Skip to main content

Malta Missjunarja Mejju 2020

Page 1

NEWSPAPER POST MEJJU 2020 SENA 88

02 Il‑Leġġenda Tal‑Kuruna Tar‑Rużarju  04 Fil‑Ħlewwa Ta’ Mejju 28 Missjunarju Pjanista  36 Basboosa għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Mejju 2020

Il‑Leġġenda tal‑Kuruna tar‑Rużarju

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax-Xahar 24 Messaġġ minn Papa Franġisku 28 Missjunarji Kbar 30 Adopt a Grandparent 32 Pariri Siewja: COVID ‑19 34 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Anzjana titlob f 'darha bil-Kuruna tar-Rużarju f 'idejha. 2

Ħ

afna snin ilu Wiġi, raġel twajjeb u fqajjar, kellu d‑drawwa li ta’ kuljum jagħmel girlanda ta’ ward jew fjuri oħra skont l‑istaġun u b’devozzjoni kbira jpoġġiha fuq ras statwa tal‑Madonna. Jingħad li l‑Madonna tant rat il‑qalb tajba u umli ta’ dan ir‑raġel li qalgħatlu l‑grazzja li jibda jservi bħala fra f ’monasteru. Iżda m’għaddiex wisq żmien u Wiġi beda jħossu mdejjaq. Patri xwejjaħ induna b’dan u staqsieh x’kien ġralu. Ir‑raġel malajr tarraflu li kien qed jaħseb biex imur lura għall‑ħajja ta’ qabel daħal fil‑monasteru. Il‑patri xwejjaħ ħaseb li dan ma kienx għal qalbu jservi ta’ fra, iżda r‑raġuni kienet li Wiġi ma kienx qed isib ħin idomm girlanda ward lill‑Madonna. Il‑patri xwejjaħ tah il‑parir li minflok idomm girlanda ward, jibda jgħid ħamsin Ave Marija, filwaqt li żgurah li l‑Madonna kienet tieħu aktar gost bih. Lil Wiġi għoġbitu din l‑idea u beda jagħmel hekk kuljum, sakemm jum fost l‑oħrajn intbagħat b’qadja u kien jeħtieġlu jgħaddi minn foresta mimlija ħallelin. Wiġi telaq għal għonq it‑triq riekeb fuq żiemel. Wara ftit ħin mhux ħażin, il‑fra iddeċieda li


Mejju 2020

jieqaf iserraħ liż‑żiemel, rabtu ma’ siġra, niżel għarkopptejh u minn taħt l‑ilsien beda jtenni l‑Ave Marijiet. Grupp ta’ ħallelin kienu lemħuh għaddej u kif rawh aljenat ftiehmu li jaqbżu fuqu, jisirqulu ż‑żiemel u kulma kellu fuqu. Il‑ħallelin resqu nkiss inkiss lejn il‑fra biex jisirquh, imma fid‑daqqa u l‑ħin lemħu mara wieqfa ħdejh. Filwaqt li Wiġi kien qed jitlob, il‑Madonna bdiet tieħu minn ħalqu warda għal kull Ave Marija li jgħid u ddommhom f’girlanda li kellha f’idejha. Il‑ħallelin skantaw mhux ftit u ma felħux jiċċaqalqu mnejn kienu. Meta l‑fra qal il‑ħamsin Ave Marija, il‑Madonna lestiet il‑girlanda, libsitha fuq rasha u telgħet lejn is‑sema. Wiġi qam mnejn kien, rikeb iż‑żiemel u pprepara biex ikompli bil‑vjaġġ. Il‑ħallelin ġrew lejh u kollhom kurżità staqsewh dik il‑mara min kienet. Wiġi ma fehemx x’kienu

qed jgħidu, imma qalilhom li huwa kien biss qed jitlob lill‑Madonna. Meta l‑ħallelin fehmu x’kien ġara, bidlu ħajjithom u saru twajbin. Wiġi feraħ ħafna li l‑Madonna kienet aċċettat l‑Ave Marijiet tiegħu daqslikieku ward, u meta wasal lura l‑monasteru għamel girlanda b’ħamsin warda. Huwa ħajjar lil xi nies twajba jagħmlu din il‑girlanda u jgħidu ħamsin Ave Marija kuljum ‑ Ave Marija għal kull warda. B’hekk inħolqot

il‑Kuruna tar‑Rużarju simili ta’ kif nafuha llum. Din hija biss leġġenda, iżda xorta għandna nemmnu li jekk ngħidu r‑Rużarju kuljum, inkunu qegħdin nagħtu ħamsin warda kuljum lill‑Madonna minn qalbna. Ħafna nies jemmnu li kien San Duminku li beda d‑drawwa sabiħa tat‑talba tar‑Rużarju. Jingħad li f ’dehra l‑Madonna rregalatlu l‑Kuruna tar‑Rużarju. 

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

F’isem l‑istaff u l‑voluntiera kollha ta’ Missio Malta, nawguraw lill‑ommijiet kollha ħafna saħħa, paċi u ferħ, filwaqt li nirringrazzjawhom ta’ dak kollu li jagħmlu magħna. 3


Mejju 2020

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Fil‑Ħlewwa ta’ Mejju

Mal‑bidu ta’ Mejju, fil‑knejjes u f ’ħafna skejjel jinstema’ jitkanta l‑innu sabiħ ‘Fil‑Ħlewwa ta’ Mejju’, miktub mill‑poeta nazzjoni tagħna Dun Karm Psaila. Żgur li dan l‑innu jġibilna nostalġija tat‑tfulija għaliex ifakkarna meta bħala tfal konna nibdew il‑jum tal‑iskola bil‑kant ta’ dan l‑innu li bħal donnu ma jiqdiem qatt ‑ jibqa’ attwali. Fil‑ħlewwa ta’ Mejju, Omm tagħna Marija, Oh! Kemm idoqq ħlejju dak ismek sabiħ.

I

x‑xahar ta’ Mejju huwa wieħed mill‑isbaħ fost ix‑xhur kollha tas‑sena. Dan mhux biss għaliex il‑jum igawdi sigħat itwal ta’ dawl mix‑xemx, iżda wkoll għaliex tħares fejn tħares tpaxxi lil 4

għajnejk bil‑ġmiel tal‑ilwien tal‑fjuri. Mhux ta’ b’xejn li ħafna mill‑għarajjes jagħżlu li jiżżewġu f ’ dan ix‑xaħar! Imma dan ix‑xahar huwa marbut ukoll mal‑Madonna.

Din hija l‑ewwel strofa minn dan l‑innu sabiħ li jitkellem dwar is‑sbuħija u l‑kobor ta’ Marija li fethet l‑għejun ta’ kull ħniena fuq l‑aħwa ħosbiena, fuq l‑aħwa ħatjin. Il‑kobor ta’ Marija mhux ġej biss mill‑fatt li hija l‑omm ta’ min ħalaqha, iżda għaliex wettqet


Int l‑għaxqa tas‑sema, ix‑xemx tal‑ħolqien; infrixt bħal qawsalla fuq ras il‑bnedmin. Marija hija ommna, imma fl‑istess waqt hija t‑triq li twassalna għand binha jekk bħalha ta’ kuljum intennu: “Ammen”, għal dak kollu li Alla jrid minna. 

B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.

raġun il‑poeta nazzjonali jgħidilha:

sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99

b’ubbidjenza sħiħa dak kollu li Alla ried minnha. “Hawn jien il‑qaddejja tal‑Mulej, ħa jsir minni skond kelmtek” (Lq. 1: 38). Dan kien il‑programm ta’ ħajjet Marija waqt li kienet fuq wiċċ din l‑art, li tgħix ma’ Alla, f ’Alla u b’Alla. Dan għamlitu billi kienet toqgħod taħseb bejnha u bejn ruħha (Lq. 2:51), fiċ‑ċirkostanzi li kienet tkun għaddejja minnhom. Kellu

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Mejju 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

21236962 5


Mejju 2020

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Mejju 2020 Intenzjoni ta’ talb għall‑evanġelizzazzjoni

Għad‑djakni. “Nitolbu sabiex id‑djakni, fidili fis‑servizz tagħhom lejn il‑kelma u l‑foqra, ikunu simbolu ta’ tisħiħ u inkoraġġiment għall‑Knisja kollha.”

I

l‑kelma Griega għal djaknu hija ‘diakonos’ li nsibuha 29 darba fit‑Testment il‑Ġdid. Litteralment il‑kelma tfisser ‘dak li jservi f ’nofs l‑imwejjed’. Kristu nnifsu huwa msejjaħ ‘diakonos’ f ’Rum. 15:8 6

u f ’Gal. 2:17. Is‑sejħa għad‑djakonat insibuha rrakkuntata b’mod ċar fil‑ktieb tal‑Atti tal‑Appostli miktub minn San Luqa, fejn naraw l‑għażla tas‑seba’ djakni, fosthom lil San Stiefnu, li ta xhieda tad‑djakonija tiegħu bl‑iktar mod perfett permezz tal‑martirju: “... u ħatru lil Stiefnu, raġel mimli bil‑fidi u bl‑Ispirtu s‑Santu, u lil Filippu u lil Prokoru, u lil Nikanor u lil Timon, u lil Parmenas u lil Nikolas, proselitu minn Antijokja, qegħduhom quddiem l‑appostli u dawn talbu u qiegħdu jdejhom fuqhom.” (Atti 6:5‑6) Dawn id‑djakni nħatru mill‑appostli mmexxija mill‑Ispirtu s‑Santu sabiex jgħinuhom fil‑ħafna xogħol tagħhom qalb l‑ewwel komunitajiet Insara. Id‑djakni magħżula minn fost il‑komunità ġew ippreżentati

quddiem l‑appostli li talbu flimkien u poġġew idejhom fuqhom sabiex iwettqu l‑missjoni meħtieġa tagħhom. Bħala ministeru żgur li kellhom l‑organizzazzjoni tal‑agape fil‑liturġija u l‑ministeru tal‑karità tal‑isqof. Nistgħu nifhmu aħjar l‑ordni tad‑djakonat billi nagħtu ħarsa wkoll lejn ir‑rit tal‑Ordinazzjoni tad‑Djakonat innifsu, meta l‑isqof jordna djaknu. L‑ewwel issir il‑Petizzjoni lill‑Isqof minn dak li jkun inkarigat mill‑formazzjoni tal‑kandidat għad‑djakonat, imbagħad issir l‑omelija mill‑isqof u wara l‑interrogatorju. Dak li ser ikun ordnat djaknu jagħmel wegħda importanti ta’ ubbidjenza lill‑isqof u wara titkanta l‑litanija tal‑qaddisin. Il‑mument l‑iktar solenni


Mejju 2020

huwa t‑tqegħid tal‑idejn mill‑isqof waħdu, fis‑skiet, u t‑Talba Konsagratorja. Id‑djaknu l‑ġdid jilbes l‑istola u d‑dalmatika. Wara l‑isqof jagħtih l‑Evanġelarju u l‑Bewsa tal‑Paċi. It‑talba konsagratorja għad‑djakonat turi l‑funzjoni liturġika li għandu djaknu u r‑rabta tiegħu mal‑liturġija tal‑Knisja. Turi wkoll is‑servizz għall‑karità li għandu jkollu d‑djaknu. Id‑dalmatika tad‑djaknu jew tuniċella, hija l‑libsa proprja li fil‑bidu kienu jilbsuha s‑seba’ djakni biss. Oriġinarjament din kienet tintlibes mill‑imperaturi Rumani u Papa San Ewtikju (275‑283) kien ordna biex il‑fdalijiet tal‑martri jitgħattew biha. L‑istola jew ‘horarium’ insibuha

għall‑ewwel darba fis‑Seklu 6 fil‑Knisja Spanjola. Id‑djaknu jilbes l‑istola tiegħu fuq l‑ispalla u tintlibes b’mod differenti minn tas‑saċerdot kif insibu fil‑Konċilju ta’ Toledo fis‑Seklu 7. Tintlibes fuq l‑ispalla x‑xellugija ħalli in‑naħa tal‑lemin jibqa’ liberu, simbolu sabiex b’hekk ikun jista’ bla xkiel, iwettaq il‑qadi tiegħu. L‑Ordni tad‑Djakonat huwa l‑ewwel grad tas‑Sagrament tal‑Ordni Sagri. Papa Piju XII, fis‑’Sacramentum Ordinis’ tal‑l947, jgħid li s‑Sagrament tal‑Ordni Sagri għandu tliet gradi: id‑Djakonat, il‑Presbiterat u l‑Episkopat. Hija l‑Konsagrazzjoni Episkopali tal‑Isqof li hija l‑milja

BAŻAR

tas‑Sagrament tal‑Ordni Sagri, u għalhekk id‑djakni u s‑saċerdoti għandhom ikunu dejjem f ’għaqda mal‑isqof. F’ħafna djoċesijiet fid‑dinja, fejn hemm nuqqas ta’ saċerdoti, insibu dawk li ngħidulhom id‑djakni permanenti, li ħafna huma rġiel bil‑familja, li qegħdin iwettqu xogħol pastorali importanti u qegħdin ikunu ta’ għajnuna għall‑presbiteri u għall‑isqfijiet. L‑akbar numri ta’ djakni permanenti jinsab fl‑Istati Uniti. Min jaf forsi fil‑futur u mhux fil‑bogħod, ir‑realtà tad‑djakni permanenti tkun qed tagħti s‑sehem tagħha hawn Malta wkoll. Mela nkomplu nitolbu sabiex dan il‑ministeru tal‑qadi jkompli jikber fil‑Knisja. 

Magħluq matul ix‑xahar ta’ Mejju.

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn fajjenza, oġġetti tal‑ħġieġ u kull tip ta’ tiżjin tad‑dar, f’kundizzjoni tajba, biex jinbiegħu fil‑bażar ta’ Missio Malta. F’każ ta’ ammont kbir niġu aħna stess niġbruhom minn djarkom. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Natasha fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Kull għotja hija apprezzata. Grazzi ħafna mill‑qalb. 7


Mejju 2020

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier It‑Tieni Parti 1. Alla hu mħabba. “Min hu bla mħabba ma jafx lil Alla, għax Alla hu mħabba.” (1Ġw. 4:8)

I

l‑qalba tal‑Bxara t‑Tajba hija li Alla huwa kollu kemm hu mħabba, u li Alla jħobb lil kull wieħed u waħda minna b’imħabba bla limitu. Il‑mument li fih inti tiskopri din l‑imħabba personali ta’ Alla lejk, iġib bidla revoluzzjonarja f ’ħajtek. Alla jħobbni, Alla jħobbok! Hu li ħalaqna, iħobbna. Alla, li ħalaq l‑immensità tal‑univers, iħobbni. L‑ewwel Insara kienu jħobbu jirrepetu: “Sirna nafu u nemmnu fl‑imħabba li Alla għandu lejna” (1Ġw. 4:16). L‑ispiritwalità ta’ komunjoni tibda minn din l‑esperjenza bażika, meta nerġgħu niskopru u naċċettaw l‑imħabba personali ta’ Alla lejna. “Alla tant ħabb lid‑dinja li bagħat lil ibnu l‑waħdieni ...” (Ġw. 3:16). L‑iskoperta tal‑imħabba ta’ Alla ġġagħalna nifhmu li fid‑dinja, aħna lkoll aħwa u li dan Missierna li jħobbna, iħobb tant ieħor lil kull persuna li niltaqgħu magħha. Imma l‑imħabba ta’ Alla teħtieġ ukoll risposta 8

li twassalna biex nagħmlu għażla serja u profonda ta’ Alla u li hu jsir dejjem l‑ewwel preferenza ta’ ħajjitna, qabel kull għażla oħra. Dan huwa dak li tgħidilna l‑Bibbja: “Għandek tħobb lil Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu u bis‑saħħa tiegħek kollha” (Mk. 12:30). Aħna rridu nwasslu u naqsmu ma’ kulħadd din l‑Aħbar it‑Tajba tal‑imħabba ta’ Alla. Fl‑Ispiritwalita’ ta’ komunjoni, ma nżommux din l‑iskoperta tal‑imħabba ta’ Alla għalina nfusna, imma naqsmuha mal‑oħrajn. Ħabib tiegħi min‑New York, li hu qassis, jirrakkonta dak li ġara lilu. Dan jista’ jgħin u jagħmel kuraġġ lil ħafna minna. Jgħidilna hekk: “Fi tfuliti, kienu jenfasizzawlna ħafna il‑biża’,

l‑awtorità, u l‑kastigi ta’ Alla. Kienu jgħallmuna li Alla jaf kollox fuqna, ma jaħrablu xejn, jista’ kollox, imma ma niftakar qatt li xi ħadd qalli li Alla hu mħabba. Kien hemm enfasi kbira fuq id‑dnubiet il‑mejta għal kull tip ta’ affarijiet u li kien ħaqqhom il‑kastig etern tal‑infern. Minn meta kont għadni tifel żgħir, missieri qatt ma tani eżempju biex jgħinni naħseb u nifhem lil Alla bħala mħabba li ssaħħaħli qalbi. Nimmaġina li missieri kellu intenzjonijiet tajba, però ma kienx jaf juri l‑imħabba. Missieri kien isawwatni b’ċintorin tal‑ġild. Darba kienet ġiet tarana z‑zija u kienet qalet lil missieri: “Jekk ma tiqafx issawtu lil dak it‑tifel ser tispiċċa biex toqtlu.” Darba kien ser isawwatni u jiena ħrabtlu. Ma setax jaqbadni u allura pprova jżiegħel bija u qalli: ‘Kollox sew, mhux se nsawtek ejja


Mejju 2020

ħdejja.’ Għamilt att kbir ta’ fidi u emmintu, imma meta kont qrib tiegħu, waħħalhieli. Dejjem kien ikolli nuri li jistħoqqli l‑imħabba, anki jekk dejjem kelli l‑impressjoni li qatt ma kont kapaċi nasal biex nimmeritaha. Din il‑formazzjoni li rċevejt fi tfuliti ħallietli togħma ta’ biża’ u ta’ kastig marbuta mal‑idea ta’ Alla, u dejjem kont nistenna li ser niġi mċanfar. Min‑naħa l‑oħra, meta bdejt nikber, bdejt nitgħallem inħobb lil Alla indirettament permezz ta’ xi devozzjonijiet, ngħidu aħna bħal devozzjoni lejn il‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fit‑tqarbin kont inħoss imħabba intima ma’ Ġesù u kont nagħmel il‑viżti lil

Ġesù Sagramentat fil‑knisja. Bħala żagħżugħ kont inħobb lill‑Madonna u kont nitlobha kuljum. Meta nħares lura, naħseb li l‑imħabba ta’ Marija għalija kienet ukoll l‑imħabba ta’ Alla ghalija. Tgħallimt fuq l‑imħabba Nisranija mill‑eżempju ta’ Santa Tereża ta’ Lisieux. Meta ltqajt ma’ din l‑ispiritwalità ta’ komunjoni ħassejt li kont skoprejt mill‑ġdid il‑ħajja Nisranija tiegħi fuq livell ieħor. Skoprejt li dak kollu li kellu x’jaqsam mal‑ħajja Nisranija kien frott tal‑imħabba. Pereżempju, indunajt li l‑kurċifiss ma baqax biss xi ħaġa mdendla ma’ ħajt, imma kien Ġesù msallab u abbandunat ġo fija, fil‑ħajja tiegħi; kien Ġesù msallab u abbandunat qrib tiegħi f ’kull

mument ta’ ferħ u ta’ tbatija fil‑ħajja tiegħi. Bl‑istess mod, l‑imħabba ta’ Alla ma kinitx xi ħaġa ’l bogħod minni bħala ħsieb intellettwali f ’moħħi, imma kienet l‑imħabba ta’ Alla preżenti u attiva f ’ħajti, f ’kull dettall ta’ ħajti, fil‑passat u fil‑preżent. Din l‑imħabba ta’ Alla ħafritli dnubieti u fejqitli l‑ġrieħi ta’ qalbi. Issa nara kif din l‑imħabba ta’ Alla, permezz ta’ Ġesù msallab u abbandunat, hija preżenti u viċin tagħna fil‑mumenti kollha ta’ ferħ jew tbatija, u li Alla huwa dejjem intimament viċin tagħna bil‑ħniena u l‑maħfra tiegħu fil‑mumenti ta’ dgħufija jew ta’ limitu tagħna, jew f ’mumenti meta ma nibqgħux fidili lejh.” 

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 9


Mejju 2020

SAN PIETRU APPOSTLU – SOR INTISAR SLEWA

Missjunarja f’Malta always dreamt of being the person I was meant to be and to give all the help I could to help other people make the difference in their lives and to be a source of joy for others, even in their distress and sorrow. That is why I chose to become a nun. My Identity My name is Intisar, which is an Arabic name which means “Victory” in English.

order to be devoted to her vocation . This is exactly what happened to me when I was 16 years old, after my family rejected the idea of ​​my vocation. But the strength of St. Emily and the insistence of St. Theresa the child Jesus, whom I love and consider as a role model in my life, are those who helped me to choose and insist on my decision, because the voice of God who called me, was stronger than the rest.

Age: 33 years old. Nationality: An Iraqi from Mosul, specifically from the Nineveh Region. Congregation: Sisters of St. Joseph of the Apparition. My childhood From a young age, I have

My decision I chose the sisters of Saint Joseph because I was greatly influenced by the story of St. Emily de Vialar, who was ready to give assistance to the poor and needy. I also admired her strength to go against her family in

To Jordan Thus my story began. I entered the convent at the age of 17 in 2005 and was the youngest in the formation house where we were 19 nuns and students. I left for the first time in my 10


Mejju 2020

life the home of my family, my village and my country, to travel to Jordan, which was the house of formation. I arrived in Amman and met other students who were also preparing for convent life. We were all from the Middle East: Iraq, Egypt, Palestine, Syria, and Lebanon. Frankly, I was very happy to live with all these nationalities and at the same time I do not deny that I was afraid because I had never lived among different cultures, environments and nationalities; before however when I experienced this life I had a kind of mosaic which was rich in colours and shapes that make the real beauty of different. To Lebanon After three years of experience, formation and study, I received the first envelope with my obedience for my first mission in Lebanon. Here, I began my missionary life. In Lebanon, I spent eight years of study, mission and service. I have completed my undergraduate degree in Psychology, with a specialization in Educational and School Psychology. At the same time, I worked in our school as a teacher of Religion, and I was also responsible for educational

and cultural activities as well as religious activities, but my service was not limited only to school, for after school hours I served in the parish to help the parish priest and visit the needy families and help the displaced Iraqis and the Syrians. I also helped in several charitable

institutions to educate poor children in Burj Hammoud area of ​​Beirut which is very poor. Every time I helped someone, I felt that I made God happy on that day because the joy of the people was the best proof of that. My joy increased daily when giving help to others. I was 11


Mejju 2020

SAN PIETRU APPOSTLU – SOR INTISAR SLEWA

very satisfied that I had a lot to offer to the world because God had given me so much and I do not want to keep this for myself. To Tunisia After eight years of joy, love, service, giving and hundreds of friends, I got the second envelope and another mission, this time to Tunisia. Everything is different, a new country, new culture, a different environment, different religions, new customs and traditions, but all of this, with God’s help I felt enriched. Three years of service in this country with its simple, tormented and loving people I served in church schools that were all students of the Islamic faith. In this country my presence was very different. I was wearing my convent clothes with the cross on my chest so in that way I had to live up to my religious life, as I was expected to do. Although it is not easy, but as I said with God, nothing is impossible. I served with several different monastic orders, I was in a church school which was run by Salesian brothers, and had also Salesian nuns and Franciscan nuns, and our goal was all the same ‑ the glory of God and the service of our neighbour. Here I really felt the importance 12

of our mission, the unity and the collective spirit which united us. We were together for the good of our

neighbour, whatever his religion. Also, in addition to the school, we SJA sisters helped in the parish. I


Mejju 2020

served in the school, which initially had 1,000 students, as a nurse, stimulant and psychologist, and then the director of the kindergarten, which included 200 students. To Malta Soon the three years ended and I received a third envelope and a new mission, this time a completely different country which is not an Arab country‑ that is Malta. I arrived in October on the island of Malta,

and I was enchanted by its beauty. I started my mission by learning the English language. Every country has its own language and dialect, and this is also a challenge to someone new. Naturally, you have to be able to speak the language of the country in order to be able to communicate with the people in the language that they speak. For me the Maltese language is not difficult because it is close to the Arabic

language and with time, habituation, and mixing I got used to it. I can also communicate with people in English and French. My life and my mission in Malta is in the convent with my religious sisters; we are ten in all of different ages, and nationalities. Then I also help in the junior and senior school. I also do voluntary work with Caritas. In every country I served, I had to have a voluntary service in addition to my primary mission.

13


Mejju 2020

In the school (Blata l‑Bajda) In the school, what is important is my presence as a young, active sister who speaks, plays and rejoices with junior and senior students, and I also help in the administration. It is very important for the new generation to know that there are still young vocations to the religious life, especially in the time of drought in which we live (lack of monastic calls) today. The generation of this era of speed and technology, a generation in need of tangibles and material, a busy generation living in the chaos of this world, does not have time to hear the voice of God calling them. They have to have an example of the active nun who plays and has fun with them, simply to be their friendly, educated friend who can 14

SAN PIETRU APPOSTLU – SOR INTISAR SLEWA

understand their problems and advise them wisely. The happy woman, whenever they look at her face, they notice the smile that makes them feel comfortable, even though she has her own problems too. She shows that she feels with them their pain and difficulties and she works hard to help them and empathise with them. In Dar Papa Franġisku On the other hand, my mission with Caritas is to help at Pope Francis’s home to prepare food for those in

need. Here I stop a little to talk about this experience. The House of Pope Francis is equipped to be a bed and breakfast for people in need, of all religions and nationalities. There are those who have all their needs met ‑ sleep, wash and food. And there are those who simply need food, but do not have the money to buy it. Then there are others who need clothes and a lot of other things. Yes, they are basic needs for living. For me this house is very special, because in serving these poor people we are serving Christ himself. My work here is in the kitchen, helping the chef with the cooking, as well as cleaning, preparing the tables and having everything ready for midday, for the first arrivals. I believe it is


Mejju 2020

important that these people feel welcome and are treated with dignity and respect. So with a smile on my face I serve and help them forget their problems. Everyone has the right to be treated with dignity and to live in peace. We are here to help everyone who needs help.

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115

The end Finally, my message to everyone is to put all your worries aside and look at life in a positive way, and for people to spread love and happiness. Be a person who makes the difference in life, not a person who follows a routine in life and kills vitality and simplicity. Life is a gift from God and we only live it once. Thanks with my sincere love and respect. 

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 15


SANTA INFANZJA ‑ VIKKI

Mejju 2020

Ta’ Erbatax‑il Sena Fetaħ Skola għat‑Tfal Foqra

A

sfaw Yemiru twieled u għex fl‑Etjopja. Huwa minn dejjem emmen li l‑edukazzjoni hija l‑uniku mod ta’ kif wieħed jista’ jgħin lit‑tfal foqra sabiex itejbu ħajjithom. Missier Asfaw kien qassis Ortodoss. Asfaw qatta’ ħafna mit‑tfulija tiegħu jieħu ħsieb in‑nagħaġ u l‑mogħoż ta’ missieru. Meta kellu tmien snin, il‑familja kollha tiegħu ddeċidew li jerħulha lejn il‑kapitali tal‑Etjopja, Addis Ababa. Hemmhekk, Asfaw ġie ordnat Djaknu flimkien mal‑ħdax‑il aħwa tiegħu. Wara ċ‑ċerimonja, Asfaw irrifjuta li jmur lura u għalhekk spiċċa jgħix fit‑toroq b’ħamsin ċenteżmu

16

fil‑but. Asfaw kellu jaħdem ħafna sabiex jaqla’ xi ħaġa x’jiekol. Huwa qatta’ erbatax‑il xahar jorqod barra fil‑bitħa tal‑knisja sakemm jum fost l‑oħrajn waqaf jgħin mara li kien għadu kif inqalbilha l‑karettun. Asfaw mar jiġri sabiex jgħinha tiġbor it‑tagħbija tal‑ġobon li kienet imxerrda kollha fl‑art. Din il‑mara offriet lil Asfaw xogħol domestiku fid‑dar tagħha u saqaf fuq rasu matul il‑lejl. Il‑mara offriet ukoll lil Asfaw l‑opportunità li jattendi l‑iskola. Fl‑iskola Asfaw mar tajjeb ħafna, tant li rebaħ borża ta’ studju b’xejn fl‑iskola ġenerali ‘Wingate Boarding

School’ immexxija mill‑‘British Council’. Kien proprju fl‑ewwel sena tiegħu f ’din l‑iskola li Asfaw ħass il‑ħtieġa li jagħmel xi ħaġa sabiex jgħin lit‑tfal foqra li bħalu kienu jgħixu fit‑toroq. Fl‑1957, fl‑età ta’ erbatax‑il sena huwa fetaħ l‑ewwel skola tiegħu għat‑tfal li


Mejju 2020

jgħixu fit‑toroq. Huwa beda billi ħa l‑inizjattiva li jiġbor l‑ikel żejjed li kien jifdal wara li l‑istudenti jkunu kielu. Asfaw kien iqassam dan il‑fdal tal‑ikel lit‑tfal tat‑triq li kienu jinġabru barra l‑gradi tal‑iskola. Iktar tard huwa beda jlaqqa’ lit‑tfal taħt siġra tal‑ballut fil‑bitħa tal‑knisja biex jgħallimhom. Asfaw kien kuntent ħafna b’din l‑iskola żgħira li kien ħoloq, tant li meta temm l‑istudji tiegħu stess, huwa m’aċċettax il‑post offrut lilu fl‑università, iżda minflok

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

iddeċieda li jiddedika ħajtu kollha sabiex jaħdem bħala għalliem. Huwa kien jirnexxilu jiġbor mijiet ta’ tfal taħt is‑siġar fil‑bitħa tal‑knisja. L‑awtoritajiet tal‑knisja kienu mħassba u nkwetati dwar dak li kien qed jiġri. Kien wasal iż‑żmien li Asfaw ikollu bini u art minn fejn imexxi l‑programm ta’ tagħlim li kien ħoloq. Jum fost l‑oħrajn l‑Imperatur Haile Selassie żar l‑iskola ġenerali ‘Wingate Boarding

School’ fejn kien jgħallem Asfaw. Asfaw kien pront u ħa ċ‑ċans sabiex ikellem lill‑imperatur. Huwa għamel petizzjoni għall‑għajnuna, u permezz ta’ digriet imperjali, Asfaw ingħata tliet mitt metru kwadru fuq wara tal‑bitħa tal‑knisja sabiex jibni l‑iskola tiegħu. Għexieren ta’ eluf ta’ tfal foqra rċivew l‑edukazzjoni tagħhom fl‑iskejjel ta’ Asfaw, filwaqt li ħafna familji rċivew appoġġ finanzjarju, ikel u xorb. L‑edukazzjoni fl‑iskejjel ta’ Asfaw hija

€27 – qażquż lil familja kbira

€58 – 6 xhur terapija kontra

€150 – xahar manteniment

€300 – ħlas ta’ sena skola

fil‑bżonn

€138 – konsenja ilma tal‑fliexken għal 15‑il tifel u tifla

u skola lil tifel/tifla għomja mit‑twelid f’Dar tas‑Sorijiet

t‑tuberkolożi għal tifel jew tifla morda

sekondarja lil bniet foqra fil‑periklu li jingħataw għal żwieġ imġiegħel jew bħala ‘sex slaves’

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! 17


SANTA INFANZJA ‑ VIKKI

Mejju 2020

b’xejn u għalhekk l‑ebda tifel, tifla jew ġenitur ma jintalab iħallas għall‑kotba u l‑uniformi tal‑iskola. F’dawn l‑iskejjel it‑tfal jitgħallmu wkoll dwar il‑biedja u ħiliet prattiċi oħra. Li wieħed jiġi kkastigat għal xi żball li jkun wettaq waqt li jkun qiegħed l‑iskola, qatt ma kien permess fl‑iskejjel ta’ Asfaw minkejja li din il‑prassi kienet popolari

ħafna f ’dawk iż‑żminijiet. Asfaw minn dejjem saħaq dwar id‑dritt li kull tifel u tifla, inkluż dawk foqra, ikollhom edukazzjoni xierqa. Huwa jisħaq li permezz tal‑edukazzjoni, it‑tfal foqra jingħataw iċ‑ċans ta’ ħajja aħjar. Minħabba t‑twemmin u l‑ħidma tiegħu favur it‑tfal foqra, Asfaw spiċċa l‑ħabs diversi drabi. Asfaw rċieva il‑premju ‘The Children’s Prize’ fl‑2001. Dan il‑premju ġie mogħti lilu minħabba li sa l‑2001

CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 18

huwa kien qatta’ aktar minn 50 sena jiġġieled favur id‑drittijiet tat‑tfal. Huwa ddedika l‑enerġija kollha tiegħu sabiex jeduka lit‑tfal l‑aktar fil‑bżonn. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 


Mejju 2020

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)  Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT

(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 19


Mejju 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Omm dejjem tkun f’wieħed minn tliet postijiet: • Quddiem uliedha, sabiex tinkoraġġihom jimxu ’l quddiem • Wara wliedha biex qatt ma jaqgħu lura jew • Maġenbhom sabiex qatt ma jimxu waħedhom

Jum l‑Omm kien iċċelebrat għall‑ewwel darba fl‑Amerika fuq inizjattiva ta’ Anna Jarvis li fl‑1908 fakkret il‑memorja t’ommha fil‑knisja ta’ Sant’Andru. Kienet ilha mill‑1905, is‑sena li fiha mietet ommha, tirsisti biex twaqqaf dan il‑jum. Fl‑1912, Anna ħabbret li kull tieni Ħadd ta’ Mejju jibda jkun iċċelebrat Jum l‑Omm. Dan il‑jum huwa osservat f’aktar minn 40 pajjiż madwar id‑dinja kollha, għalkemm fi ġranet differenti. Fil‑bidu tas‑snin 20 bdew jinbiegħu l‑kartolini għal Jum l‑Omm. Anna ma tantx ħadet gost għaliex l‑għan ewlieni ta’ dan il‑jum ma kienx wieħed kummerċjali. Hija kienet tisħaq li t‑tfal għandhom juru l‑apprezzament tagħhom lejn ommhom b’ittri u kartolini magħmulin minnhom stess. Ritratt: Tallaba Indjana bit-tarbija tagħha f'idejha fis-Suq ta' Janpath fi New Delhi, l-Indja.

20


Mejju 2020

21


Mejju 2020

IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

San Bernardin ta’ Siena

B

ernardin Albizzeschi twieled f ’Massa Marittima fit‑Toskana, l‑Italja nhar it‑8 ta’ Settembru 1380. Familtu kienet waħda mill‑aktar familji magħrufin fir‑Repubblika ta’ Siena. Ħadd ma basar li ’l quddiem Bernardin kellu jkun il‑Magħżul t’Alla, stilla b’dawl fuqan li d‑dinja kellha tiddi permezz tal‑ħajja qaddisa tiegħu. Bernardin intefa’ b’ruħu u b’ġismu għall‑istudju tal‑Kotba Mqaddsa. Waqt il‑prietki tiegħu kien isemmi ħafna drabi partijiet mill‑Iskrittura meta kien jindirizza lill‑folol. Is‑sejħa biex iħaddan l‑Ordni Franġiskan ġietu waqt irtir fis‑skiet. Darba Kristu kellem lil Bernardin minn fuq il‑Kurċifiss u qallu: “Bernardin qiegħed tara f ’liema stat ninsab minħabba d‑dnub tal‑bnedmin? Jekk tħobbni u trid timxi fuq il‑passi tiegħi, tħaddan mas‑Salib.” Ta’ 22 sena libes l‑abitu ta’ San Franġisk, għamel in‑novizzjat f ’kunvent mhux ’il bogħod minn Siena, għamel il‑voti, u wara l‑Ordni Sagri. Is‑superjuri ta’ Bernardin assenjawlu x‑xogħol tal‑predikazzjoni. Għalkemm kellu difett, dan 22

ġie solvut għaliex indaħlet il‑Verġni Mbierka. Milan, Genova, Tortona, Castel Nuovo, Firenze, Voltena u Siena, kollha semgħu l‑prietki ta’ Bernardin. Meta kien għadu żgħir Bernardin kien jivvenera b’tant qima l‑isem ta’ Ġesù, u meta kiber sar promutur kbir ta’ dan l‑isem fil‑prietki tiegħu. Waqt li kien ikun qed jipprietka kien iħobb iżomm lasta twila b’paletta mpittra bl‑isem ta’ Ġesù fuqha. Meta darba kien Bolonja ħajjar proxxmu li kellu s‑sengħa tal‑arti, biex jibda jpitter l‑isem ta’ Ġesù għan‑nies. Dan kellu xogħol bil‑għama li rrendielu biżżejjed flus biex jiffinanzja lil familtu. Permezz tiegħu l‑isem ta’ Ġesù kien mitbugħ fil‑qlub, fid‑djar u f ’monumenti pubbliċi. Fl‑Ordni Franġiskan, Bernardin huwa meqjus

bħala wieħed mid‑dutturi l‑kbar tal‑iskola Franġiskana flimkien ma’ Sant’ Antnin, San Bonaventura u l‑Beatu Ġwanni Duns Skotus. Fuq kollox Bernardin kien bniedem ta’ talb u sar miraklu bl‑interċessjoni tiegħu. Il‑festa tiegħu niċċelebrawha nhar l‑20 ta’ Mejju. “O isem glorjuż, isem ħelu, isem mimli mħabba u virtù! Inti l‑ġieħ tal‑fidili, l‑imgħallem tal‑predikaturi, il‑qawwa tal‑ħaddiem, is‑serħan tad‑dgħajfin. Ix‑xenqiet jitkebbsu bix‑xrar tan‑nirien tiegħek, bik jimtlew l‑erwieħ kontemplattivi, bik jissebbħu fil‑ġenna l‑erwieħ glorjużi. Magħhom, O Ġesù ħelu, agħmel li nsaltnu aħna wkoll; dan nitolbuhulek minħabba l‑isem imqaddes tiegħek. Ammen.” 


Mejju 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


Mejju 2020

MESSAĠĠ MINN PAPA FRANĠISKU

L‑Omelija li Papa Franġisku għamel fi Pjazza San Pietru, Ruma nhar is‑27 ta’ Marzu 2020. Il‑Papa ta wkoll barka straordinarja ‘urbi et orbi’ lid‑dinja kollha fid‑dawl taċ‑ċirkostanzi preżenti li ġabet magħha l‑COVID‑19

(Ritratti: Vatican Media/SIR)

li ħa tinżel taħt l‑ilma. U x’inhu jagħmel? Minkejja l‑ġenn kollu, jinsab rieqed seren, fiduċjuż fil‑Missier – hija l‑unika darba fil‑Vanġelu fejn naraw lil Ġesù rieqed. Meta mbagħad iqajmuh, wara li jkun ikkalma l‑irjieħ u l‑ilmijiet, idur fuq id‑dixxipli u b’ton ta’ ċanfira jgħidilhom: “Dal‑biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?” (v. 40).

X

ħin sar filgħaxija” “ (Mk 4:35). Hekk jiftaħ il‑Vanġelu li għadna kemm smajna. Ilna ġimgħat issa nistħajlu li sar filgħaxija. Dlamijiet ħoxnin inġemgħu fuq il‑pjazez, it‑toroq u l‑bliet tagħna; ħakmu fuq ħajjitna u mlew kollox b’ħemda li ttarrax u vojt tal‑mewt, li kull fejn jgħaddi jipparalizza kull ħaġa: jinħass fl‑arja, jidher fil‑ġesti, tgħidu kull ħarsa. Erġajna sibna ruħna mbeżżgħa u mifxula. Bħad‑dixxipli tal‑Vanġelu, ir‑riefnu qawwi li ma konniex qed nistennewh qabadna fuq sieq waħda. Intbaħna li ninsabu fuq l‑istess dgħajsa, ilkoll dgħajfa u mifxula, imma fl‑istess waqt 24

importanti u meħtieġa, ilkoll imsejħin nibqgħu flimkien, ilkoll fil‑bżonn li nfarrġu lil xulxin. Fuq din id‑dgħajsa… ninsabu lkoll kemm aħna. Bħal dawk id‑dixxipli, li jitkellmu vuċi waħda u kollhom imbeżżgħa jgħidu: “Se nintilfu” (v. 38), hekk ukoll aħna ntbaħna li ma nistgħux nibqgħu għaddejjin kulħadd għal rasu, imma flimkien biss nistgħu naslu. Faċli nilmħu lilna nfusna f ’dan ir‑rakkont. Id‑diffiċli hu nifhmu l‑imġiba ta’ Ġesù. Waqt li d‑dixxipli naturalment jinsabu fi stat ta’ allarm u qalbhom maqtugħa, huwa jinsab fil‑poppa, f ’dik il‑parti tad‑dgħajsa li l‑ewwel

Ejjew nippruvaw nifhmu. Fiex jikkonsisti n‑nuqqas ta’ fidi tad‑dixxipli, li jistona tant mal‑fiduċja li għandu Ġesù? Huma ma kinux waqfu milli jemmnu fih, fil‑fatt jitolbuh l‑għajnuna. Imma ejja naraw ftit kif jitolbuh: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?” (v. 38). Qisu mhu xejn għalik: jaħsbu li Ġesù ma jimpurtahx minnhom, li mhux jieħu ħsiebhom. Fostna, fil‑familji tagħna, waħda mill‑aktar affarijiet li jweġġgħuna hi meta nisimgħu min jgħidilna: “Ma jimpurtakx minni?” Hija frażi li tweġġa’ u tqanqal tempesti sħaħ fil‑qalb. Anki lil Ġesù dejqitu. Għax m’hemm ħadd iżjed minnu li jimpurtah daqshekk minna.


Mejju 2020

Fil‑fatt, meta sejħulu, salva lid‑dixxipli tiegħu li kienu qalbhom maqtugħa. It‑tempesta tikxef il‑vulnerabbiltà tagħna u dawk iċ‑ċertezzi foloz u tal‑qoxra li bihom bnejna l‑aġendi tagħna, il‑proġetti tagħna, id‑drawwiet u l‑prijoritajiet tagħna. Turina kif ħallejna jorqod u warrabna għall‑ġenb dak li jagħti l‑ħajja, iwieżen u jqawwi lil ħajjitna u l‑komunità tagħna. It‑tempesta tikxef il‑fehmiet kollha tagħna li “ngeżwru” u ninsew dak li żamm ħajja r‑ruħ tal‑popli tagħna; dawk it‑tentattivi kollha li ppruvaw jilluppjawna bi drawwiet li minn barra jidhru li jistgħu ‘jsalvaw’, imma li m’għandhomx ħila jżommuna marbuta mal‑għeruq tagħna u jqanqlu l‑memorja tal‑anzjani tagħna, għax ċaħħduna mill‑immunità meħtieġa biex nieqfu sodi f’wiċċ il‑kuntrarju. Bit‑tempesta, waqgħet il‑maskra tal‑isterjotipi li

biha għattejna l‑‘jien’ tagħna dejjem ħsiebu kif ħa jidher; u baqgħet mikxufa, għal darba oħra, dik l‑‘imbierka’ appartenenza komuni li ma nistgħux naħarbu minnha: l‑appartenenza bħala aħwa ta’ xulxin. “Dal‑biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?”. Mulej, il‑Kelma tiegħek illejla tolqotna u għandha x’taqsam sew magħna, ilkoll kemm aħna. F’din id‑dinja tagħna, li inti tħobb iżjed minna, aħna ġrejna bil‑ħeffa

kollha, ħassejna ruħna b’saħħitna u nifilħu għal kollox. B’kilba għall‑gwadann, ħallejna ħajjitna tinxtorob mill‑affarijiet waqt li l‑għaġla fixlitna. Ma waqafniex meta smajna s‑sejħat tiegħek, ma ġejniex f ’sensina quddiem il‑gwerer u l‑inġustizzji ta’ din l‑art, ma tajniex widen għall‑karba tal‑foqra, u tal‑pjaneta tagħna marida serjament. Bqajna għaddejjin qisu xejn mhu xejn, għax ħsibna li mqar f ’dinja marida aħna ħa nibqgħu dejjem f ’saħħitna. Issa, meta qegħdin f ’baħar imqalleb, nitolbuk: “Qum, Mulej!” “Dal‑biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?” Mulej, int qed tagħmlilna sejħa, sejħa għall‑fidi. Li mhix daqstant nemmnux li int teżisti, imma li niġu għandek u nafdaw fik. F’dan ir‑Randan tidwi s‑sejħa urġenti tiegħek: “Indmu”, “erġgħu duru lejja 25


Mejju 2020

bi qlubkom kollha” (Ġoel 2:12). Issejħilna biex nilqgħu dan iż‑żmien ta’ tiġrib bħala żmien ta’ għażla. Mhuwiex iż‑żmien tal‑ġudizzju tiegħek, imma tal‑ġudizzju tagħna: iż‑żmien li nagħżlu x’inhu li jiswa u x’inhu li jgħaddi, li nagħżlu bejn dak li hu meħtieġ u dak li mhuwiex. Huwa ż‑żmien li nerġgħu nindirizzaw ir‑rotta ta’ ħajjitna lejk, Mulej, u lejn l‑oħrajn. U nistgħu nħarsu lejn l‑eżempju ta’ tant sħabna fil‑vjaġġ, li, fil‑biża’, irreaġixxew billi taw ħajjithom stess. Hija l‑qawwa ħawtiela tal‑Ispirtu msawba u magħġuna f ’għotjiet kuraġġużi u ġenerużi. Hija l‑ħajja tal‑Ispirtu li kapaċi tifdi, tagħti valur u turi kif il‑ħajja tagħna hi minsuġa u mwieżna minn persuni komuni – is‑soltu minsija – li ma jidhrux fit‑titli tal‑ġurnali u tar‑rivisti u lanqas fuq il‑palkijiet tal‑isfilati kbar tal‑aħħar

MESSAĠĠ MINN PAPA FRANĠISKU

‘shows’, imma, bla dubju ta’ xejn, illum qegħdin jiktbu l‑ġrajjiet deċiżivi tal‑istorja tagħna: tobba, infermiera, ħaddiema fis‑supermarkits, dawk li jieħdu ħsieb it‑tindif, dawk li jduru bil‑morda, il‑bdoti tal‑merkanzija, il‑forzi tal‑ordni, voluntiera, saċerdoti, reliġjużi, u tant u tant oħrajn li fehmu li ħadd ma jista’ jsalva waħdu. Quddiem it‑tbatija, fejn jitkejjel il‑veru żvilupp tal‑popli tagħna, niskopru u ngħixu t‑talba saċerdotali ta’

Ġesù: “biex ikunu lkoll ħaġa waħda” (Ġw 17:21). Kemm persuni ta’ kuljum iħaddmu s‑sabar u jxerrdu t‑tama, u jaraw li ma jiżirgħux paniku, imma koresponsabbiltà. Kemm missirijiet, ommijiet, nanniet u għalliema juru lil uliedna, b’ġesti ċkejkna u ta’ kuljum, kif għandhom jaffrontaw u jgħixu kriżi billi jaddattaw id‑drawwiet tagħhom, jerfgħu ħarsithom u jħeġġu fit‑talb. Kemm persuni jitolbu, joffru u jinterċedu għall‑ġid ta’ kulħadd. It‑talb u l‑qadi fis‑skiet: dawn huma l‑armi rebbieħa tagħna.

(Ritratti: Vatican News)

“Dal‑biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?” Il‑fidi tibda meta nagħrfu li aħna fil‑bżonn ta’ salvazzjoni. Waħidna ma nistgħux nagħmlu kollox, waħidna negħrqu: għandna bżonn tal‑Mulej bħalma l‑baħħara antiki kellhom bżonn tal‑kwiekeb. Nistiednu lil Ġesù fid‑dgħajjes ta’ ħajjitna. 26


Mejju 2020

Ngħaddulu l‑biżgħat tagħna, biex jegħlibhom hu għalina. Bħad‑dixxipli nagħmlu l‑esperjenza li, bih magħna fid‑dgħajsa, xejn ma jgħarraqna. Għax din hija l‑qawwa ta’ Alla: kapaċi jibdel f’tajjeb dak kollu li jiġrilna, imqar il‑ħwejjeġ koroh. Huwa jikkalma l‑irwiefen tagħna, għax ma’ Alla l‑ħajja ma tmut qatt. Il‑Mulej qed jisfidana u, qalb it‑tempesta tagħna, jistedinna nqumu u nħaddmu s‑solidarjetà u t‑tama li kapaċi jimlew bil‑qawwa, kapaċi jwieżnu u jagħtu tifsira lil dawn is‑sigħat li fihom kollox jidher qed jegħreq. Il‑Mulej iqum biex iqajjem u jagħti ħajja ġdida lill‑fidi tagħna fl‑Għid tiegħu. Għandna ankra: bis‑salib tiegħu ġejna salvati. Għandna tmun: bis‑salib tiegħu ġejna mifdija. Għandna tama: bis‑salib tiegħu ġejna mfejqa u mħaddna biex xejn u ħadd ma jifridna mill‑imħabba feddejja tiegħu. Qalb dan l‑iżolament li fih qed inġarrbu n‑nuqqas tal‑ġesti ta’ mħabba u tal‑laqgħat tagħna, qed induqu n‑nuqqas ta’ tant affarijiet, ejjew nisimgħu mill‑ġdid għal darba oħra l‑aħbar li ssalvana: huwa qam u jgħix magħna. Minn fuq is‑salib tiegħu l‑Mulej jisfidana biex nerġgħu nsibu l‑ħajja li qed tistenniena, biex inħarsu lejn dawk li qed jitolbuna, biex

inqawwu, nagħrfu u nseddqu l‑grazzja li tgħammar fina. Ejjew ma nitfux il‑musbieħ inemnem (ara Iż. 42:3), li qatt ma ‘jimrad’, u nħalluh jerġa’ jkebbes fina t‑tama. Li nħaddnu s‑salib tiegħu jfisser insibu l‑kuraġġ li ngħannqu magħna t‑tbatija kollha ta’ bħalissa, inwarrbu ftit għall‑ġenb il‑kilba tagħna għall‑poter u għall‑ġid biex nagħmlu wisa’ għal dik il‑kreattività li l‑Ispirtu waħdu jista’ jqanqal fina. Ifisser insibu l‑kuraġġ li niftħu spazji fejn kulħadd jista’ jħossu msejjaħ u nħallu jinbtu għamliet ġodda ta’ ospitalità, ta’ fraternità u ta’ solidarjetà. Bis‑salib tiegħu ġejna mifdija biex nilqgħu t‑tama u nħallu lilha tqawwi u twieżen il‑miżuri u t‑toroq kollha possibbli li jistgħu jgħinuna nħarsu ruħna u nħarsu lill‑oħrajn. Nitgħannqu mal‑Mulej biex inħaddnu t‑tama: din hija l‑qawwa

tal‑fidi, li teħles mill‑biża’ u trodd it‑tama. “Dal‑biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?” Għeżież ħuti, minn dan il‑post, li jirrakkonta l‑fidi ta’ Pietru, samma bħall‑blat, illejla nixtieq nafdakom ilkoll lill‑Mulej, bl‑interċessjoni tal‑Madonna, Saħħa tal‑poplu tagħha, Kewkba tal‑baħar f ’tempesta. Minn dan il‑kolonnat li jħaddan lil Ruma u lid‑dinja kollha ħa tinżel fuqkom, bħal tgħanniqa ta’ wens, il‑barka ta’ Alla. Mulej, bierek lid‑dinja, agħti saħħa lill‑ġisem u faraġ lill‑qalb tagħna. Int qed titlobna ma nibżgħux. Imma l‑fidi tagħna hi dgħajfa u aħna mbeżżgħin. Imma int, Mulej, titlaqniex f ’ħalq it‑tempesta. Tennilna għal darba oħra: “Tibżgħu xejn” (Mt 28:5). U aħna, flimkien ma’ Pietru, “nixħtu fuqek il‑ħsibijiet kollha tagħna, għax int taħseb fina” (ara 1 Piet 5:7).  27


Mejju 2020

MISSJUNARJI KBAR – MRO. MANOEL PIROTTA

Dom Rosendo Savado Rotea Missjunarju Pjanista

Għ

al ħafna u ħafna snin, Dun Anton Xiberras (1922‑2006), qassis‑poeta Naxxari, kien iħobb jikteb dwar il‑missjoni permezz ta’ rakkonti, buzzetti u djalogi fuq ir‑rivista Malta Missjunarja. Kien ukoll jikteb regolarment fil‑paġna tat‑tfal taħt il‑psewdonomu ‘Il‑Missjunarju x‑Xiħ’. Rokna minnhom kien jiddedikaha għal xi missjunarju kbir. Waqt li kont qed inqalleb fil‑paġni ta’ waħda mir‑rivisti antiki sibt kitba qasira fuq żewġ patrijiet Benedittini Spanjoli, Dom Rosendo Salvado Rotea (1814‑1900) u Dom Joseph Benedict Serra (1810‑1886) – is‑sieħeb tiegħu fil‑missjoni. Kif se naraw, Dom Rosendo kien pjanista bravu ħafna, u nqeda bit‑talent mużikali tiegħu għall‑ġid tal‑missjoni.

Dom Rosedo Salvado. 28

Patri Salvado – Isqof missjunarju, pjanista‑kompożitur u awtur – twieled f ’Tui fi Spanja fl‑1 ta’ Marzu 1814 f ’familja sinjura u mużikali għall‑aħħar, u tgħallem idoqq il‑pjanu sa minn ċkunitu. Iżda f ’ħajtu xtaq jagħmel xi ħaġa ikbar u aktar siewja milli jilħaq sempliċi pjanista. Ta’ 15‑il sena, daħal fil‑Monasteru Benedittin ta’ San Martiño Pinario f ’Compostela, libes l‑abiti fl‑24 ta’ Lulju 1829, u tliet snin wara ħa l‑aħħar voti reliġjużi. Għal sentejn sħaħ, Salvado tgħallem idoqq l‑orgni sew mingħand Dun Juan Copa – wieħed mill‑aqwa mużiċisti Spanjoli, biex fl‑1832 laħaq l‑organista ewlieni tal‑istess monasteru. Iżda ġara li fl‑1835 kellu jaħrab minn Spanja minħabba l‑gwerra ċivili u sab refuġju fil‑Monasteru ta’ Trinità della Cava qrib Napli, fejn aktar tard ġie ordnat qassis fi Frar tal‑1839. Sadanittant, ix‑xewqa għall‑missjoni

kompliet tikber ġo fih u rnexxielu jaqtagħha wara li fl‑1845 John Brady (1800‑1871) ġie kkonsagrat l‑ewwel Isqof tad‑Djoċesi ta’ Perth, fl‑Awstralja. Minnufih, Salvado u Serra offrew irwieħhom biex jgħinu wara li l‑isqof il‑ġdid talabhom jiftħu missjoni qalb l‑aboriġini

Daqqad Aboriġinu.

suwed fil‑boskijiet madwar 160 kilometru bogħod mill‑belt. Telqu minn Londra fuq il‑bastiment Elizabeth u baħħru f ’vjaġġ twil lejn il‑kontinent Awstraljan ma’ grupp ta’ missjunarji isqfija. Niżlu f ’Fremantle f ’Jannar tal‑1846. Minn hemm ma’ ħbiebhom Benedittini, terrqu lejn il‑Punent tal‑kontinent, ’l hekk imsejħa Pjanuri ta’ Victoria, bil‑karrettuni u l‑bgħula. Fl‑1 ta’ Marzu


Mejju 2020

waqqfu ‘Missjoni Ċentrali’ ġo post f ’qiegħ il‑boskijiet bil‑għan li jikkonvertu l‑indiġeni għall‑Kattoliċiżmu. Aktar tard, dan il‑post bidel ismu għal Norcia l‑Ġdida peress li San Benedittu twieled proprju f ’raħal b’dan l‑isem fil‑komun ta’ Perugia, fl‑Italja. Inħallu ftit f ’idejn il‑pinna ta’ Dun Anton biex ikompli jirrakkontalna l‑ġrajja iebsa ta’ dawn iż‑żewġ Benedittini li ftit wara l‑wasla tagħhom fil‑qalba tal‑Awstralja sfaw waħedhom: “Hawnhekk [Salvado u Serra] kienu jmorru għall‑kaċċa mal‑aboriġini, jieklu l‑kangaroo, gremxul u għeruq. F’qasir żmien tgħallmu l‑ilsien tagħhom u qabdu jgħallmu lin‑nies kif jaħdmu r‑raba’. Iżda flus ma kellhomx. Salvado reġa’ lura bil‑mixi, akkumpanjat minn sieħeb aboriġinu, ħaġa tal‑ġenn, għand l‑Isqof Brady ġo Perth. L‑isqof ma kellux x’jagħtihom.” Iffaċċjat mit‑tbatija tal‑ġuħ, nhar il‑21 ta’ Mejju tal‑istess sena, Salvado, għajjien mejjet u mċerċer, iddeċieda li filgħaxija jagħti kunċert kbir fuq il‑pjanu fis‑sala ewlenija tal‑qorti. Din is‑sala għadha wieqfa sal‑lum u sservi ta’ mużew legali. Jingħad li f ’dan il‑kunċert, li dam sejjer għal madwar tliet sigħat sħaħ,

indaqqew biss xogħlijiet tiegħu peress li kien ukoll kompożitur komplut. Oħrajn isostnu li fih iddaħħlu wkoll xi bċejjeċ vokali, iżda ma nafu xejn dwar il‑kantant/a li ħa/det sehem. Ġara x’ġara, minn dan il‑kunċert Salvado rnexxielu jiġbor biżżejjed flus mingħand is‑sebgħin ruħ li attendew; li min‑naħa tagħhom ħarġu lira kull ras, biex salva l‑missjoni li kien għadu kemm beda. Iżda dan kien biss il‑bidu ta’ vjaġġ twil u tassew iebes għal Salvado qalb l‑aboriġini; kemm dam hemm għex biss bl‑għaraq ta’ ġbinu. Fl‑1848 lil Serra sejħulu lura, u sena wara Salvado sar isqof, iżda xorta baqa’ qrib niesu. Ġaladarba twaqqfet il‑missjoni, bdew jintbagħtu aktar patrijiet Benedittini biex jagħżqu, iħawlu u jagħtu lil min jagħżaq. Sa ġew nies tas‑sengħa apposta minn Perth biex jgħallmu b’xejn ukoll. Sakemm intrama razzett bil‑kif, b’nagħaġ u baqar. Salvado dam snin twal jgħix qalb dawn in‑nies ta’ Nyungar, fejn bnielhom djar għalihom u l‑missjoni saret ċentru kbir Kattoliku mgħammar b’orfanatrofji għall‑iltiema u skejjel għat‑tagħlim. ‘Ix‑Xiħ Missjunarju’ jagħlaq ir‑rakkont ħelu tiegħu lit‑tfal billi jgħidilhom li: “Qrib it‑tmiem ta’ ħajtu, dan l‑Isqof Missjunarju tela’

Mużika ta’ Salvado.

l‑Ewropa biex ifittex min jieħu postu. Miet Ruma fl‑1900. L‑Awstraljani tiegħu ma setgħu jifhmu qatt għala l‑missier tagħhom fi Kristu, li tant kien ħabbhom, ma kienx reġa’ lura, meta kienu tant jeħtiġuh.” Mużika ta’ Salvado ftit li xejn issib stampata għajr xi bċejjeċ sagri li hu kiteb għall‑Aboriġini Awstraljani tal‑Punent u l‑priġunieri tal‑ħabs ta’ Fremantle. Tiegħu għandna wkoll il‑Fantasia, Variaciones y Final għall‑pjanu, iddedikata lill‑Kontessa Zinaida Lebztern (1801‑73), li mal‑mewt tal‑ewwel raġel tagħha, Louis, reġgħet iżżewġet lil Giuseppe Campania, poeta Taljan. Mro. Manoel Pirotta huwa lettur anzjan fi ħdan il‑University of Malta ‘Ġ.F. Abela’ Junior College fejn jgħallem il‑mużika fil‑livell avvanzat u dak intermedju. Bħalissa għaddej b’riċerka dwar ix‑xogħlijiet letterarji ta’ Dun Anton Xiberras li għal snin twal kien l‑editur tar‑rivista Malta Missjunarja. Aktar artikli mill‑istess awtur jinsabu fuq OAR@UoM (https://www.um.edu. mt/library/oar/)  29


Mejju 2020

Adopt a Grandparent (Ritratti: Church.mt)

Adopt a

Grandparent

L

‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi appoġġja l‑inizjattiva konġunta ta’ Missio Malta u Newsbook. com.mt li tħeġġeġ lin‑nies biex jaddottaw nannu jew nanna li jħossuhom waħedhom sabiex jgħinuhom iħossuhom aħjar. L‑isqof qal lil Newsbook. com.mt: “Tweġġa’ meta tħossok waħdek.” “Nemmen li din l‑inizjattiva tgħolli l‑moral ta’ dawk li jbatu fis‑solitudni. Grazzi lil Missio u lil Newsbook talli ħasbu f ’dawk li m’għollewx leħinhom, imma li sabu qalb ta’ ħbiberija permezz tas‑servizz tagħkom,” qal l‑Isqof Awżiljarju. Huwa stqarr li l‑anzjani huma sors għani fis‑soċjetà li jipprovduha mhux biss bl‑għerf u l‑memorja, imma huma prova ħajja tat‑teżor li hija l‑ħajja. Żied jgħid li ż‑żmien jaffettwa lin‑nies b’mod differenti: uħud jibqgħu attivi, filwaqt li oħrajn isiru fraġli u 30

Combat Loneliness POWERED BY

jitgħabbew bis‑snin li jkunu MALTA għaddew minn fuqhom. Ħafna jkollhom is‑sapport ta’ familja, iżda oħrajn isibu rwieħhom waħedhom. L‑iskop ewlieni ta’ Missio Malta huwa li jiġbor il‑flus għall‑missjoni, imma kif Robert Farrugia, il‑Kap tal‑Komunikazzjoni u l‑Ġbir ta’ Fondi fi ħdan Missio qal lil Newsbook.com.mt, minħabba s‑sitwazzjoni finanzjarja prekarja fid‑dinja bħalissa minħabba l‑imxija tal‑coronavirus, iddeċidew li jieqfu jiġbru l‑flus, u minflok iqajmu kuxjenza fuq li wieħed jieħu ħsieb lill‑ieħor. Farrugia qal li l‑inizjattiva li wieħed jaddotta anzjan tipprova toħloq pont bejn dawk li jħossu l‑bżonn li jaqsmu l‑għożża u l‑imħabba tagħhom ma’ ħaddieħor, u dawk li għandhom bżonn kuntatt u mħabba f ’ħajjithom. Kompla jgħid li din l‑inizjattiva mhix intenzjonata għal finijiet materjali, imma għandha tikkonsla lil dawk

li jħossuhom waħedhom. Farrugia qal ukoll li Missio huwa kuntent ħafna li qed jikkollabora ma’ Newsbook. com.mt fuq il‑proġett. Għal iżjed informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 2122 2001 jew jaċċessa s‑sit elettroniku biex jirreġistra. (Sors Newsbook.com.mt)  Missio għandu żewġ stediniet għalikom il‑qarrejja: 1. Jekk intom familja u issa li tinsabu tqatgħu aktar żmien id‑dar, u għandkom aktar ħin, addottaw anzjan jew anzjana li jinsabu waħedhom u permezz tat‑telefown jew xi mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, tagħmlu kuntatt magħhom sabiex iżommuhom kumpanija u tigwidawhom fejn ikun meħtieġ skont il‑bżonn. 2. Jekk inti anzjan jew anzjana li tinsab fid‑dar tiegħek jew f’xi dar tal‑anzjani u qed tħossok waħdek, infurmana biex insibulek familja li tkun tista’ żżommlok kumpanija f’dawn iż‑żminijiet diffiċli li għaddejjin minnu bħalissa minħabba l‑imxija tal‑COVID‑19.

AĦNA GĦADNA HAWN GĦALIK U GĦALIKOM.


Mejju 2020

Issa tista’ tixtri onlajn mill-ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328

31


Mejju 2020

Kuntatti Mistoqsijiet fuq saħħa ġenerali: +356 21 324 086/111 Għajnuna dwar it-tqassim tal-ikel u mediċini għal dawk li jinsabu fuq kwarantina mandatorja: +356 21 411 411 Helpline għall-anżjani (60+) li m’għandhomx appoġġ: +356 2590 3030 Mistoqsijiet fuq saħħa ġenerali:

Rapport rigward ksur ta’ kwarantina: @quarantine.covid19@gov.mt Għall-appoġġ waqt li tkun fuq kwarantina:

32


Mejju 2020

33


Mejju 2020

IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

Is‑Seba’ Parti Stejjer tal‑Padri għar‑riflessjoni tagħna:

 Abba Arsenius kien iħobb jieħu pariri mingħand bidwi anzjan Eġizzjan dwar il‑ħsibijiet tiegħu. Xi skulari tiegħu staqsewh: “Abba, kif inhi din tiegħek li qed tieħu pariri mingħand bidwi sempliċi, int li int daqshekk għaref u mgħallem fil‑Latin u l‑Grieg?” Huwa weġibhom: “Tabilħaqq li jiena mgħarref sew fit‑tagħlim tal‑Griegi u l‑Latini dwar id‑dinja, imma l‑alfabett rustiku ta’ dan il‑bidwi għadni lanqas biss bdejt nitgħallmu.”  Ix‑xitan, taħt id‑dehra tal‑Anġlu tad‑Dawl, deher lil wieħed mill‑Padri umli u biex iwaqqgħu fis‑suppervja qallu: “Jiena l‑Anġlu Gabriel, u ġejt biex insellimlek għax int għandek ħafna virtujiet u jixraqlek.” Iżda dan qallu: 34

“Ara naħseb li ħadt żball, jiena midneb u m’iniex denn li nara anġli.” Għal dan il‑kliem ix‑xitan għeb minn quddiemu minnufih.

 Raheb (eremita) li kien insultat minn raheb ieħor mar għand l‑Abbati Sisois u qallu bl‑offiża li kien irċieva u kompla jgħidlu: “Abba, jien irrid nagħmel ġustizzja u nivvendika ruħi minnu.” Imma l‑Abbati talbu biex il‑ġustizzja jħalliha f ’idejn Alla. Iżda dak wieġbu: “Imma jiena ma niqafx qabel ma nivvendika ruħi minnu.” Għalhekk l‑Abbati qallu: “Mela ladarba inti daqshekk deċiż ejja issa nitolbu lil Alla hekk: “Sinjur Alla, aħna m’għandniex bżonnok aktar għax aħna stess kapaċi nieħdu l‑ġustizzja b’idejna, u nivvendikaw

ruħna mingħajrek.” Għal dan il‑kliem ir‑raheb niżel għarkopptejh f ’riġlejn l‑Abbati jitlob maħfra lil Alla, u wiegħed lill‑Abbati li mhux se jkompli bil‑ħsieb tiegħu ta’ vendetta.

 Abba Pambo qal din l‑istorja: “Kien hemm tliet Filosfi ħbieb. Wieħed minnhom qabel ma miet ħalla lil ibnu fil‑kustodja tat‑tnejn l‑oħra. Meta dan it‑tifel kiber kellu relazzjoni sesswali mal‑mara ta’ wieħed minnhom. Il‑Filosfu sar jaf b’din ir‑relazzjoni taż‑żagħżugħ u għalhekk keċċieh ’il barra għall‑mistħija ta’ kulħadd. Iż‑żagħżugħ talbu maħfra, iżda l‑Filosfu qallu li bħala penitenza ried imur jaħdem ta’ barklor fuq waħda mid‑dgħajjes tal‑pass għal tliet snin. Wara li għaddew it‑tliet snin iż‑żagħżugħ mar lura għand il‑Filosfu, iżda dan mill‑ġdid qallu: “Għadek ma temmejtx il‑penitenza kollha, mur aħdem għal


Mejju 2020

tliet snin oħra, u wara qassam dak kollu li tkun qlajt u sofri l‑umiljazzjoni u l‑insulti kollha.” Dak hekk għamel, u wara li għaddew dawk is‑snin, il‑Filosfu qal liż‑żagħżugħ: “Issa mur Ateni u tgħallem il‑Filosofija.” Fil‑kanċell minn fejn kienu jidħlu l‑Filosfi kien ikun hemm anzjan li kien jinsulta lil kull min kien jidħol minn hemm. Meta dak insulta liż‑żagħżugħ dan beda jidħak. L‑anzjan staqsieh: “Għaliex qed tidħak waqt li qed ninsultak?” Iż‑żagħżugħ dlonk wieġbu: “Ma taħsibx li għandi għax nidħak? Għal tliet snin kelli nħallas biex niġi insultat, u issa qed niġi insultat bla ħlas. Għalhekk qed nidħak!” Abba Ġwanni jgħid: “Il‑Bieb tal‑Mulej hu bħal dan il‑kanċell, u aħna l‑Padri

rridu ngħaddu minn ħafna insulti biex nidħlu henjin fil‑Belt ta’ Alla.”

 Wieħed mill‑aħwa staqsa lil Abba Makarius l‑Eġizzjan x’għandu jagħmel biex jikseb is‑salvazzjoni ta’ ruħu. L‑Abba wieġbu: “Mur iċ‑ċimiterju u oqgħod ċanfar lill‑mejtin.” Dak għamel kif qallu l‑Abba, mar u beda joffendi lill‑mejtin u anki jitfa’ l‑ġebel fuq qabarhom. Wara

mar lura għand l‑Abba u rrakkontalu x’għamel. Makarius staqsieh: “Dawk qalulek xi ħaġa?” “Xejn,” wieġbu dak mistagħġeb bħallikieku ħaseb li ried jgħaddih biż‑żmien. Kompla l‑Abba: “Tajjeb, mela għada erġa’ mur u oqgħod faħħarhom.” Dak mar u beda jfaħħarhom u jsejħilhom appostli, qaddisin u nies ġusti. Mill‑ġdid reġa’ mar lura għand l‑Abba. Dan għal darba oħra staqsieh: “Issa qalulek xi ħaġa?” Aktar kurjuż għal dak li se jgħidlu issa l‑Abba, dak wieġbu li dawk ma qalulu xejn. “Hekk ukoll għandek tagħmel inti jekk trid tabilħaqq issalva ruħek. Bħallikieku inti mejjet ukoll, ma għandekx tagħti kas tat‑tmaqdir jew it‑tifħir tal‑bnedmin,” qallu Makarius. (ikompli fil‑ħarġa li jmiss)

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Mejju 2020

BASBOOSA (KEJK) MIS‑SUDAN

Metodu: 1. Saħħan il‑forn fuq temperatura moderata. 2. Ħallat flimkien is‑smid, iz‑zokkor u l‑‘baking powder’. 3. Żid il‑butir, il‑jogart u erġa’ ħawwad. 4. Żid il‑bajd u ħawwad sew flimkien għal madwar 2 minuti. X’għandek bżonn: Għall‑kejk • Tazza smid • Tazza jogart • Tazza zokkor • Tazza butir • 2 mgħaref ‘baking powder’ • 2 bajdiet imħabbta

5. Ferra’ t‑taħlita ġo reċipjent midluk bi ftit żejt u aħmi għal madwar 45 minuta.

Għall‑ġulepp • 3 tazzi zokkor • Tazza ilma • Kuċċarina essenza tal‑vanilja • Meraq ta’ nofs lumija • Bastun tal‑kannella

9. Xħin jinħema l‑kejk, ħallih jibred ftit u ferra’ l‑ġulepp fuqu.

6. Sadanittant, dewweb it‑3 tazzi zokkor ġol‑ilma jagħli. 7. Żid il‑vanilja u l‑kannella u ħawwad sew. 8. Żid il‑meraq tal‑lumija u ħalli t‑taħlita tagħli għal minuta.

‫ةيفاعلاب‬ (L‑ikla t‑tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


Mejju 2020

TFAL MISSJUNARJI Nota: It-tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil-paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.

Ejja ngħaqad magħna, tibqax waħdek. Ħu din l‑okkażjoni ta’ darba f’ġimgħa li ġġiblek ħafna ferħ f’qalbek. Il‑Grupp Full Joy jiltaqa’ fl‑Oratorju tal‑Qalb ta’ Ġesù l‑Mosta kull nhar ta’ Tnejn. Mis‑ 5.45 sas‑7.15 ta’ filgħaxija għal Kant ta’ Evangelizazzjoni. Mis‑7.30 sat‑8.30 ta’ filgħaxija għal Adorazzjoni miftuħa għal kulħadd. Jekk tixtieq tingħaqad magħhom ċempel lil Marthese fuq 99239931 jew 27411448.

Biex infiq għandi bżonn id‑demm.

Int tista’ tgħinni?

Grazzi mill‑qalb! 37


KOMPETIZZJONI ‑ MEJJU 2020

Mejju 2020

KAXXA MAĠIKA

Meta tgħodd in‑numri f’kull kolonna u ringiela orizzontali, vertikali u djagonali fil‑kaxxa t’hawn taħt, l‑ammont jiġi dejjem l‑istess. Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri neqsin. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

2 16

Is‑somma hija 34.

1

13

6

8

15

14

5

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Marzu 2020: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Miriam Said mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

14 24 2 28 4 26 16 22 32 6 20 10 18 12 30 8

Nitbissmu ftit:

F

’nofs quddiesa ta’ tieġ il‑qassis qal: “Ħuti, jekk f’dan il‑mument hawn xi ħadd li għal xi raġuni jew oħra huwa kontra li dawn iż‑żewġ persuni jsiru ta’ xulxin, jitkellem issa.” Fi kwiet taqtgħu b’sikkina, mara b’tarbija fi ħdanha, tqum u tibda riesqa lejn l‑artal. Kulħadd iffriża! L‑għarus beda jirtogħod, l‑għarusa bdiet tippanikja, ommha

38

għamlet taħtha u l‑‘bestman’ ħassu ħażin. Bil‑kalma l‑qassis staqsa: “Għidli binti, għalfejn ersaqt ’il quddiem?” Pronta l‑mara wieġbet: “Għax ma bdejtx nisma’ minn wara!”


Mejju 2020

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

Eżempji sbieħ

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia, Catherine Grech u Mary Rose Scalpello miż‑Żurrieq Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Avviż:

Kull tielet Ħadd tax‑xahar fil‑11am qed issir quddiesa bl‑Ispanjol għal dawk li jitkellmu b’din il‑lingwa u huma residenti Malta, fil‑Kappella tal‑Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir‑Rabat fi Triq Emmanuele Vitale, minn Patri Vincente Magro MSSP. Mob. 9957 4264 Kull nhar ta’ Ħadd fit‑8pm qed issir quddiesa bl‑Urdu fil‑Kappella ta’ ħdejn il‑grawnd ta’ San Ġużepp f ’Santa Venera għall‑Pakistani li huma residenti Malta, minn Patri Bernard Mangion MSSP. Mob. 7742 6927 ‑ Parking fl‑istess grawnd.

Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem i ż d a l i ji m le w k b ’a m m i r a z z j o n i għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39


Mejju 2020

Adopt a

Grandparent

Combat Loneliness POWERED BY

MALTA

Make a new friend by adopting a grandparent.

Together we can combat loneliness. www.adoptgrandparent.org POWERED BY

Jien. Int. Aħna. Flimkien. 40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Mejju 2020 by Missio Malta - Issuu