħmel
donazzjoni online
fuq
.mt www.missio.org
UX fuq dak li RAJNA U SMAJNA
ATTI 4:20
Flimkien. Jien. Int. Aħna. (V0/1178)
Ghax ahna MA
NISTGHUX MA NITKELLM
Ringrazzjamemt il‑ġimgħa ta’ wara l‑appell tal‑Ġurnata Missjunarja: Grazzi talli appoġġajtu l‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta ta’ din is‑sena permezz tad‑donazzjonijiet u t‑talb tagħkom.
Għal aktar informazzjoni dwar ix‑xogħol tal‑Missjoni Kattolika fil‑Kambodja u madwar id‑dinja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Missio Malta fuq 2123 6962 jew info@missio.org.mt jew żur is‑sit www.missio.org.mt. MUX fuq dak li RAJNA
Illum għandek l‑opportunità li tappoġġja liċ‑Ċentru Arrupe hekk kif ikompli dan ix-xogħol essenzjali. Id‑donazzjoni tiegħek ser tiffinanzja programmi ffokati fuq il‑komunità u t‑tfal immexxija mill‑Knisja fil‑Kambodja. Id‑donazzjoni tiegħek illum hija wkoll apprezzata ħafna u se tagħmel differenza kbira għal dawk fil‑bżonn fil‑Kambodja u madwar id‑dinja kollha.
Grazzi wkoll lil tant parruċċani li jibqgħu jagħtu donazzjoni spissa permezz tad‑diversi metodi li Missio Malta jipprovdi lill‑benefatturi tiegħu.
NISTGHUX MA NITKELL
Ser tisma’ dwar l‑istorja ta’ Chen ‑ kif l‑inċident tiegħu tal‑mini tal‑art affettwalu mhux biss ħajtu, imma dik tal‑familja tiegħu; u kif iċ‑Ċentru Arrupe, immexxi mill‑Isqof Enrique Figaredo Alvargonzalez, qed jipprovdi lil ħafna tfal u familji affettwati minn diżabilità, l‑appoġġ li għandhom bżonn biex jgħixu ħajja dinjituża.
Il‑ġenerożità tagħkom tagħmilha possibbli għan‑nies, permezz ta’ programmi bħaċ‑Ċentru Arrupe, biex ikomplu jilħqu u jagħtu l‑kuraġġ lil nies bħal Chen u l‑familja tiegħu.
Ghax ahna MA
krudili tal‑passat ikrah tal‑pajjiż, anke għal dawk li kienu għadhom ma twildux matul is‑snin turbulenti tar‑Reġim tal‑Khmer Rouge u konflitti ċivili.
Jum Dinji Missjunarju
Jekk se tuża l-posta, jekk jogħġbok waħħal bolla.
Ghax ahna
MA NISTGHUX MA
NITKELLMUX FUQ DAK LI
RAJNA U SMAJNA
Jekk trid tgħin proġett ieħor: Żur il-websajt www.missio.org.mt/projects
Missio Malta Nru. 7, Triq il-Merkan ti, Il-Belt Valletta - VLT1171 Malta
ATTI 4:20
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Tista’ tagħmel
donazzjoni online
fuq www.missio.org.mt
Invilopp Mibgħut fid‑Djar: Inti wkoll tista’ tagħti d‑donazzjoni tiegħek billi tpoġġiha fl‑invilopp li wasallek id‑dar f’dawn l‑aħħar jiem. Iċ‑ċekkijiet għandhom jiġu indirizzati lil Missio Malta. L‑invilopp tista’ jew tibagħtu bil‑posta lil Missio Malta kif indikat fuqu stess jew inkella tħallih fil‑qoffa tal‑ġabra tal‑parroċċa tiegħek.
Websajt ta’ Missio Malta: Il‑materjal kollu għas‑sena 2021 ta’ Missio Malta għall‑Ġurnata Missjunarja jinsab fuq is‑sit: http://www. missio.org.mt Kull parroċċa tista’ tniżżel dan il‑materjal minn dan is‑sit, filwaqt li tħeġġeġ lill‑parruċċani jżuruh u jagħmlu l‑istess. 9
“Aħna qegħdin f’idejn Alla; aħna l‑qalb t’Alla; aħna qegħdin hawn bħala parti mill‑ġisem ta’ Kristu fid‑dinja.” Isqof Enrique ‘Kike’ Figaredo Alvargonzalez, fundatur taċ‑Ċentru Arrupe f’Battambang fil‑Majjistral tal‑Kambodja.
10
JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI
TALB GĦAĊ‑ĊELEBRAZZJONI TAL‑APPELL TAL‑KNISJA TA’ MISSIO MALTA Kolletta Missier, int trid li l‑Knisja tiegħek tkun is‑sagrament tas‑salvazzjoni għall‑popli kollha. Agħmilna nħossu aktar b’urġenza s‑sejħa biex naħdmu għas‑salvazzjoni ta’ kulħadd, sakemm tagħmilna lkoll poplu wieħed. Ispira l‑qlub tan‑nies kollha tiegħek biex ikomplu l‑ħidma ta’ salvazzjoni ta’ Kristu kullimkien sat‑trufijiet tad‑dinja.
Talb Universali Ċelebrant: Meta nkunu nafu li l‑imħabba t’Alla testendi għall‑umanità kollha u b’mod speċjali għall‑iktar emarġinati u vulnerabbli, u li Kristu joffri l‑ħajja b’mod sħiħ lit‑tfal kollha ta’ Alla, nitolbu b’kunfidenza lil Alla li nħobbu. Għall‑Missier Imqaddes, il‑Papa Franġisku, l‑Isqof tagħna ....... u s‑saċerdoti. Jalla jkunu riflessjonijiet tal‑imħabba, tal‑ħniena u tas‑sensittività tiegħek kuljum. Nitolbu.
Għan‑nies kollha li jaħdmu mat‑tfal li għandhom l‑iktar
bżonn ta’ kura tas‑saħħa, edukazzjoni u ħiliet tal‑ħajja, speċjalment dawk li bħalissa jinsabu fil‑Kambodja. Nitolbu li huma jissaħħu fix‑xogħol tagħhom bil‑mudell ta’ Ġesù u li kapaċi jaraw lil kull wieħed u waħda li jiltaqgħu magħhom bħala wild Alla. Nitolbu.
din is‑sena, Papa Franġisku jsejħilna biex kull wieħed u waħda minna msejħa bl‑imħabba, u mibgħuta għall‑imħabba, nistgħu nkunu ispirati mill‑qalb li tħabbat għall‑missjoni biex nagħmlu xi ħaġa straordinarja m’Alla għall‑missjoni tal‑lum. Nitolbu.
Għat‑tfal kollha li huma l‑aktar f ’riskju, li jistgħu jkunu orfni jew sfidati b’diżabilità u li għandhom bżonn kura, kenn u nutrizzjoni fil‑Kambodja. Aħna nitolbu li jesperjenzaw it‑tama tal‑imħabba u t‑tenerezza tiegħek, u ma jibżgħux għax jafu li inti magħhom. Nitolbu.
Ċelebrant: Missier ħanin, inti ssejħilna biex noħorġu lilna nfusna fis‑servizz ta’ mħabba lejn ħaddieħor. Nitolbu li nistgħu nkunu strumenti tal‑imħabba tiegħek hawn fil‑parroċċa tagħna u kull fejn immorru. Aħna nitolbuk li timla l‑komunitajiet tiegħek mifruxa mad‑dinja kollha bl‑imħabba tiegħek. Aħna noffru t‑talb tagħna permezz ta’ Kristu Sidna. Ammen.
Għall‑Knisja Missjunarja tagħna sabiex tibqa’ tkun iggwidata mill‑Ispirtu, u tkun sors ta’ mħabba u ħajja, skop u tiġdid, post fejn il‑qalb miksura tagħna, l‑għejun tagħna, il‑ġuħ tagħna, il‑morda u l‑foqra tagħna jistgħu jsejħu d‑dar tagħhom. Nitolbu.
Għalina lkoll nitolbu, billi aħna u resqin lejn il‑Ġurnata Missjunarju ta’
Talba Ta’ Wara t-Tqarbin Mulej, agħmilna qaddisin billi naqsmu l‑Ewkaristija fuq il‑mejda tiegħek. Permezz tas‑sagrament tal‑Knisja tiegħek il‑popli kollha jistgħu jirċievu s‑salvazzjoni li Ibnek ġab permezz tat‑tbatija u l‑mewt tiegħu fuq is‑salib, għax hu Mulej għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. 11
MESSAĠĠ TA’ PAPA FRANĠISKU GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021
“Ma Nistgħux Ma Nitkellmux Fuq Dak Li Rajna u Smajna” (Atti 4:20)
Għ
eżież ħuti, meta nesperjenzaw il‑qawwa tal‑imħabba t’Alla, u meta nagħrfu l‑preżenza tiegħu bħala Missier fil‑ħajja personali u komunitarja tagħna, ma nistgħux ma nħabbrux u naqsmu mal‑oħrajn dak li rajna u smajna. Ir‑relazzjoni ta’ Ġesù mad‑dixxipli tiegħu, l‑umanità tiegħu li hija rivelata lilna fil‑misteru tal‑Inkarnazzjoni, fil‑Vanġelu tiegħu u fl‑Għid tiegħu, juruna sa fejn wasal Alla biex iħobb l‑umanità tagħna u jagħmel tiegħu il‑ferħ u t‑tbatijiet tagħna, ix‑xewqat tagħna u l‑ansjetajiet tagħna (ara l‑Konċilju Ekumeniku 12
Vatikan II, Kostituzzjoni Pastorali Gaudium et Spes, 22). Kollox ifakkarna kemm Kristu jaf sew lid‑dinja li ngħixu fiha u l‑ħtieġa tagħha biex tkun salvata. Hu jsejħilna wkoll biex nieħdu sehem attiv f ’din il‑missjoni: “Morru f ’salib it‑toroq u sejħu lil kull min issibu”. (Mt. 22:9) Ħadd mhu barrani, ħadd m’għandu jħoss ruħu barrani jew ’il bogħod minn din l‑imħabba ta’ kompassjoni. L‑Esperjenza tal‑Appostli L‑istorja tal‑evanġelizzazzjoni tibda billi l‑Mulej innifsu jsejjaħ bi mħabba kbira, u jrid jistabbilixxi djalogu ta’ ħbiberija ma’ kull persuna tkun fejn tkun (ara Ġw. 15:12‑17) L‑appostli huma l‑ewwel nies li jgħidulna dan, għax huma wkoll jiftakru l‑ġurnata u l‑ħin meta ltaqgħu miegħu: “Kienu l‑erbgħa ta’ waranofsinhar”. (Ġw. 1:39) Il‑ħbiberija mal‑Mulej, meta tarah ifejjaq lill‑morda, jiekol mal‑midinbin, jitma’ lil dawk bil‑ġuħ, jersaq lejn l‑imwarrbin, imiss lill‑impuri, jidentifika ruħu mal‑batut, jipproponi l‑beatitudnijiet, u jgħallem b’mod ġdid u b’awtorità, dan kollu jħalli marka li ma titħassarx, u kapaċi jġib f ’dak li jkun sens ta’ stagħġib u ferħ li ma tistax iżżommu. Kif kien
qal il‑profeta Ġeremija, din l‑esperjenza hija bħal nar jaqbad f ’qalbna, in‑nar tal‑preżenza tiegħu f ’qalbna li timbuttana lejn il‑missjoni, minkejja li jkun hemm sagrifiċċji jew kultant ma nifhmux biżżejjed (ara Ġer. 20:9). L‑imħabba dejjem tmexxina u tqanqalna biex naqsmu mal‑oħrajn l‑isbaħ messaġġ li hu wkoll messaġġ mimli tama: “Sibna l‑Messija”. (Ġw. 1:41) Ma’ Ġesù rajna, smajna u missejna b’idejna li l‑affarijiet jistgħu jkunu mod ieħor. Huwa nieda, minn issa stess, iż‑żminijiet li ġejjin, billi fakkarna f ’dimensjoni essenzjali tal‑umanità tagħna li aħna spiss ninsew li: “aħna ġejna maħluqa għall‑milja li tintlaħaq biss fl‑imħabba”. (Enċiklika Fratelli Tutti, 68) Dawn huma żminijiet ġodda li jispiraw fidi li kapaċi tagħti spinta lill‑inizjattivi u ssawwar il‑komunitajiet, ta’ rġiel u nisa, li filwaqt li jitgħallmu jaċċettaw id‑dgħufija tagħhom stess u tal‑oħrajn, jippromwovu l‑fraternità u l‑ħbiberija soċjali. (ara ibid., 67) Il‑komunità ekkleżjali turi s‑sbuħija tagħha kull darba li tiftakar bi gratitudni li l‑Mulej ħabbna l‑ewwel. (ara 1 Ġw. 4:19) Il‑“mod kif iħobbna
JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI
l‑Mulej lilna jissorprendina, u dan l‑istagħġib ma nistgħux inżommuh għalina. B’dan il‑mod biss jista’ jwarrad il‑miraklu tal‑ġenerożità, li nagħti b’ġenerożità lili nnifsi. Anki ż‑żelu missjunarju qatt ma jista’ jinkiseb billi noqogħdu nirraġunaw jekk nikkalkulaw. Li tpoġġi lilek innifsek ‘fi stat ta’ missjoni’ huwa sinjal ta’ gratitudni. (Messaġġ lis‑Soċjetajiet Missjunarji Pontifiċi, 21 ta’ Mejju 2020) Madankollu, iż‑żminijiet ma kinux faċli; l‑ewwel Insara bdew jgħixu l‑ħajja ta’ fidi tagħhom f ’ambjent ostili u diffiċli. Kienu mwarrbin u mitfugħin il‑ħabs. Barra minn hekk kien hemm ukoll reżistenzi kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra, li dehru jikkontradixxu u saħansitra jiċħdu dak li huma raw u semgħu. Iżda huma f ’dan kollu ma rawx id‑diffikulatjiet u t‑tfixkil, u minflok ma ngħalqu fihom infushom, dawn l‑esperjenzi bidluhom f ’opportunitajiet ta’ missjoni. Il‑limitazzjonijiet u t‑tfixkil saru għalihom il‑post privileġġjat biex jimlew kollox u ’l kulħadd bl‑Ispirtu tal‑Mulej. Xejn u ħadd ma seta’ jibqa’ ’l barra minn din il‑bxara ta’ ħelsien. Għandna x‑xhieda ħajja ta’ dan kollu fl‑Atti tal‑Appostli, ktieb li d‑dixxipli missjunarji dejjem iżommu
qrib tagħhom. Huwa l‑ktieb li jirrakkonta kif ir‑riħa tal‑Vanġelu nfirxet, u kif il‑Vanġelu qajjem dak il‑ferħ li l‑Ispirtu biss jista’ jagħtina. Il‑ktieb tal‑Atti tal‑Appostli jgħallimna ngħixu l‑provi billi niggranfaw ma’ Kristu, sabiex niżviluppaw fina l‑‘konvinzjoni li Alla jista’ jaħdem f ’kull ċirkostanza, anke f ’nofs fallimenti ċari’, u ċ‑ċertezza li “ kull min joffri lilu nnifsu u jagħti lilu nnifsu lil Alla għall‑imħabba, żgur li se jħalli l‑frott”. (ara Ġw. 15:5) (Eżortazzjoni Appostolika Evangelii gaudium, 279). Hekk ukoll aħna: lanqas iż‑żmien tal‑lum mhu xejn faċli. Is‑sitwazzjoni tal‑pandemija kixfet u żiedet it‑tbatija, is‑solitudni, il‑faqar u l‑inġustizzji li ħafna diġà sofrew. Kixfet ukoll is‑sens ta’ sigurtà falza tagħna. Kixfet il‑firdiet u l‑polarizzazzjoni li bil‑mod qed jifirduna bejnietna. Min hu l‑iktar dgħajjef u vulnerabbli beda jħossu li hu iktar dgħajjef u vulnerabbli minn qatt qabel. Għexna l‑qtigħ il‑qalb, id‑diżillużjoni u l‑għeja; u madankollu kellna wkoll sens ta’ negattività li
joqtol kull tama. Aħna, iżda: “Għax aħna ’ l Ġesù l‑Mulej qegħdin inxandru, u mhux lilna nfusna; aħna m’aħniex ħlief qaddejja tagħkom minħabba f ’Ġesù Kristu”. (2 Kor. 4:5) Huwa għalhekk li nisimgħu tidwi fil‑komunitajiet tagħna u fil‑familji tagħna l‑Kelma tal‑Ħajja li tidwi f ’qalbna u li tgħidilna: “Mhuwiex hawn, imma qam” (Lq. 24:6); kelma ta’ tama li tkisser kull determiniżmu u, lil dawk li jħallu din il‑kelma tmisshom, tagħtihom il‑libertà u l‑kuraġġ meħtieġa biex iqumu fuq saqajhom, u jfittxu b’mod kreattiv il‑modi kollha possibbli biex jgħixu l‑kompassjoni, li hija ‘sinjal’ ta’ kemm Alla hu qrib tagħna u li ma jabbanduna lil ħadd fil‑ġenb tat‑triq. F’dan iż‑żmien ta’ pandemija, quddiem it‑tentazzjoni li naħbu u niġġustifikaw l‑indifferenza u l‑apatija minħabba d‑distanza soċjali, hija urġenti l‑‘missjoni 13
l‑ġisem ibati u glorjuż ta’ Kristu fl‑istorja ta’ kuljum, u nsibu l‑kuraġġ li naqsmu ma’ kulħadd destin ta’ tama, għax aħna m’għandna l‑ebda dubju li aħna nafu li aħna akkumpanjati mill‑Mulej. Bħala Nsara ma nistgħux inżommu l‑Mulej għalina nfusna: il‑missjoni ta’ evanġelizzazzjoni tal‑Knisja tesprimi l‑valur integrali u pubbliku tagħha fit‑trasformazzjoni tad‑dinja u fil‑kura tal‑ħolqien. ta’ kompassjoni’ li kapaċi tagħmel mid‑distanza li jeħtieġ inżommu, mument ta’ laqgħa, ta’ kura u promozzjoni. “Dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Il‑ħniena li ġiet użata magħna, trid tinbidel f ’punt ta’ referenza u ta’ kredibilità li tippermettilna nirkupraw mill‑ġdid il‑passjoni tagħna lkoll li noħolqu “ komunità ta’ appartenenza u ta’ solidarjetà, li għaliha niddedikaw ħin, impenn u ġid”. (Enċiklika Fratelli tutti, 36) Il‑kelma tiegħu kuljum tifdina u ssalvana mill‑iskużi li jistgħu jwassluna biex negħrqu fl‑agħar għamla ta’ xettiċiżmu: “qatt ma jinbidel xejn, dejjem l‑istess”. U quddiem il‑mistoqsija: “għaliex għandi niċċaħħad mis‑sigurtà, il‑kumdità u l‑pjaċir tiegħi jekk m’ iniex nara riżultati importanti?” It‑tweġiba dejjem tibqa’ l‑istess: “Ġesù Kristu rebaħ fuq id‑dnub u l‑mewt, 14
u huwa dak li jista’ kollox. Ġesù Kristu hu ħaj tassew” (ara Eżortazzjoni Appostolika Evangelii gaudium, 275), u jrid li aħna wkoll inkunu ħajjin, li ngħixu ta’ aħwa, u li nkunu kapaċi naqsmu din it‑tama. Fil‑kuntest attwali, hemm il‑ħtieġa urġenti għal missjunarji tat‑tama li, midlukin mill‑Mulej, kapaċi jfakkruna b’mod profetiku li ħadd ma jista’ jsalva waħdu. Bħall‑appostli u l‑ewwel Insara, aħna wkoll ngħidu bil‑qawwa kollha tagħna: “Ma nistgħux ma nitkellmux dwar dak li rajna u smajna”. (Atti 4:20) Dak kollu li rċevejna, dak kollu li l‑Mulej uriena bil‑mod il‑mod, tahulna sabiex inkunu nistgħu ngħixuh u nagħtuh b’xejn lill‑oħrajn. Bħall‑appostli li raw, semgħu u messew mas‑salvazzjoni ta’ Ġesù (ara 1 Ġw. 1:1‑4), anke aħna llum nistgħu nmissu
Stedina lil kull wieħed u waħda minna It‑tema tal‑Ġurnata Missjunarja ta’ din is‑sena: “Ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna” (Atti 4:20), hija stedina lil kull wieħed u waħda minna biex ‘nieħdu ħsieb’ u nwasslu lill‑oħrajn dak li aħna għandna f ’qalbna. Din il‑missjoni hija u dejjem kienet l‑identità tal‑Knisja: “teżisti sabiex tevanġelizza” (Papa San Pawlu VI, fl‑Eżortazzjoni Appostolika Evangelii nuntiandi, 14). Il‑ħajja tal‑fidi tagħna tiddgħajjef, titlef il‑profezija u l‑kapaċità tal‑istagħġib u l‑gratitudni meta niżolaw ruħna jew meta ningħalqu fi gruppi żgħar. Għax min‑natura tagħha stess, il‑ħajja tal‑fidi titlob minna li nkunu dejjem iktar miftuħin, u li nkunu kapaċi nħaddnu u nilħqu lil kulħadd, kullimkien. L‑ewwel Insara ma kinux iċedu
JUM DINJI MISSJUNARJU 2021 - KTEJJEB TA’ RIŻORSI
għat‑tentazzjoni li jsiru xi grupp elitista, kienu dejjem ispirati mill‑Mulej u mill‑ħajja ġdida li Hu offra biex imorru fost il‑popli u jagħtu xhieda ta’ dak li huma raw u semgħu: jiġifieri li s‑saltna t’Alla hija fil‑qrib. Dan għamluh b’ġenerożità, bi gratitudni u b’qalb kbira għax jafu li dak li qed jiżirgħu huma, se jkun ħaddieħor li se jgawdi l‑frott tas‑sagrifiċċju u tax‑xogħol tagħhom. Għalhekk inħobb naħseb li “ imqar l‑iżjed dgħajfin, limitati u miġruħa jistgħu jkunu missjunarji bil‑mod tagħhom, għax it‑tajjeb dejjem għandna nħalluh jasal, anki jekk qed jgħix spalla ma’ spalla mad‑dgħufija”. (Christus Vivit, 239) Fil‑Ġurnata Missjunarja, li tiġi ċċelebrata kull sena fl‑aħħar Ħadd t’Ottubru, niftakru bi gratitudni fin‑nies kollha li, bix‑xhieda ta’ ħajjithom,
jgħinuna nġeddu l‑impenn tal‑magħmudija tagħna biex inkunu appostli ġenerużi u ferħanin tal‑Evanġelju. Niftakru b’mod speċjali f ’dawk li kienu kapaċi jmorru, iħallu pajjiżhom u l‑familja tagħhom, sabiex l‑Evanġelju jkun jista’ jasal, mingħajr dewmien u mingħajr biża’, f ’kull rokna tad‑dinja u tal‑ibliet, fejn tant persuni huma għatxana għal dan il‑messaġġ ta’ barka. Meta naħsbu fuq ix‑xhieda missjunarja tagħhom, din tqanqalna biex inkunu kuraġġużi u biex nitolbu b’mod insistenti “ lil Sid il‑ħsad, biex jibgħat ħaddiema għall‑ħsad tiegħu” (Lq.10:2); fil‑fatt aħna nafu li l‑vokazzjoni għall‑missjoni mhix xi ħaġa tal‑passat jew xi tifkira sabiħa ta’ żminijiet oħra. Illum, Ġesù għandu bżonn qlub li kapaċi jgħixu l‑vokazzjoni tagħhom bħala storja ta’ mħabba
vera, li ġġagħalhom imorru fil‑periferija tad‑dinja, u jsiru messaġġiera u strumenti ta’ kompassjoni. Din hija sejħa li Hu jagħmel lil kulħadd, għalkemm mhux bl‑istess mod. Niftakru kemm hemm periferiji li huma qrib tagħna, fiċ‑ċentru tal‑belt jew raħal tagħna jew fil‑familja tagħna stess. Il‑ftuħ universali tal‑imħabba m’għandux dimensjoni ġeografika, imma eżistenzjali. Dejjem, imma speċjalment f ’dan iż‑żmien ta’ pandemija, huwa importanti li nwessgħu ċ‑ċirku tagħna, biex nilħqu lil dawk li ma nħossuhomx li huma parti mid‑“ dinja tal‑interessi tiegħi”. (Fratelli Tutti, 97) Li ngħix il‑missjoni hu li nissogra li nrawwem fija l‑istess sentimenti ta’ Kristu Ġesù u li nemmen bħalu li kull min hu ħdejja huwa wkoll ħija jew oħti. Jalla l‑imħabba ħanina tiegħu tqajjem ukoll lil qalbna u tagħmilna lkoll dixxipli missjunarji. Jalla Marija, l‑ewwel dixxiplu missjunarju, tkabbar ix‑xewqa fl‑imgħammdin kollha, li jkunu melħ u dawl fil‑pajjiżi tagħna. (ara Mt. 5:13‑14)
San Ġwann fil‑Lateran, Ruma, 6 ta’ Jannar 2021, Solennità tal‑Epifanija tal‑Mulej. Miġjub mit‑Taljan għall‑Malti minn Fr Roy Galdes. 15
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 2123 1272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm