

MALTA MISSJUNARJA
Jum Dinji Missjunarju – 19 ta’ Ottubru 2025
IL‑ ĦARĠA:
IT ‑ TIFLA LI KIBRET KMIENI WISQ
EDITORJAL – Claudia Cini
Dinji

SRitratt
uffiċjali tal‑Jum Dinji Missjunarju 2025
unita għad għandha biss għaxar snin u bħat‑tfal l‑oħra kollha tamparha kienet tħobb tilgħab, tiżfen u tkanta, imma mil‑lejl għan‑nhar ħajjitha nbidlet ta’ taħt fuq. Ommha mietet sena ilu u ħalliet warajha lil Sunita u ħamest itfal oħra. Bħala l‑kbira, ir‑responsabbiltà waqgħet kollha fuqha sabiex tieħu ħsieb ’il ħutha iżgħar minnha sakemm il‑missier joħroġ jaħdem biex jipprovdi għall‑familja. Sunita kellha
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimg ħa: 9.00am ‑ 1.00pm. Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 • Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Bord Editorjali: Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Robert Farrugia, Edward Bonello • Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant. Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
hija Rivista Missjunarja li toħroġ erba’ darbiet f’sena. L‑ewwel
tikber malajr wisq! Issa jkollha tibqa’ d‑dar issajjar, taħsel il‑ħwejjeġ u ġġib l‑ilma mix‑xmara, fost tant affarijiet oħra li tagħmel kull omm.
B’xorti ħażina, l‑iżgħar fost ħutha marad aktarx minħabba li jikkunsmaw ilma kkontaminat, l‑istess ilma li fih jaħslu l‑ħwejjeġ u jinħaslu, kemm huma kif ukoll l‑abitanti ta’dan ir‑raħal fil‑Pakistan fejn jgħixu!

Jaħasra li kieku għandhom spiera, mhux talli jkollhom ilma safi għax‑xorb, imma Sunita daqshekk ikollha għalfejn timxi sax‑xmara tqandel l‑ilma.
Missio Malta ma dawwarx wiċċu lejn dan il‑bżonn, imma għandu pjan li jgħin
lill‑familja ta’ Sunita u lill‑abitanti kollha tar‑raħal billi jibnilhom spiera li kapaċi tissupplixxi ilma ċar u nadif għal kulħadd!
Dan l‑ilma jiggarantixxi li jinqata’ darba għal dejjem il‑mard ikkawżat minn ilma maħmuġ. Bl‑ilma nadif mhux talli dawn ir‑raħħalin jgħixu aħjar, imma wkoll ikunu jistgħu jkabbru l‑ħxejjex u b’hekk ikollhom iktar x’jieklu sustanzjuż u fl‑istess ħin ibigħu ż‑żejjed u ftit ftit jitkisser iċ‑ċirku tal‑faqar u tal‑mard.
Bħalma ħeġġiġna nagħmlu Papa
Franġisku, li qabel ma miet indirizza l‑Jum Dinji Missjunarju 2025 f’kuntest tal‑Ġublew, li għandu bħala tema ċentrali t‑tama, bħala Nsara għandna nkunu missjunarji tat‑tama, jiġifieri persuni
li nwasslu u nibnu t‑tama f’dinja spiss imxekkla minn tbatija, solitudni u nuqqas ta’ direzzjoni.
Għalhekk, aktar minn qatt qabel, fix‑xahar t’Ottubru ddedikat għall‑missjoni, kull wieħed u waħda minna jista’ jgħin lil Sunita u lill‑ġirien tagħha jkollhom ilma safi, u hekk jibdew iħarsu lejn futur isbaħ b’tama ġdida. Għinna nsalvaw komunitajiet sħaħ mill‑faqar u l‑mard, billi nipprovdulhom ilma nadif u ċar. Tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https://missio.org.mt/donate. Dettalji ta’ modi oħra ta’ għajnuna jinsabu fil‑paġni ta’ din ir‑rivista. Grazzi mill‑qalb.

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
MISSJUNARJI TA’ TAMA
GĦALL‑ POPLI KOLLHA
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – Dun Victor Agius

Nhar l‑14 t’Awwissu 2025, vġili tas‑Solennità ta’ Marija mtellgħa s‑sema bir‑ruħ u l‑ġisem, il‑Kardinal Zuppi, l‑Arċisqof ta’ Bolonja u President tal‑Konferenza Episkopali Taljana, mexxa mument ta’ talb għal seba’ sigħat sħaħ. It‑talb kien jikkonsisti fil‑qari tal‑ismijiet tat‑tfal li mietu f’dawn l‑aħħar sentejn ta’ gwerra f’Gaża. 16‑il tifel u tifla minn Iżrael u 12,211 oħra Palestinjani. Kull tifel u tifla: ħajja mitlufa u tant sofferenza għall‑familji tagħhom. F’omelija qasira, il‑kardinal talab biex, bħalma Ġesù ħa liċ‑ċkejkna Marija fis‑sema bir‑ruħ u l‑ġisem, hekk issa nitolbu lil Ġesù jiġbor lil dawn iċ‑ċkejknin u jwassalhom fil‑ġenna biex jipproteġihom mill‑vjolenza u mill‑ħażen tal‑bnedmin. Il‑post fejn saret il‑laqgħa huwa sinifikanti wkoll: fil‑Park ta’ Monte Sole, fil‑knisja ta’ Kasalja, fejn in‑Nażi, bejn id‑29 ta’ Settembru u l‑5

L‑Assunzjoni tal‑Verġni (1516‑1518). Tizjan. Knisja ta’ Santa Maria Gloriosa dei Frari, Venezja. Ritratt: Wikipedija.
t’Ottubru 1944, kienu ħarqu u kissru l‑knisja u qatlu 800 ruħ, li minnhom 216 kienu tfal.
Għadna qed nagħlqu l‑ewwel kwart
Ritratt: Vatican News.
tal‑ewwel ċentinarju tat‑tielet millenju bil‑Ġublew tat‑Tama.
Il‑Papa qed iħeġġiġna lkoll inkunu missjunarji tat‑tama għall‑umanità tal‑lum. Il‑Papa jħeġġigna nżommu l‑ħarsa tagħna fissa fuq Ġesù li huwa ċ‑ċentru tal‑istorja tal‑umanità. Huwa l‑vera tama li għandu l‑kapaċità, kif jgħidilna Santu Wistin, li mill‑ħażen tad‑dinja joħroġ it‑tajjeb. Aħna, bħala poplu, nistgħu nkunu vera missjunarji ta’ tama għall‑popli kollha, jekk bħas‑Sammaritan it‑Tajjeb ngħinu u nħobbu lil kull min hu fil‑bżonn, anki jekk il‑kulur tal‑ġilda, jew

Inħallu warajna, għat‑tfal tagħna u għall‑ġenerazzjonijiet futuri dinja aħjar u aktar magħquda fejn it‑tfal jitrabbew f’kultura ta’ mħabba u rispett, u kulħadd jirċievi l‑bxara t‑tajba

Sir Charles Lock Eastlake (1793‑1865) ‑ Is‑Sammaritan it‑Tajjeb, Ġabra Rjali. Ritratt: Wikipedija.
Malta Missjunarja - Ottubru - Diċembru 2025



INTENZJONIJIET
Dun Charles Buttigieg
OTTUBRU 2025 ‑ Nitolbu għall‑kollaborazzjoni bejn it‑tradizzjonijiet reliġjużi differenti sabiex dawk kollha li jemmnu fi tradizzjonijiet reliġjużi differenti, ikunu kapaċi jaħdmu ma’ xulxin ħalli jiddefendu u jippromovu l‑paċi, il‑ġustizzja u l‑fraternità umana.
Skont l‑aħħar estimi, fid‑dinja hawn madwar 4,200 reliġjon differenti.
• L‑Insara (Kattoliċi, Ortodossi u Protestanti) jammontaw għal 2.18 biljun ruħ. Il‑Bibbja hija l‑ktieb sagru u l‑festi prinċipali huma l‑Għid u l‑Milied. • Il‑Musulmani jammontaw għal 1.62 biljun ruħ. Il‑fundatur hu Mohammed u l‑ktieb sagru huwa l‑Koran. • Induwisti hawn 1.1 biljun ruħ. • Buddisti hawn 1.03 biljun ruħ. • Siks hawn 24 miljun. • Lhud hawn 15.2 miljun ruħ. • Reliġjonijiet tribali madwar 400 miljun ruħ.
NOVEMBRU 2025 ‑ Nitolbu għall‑prevenzjoni tas‑suwiċidju sabiex dawk li huma ttentati li jagħmluh isibu l‑għajnuna, l‑attenzjoni u l‑imħabba li għandhom bżonn fil‑komunità tagħhom, u li jkunu miftuħa għas‑sbuħija tal‑ħajja. Ħadd m’għandu dritt jiġġudika lil ħadd, imma għandna dmir importanti li lil min naraw disturbat, ngħinuh u noffrulu kull sapport possibbli. Inkunu bennejja ta’ kuraġġ għal xulxin u attenti dejjem għal xulxin. L‑iktar rati għoljin ta’ suwiċidji fid‑dinja huma fl‑Ewropa, bis‑Slovenja bl‑ogħla rata. F’Malta r‑rata hija ta’ 3.4 minn kull 100,000 persuna u qegħdin fil‑71 post. L‑inqas rati nsibuhom fil‑Ġamajka, fin‑Nepal, fil‑Ħaiti u fi Grenada. Nitolbu għall‑familji li għaddew minn din l‑esperjenza diffiċli tat‑telfa ta’ xi ħadd għażiż, u nitolbu sabiex fil‑Knisja u fis‑soċjetà jkun hawn professjonisti li jgħinu persuni li qed jaħsbu fis‑suwiċidju.
DIĊEMBRU 2025 ‑ Nitolbu għall‑Insara f’żoni ta’ kunflitt sabiex dawk li jgħixu f’żoni ta’ gwerra, speċjalment fil‑Lvant Nofsani jkunu żerriegħa ta’ paċi, rikonċiljazzjoni u tama.
Attwalment, 65 pajjiż qegħdin fi gwerra, b’663 grupp militari involuti. Il‑gruppi ta’ terroristi dejjem qiegħed jikber, fejn jeżistu mal‑155 organizzazzjoni differenti. Fl‑aħħar mitt sena, huwa kkalkulat li nqatlu mal‑1.75 biljun persuna innoċenti. Insemmu wkoll lil dawk vittmi tad‑droga, ta’ xi att kriminali, tat‑traffikar tal‑bnedmin, tal‑industrija tas‑sess u tal‑abort. Huwa stmat li għal kull sena ta’ paċi, fid‑dinja kien hawn erbatax‑il sena ta’ gwerra. Nitolbu sabiex is‑sena li ġejja tkun ħafna aħjar għal tant Insara u popli, sena ta’ paċi u sliem li ġab Ġesù Bambin fit‑twelid tiegħu.
MISSJUNARJI TAT ‑ TAMA

FOST IL‑ ĠNUS
MESSAĠĠ TAL‑PAPA GĦALL‑JUM DINJI MISSJUNARJU

Għeżież ħuti!
PELLEGRINITAT
1936 2025
Għall‑Jum Dinji tal‑Missjoni fis‑sena tal‑Ġublew 2025 għażilt dal‑motto: “Missjunarji tat‑tama fost il‑ġnus.” Hi sejħa għall‑Insara individwalment u għall‑Knisja, komunità tal‑imgħammdin, hi l‑vokazzjoni fundamentali tal‑bniedem fuq il‑passi ta’ Kristu, biex inkunu messaġġiera u bennejja tat‑tama. Nawgura lil kulħadd żmien ta’ grazzja m’Alla fidil li ġġenerana mill‑ġdid fi Kristu Rxoxt “għal tama ħajja”; u nixtieq niġbed l‑attenzjoni dwar xi aspetti relevanti tal‑identità missjunarja Nisranija, sabiex inħallu lill‑Ispirtu t’Alla jmexxina u biex nitkebbsu b’żelu qaddis għal staġun ta’ evanġelizzazzjoni tal‑Knisja, mibgħuta
biex tqanqal mill‑ġdid it‑tama f’dinja li tinsab taħt sħab iswed.
1. Fuq il‑passi ta’ Kristu, it‑tama tagħna Hekk kif niċċelebraw il‑Ġublew tal‑2025, inżommu ħarsitna fuq Kristu, li hu ċ‑ċentru tal‑istorja, “li huwa dak li kien fl‑imgħoddi, issa u għal dejjem”. Ġesù, permezz tal‑ħajja u l‑missjoni tiegħu fid‑dinja, ġab is‑salvazzjoni, fejjaq u ta tama, b’mod speċjali lil dawk fil‑bżonn. Minkejja li għadda minn tbatija u dwejjaq umani, baqa’ jafda għalkollox fil‑pjan t’Alla.
Kristu jibqa’ preżenti permezz tad‑dixxipli tiegħu u l‑Knisja, li tkompli l‑missjoni tiegħu tat‑tama billi tagħti faraġ lil min hu
mweġġa’ u sikwit minsi. Minkejja l‑isfidi u l‑imperfezzjonijiet tagħha, il‑Knisja hija msejħa tkun komunità missjunarja ħajja li timxi ma’ Kristu u ġġib it‑tama tiegħu lil kull bniedem.
2. L‑Insara, iwasslu u jibnu t‑tama fost il‑ġnus
L‑Insara huma msejħa biex ixandru l‑Bxara t‑Tajba mhux biss bil‑kliem, imma billi jidħlu fis‑sitwazzjonijiet konkreti tal‑ħajja ta’ dawk li jiltaqgħu magħhom, b’mod speċjali tal‑foqra u dawk li jbatu, u hekk isiru messaġġiera u bennejja tat‑tama. Il‑Knisja għandha l‑missjoni li timxi flimkien mal‑umanità, ispirata mill‑ħniena u s‑solidarjetà.
Il‑missjunarji li jitilqu minn pajjiżhom biex iwasslu l‑imħabba t’Alla huma xhieda qawwija tal‑kmand ta’ Kristu biex jilħaq lill‑popli kollha. Imma din il‑missjoni hi għal kulħadd: kull Nisrani mgħammed hu msejjaħ biex iġib tama u salvazzjoni li tmur lil hinn mill‑ħajja ta’ kuljum u twassalna għall‑għaqda eterna m’Alla.
F’dinja li qed tiffaċċja kriżijiet umanitarji serji, bħas‑solitudni, l‑egoiżmu u nuqqas ta’ relazzjonijiet veri, l‑Evanġelju, meta ngħixuh fil‑komunità, jista’ jkun mezz ta’ fejqan u jġib lura l‑umanità vera. Aħna msejħin nagħmlu dan bl‑istil t’Alla: inkunu dejjem qrib in‑nies, bi ħniena u b’ġentilezza, b’relazzjonijiet personali, speċjalment mal‑aktar vulnerabbli.
Meta nuru l‑imħabba t’Alla b’sempliċità u affezzjoni, insiru xhieda tal‑qalb ta’ Kristu, dik il‑qalb li tfarraġ. B’hekk insiru sinjali
ħajjin tal‑imħabba t’Alla għall‑umanità kollha.
3. Tiġdid tal‑Missjoni tat‑Tama Nappella lill‑Insara biex jerġgħu jqajmu fihom il‑missjoni tat‑tama f’dinja li spiss hi mitlufa u bla ferħ. Nistedinkom tkunu “artiġġjani tat‑tama” , nies li jgħixu l‑fidi tagħhom b’ħarsa pożittiva u li jaqsmu din it‑tama m’oħrajn. Din il‑missjoni trid titnissel mill‑ispiritwalità tal‑Għid, fejn naqraw li l‑qawmien ta’ Kristu hu l‑bidu ta’ rebbiegħa eterna.
It‑tama Nisranija għandha l‑għeruq tagħha fit‑talb, speċjalment permezz tas‑Salmi, li jrawmuna biex nittamaw anke f’mumenti ta’ diffikultà. Il‑missjunarji tat‑tama huma nies ta’ talb u t’azzjoni konkreta, u l‑qawwa tagħhom ġejja mill‑Ispirtu s‑Santu.
L‑evanġelizzazzjoni mhix xogħol individwali, imma komunitarju; proċess kontinwu li jitlob ħidma flimkien. Il‑Knisja għandha tkun dejjem f’din il‑mixja missjunarja flimkien mal‑Opri Missjunarji Pontifiċji, u kulħadd, tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani, għandu sehem x’jagħti bil‑ħajja tiegħu, bit‑talb u bis‑sagrifiċċji.
Fl‑aħħar, nitlob l‑interċessjoni ta’ Marija, Omm Ġesù u simbolu tat‑tama, biex id‑dawl tat‑tama jilħaq lil kulħadd u l‑Knisja tkun xhud fidil f’kull rokna tad‑dinja.

Messaġġ imqassar minn Mario Sant
PROGRAMM JUM DINJI MISSJUNARJU 2025
Il‑Ġimgħa 17 t’Ottubru
Kunċert: A Musical Journey For A Greater Cause
Ippreżentat minn: Langley Park School For Boys, Music Group, U.K.
Siltiet mużikali minn: Bach, Handel, Brahms, Tchaikovsky, Chilcott, Billy Joel, Morricone, Vivaldi u oħrajn.
Bil‑parteċipazzjoni ta’ EMA (parteċipanta ta’ Mużika Mużika u X Factor)
Ħin: 7:30pm (Bibien jinfetħu fis 7:00pm)
Post: Teatru Salesjan, Tas‑Sliema
Biljetti: showshappening.com/ missio‑malta/Journey
Il‑qligħ kollu jmur b’risq proġetti fil‑missjoni.
Is‑Sibt 18 t’Ottubru u l‑Ħadd 19 t’Ottubru
Il‑Villaġġ Missio: Inwasslu l‑Missjoni lill‑Komunità
Post: Iz zuntier tas Santwarju Bażilika ta' Santa Marija, il Mosta
Is‑Sibt mill‑4:30pm sat‑8:30pm Il‑Ħadd mit‑8:00am sas‑7:00pm
Fost l‑oħrajn:
• Rokna Missjunarja • Esperjenzi Virtwali
Podcast: Il‑missjoni għadha relevanti?
Programm ‘live’ minn taħt it‑tinda għat‑televixin: Ilbieraħ, Illum u Għada, jippreżenta Robert Farrugia
• Kultura u Arti
• Ħanut tar‑Rigali
• U ħafna aktar
Il‑Ħadd 19 t’Ottubru
Fid‑9:30am Xandira diretta fuq it‑televixin tal‑quddiesa tal‑Jum Dinji Missjunarju mis‑Santwarju Bażilika ta’ Santa Marija, il‑Mosta
Kulħadd mistieden jattendi dan il‑‘weekend’ t’attivitajiet.
LIFE GI ING GIFTS

C e le b r a t e b y C h a n g in g L iv e s ! N e v e r k n o w w h a t t o g iv e fo r a n o c c a sio n y o u a r e in v it e d fo r ? Why not skip the usual voucher this year and get them a gift tha t will ma ke a rea l difference Missio Ma lta Life-Giving Gifts represent a rea l a nd la sting cha nge for children a nd communities in need a round the world, a nd a re a grea t wa y to honor someone GIVE A GIFT THAT REALLY MAKES AN IMPACT To find that perfect Gift ca ll 2 1 2 3 6 9 6 2 or visit m is s io .o r g .m t /life -g iv in g -g ift s














AĦBARIJIET MINN MISSIO

MALTA INTERNATIONAL WINE FESTIVAL
Hailey Scicluna
Between the 18th & 22nd of August, the Malta International Wine Festival was held in Argotti Gardens in Floriana. The event featured a variety of wine and food stalls, offering both a local and international selection. This event attracted many tourists as well as locals who were eager to taste wines from various countries as well as enjoy popular local wines. In addition to wines, there was live entertainment throughout the event which created a lively and enjoyable atmosphere.
An exciting part of the event was Missio Malta’s presence, where they organised a raffle with numerous prizes as well as interactive games for both children and adults. At the same time they were raising awareness both about their work and missionary countries. Personally, it was my first experience volunteering for Missio Malta and it will not be my last. I
had the opportunity to speak with people about Missio’s mission and what it does in order to bring about a positive change in the lives of many people. Once people realised the importance of Missio, they were eager to buy raffle tickets as well as tickets to play games. It was truly a memorable event where people had the opportunity not only to try out various wines, but also to help out with Missio’s mission.

IL‑BARBIKJU TAS‑SAJF
Moira Muscat
L‑istaġun tas‑sajf dejjem ikun wieħed mimli għal Missio, b’diversi attivitajiet organizzati ta’ ġbir ta’ fondi. Fost oħrajn parteċipazzjoni fil‑Malta International Wine Festival, fil‑Malta International Food Festival u fit‑Trade Fair, fejn diversi żgħażagħ ħadu sehem fil‑logħob organizzat u oħrajn urew interess f’dak li jagħmel Missio f’pajjiżi missjunarji.
Iżda bla dubju l‑ikbar attività hija l‑barbikju li ħafna jkunu qed jistennew
minn sena għal oħra. Din is‑sena sar nhar is‑Sibt 19 ta’ Lulju fil‑bini tal‑Mcast f’Raħal Ġdid. Kienet attività ta’ suċċess fejn kilna tajjeb għaż‑żiffa ħelwa li kienet għaddejja. Il‑grupp Bernie & Pod allegraw lil dawk preżenti b’mużika rilassanti. Numru sabiħ ta’ voluntiera dejjem jirrispondu għas‑sejħa meta jkun hemm bżonn għajnuna sabiex jittellgħu dawn l‑attivitajiet. Huwa grazzi għalihom li nkunu nistgħu nkomplu nwettqu dan ix‑xogħol.
Grazzi wkoll lil diversi donaturi li ġentilment jipprovdu ħafna affarijiet neċessarji għall‑attivitajiet li jsiru. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li jattendu għal dawn l‑attivitajiet għax jagħtuna l‑enerġija li nibqgħu norganizzaw dawn l‑attivitajiet.

MISSION TRIP TO TANZANIA
Julian Farrugia
At Quazar, we take pride in supporting our team and meaningful causes. One of our colleagues, Julian, will soon be embarking on a missionary trip to Tanzania, helping communities in need. To support this initiative, our Social Committee organised a Fenkata and a Bingo Night to raise funds for Missio. The event was held at Każin
San Gabriel in Balzan, and with great teamwork and dedication, we pulled everything together in a short time. To help raise more funds, we also organised a tombola and a raffle, with fantastic prizes kindly donated by our generous sponsors.
The turnout from colleagues, family and friends was heartwarming. It was a night full of fun, great food and community spirit. The energy and support in the room were truly inspiring. Thanks to everyone’s participation and generosity, we’re proud to share that we raised €700 for Missio! We, the organizers, are truly grateful to everyone who helped make this event such a success, especially the sponsors and all who attended!

MAL‑FAMILJI GĦAL KRISTU
Kemm hu sabiħ meta wieħed jaħseb f’ħaddieħor. Din is‑sena ddeċidejna li
ESPERJENZA MISSJUNARJA FIT‑TANŻANIJA B’KOLLABORAZZJONI
nagħmlu esperjenza missjunarja ma’ Missio Malta fit‑Tanżanija. Ingħaqadna ma’ grupp ta’ diversi etajiet, fosthom żgħażagħ, koppji u familji, li flimkien se nagħmlu din l‑esperjenza. Minn hawn Malta ħassejna l‑bżonn li nibdew ninbnew flimkien ħalli din l‑esperjenza tħalli l‑frott li l‑Mulej jixtieq jagħtina.
Wara diversi laqgħat u quddiesa mmexxija minn Dun Victor Agius, Direttur ta’ Missio Malta, bdejna naħsbu biex nagħmlu attività ta’ ġbir ta’ fondi. Wasalna għal ftehim li nagħmlu serata wine, pizza u tombla biex niġbru ftit fondi ħalli nkunu nistgħu ngħinu fi proġetti li Missio Malta qed jagħmel fit‑Tanżanija. L‑attività kienet esperjenza sabiħa fejn ħdimna flimkien, ġbarna xi rigali għar‑raffle, organizzajna u tlabna flimkien biex din is‑serata tkun waħda li tgħinna nikbru flimkien. L‑isforzi ta’ kull wieħed u waħda minna kienu jinħassu, speċjalment fejn kultant l‑affarijiet ma jiġux eżatt kif ikun mistenni. Għamilna kuraġġ lil xulxin u mexxejna flimkien biex nilħqu għan wieħed. Meta ħdimna flimkien ħassejna l‑għaqda bejnietna. F’din il‑kollaborazzjoni ħassejna l‑għaqda bejnietna. Għaddejna tliet sigħat fil‑kumpanija ta’ xulxin, fejn ħadna pjaċir nilagħbu t‑tombla, nieklu l‑pizza u nissoċjalizzaw mal‑familjari u l‑ħbieb.
Il‑fondi li ġbarna waqt din l‑attività se jmorru biex jinbnew klassijiet u għal bżonnijiet oħra. Nitlob lill‑Mulej biex ikompli jimxi magħna u jmexxina matul din l‑esperjenza fejn se niltaqgħu ma’ nies li m’għandhomx l‑istess opportunitajiet tagħna.


MISSIO SUMMER FEST
Marlene Borg
Din is‑sena wkoll, bla dubju l‑festa sajf ta’ Missio kienet esperjenza oħra sabiħa u ta’ suċċess. Din ittellgħet matul il‑Malta International Food Festival bejn id‑9 u l‑10 t’Awwissu fuq il‑Fosos tal‑Furjana. Id‑dover tiegħi f’din it‑3 edizjoni kien li nirrispondi t‑telefonati tal‑‘pledges’ u tad‑donazzjonijiet, fejn iffukajna l‑aktar fuq tħaffir u bini ta’ spieri f’pajjiżi fejn m’hemmx aċċess għal ilma nadif. Huwa wisq ta’ qsim il‑qalb li qegħdin fis‑sena 2025 u għad hawn ħafna faqar f’dan ir‑rigward. Il‑pubbliku verament ħass qalbu tingħafas quddiem dawn il‑kundizzjonijiet, tant li kien hemm min saħansitra beka meta ċempel biex jagħti d‑donazzjoni tiegħu. Nirringrazzjaw lill‑Mulej li kien hemm ukoll benefatturi li ħallsu minn bwiethom spieri sħaħ. Dik imħabba u karità kbira għax tkun qed issalva l‑ħajjiet ta’ ħafna. Bi pjaċir ngħidu li nġabret is‑somma sabiħa ta’ €219,200. Grazzi mill‑qalb lil kull min ta sehmu f’din l‑attività b’risq kawżiet ġusti.
BINI TA’ KAPPELLA FL‑ IFQAR
RAĦAL FIL‑ MALAWI
PROĠETTI MWETTQA

Waħda mill‑akbar xewqat tiegħi sa minn meta bdejt nagħmel volontarjat ma’ Missio Malta, kienet li jkolli l‑grazzja li nisponsorja kappella f’pajjiż missjunarju. Meta qsamt din ix‑xewqa ma’ żewġi, qabel miegħi mill‑ewwel, biss xtaq ikun jaf għaliex mhux spiera jew żewġ kmamar (dar) jew klassi? Sempliċi, għax kont naf li dawn ħutna jippreferu joqogħdu bil‑ġuħ, imma jkollhom post fejn jitolbu! Ix‑xewqa tiegħi kienet tmur lil hinn minn sempliċi bini ta’ kappella! Kelli ċerti kundizzjonijiet! Xtaqt li l‑ewwel u qabel kollox il‑kappella tinbena f’post fejn qatt ma kellhom waħda, xtaqt li l‑kappella ma tintużax biss bħala post ta’ talb, xtaqt li l‑komunità ma kinitx ‘għażżiena’ qed tistenna l‑bajtra taqa’ f’ħalqha, u fuq kollox xtaqt li l‑post magħżul ikun post ‘sigur’ jekk kemm‑il darba jiena u l‑familja tiegħi xtaqna nżuruh!
Forsi tgħiduli li kont qed nitlob wisq, imma dan kien li kont qed inħoss fil‑fond ta’ qalbi! Wara li tkellimt mal‑amministratur ta’ Missio Malta, fehemni mill‑ewwel u sa jumejn wara kellna l‑pajjiż, id‑djoċesi u r‑raħal magħżulin! Il‑pajjiż kien il‑Malawi, fl‑Afrika, pajjiż fqir immens, imma ‘sigur’ u fejn jitkellmu bil‑lingwa Ingliża. Id‑djoċesi kienet Chikwawa u r‑raħal kien Bisimoni fi ħdan il‑Parroċċa ta’ Sant’Antnin f’Changoima. Tajjeb ngħidu hawn li f’Bisimoni, li huwa l‑ifqar raħal fil‑Malawi kollu, qatt ma kien hemm kappella u l‑eqreb kappella kienet 36km bogħod. Biex jitolbu u jisimgħu quddiesa darba fix‑xahar, kienu jiltaqgħu taħt siġra u dan fl‑istaġun xott biss għaliex fi żmien ix‑xita, ir‑raħal jispiċċa iżolat kompletament mill‑kumplament taċ‑ċivilizzazzjoni. Fatt interessanti kien li r‑raħħala mhux talli ma kinux qed jistennew il‑bajtra taqa’ f’ħalqhom, imma talli kienu ilhom żmien jaħdmu mit‑tajn il‑briks biex jekk kemm‑il darba tasal l‑għajnuna fi flus, dawn ikunu lesti biex jibnu l‑kappella li tant xtaqu!
Dun Michael Useni, il‑kappillan u l‑uniku saċerdot ta’ 8 parroċċi fil‑madwar, kien tefa’ n‑nomina tiegħu għall‑isponsorizzazzjoni ta’ kappella u t‑talb tagħhom instema’! U kellna nkunu

aħna l‑ixxurtjati (iva aħna xxurtjati u mhux huma) li nibagħtulhom il‑fondi meħtieġa biex il‑ħolma tagħhom issir realtà! Il‑kappella bdiet tinbena minnufih u ma damitx ma tlestiet. L‑inawgurazzjoni saret f’Ġunju 2023! Fuq xewqa ta’ żewġi, il‑kappella ġiet iddedikata lit‑Trasfigurazzjoni ta’ Kristu Salvatur! Il‑kappella kienet se sservi wkoll bħala post għat‑tagħlim tad‑duttrina u laqgħat tal‑komunità. B’xorti ħażina, ftit tax‑xhur wara għaddiet minn fuq id‑distrett waħda mill‑agħar maltempati li qatt raw! Id‑djar u t‑tined tal‑komunità ta’ Bisimoni tkaxkru mal‑kurrenti, imma n‑nies sabu kenn fil‑kappella, li mibnija fis‑sod serviet ta’ kenn għalihom sa ma għadda kollox u reġgħu bnew l‑għerejjex tagħhom! U hekk l‑aħħar xewqa tiegħi ġiet fis‑seħħ! Meta waslet l‑aħbar għandna, bkejna għat‑telfa li ġarrbu dawn ħutna li kienu saru tant qrib tagħna; ma kellhom xejn u tilfu l‑ftit li kellhom, iżda fl‑istess ħin fraħna li ħadd minnhom ma tilef ħajtu u li kienu jinsabu jistkennu fil‑kappella ‘tagħna’ taħt il‑protezzjoni ta’ Kristu Salvatur!
Bil‑grazzja t’Alla, is‑sena ta’ wara, f’Settembru 2024, konna f’pożizzjoni li naqtgħu xewqitna u mmorru nżuru l‑kappella! Saru ħafna preparamenti minn qabel għaliex vjaġġ f’art missjunarja mhux faċli li jitwettaq, speċjalment meta tkun se tieħu t‑tfal miegħek! Ħassejna li kien xieraq li minbarra xi rigali żgħar, nieħdu magħna immaġni fuq id‑drapp tal‑istatwa titulari ta’ Kristu Salvatur għal wara l‑artal tal‑kappella! Il‑preparamenti kienu għamluhom huma wkoll! Biss biss kien se jakkumpanjana tul il‑vjaġġ kollu l‑isqof awżiljarju tal‑Malawi Mons. Vincent Mwakhwawa. M’hemmx bżonn insemmi t‑tul tal‑vjaġġi li għamilna sew bl‑ajru kif ukoll fuq l‑art (li l‑maġġoranza tagħhom kienu toroq imħarbta u perikolużi), sabiex wasalna fl‑aktar raħal imwarrab fil‑Malawi, imma tant qrib tagħna. Iżda l‑qtigħ il‑qalb u l‑għeja malajr insejniehom, għaliex kull fejn żorna ġejna milqugħa daqs l‑aqwa rjali, b’ħafna kant, żfin u ċapċip! Mhux biss għaliex konna l‑mistednin speċjali tal‑isqof, imma għaliex konna ta’ karnaġġjon abjad, li għalihom li jżuruhom ‘il‑bojod’ kien unur kbir! Daqslikieku aħna ġie jżurna f’darna l‑Papa! Qatt fl‑istorja tagħhom ma ġie jżurhom ‘mzungu’ (persuna bajda) u wisq anqas isqof! Dan għaliex tant huma mbegħdin u maqtugħin, minbarra l‑periklu fit‑toroq sabiex tasal!
Jekk tixtieq tgħin fi proġetti simili t’hawn fuq, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https://missio.org.mt/donate Grazzi mill‑qalb.





Malta Missjunarja - Ottubru - Diċembru 2025
Malta Missjunarja - Ottubru - Diċembru 2025
“F’isem il‑familja Kattolika tal‑Parroċċa ta’ Sant’Antnin f’Changoima fid‑Djoċesi ta’ Chikwawa, nixtieq nirringrazzja sinċerament lil Missio Malta u lill‑familja Maltija benefattriċi għal dan ir‑rigal prezzjuż ħafna ta’ knisja ġdida u mibnija tajjeb fejn in‑nies tagħna jistgħu jqimu lill‑Mulej kif suppost u bi dritt,”
Dun Michael Useni ‑Kappillan.










NIRIEN JIKKAWŻAW ĦSARAT
KBAR FIL‑ KENJA
PROĠETTI LI JRIDU JITWETTQU



Il‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem tinsab fiż‑żona ta’ Kangemi f’Nairobi l‑Kenja. F’Ottubru li għadda, nar devastanti qabad viċin il‑knisja u affettwa 18‑il familja. In‑nar ikkawża qerda sinifikanti u ħalla lill‑familji milquta b’ta’ fuqhom senduqhom u bla dar peress li kollox inqered kompletament.
Bi tweġiba għal din it‑traġedja, il‑knisja ħadet passi immedjati biex tipprovdi l‑assistenza bl‑użu tad‑donazzjoni. L‑isforz ta’ għajnuna kellu l‑għan li jindirizza kemm il‑bżonnijiet immedjati tal‑vittmi kif ukoll dawk fuq medda qasira ta’ żmien, filwaqt li bdiet il‑proċess għall‑irkupru tagħhom.
1. Provvista Ta’ Bżonnijiet Bażiċi: Ġie żgurat li l‑familji milquta jkollhom
aċċess għal oġġetti essenzjali bħal ikel, ilma nadif u ħwejjeġ, li kienu meħtieġa b’mod urġenti, kif ukoll ġiet ipprovduta assistenza immedjata f’forma ta’ provvisti li jistgħu jtaffu l‑inkwiet tagħhom u jsostnuhom matul l‑ewwel jiem wara d‑diżastru.


2. Kenn u Kumdità Temporanja: Ingħatat assistenza lill‑vittmi biex isibu kenn temporanju u ġie pprovdut materjal bħal kutri u friex biex l‑arranġamenti temporanji tal‑għajxien ikunu aktar komdi.


3. Appoġġ Għall‑Benesseri Emozzjonali u Psikoloġiku:
Ġie offrut appoġġ emozzjonali u sens ta’ tama lill‑familji milquta matul dan iż‑żmien diffiċli permezz ta’ konsulenza, talb u involviment fil‑komunità.
B’mod ġenerali, l‑isforz ta’ għajnuna mhux biss issodisfa l‑bżonnijiet fiżiċi u materjali tal‑vittmi, iżda offra wkoll appoġġ emozzjonali u sens ta’ solidarjetà komunitarja matul dan iż‑żmien diffiċli. Is‑suċċess ta’ din l‑inizjattiva enfasizza
l‑importanza tal‑azzjoni kollettiva u l‑kompassjoni fir‑rispons għall‑kriżijiet. Il‑vittmi esprimew il‑gratitudni profonda tagħhom għall‑appoġġ, b’ħafna enfasizzaw li l‑intervent kien pass vitali lejn stabbiltà mill‑ġdid u tama. L‑azzjoni f’waqtha tal‑knisja għenet lill‑familji jibdew jerġgħu jibnu ħajjithom, billi offriet mhux biss appoġġ materjali, iżda wkoll faraġ emozzjonali u spiritwali.
Dan li għamlet il‑knisja għal dawn il‑familji huwa biss il‑bidu. Għad hemm bżonn ta’ ħafna xi jsir, fosthom il‑bini mill‑ġdid tad‑djar. Għalhekk, Missio Malta offra s‑sapport tiegħu billi wiegħed li se jgħin bl‑aħjar mod li jista’ bil‑fondi miġbura minn benefatturi Maltin u Għawdxin.
Jekk tixtieq tgħin f’dan il‑proġett, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https://missio.org.mt/donate. Dettalji ta’ modi oħra ta’ għajnuna jinsabu fil‑paġni ta’ din ir‑rivista. Grazzi mill‑qalb.

Il‑Kappelli Ta’ Malta:
Vjaġġ storiku fuq pjattaforma ġdida li tiftaħ tieqa f’dinja affaxxinanti ta’ knejjes żgħar f’Malta u f’Għawdex.
Esperjenza vjaġġ virtwali fil‑wirt reliġjuż u storiku ta’ pajjiżna, filwaqt li tappoġġja lil Missio li jgħin komunitajiet fil‑bżonn madwar id‑dinja. Ibda l‑vjaġġ tiegħek issa fuq: https://kappelli.net/






ITTRA MINGĦAND SEMINARIST
BOROŻ TA’ STUDJU – Rita Falzon Kordinatriċi
Priestly formation is a sacred journey, a path of transformation, commitment and deepening faith. At St Peter’s Pontifical Seminary, Bangalore, this journey is nurtured through rigorous academic learning, spiritual growth, pastoral outreach and personal development. As seminarians, we are called to shape our hearts and minds to become faithful disciples of Christ, preparing ourselves to serve the Church and society. Following in the footsteps of St Peter the Apostle, St Peter’s Pontifical Seminary provides holistic priestly formation; human, spiritual, intellectual, moral, pastoral, socio‑cultural, and ecological, to shape seminarians as true missionary disciples.

is more than just an institution; it is the sacred space where I shape and mould myself and gain knowledge, not just in theology, but in life itself. Here, I grow spiritually through prayer, sacraments and personal devotion; intellectually through my theological studies; humanly by developing virtues that will make me a compassionate priest; and psychologically by learning to understand and manage emotions, relationships and responsibilities.

My time in the seminary is not just an academic pursuit, but a journey of transformation, one that moulds me into the person God calls me to be. From that moment, I stepped inside the seminary, I realized I had stepped into a year filled with learning, growth and deep self‑discovery. The seminary
One of the most profound aspects of my formation has been the weekend ministry. Going out to parishes and encountering the people, has given me an incredible opportunity to witness their faith, struggles and devotion. Interacting with families, teaching catechism, assisting in the liturgy and visiting the sick has been an eye‑opening experience. These experiences have deeply moved me, making me more aware of the responsibility I will carry
Malta Missjunarja - Ottubru - Diċembru 2025
as a priest. As I continue this journey, I realize that priestly formation is not just about preparing for the future; it is about being transformed in the present.
With deep gratitude and a heart full of prayers, I extend my sincere thanks to Missio Malta and all our beloved benefactors who generously support seminarians like me. Your sacrifices and kindness are not just financial aid; they are the very foundation upon which our priestly formation stands. Your support is
not just helping seminarians, it is building the Church, forming the priests who will one day bring Christ’s love to the world. May the Lord, who is never outdone in generosity, reward you a hundredfold and grant you peace, joy and fulfilment in all you do. Thank you for believing in us, for walking this journey with us and for being instruments of God’s providence in our lives.
Brother Arun Parbhu ‑ Second Year Theology
KIF INT TISTA’ TGĦIN LIS ‑ SEMINARISTI
FL‑ AFRIKA U FL‑ INDJA:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35
• Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju ‑ €43 • Paga ta’ għalliem fis‑seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑
€48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek, tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) ‑ €2400 (l‑ispejjeż kollha)
Għal aktar dettalji ċemplu 2123 6962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
JOAN’S CRAFTS FOR CHARITY
IN AID OF MISSIO ‑ Joan Libreri
“Give, and you will receive. Your gift will return to you in full.” Luke 6:38
Today, I would like to share a little picture of myself and how it all started. I have always loved the missions, and as a teenager I often dreamed that one day I will go to developing countries to help out. As many of you know, I was a Grade 1 teacher at St. Monica School, Gżira for 27 years. Teaching was my passion and I loved every minute of it! Working with children is one of the most rewarding and satisfying experiences you can ever have. When retirement approached and was just two years away, I began to feel very worried about what I would do after spending so many years teaching children. But God found me the perfect ‘job’ ‑ working for the missions. I immediately decided to start working with a missionary NGO in Malta. Over time, I tried different opportunities, and finally, Missio Malta’s Spiritual Director called me to ask if I wanted to participate in the 2015 Missio Day Fair, which was held in the parvis of Mosta’s church. My answer was definitely a yes! During the activity I sold items I had prepared and it went really well. From that day onwards, I never looked back.
This October will mark my 10th year with Missio Malta. Over the years, I have been able to sponsor a large number of projects in different Third World Countries. I’m not saying it was always easy, because there were many challenges along the way, but I always trusted in God, placing my efforts and problems in his hands, and it works! None of this could have happened without your kind purchases and donations. Thank you Missio for giving me this great and amazing opportunity, and a very big thank you to all of you! God bless you!
These are the projects I managed to sponsor to date:

1. KENYA: Sponsor for Christine Zawadi’s Graduation as a Primary Teacher.

2. KENYA: Gotani Dispensary Health Centre: 2 blood pressure machines, 2 weighing scales, 1 desktop computer, 3 drip stands, ward screen, office chair and table, 2 mobilization machines and transport.

3. INDIA: Sister Lilian Community: Uniforms and school resources for children in orphanages.
4. ZAMBIA: Father Grevazio Community:

Children’s hospital: painting of walls and embellishment of children’s wards, food and supplements, and a toy.

5. PHILIPPINES: Sister Ireen Mallo: Franciscan Community: Uniforms, backpacks and fees for the children.
Website: https://www.joanscraftsforcharity.com
Facebook Page: Joan Libreri; joan’s crafts for charity
Jien. Int. Aħna. Flimkien. CHARITY SHOP
No.92, Qormi Road, Hamrun
Opening hours: Monday‑Saturday 9.30am‑12.30pm




We sell: Clothing for men, women, children and babies
Baby essentials
Toys
Accessories
Books
School Items
Kitchenware ● Glassware
Homeware ● Household Goods ● Gifts ● Bric & Brac
SAN ĠWANNI PAWLU II
QADDIS TAX‑XAHAR

Karol Jòzef Wojtyla twieled fil‑Polonja nhar it‑18 ta’ Mejju 1920. Huwa kien l‑iżgħar fost tliet aħwa. Bħala tifel kien sportiv ħafna, u bħala ġuvni kien iħobb ħafna l‑palk. Minbarra li kien jirreċta, kien ukoll jikteb id‑drammi. Wojtyla rnexxielu jitgħallem 12‑il lingwa, li 9 minnhom użahom matul il‑Pontifikat tiegħu. Nhar is‑16 t’Ottubru 1978, Karol laħaq Papa. Huwa rnexxielu jwaqqaf għalkollox il‑komuniżmu f’pajjiżu u, iventwalment, fl‑Ewropa kollha. Kien ukoll strument biex ir‑relazzjonijiet bejn il‑reliġjon Kristjana u reliġjonijiet oħra jitjiebu
Matul il‑Pontifikat twil tiegħu ta’ 27 sena, is‑suġġett ‘missjoni’, kellu post importanti kemm fit‑tagħlim tal‑maġisteru ta’ Papa Ġwanni Pawlu II, kif ukoll fil‑mod kif poġġa fil‑prattika dan it‑tagħlim. San Ġwanni Pawlu II huwa magħruf bħala l‑Papa Missjunarju, minħabba l‑fatt li matul il‑Pontifikat tiegħu żar 129
pajjiż madwar id‑dinja f’104 vjaġġi li għamel. Dawn il‑vjaġġi kollha flimkien iġibu d‑distanza taċ‑ċirkumferenza tad‑dinja għal 29 darba. Kull fejn mar dejjem ippreżenta l‑valuri tal‑Evanġelju, ipprietka l‑ġustizzja u l‑paċi, u ddefenda d‑dinjità u d‑drittijiet tal‑persuna umana. Fl‑okkażjoni tal‑100 vjaġġ tiegħu, il‑Papa nnifsu fisser x’ġiegħlu jagħmel dawn il‑vjaġġi missjunarji. Huwa qal hekk:
“Tassew, li sa mill‑jum li fih ġejt magħżul Isqof ta’ Ruma, fis‑16 t’Ottubru 1978, il‑kmand ta’ Ġesù ‘Morru fid‑dinja kollha u xandru l‑Evanġelju lill‑ħlejjaq kollha,’ irbombja fil‑fond ta’ qalbi b’qawwa u b’urġenza partikulari. Ħassejt għalhekk li kien id‑dmir tiegħi li nimita lill‑Appostlu Pietru li mar ’l hawn u ’l hinn biex jibni u jsaħħaħ il‑ħajja tal‑Knisja fil‑fedeltà lejn il‑Kelma u b’servizz għall‑Verità; u ngħid lil kulħadd li Alla jħobbhom u li jitlob mingħandhom l‑inkuraġġiment u l‑eżempju tat‑tjieba u tal‑fidi tagħhom.”
Papa Ġwanni Pawlu II jidher fil‑gallarija tal‑Bażilika ta’ San Pietru wara l‑elezzjoni tiegħu biex imexxi l‑Knisja Kattolika fis‑16 ta’ Ottubru, 1978. Ritratt: (OSV News/Catholic Press Photo/Giancarlo Giuliani)
Malta Missjunarja - Ottubru - Diċembru 2025
Il‑viżjoni li dan il‑Papa kellu ta’ Knisja Missjunarja llum, hija kontinwazzjoni tat‑tagħlim tal‑Konċilju Vatikan II u tal‑Enċiklika ta’ Papa Pawlu VI. Huwa elabora l‑kunċett ta’ missjoni f’ħafna dokumenti u diskorsi tiegħu, fejn jisħaq li s‑sies u l‑għan ta’ kull missjoni fil‑Knisja
hija l‑Persuna tal‑Mulej Ġesù Kristu. Il‑festa ta’ Papa Ġwanni Pawlu II, li kien iddikjarat qaddis nhar il‑Ħadd 27 t’April 2014, niċċelebrawha fit‑22 t’Ottubru.

Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
Swift Code: APSBMTMT
my
• Iftaħ l‑app myAPS
• Agħfas fuq “P2M” fil‑qiegħ tal‑iskrin
• Agħżel il‑kont minn fejn trid tagħmel id‑donazzjoni
• Daħħal l‑ammont tad‑donazzjoni
• Daħħal in‑numru tal‑mowbajl 77236962
• Daħħal kumment f’ “Payment Reference”
• Agħfas “Confirm”
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 ‑ €2.33
• 5061 8998 ‑ €6.99
(Numri miftuħin is‑sena kollha.)
RELAZZJONIJIET



Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15
• 5180 2026 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
www.missio.org.mt
Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
Programmi bi produzzjoni ta’ Missio Malta u preżentazzjoni ta’ Dun Victor Agius u Claudia Cini.
Relazzjonijiet: bejn Lulju u Settembru Kull nhar ta’ Erbgħa fis‑2:30pm. B’ripetizzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa fis‑1:00am.
● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).
HUMANITARIAN WORK IN IQUITOS, PERU
ESPERJENZA MISSJUNARJA – Samuel Xerri
During my recent visit to Iquitos, Peru, I had the opportunity to immerse myself in humanitarian work aimed at assisting some of the city’s most vulnerable populations: homeless adults and children, people with substance misuse disorders and those suffering from severe illnesses. My experiences were challenging and had a profound impact on both the beneficiaries and myself.
Helping Homeless People
Iquitos, often known as the gateway to the Amazon, is a city of contrasts where natural beauty exists alongside significant poverty. Homelessness is a visible issue, with many individuals and families living on the streets. My work involved partnering with a local non‑profit organization managed by the missionary Father Doctor Raymond Portelli, to provide essential services such as food, shelter and basic medical care. One of the most impactful experiences was walking/hiking over 12 hours to reach a small village in the Amazon Rainforest.
Supporting Children
Children in Iquitos are particularly vulnerable. Many are orphaned, hungry or living in terrible conditions where they

face numerous dangers. I collaborated with Fr Raymond to supply these children with food and also do some activities for them to cheer them up. One task was to organize educational activities and play sessions. Education is a powerful tool for breaking the cycle of poverty, and engaging the children in learning was incredibly rewarding. Seeing their faces light up during storytelling sessions or play activities, was a highlight in my trip.
Assisting People Suffering From Drug Addictions
Substance abuse is a significant issue in Iquitos, exacerbated by poverty and lack of access to mental health services. I spent part of my time working in a rehabilitation centre that provided support for individuals suffering from substance misuse disorder. This centre offered a holistic approach to recovery,

including detoxification, counselling, and skills training. Engaging with the individuals at the centre was challenging, yet deeply moving. Many were battling severe addiction and had lost everything. While being there I witnessed the small victories; such as someone completing their first week of sobriety, which was incredibly inspiring, and also someone completing the programme. It underscored the importance of compassion and persistence in the face of addiction.
Caring For The Very Sick
Access to healthcare is limited in Iquitos, and many people suffer from untreated illnesses. I volunteered at a local clinic run by Fr Raymond that served the city’s poorest residents. The clinic was often overcrowded, and resources were scarce. One of the most poignant experiences was working with these people who are currently staying in a home specially

developed by Fr Raymond to help them get better. While being there, I had the opportunity to speak with them. Some of these people are extremely sick or dying. However, the fact that these people are housed by Fr Raymond, and not on the street, makes a huge difference and means that they are getting medical care directly. Seeing their relief and gratitude was immensely fulfilling.



My time in Iquitos was a profound and transformative experience. The resilience and spirit of the people I met, despite their hardships, left a lasting impression on me. This journey reinforced the importance of humanitarian efforts and the difference they can make in individual lives. Helping the homeless, supporting vulnerable children, assisting drug addicts to recovery, and caring for the very sick, provided a comprehensive perspective on the interconnected issues of poverty and health in Iquitos. It was a reminder that even small acts of kindness and support, can have a significant impact, and it motivated me to continue advocating for and working with marginalized communities in the future.
FREJJEĠ TA’ PAPA SAN ĠELASJU I

Kurżità:
RIĊETTA – Patri Pawl Bugeja OFMCap
X’għandek bżonn:
• 250 gramma dqiq
• 4 bajdiet imħabbtin
• 250 millilitru nbid abjad
• 250 millilitru ilma
• 50 gramma butir
• Ftit melħ
Metodu:
Ġo skutella ħallat sew flimkien id‑dqiq, l‑inbid u l‑ilma, u żid niskata melħ u l‑bajd.
Ħalli t‑taħlita toqgħod għal siegħa fil‑friġġ.
Saħħan taġen u idilku bi ftit butir.
Fost riċetti antiki nsibu riċetta attribwita lill‑Papa Ġelasju I (400‑496). Din hija l‑invenzjoni tal‑frejjeġ irqaq (crepes) li jingħad li kien offra lill‑grupp ta’ pellegrini li kienu waslu Ruma għall‑Festa tal‑Gandlora. Minn dak iż‑żmien dawn il‑frejjeġ saru parti mill‑ħelu fi Franza, b’għadd ta’ ingredjenti għall‑mili tagħhom. Il‑festa ta’ dan il‑qaddis niċċelebrawha fil‑21 ta’ Novembru.
B’kuċċarun żgħir ferrex it‑taħlita għal ġot‑taġen f’forma tonda.
5. Aqleb il‑froġa u neħħi minn fuq in‑nar. Irrepeti sa ma tuża t‑taħlita kollha.
6.Tista’ timla l‑frejjeġ kif tiggosta, sew bil‑frott, ċikkulata mdewba u għasel, jew perżut ġobon u ħaxix.
Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.




Kompetizzjoni
Minn Charles Casha
TISLIBA: Ibgħat it‑tisliba kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tliet tweġibiet tajbin li jittellgħu bil‑polza jirbħu kupun ta’
€15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. Tista’ wkoll tibgħat il‑kompetizzjoni permezz ta’ imejl.
Isem u kunjom: Indirizz:
Ħjiliet:
Mimdudin
1. Il‑mastrudaxxa jsammar bih.
4. Ma baqax nej.
5. Fiha jgħix l‑għasfur.
7 Aktar smin.
9. Twieled f’Malta.
12 Karattru popolari ..... Mudest.
13. Tiktibha jew tismagħha fil‑qorti.
14. Jagħmilha pittur.
Weqfin
1. Imwaħħla mal‑art waħda fejn l‑oħra.
2. Fil‑Milied nagħtuhom u nirċevuhom.
3. Kull ċittadin irid jobdiha.
6. Kontinent.
8. Mort għandha nagħmel kuntratt.
10. Il‑farfett hu hekk.
11. Xemxi, imsaħħab, bix‑xita jew bir‑riħ.
12. Għandu ...... tajba ma’ kulħadd.
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ April – Ġunju 2025:
It‑Tieni Gwerra Dinjija
HOPE
MUSSOLINI
HITLER ALLEATI
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni huma Lino Schembri mill‑Ħamrun, Joe Hamilton minn Tas‑Sliema u Charmaine Ellul minn Ħal Luqa. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jsarrfu l‑kupun.
Malta Missjunarja - Ottubru - Diċembru 2025

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.
Diċembru, 2019 ‑ Doris Attard
Novembru, 2023 ‑ Achille Attard
01 t’Ottubru, 2024 ‑ Twanny Bonello minn Birkirkara
13 ta’ Ġunju, 2023 ‑ Mary Bonavia mill‑Marsa
18 ta’ Lulju, 2025 ‑ Josephine Farrugia minn Birżebbuġa
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Every Drop Counts
Eżempji sbieħ
• Raymond Falzon mill‑Gudja
• C. Borg minn San Ġwann
• Amy Calleja
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
MISSIO SUMMER
LOTTERY RESULTS:
1 st Prize – Catherine Bonnici
2nd Prize – Phyllis Falzon
3rd Prize – Gertrude Isabel Formosa
4th Prize – Ramona Mercieca
5th Prize – Kyra D’Amato
6th Prize – Angela Abela
7th Prize – Melissa Coleiro
8th Prize – Alfred Spiteri
Well done to the winners. Heartfelt thanks to those who participated and gave Missio their support.
Nota importanti:
Jekk għal xi raġuni jew oħra ma tixtieqx tibqa’ tirċievi r‑rivista Malta Missjunarja, jekk jogħġbok infurmana fuq 21236962 jew clergy@missio.org.mt u staqsi għas‑Sinjorina Rita Falzon, sabiex nibżgħu għall‑karta u ma ssirx ħela. Grazzi bil‑quddiem.

Your donation today can provide clean water to Fiona, Catherine, and other children in Uganda.



