Skip to main content

Malta Missjunarja Lulju ‑ Settembru 2025

Page 1


MISSJUNARJA

IL‑ ĦARĠA:

FEJN MARRU

L‑ FLUS

EDITORJAL – Claudia Cini

atul is‑sena 2024, grazzi għall‑ġenerożità tal‑Maltin u l‑Għawdxin, fosthom ħafna benefatturi regolari, Missio Malta rnexxielu jwettaq mal‑172 proġett f’pajjiżi

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimg ħa: 9.00am ‑ 1.00pm. Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm

Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 • Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt

Bord Editorjali: Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Robert Farrugia, Edward Bonello • Websajt u Facebook: missiomalta

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant. Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Rivista Missjunarja li toħroġ erba’ darbiet f’sena. L‑ewwel

missjunarji. Id‑donazzjoniet, li jidħlu matul is‑sena kollha permezz ta’ ċekkijiet, transfers diretti fil‑banek, permezz tal‑websajt, b’telefonati, b’messaġġi u apps bil‑mowbajl, sponsorizzazzjonijiet tat‑tfal, boroż ta’ studju, elemożina, wirt u qligħ minn attivitajiet varji fosthom il‑maratona Hope Missio Fest u l‑ġabra matul il‑ġurnata missjunarja, jintużaw għall‑proġetti varji skont il‑ħtieġa u l‑ftehim li hemm bejn Missio Malta u l‑missjunarji. Ħafna minn dawn il‑proġetti huma:

• Għajnuna f’boroż ta’ studji lil seminaristi/ novizzi li ġejjin minn familji fil‑bżonn

• Għajnuna biex jinbnew kappelli f’żoni remoti fil‑missjoni kif ukoll ċentri pastorali fil‑komunità

• Għajnuna lill‑orfanatrofji tat‑tfal kif ukoll dawk l‑orfanatrofji bi tfal bi bżonnijiet speċjali

• Għajnuna lill‑anzjani

• Għajnuna għat‑tmexxija ta’ kliniċi, sptarijiet, interventi mediċi, tilqim u assistenza medika lill pazjenti morda bl‑HIV

• Tħaffir ta’ spieri, bjar u xiri ta’ tankijiet tal‑ilma

• Materjal edukattiv bħal kotba, pitazzi, uniformijiet u miżati sabiex tfal foqra jkunu jistgħu jmorru l‑iskola, kif ukoll ħlasijiet ta’ pagi lill‑għalliema

• Għajnuna għat‑tmexxija ta’ diversi djoċesijiet fil‑missjoni

• Ċentri biex jiffurmaw l‑edukazzjoni ta’ tfal li jiġġerrew fit‑toroq

• Xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’kappelli, knejjes u ċentri pastorali

Afrika t’Isfel € 17,000.00

Angola € 25,952.12

Bangladex € 128,817.88

Burkina Faso € 58,600.00

Burundi €

16,025.07

25,350.00

F’isem dawk kollha li bbenefikaw minn dawn il‑fondi nirringrazzjawkom mill‑qalb tal‑ġenerożità tagħkom! Jalla l‑Mulej iħallaskom għal dak li għamiltu mal‑iżgħar fost ħutna. 

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

• Għajnuna lill‑familji foqra Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

NIĊEA

IL BELT LI SAL LUM ISSEJĦILNA GĦAL

DMESSAĠĠ

MID‑DIRETTUR – Dun Victor Agius

in is‑sena qed niċċelebraw

l‑1,700 sena mill‑Ewwel Konċilju

Ekumeniku li qatt sar fil‑Knisja.

Iżnik hija belt

żgħira, madwar mitt kilometru

’l bogħod minn Istanbul, belt li tħares fuq il‑Baħar Marmara. Mix‑xatt wieħed jista’ jara, xi 20 metru ’l barra, ringiela ta’ ġebel li juru l‑pedamenti taħt l‑ilma

tal‑Knisja Biżantina fejn, skont diversi esperti, jaħsbu li kien il‑post fejn sar l‑Ewwel Konċilju

u fformulaw dak li sal‑lum insejħulu l‑Kredu ta’ Niċea. Din il‑ġrajja reġgħet ġabet flimkien il‑Knejjes tal‑Orjent u tal‑Oċċident f’għaqda ta’ Knisja waħda li turi, li għalkemm dawn il‑Knejjes għandhom id‑diversità ta’ terminoloġiji filosofiċi u riti, huma fl‑istess ħin Knisja waħda li waqqaf u ried Ġesù.

Il‑Konċilju ta’ Niċea, b’Arju deskritt bħala megħlub mill‑konċilju, mimdud taħt saqajn l‑Imperatur Kostantinu. Il‑Hagia Sophia tinsab fl‑isfond tal‑ikona. Ritratt: Wikipedija.

Ekumeniku tal‑Knisja. Iżnik hija l‑belt li fi żmien kienet Niċea. Kien l‑Imperatur Kostantinu li sejjaħ lill‑isqfijiet tal‑Orjent u l‑Oċċident biex jiftiehmu u jiċċaraw il‑kontroversji teoloġiċi u jiddefinixxu l‑fidi komuni tagħhom.

Miġburin flimkien f’dan il‑post, mill‑20 ta’ Mejju sal‑25 ta’ Lulju tas‑sena 325, 300 padri konċiljari ddenunċjaw l‑ereżija Arjana li kienet tiċħad id‑divinità ta’ Kristu

F’dawk l‑inħawi nsibu wkoll il‑Bażilika ta’ Santa Sofija, il‑post fejn kien sar it‑Tieni

Konċilju Ekumeniku ta’ Niċea fis‑sena 787, imsejjaħ mill‑Imperatriċi Irene biex isolvi l‑kwistjoni Ikonoklasta fejn ġie definit li l‑ikoni sagri għandhom ikunu venerati biss u mhux adorati. Naduraw biss lil Alla mhux xbihat. Illum, din il‑bażilika tintuża bħala moskea għalkemm għadek issib fiha l‑affresk tant sabiħ ta’ Kristu Rxoxt.

Għalkemm sal‑lum Iżnik hija magħrufa bħala l‑belt taż‑żewġ konċilji, f’din il‑belt u

t‑Turkija kollha, il‑preżenza tal‑Insara hija minima f’popolazzjoni predominatament Musulmana Sunnita. Ħaġa interessanti u sabiħa ħafna hi li għall‑ewwel darba, wara sekli kbar ta’ firda bejn l‑Insara Ortodossi u l‑Insara Kattoliċi, grupp ta’ Monaċi miż‑żewġ knejjes se jkunu qed jilqgħu mewġa ta’ pellegrini li se jżuru dawn il‑postijiet storiċi u hekk jerġgħu jqajmu dik ix‑xewqa qaddisa għall‑għaqda bejn l‑Insara li hi tant għal qalb Ġesù.

Fit‑Turkija tal‑lum insibu ħafna minoranzi ta’ knejjes Insara ta’ riti u lingwi diversi, u minħabba f’hekk insibu ħafna, l‑aktar żgħażagħ, li ma jsibuhiex diffiċli jew problema li jgħaddu minn knisja għall‑oħra għax iħossu li fil‑parti l‑kbira

Mużajk Biżantin fil‑knisja l‑qadima ta' Hagia Sophia li juri Jum il‑Ġudizzju b'Ġesù Kristu fuq ix‑xellug u Ġwanni l‑Battista fuq il‑lemin mis‑seklu 12 f'Istanbul, it‑Turkija

t‑twemmin hu wieħed u l‑istess. Jidher li qed joqrob il‑mument fejn fid‑diversità tal‑modi kif nemmnu u kif nesprimu r‑riti tagħna, insibu fidi waħda u Knisja waħda. Żgur li l‑Ispirtu s‑Santu se jmexxina fuq it‑triq it‑tajba lejn l‑għaqda u mhux lejn il‑firda. 

Bil‑parteċipazzjoni ta’

Kbar €25

Laħam / Tiġieġ Ħut Ikel Veġetarjan Tfal €12

bejn 6 u 12‑il sena

Post: MCAST Main Campus, Paola 19 ta’ Lulju 2025

Ħin: 7:30pm

(V0/1178)

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

INTENZJONIJIET

Dun Charles Buttigieg

LULJU 2025 ‑ Nitolbu għall‑formazzjoni fid‑dixxerniment sabiex nerġgħu nitgħallmu kif niddixxernu, nagħrfu kif nagħżlu t‑toroq tal‑ħajja u nwarrbu dak kollu li jbegħedna minn Kristu u l‑Evanġelju. Il‑Knisja hija mmexxija mill‑Ispirtu s‑Santu li jġedded dejjem il‑ħidma anke fl‑evanġelizzazzjoni tal‑popli u fil‑ħidma tagħha missjunarja. Nitolbuh jagħtina d‑doni ħalli jkollna l‑frott tiegħu. Id‑doni huma mħabbra fil‑Bibbja mill‑Antik Testment, mill‑profeta Iżaija: l‑għerf, il‑fehma, il‑kunsill, il‑qawwa, ix‑xjenza, il‑pietà u l‑biża’ t’Alla. L‑għerf biex nifhmu aħjar lil Alla, il‑fehma biex nagħrfu t‑toroq t’Alla, il‑kunsill biex nimxu tajjeb fit‑triq ta’ ħajjitna, il‑qawwa biex inkunu b’saħħitna fit‑tiġrib u nifilħu nagħmlu it‑tajjeb, ix‑xjenza biex nagħrfu aħjar il‑ħwejjeġ t’Alla, il‑pietà biex ikollna ħajja ta’ talb u tajba, u l‑biża’ t’Alla biex nagħmlu dak li jogħġob biss lil Alla.

AWWISSU 2025 ‑ Nitolbu għall‑koeżistenza ma’ xulxin sabiex is‑soċjetajiet fejn il‑koeżistenza tidher iktar diffiċli, ma jċedux għat‑tentazzjoni tal‑konfrontazzjoni għal raġunijiet etnici, politici, reliġjużi u ideoloġiċi.

Inkomplu naħdmu għall‑paċi u nwarrbu dak li jifridna. Iridu jitħarsu l‑ġid komuni u d‑drittijiet tal‑bnedmin kollha. Bżonn ta’ għażla preferenzjali favur il‑foqra u ħidma għal dinja iktar sostenibbli għall‑ġenerazzjonijiet futuri. Żvilupp reali għat‑titjib tal‑kwalità tal‑ħajja fid‑dar, fix‑xogħol, tal‑kult u tad‑divertiment. Il‑bniedem huwa ċ‑ċentru u l‑quċċata tal‑ħolqien ta’ Alla. Il‑Papa jħeġġeġ għal djalogi iktar sinċiera li jħarsu lejn il‑veru progress tal‑bniedem u tal‑ambjent ta’ madwaru, u mhux konfrontazzjonijiet.

SETTEMBRU 2025 ‑ Nitolbu għar‑relazzjoni tagħna mal‑ħolqien kollu sabiex ispirati minn San Franġisk nesperjenzaw l‑interdipendenza tagħna mal‑kreaturi kollha li huma maħbuba minn Alla u huma denji ta’ mħabba u rispett. Żgur li t‑tagħlim tal‑Knisja, anke dak riċenti dwar l‑ambjent u l‑ħolqien huwa ispirat mill‑ispiritwalità ta’ San Franġisk t’Assisi li kien jikkomunika mal‑ħolqien, max‑xemx, mal‑qamar, man‑natura u mal‑annimali. Huwa kiteb wieħed mill‑isbaħ innijiet: Il‑Kantiku tal‑Ħolqien (L‑Għanja tal‑Ħlejjaq), talba ta’ ringrazzjament lil Alla għall‑opra tal‑ħolqien: ‘Laudato si’, mi’ Signore’, ‘Tkun imfaħħar Mulej tiegħi’, li ispirat it‑tema tal‑enċiklika ta’ Papa Franġisku. In‑nuqqas ta’ għemil tagħna rigward l‑ambjent jew it‑tniġġiż, huwa dejjem nuqqas serju fil‑konfront tagħna mad‑dinja u lejn il‑ġenerazzjoni futura.

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

ĦAMES SAĊERDOTI

TAL‑ MSSP

SITTIN SENA SAĊERDOZJU – Dun Vincent Magro MSSP

Vincent Magro MSSP twieled iż‑Żejtun fl‑24 ta’ Marzu 1937. Għamel 5 snin jaħdem l‑HMS Dockyard u beda jistudja għas‑saċerdozju fl‑1956 f’Sant’Agata, ir‑Rabat. Wara li ordna saċerdot, qatta’ 42 sena fil‑missjoni MSSP bejn l‑1968 u l‑2010 fil‑Peru, imbagħad ġie lura Malta.

Manuel Adami MSSP twieled il‑Birgu fl‑4 t’Ottubru 1937. Għamel 50 sena jaħdem barra minn Malta; 38 sena fl‑Awstralja u 12 fil‑Peru. Issa rtirat f’Sant’Agata, ir‑Rabat.

George Scerri MSSP twieled Ħad‑Dingli fid‑29 ta’ Ġunju 1940. Ta’ 17‑il sena mar bħala reliġjuż mas‑Soċjetà ta’ San Pawl. Tliet snin wara li ordna saċerdot, intbagħat għall‑missjoni fil‑Peru fejn ilu 57 sena. Ġie Malta biex jiċċelebra dan l‑anniversarju u wara mar lura l‑Peru. Jirringrazzja ’l Alla ta’ din il‑grazzja kbira li tah.

Bernard Mangion MSSP twieled il‑Mosta. Ta’ 18‑il sena beda n‑novizzjat. Wara l‑ordinazzjoni tqabbad jieħu ħsieb

il‑Kulleġġ Missjunarja ta’ San Pawl li kien għadu kif twaqqaf sena qabel. Wara 20 sena ħidma f’din l‑iskola, intbagħat fil‑missjoni tas‑soċjetà fil‑Pakistan. L‑ikbar kontribut tiegħu għall‑knisja fil‑Paksitan kien meta l‑Konferenza Episkopali inkarigatu biex iwaqqaf seminarju interdjoċesan ġdid fejn is‑seminaristi setgħu jieħdu l‑formazzjoni tagħhom waqt li jagħmlu l‑istudju tal‑Filosfija. Dun Bernard irnexxielu jaffilja dan is‑seminarju ma’ università f’Ruma u hekk is‑seminaristi setgħu jieħdu wkoll ‘degree’ fil‑Filosofija fit‑tmiem tal‑kors tagħhom. Bejn is‑sena 2000 u 2012 serva ta’ Superjur Ġenerali.

Norbert Bonavia MSSP twieled Birkirkara, f’familja numeruża; tnejn saru saċerdoti, tlieta sorijiet, tnejn miżżewġin u tnejn xebbiet. Fil‑Kulleġġ SPM, kien għalliem, direttur spiritwali u librar, u ħa ħsieb l‑uniformijiet u l‑kostumi fl‑operetti tal‑kulleġġ. Kien Ċerimonjier Djoċesan fil‑funzjonijiet kollha tal‑arċisqof, bħal

ordinazzjonijiet, kemm tas‑saċerdoti u tal‑isqfijiet. Kien ukoll Delegat tas‑Superjur għall‑benefatturi, fejn għadu sal‑lum. Kien hemm żmien fejn kien iżur lill‑benefatturi fid‑djar biex isir jafhom u jirringrazzjahom. Imma fuq kollox, kien u għadu joħrog il‑fuljett ‘Aħna Lilkom’. U biex ikompli jagħmel aktar magħruf lill‑Fundatur il‑Qaddej t’Alla Ġużeppi De Piro, ippubblika l‑ktieb ‘Riflessjonijiet Spiritwali’ dwar il‑ħajja u l‑ħidma tiegħu. Ippubblika l‑ktejjeb ‘Kont Taf’, u min hawn u ftit ieħor se jagħtina ktejjeb żgħir ieħor bil‑kwotazzjonijiet tal‑fundatur. Barra dan, din l‑aħħar sena qed idur il‑parroċċi ta’ Malta b’materjal li jgħin, bħalma huma santi u kotba oħra, ħalli b’hekk in‑nies ikunu jafu aħjar lil Mons. De Piro u jitolbuh il‑grazzji.

Fit‑3 t’April 2025 dawn il‑5 saċerdoti tal‑MSSP għalqu 60 sena minn meta kienu ordnati. Minn qalbna nawgurawlhom ‘Ad Multos Annos’ u s‑saħħa sabiex ikomplu jaħdmu fl‑għalqa tal‑Mulej. 

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Few things make us feel better than winning at something be it sport or life! But helping others can be just as satisfying – especially when we know that our help is changing lives of thousands across the globe. This is the basis of what Missio Malta stands for! On the subject of winning Missio Malta is once again organising a great lottery with amazing prizes! So, by helping Missio you will be in the chance of taking home some wonderful gifts!

Missio Lottery 2025 Terms & Conditions

1.This competition is organized by Missio Malta VO/1178.

2.This competition is being organized under the MGA lottery guidelines with permit MGA 406 06/2025.

3.To enter the competition participants must be 18 years of age or older.

4.All entry tickets must arrive at Missio Malta, No. 7, Merchants Street, Valletta VLT 1171 by 10th August 2025.

5. The competition will take place between 18th June to 10th August 2025.

6. Prizes to be awarded shall be as per list advertised.

7.All prizes cannot be exchanged for cash.

8.Draw date is 10th August 2015, at 11:30pm.

9.The winners will be contacted on the landline/mobile number provided on entry ticket.

10.To claim the prize, the winner must provide a valid identification document that matches the name on his/her entry and must produce a valid ID Card.

11.Fill in name and other information on the coupons found here. It is important that the coupons are filled in a way that can be read. Each coupon is worth €2, but if you fill in all 14 coupons, the payment is €21.

12.Payment must be made by cheque payable to Missio Malta if the amount is €21 or more*. For other amounts please call 21236962 and you will be given further information.

13. For more tickets please call 21236962.

*Banks are not accepting cheques less the €21

Kindly fill in your details in all the 14 tickets Thank you.

Name:

Tel/ Mobile:

ID Card No.:

Name:

Tel/ Mobile:

ID Card No.:

Name:

Tel/ Mobile:

ID Card No.:

Name:

Tel/ Mobile:

ID Card No.:

Name:

Tel/ Mobile:

ID Card No.:

Name:

Tel/ Mobile:

ID Card No.:

Name:

Tel/ Mobile:

Name: Tel/ Mobile:

ID Card No.:

Name: Tel/ Mobile:

ID Card No.:

Name: Tel/ Mobile: ID Card No.:

Name:

Tel/ Mobile: ID Card No.:

Name: Tel/ Mobile: ID Card No.:

Name: Tel/ Mobile: ID Card No.:

ID Card No.: Name: Tel/ Mobile: ID Card No.:

BINI TA’ SPIERI FIŻ ‑ ŻAMBJA

PROĠETTI MWETTQA

L‑aċċess għal ilma nadif minn dejjem kien sfida ewlenija fil‑komunitajiet rurali. Mingħajru, il‑familji ma jistgħux jixorbu b’mod sikur, ikabbru l‑prodotti, jew jitimgħu l‑bhejjem. In‑nuqqas ta’ ilma nadif iżid ukoll ir‑riskju ta’ mard li jiġi trasmess mill‑ilma, li jista’ jkollu effetti devastanti fuq is‑saħħa u l‑għajxien tal‑individwi.

Lundazi, belt żgħira fiż‑Żambja, bdiet tħabbat wiċċha ma’ dawn l‑isfidi li kulma jmur dejjem jikbru, u talbet l‑għajnuna. Il‑bjar tal‑komunità kienu kkontaminati, u b’hekk l‑ilma ma kienx tajjeb għax‑xorb. B’riżultat ta’ dan, il‑mard li jinġarr mill‑ilma nfirex, u ħoloq diffikultajiet

serji mhux biss għas saħħa, iżda wkoll soċjoekonomiċi. In‑nisa u t‑tfal kienu mġiegħla jimxu distanzi twal fit‑tfittxija ta’ ilma nadif. Ħafna drabi jiddependu fuq sorsi mhux affidabbli li ma jkunux aċċessibbli, speċjalment matul l istaġun xott meta x xita ma tagħmilx.

Bi tweġiba, Missio Malta ssieħeb mad‑Djoċesi ta’

Chipata biex jipprovdi tliet spieri, u b’hekk tiġi żgurata provvista ta’ ilma tax‑xorb nadif u sikur is‑sena kollha. Dan il‑proġett li bidel il‑ħajjiet ta’ għexieren ta’ nies, għen biex inaqqas il‑mard, jipprevjeni l‑imwiet u jtejjeb il‑kundizzjonijiet tal‑għajxien b’mod ġenerali.

Bis‑saħħa tal‑ġenerożità ta’ diversi benefatturi Maltin u Għawdxin, din l‑inizjattiva saret realtà. Illum il‑ġurnata, in‑nies ta’ Lundazi u l‑komunitajiet fil‑qrib

għandhom l‑ilma li tant kellhom bżonn b’mod iddisprat. L‑appoġġ tal‑benefatturi mhux biss ipprovda bżonn bażiku, iżda wkoll irrestawra d‑dinjità u t‑tama lil dawn il‑familji. Missio tassew huwa grat għat‑tjubija u l‑impenn tal‑benefatturi għax jagħmel differenza fil‑ħajjiet ta’ dawk fil‑bżonn.

Jekk tixtieq tgħin fi proġetti simili t’hawn fuq, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑websajt: https://missio.org.mt/donate. Grazzi mill‑qalb. 

Il‑Kappelli Ta’ Malta:

Vjaġġ storiku fuq pjattaforma ġdida li tiftaħ tieqa f’dinja affaxxinanti ta’ knejjes żgħar f’Malta u f’Għawdex.

Esperjenza vjaġġ virtwali fil‑wirt reliġjuż u storiku ta’ pajjiżna, filwaqt li tappoġġja lil Missio li jgħin komunitajiet fil‑bżonn madwar id‑dinja. Ibda l‑vjaġġ tiegħek issa fuq: https://kappelli.net/

KLASSIJIET ĠODDA

GĦAT ‑ TFAL

FIL‑ PAKISTAN

PROĠETTI LI JRIDU JITWETTQU

Swor Francise Farrugia mill‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet

Dumnikani Maltin ilha tgħix il‑Pakistan għal dawn l‑aħħar 40 sena. Minbarra li tgħix għall‑komunitajiet fejn tinsab fuq missjoni, għall‑vokazzjonijet u għat‑tfal, tgħix ukoll għad‑drittijiet umani. Ma tibża’ minn xejn u hija ta’ ispirazzjoni għal kull min jiltaqa’ magħha.

Tirrakkonta li darba marret il‑bank tħallas xi kontijiet u raġel qalilha biex tfittex tiġri lejn id‑dar għaliex ċorma ġuvintur kienu armati bl‑istikek tal‑qasab sejrin lejn l‑iskola tagħhom. Swor Francise ġriet lejn l‑iskola, qabdet il‑kamera tar‑ritratti u bdiet tieħu ritratti kif ġie ġie. Minkejja li wieħed minnhom, li aktarx li kien

il‑mexxej tal‑grupp, kien liebes maskra, il‑pulizija rnexxielha taqbdu u tarrestah. Il‑ġuvnott spiċċa l‑ħabs u Swor Francise kienet tmur iżżuru ta’ spiss, teħodlu l‑ikel u toqgħod titkellem miegħu. Meta l‑pulizija staqsewha x’kienu se jagħmlu bih, weġbithom mill ewwel li bħala sorijiet Kristjani, riedu jaħfrulu. Kien sar qisu t‑tifel tagħhom! Din il‑ġrajja turina verament min huma dawn il‑missjunarji!

Fi kliem Swor Francise, kienet biss l‑edukazzjoni li għenet lil dawn in‑nies jintrefgħu, dejjem bis‑saħħa ta’ missjunarji bħalha li jgħinu lin‑nies tal‑komunitajiet fejn ikunu sabiex jintrefgħu ħalli ’l quddiem ikunu huma stess li jgħinu lil sħabhom tal‑komunità. Illum il‑ġurnata, wara dan iż‑żmien kollu, ħafna tfajliet qed jikkontribwixxu lura lejn il‑komunità u lejn l‑iskejjel ta’ Swor Francise, saħansitra b’uħud minnhom

isiru għalliema fl‑istess skejjel fejn ħadu l‑edukazzjoni huma stess.

Kulħadd huwa stmat indaqs, għax aħna lkoll aħwa, tgħid Swor Francise. Eżempju ta’ dawn huma l‑familji Musulmani li jgħixu qrib il‑kunvent li huma ħbieb sewwa mas‑sorijiet. Huma jafu li Swor Francise hija infermiera u kull meta jkollhom bżonn dejjem ifittxuha, speċjalment f’każ ta’ mard, saħansitra matul il‑lejl. Id‑dedikazzjoni kbira li għandha lejn min hu fil‑bżonn, hija ta’ unur għalina l‑Maltin. L‑istess jista’ jingħad għall‑fatt li qiegħda żżomm it‑tradizzjonijiet Maltin ħajjin fil‑Pakistan, pereżempju meta nhar l‑10

ta’ Frar jiċċelebraw il‑festa ta’ Missierna San Pawl!

In‑naqra li żergħet tant snin ilu Swor Francise nibtet tajjeb u qed tagħti l‑frott. Ta’ dan kollu hija tirringrazzja lil Alla u lil Missio Malta li tant qed jgħinha tkompli din il‑ħidma fost ħutna fil‑bżonn. Tgħid li għalkemm it‑tfal ma jafux aħna l‑Maltin min aħna, xorta jafu lis sorijiet għax fihom qed jaraw il qalb tajba tagħna l Maltin.

Ix‑xewqa ta’ Swor Francise hija li tibni blokka ġdida mas‑Sacred Heart High School fid‑distrett ta’ Montgomery Wala f’Jhang fil‑Provinċja ta’ Punjab. Dan sabiex l‑istudenti jkollhom laboratorji tax‑xjenza u tal‑istudji tal‑kompjuter. Jekk tixtieq tgħin f’dan il‑proġett, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑websajt: https://missio.org.mt/donate. Grazzi mill‑qalb.

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

“Aħna ma noqogħdux infittxu la reliġjon, la tribù, la razza u lanqas kulur. Xejn minn dan! Anzi nagħmlu ħilitna kollha sabiex dan it‑tabù jispiċċa darba għal dejjem,”

Swor Francise Farrugia – Kongregazzjoni Sorijiet Dumnikani Maltin fil‑Pakistan.

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

ITTRA MINGĦAND SEMINARIST

Dear Loving Benefactor,

Greetings. Hope you are all safe and sound by God’s grace. I am also fine and doing well in my studies and formation. I am a first year theology student from Sacred Heart Seminary, Poonamallee, Chennai, Tamil Nadu, India. I am from a pious Catholic family; my parents and my younger brother. I was born on 4th January 1999, in the Archdiocese of Madras Mylapore from the parish of St Joseph Church, Porur.

I studied at Mar Gregory School, Kirathoor and at St Joseph’s School, Porur. In 2016, I joined the minor seminary for my priestly formation and did my initiation in Infant Jesus Minor Seminary, Vellavedu. Then

I did my three years of my bachelorette degree in Christ College, Kilachery. I did my spiritual formation in St. Francis Inter‑Diocesan Seminary, Vellore, my philosophical studies at Sacred Heart Seminary, Poonamallee and my regency for a period of 6 months, at St Thomas Collegiate Seminary, Kilachery. The later 6 months of my regency period, I worked in one of the IT companies in Chennai, for the worldly experience. In 2024, I joined again Sacred Heart Seminary and I am doing my theological studies here.

I am undergoing four types of formation: Spiritual, Intellectual, Physical and Pastoral. Under this, I am forming myself to become an effective priest. This process, also based on 'Freedom with Responsibility', I get enough space to equip myself in all aspects of my priestly formation. For my pastoral experience, I am going to Our Lady Of Assumption Church, Paruthipet. There, I will get lots of opportunities to organise the pious associations of the parish, youth, catechism and so on. I am getting rich

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

pastoral experience under the able guidance of both priests who serve there. For this, I am always grateful to my Alma Mater.

To conclude, I take this opportunity to thank you for your kind and generous heart of supporting the formation of future priests like me. It is because of the generosity of people like you, that the seminary is able to help us in our formation. We know how much you sacrifice for our seminary to be able

to help us in our wellbeing. Moreover, what I expect more from you is, the most valuable prayers for us. I, along with the entire community of Sacred Heart Seminary, assure special prayers for you and your family.

May our Lord Jesus Christ bless all of us, and may our Beloved Blessed Mother continue to intercede for all of us.

Your Loving Son in Christ, Brother Bensan Ambrose

KIF INT TISTA’ TGĦIN LIS ‑ SEMINARISTI

FL‑ AFRIKA U FL‑ INDJA:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35

• Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju ‑ €43 • Paga ta’ għalliem fis‑seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑

€48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek, tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) ‑ €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Għal aktar dettalji ċemplu 2123 6962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB

TAMA ĠDIDA WARA TRAĊEDJA TAL‑ WAĦX

SPONSORIZZAZZJONI TAT‑TFAL

Sonya u Punam twieldu l‑Pakistan

f’familja fqira. F’età żgħira l‑aħwa

spiċċaw orfni, mhux għax il‑ġenituri tagħhom mardu, imma għax sfaw maqtula brutalment! Kif mistenni fil‑faqar, il‑familja kellha problema tal‑flus u flus biex iħallsu l‑kera ma kellhomx.

Wara li talbu lis‑sid jagħtihom xahar ċans biex iħallsuh, stinkaw kemm felħu imma f’għeluq ix‑xahar ma kienx irnexxielhom iġemmgħu biżżejjed għall‑kera. Is‑sid irrabja ħafna u xliehom li huma kriminali. Bla rimors ta’ xejn, rabathom mal‑vann u kaxkarhom tul it‑triq. Wara, hekk kif

B’xorti ħażina, huma ħafna t‑tfal fil‑Pakistan li jisfaw orfni u jkollhom ifendu għal rashom u jaraw kif jistgħu jgħixu bl‑aħjar mod possibbli, bil‑konsegwenza li jispiċċaw f’ħalq il‑kriminalità, il‑vizzji, il‑prostituzzjoni u ta’ spiss f’riskju għal ħajjithom. Sonya, li llum għandha 14‑il sena u ħuha Punam ta’ 11‑il sena, sabu lil nannuhom, li minkejja li hu armel u marid, laqagħhom għandu biex jagħmel tajjeb għalihom u jrabbihom mill‑aħjar li jista’. It‑tlieta li huma jgħixu f’kamra waħda, imma kuntenti li għandhom lil xulxin. Kien hawn li Missio Malta sema’ b’din l‑istorja

Illum Sonya u Punam qed jattendu l‑iskola u qed jitgħallmu l‑ħiliet bżonjużi biex la jikbru jkunu jistgħu jfendu għal rashom filwaqt li jsiru ċittadini indipendenti li kapaċi jgħinu lil ħaddieħor ukoll! Dan kollu grazzi għall‑isponsorizzazzjoni mill‑Maltin biex dawn it‑tfal jingħataw opportunità ta’ edukazzjoni u futur sabiħ lejn xiex iħarsu.

Naf li inti li qed taqra tixtieq tgħin lil tfal oħra f’sitwazzjonijiet simili ta’ dawn iż‑żewġt itfal imxerrdin mad‑dinja kollha. Missio Malta qed jagħmel ħiltu kollha sabiex isib sponsers

Maltin u Għawdxin li

lesti jgħinu lil tfal bħal Sonya u Punam ikollhom opportunità li jitgħallmu f’ambjent xieraq, fejn minbarra edukazzjoni jirċievu wkoll ilma nadif għax‑xorb u ikla sustanzjuża kuljum. Ftit taż‑żmien wara li ssir l‑isponsorizzazzjoni, jintbagħtu ritratt u dettalji ta’ tifla jew tifel li se tkun qed tiġi megħjuna, filwaqt li darbtejn fis‑sena, għal għaxar snin, jibqgħu jintbagħtu ritratt riċenti tat‑tifel jew tifla, ittra u/jew tpinġija mit‑tfal stess u r‑riżultat tal‑assessjar tas‑suġġetti li jitgħallmu l‑iskola. Agħmel kuntatt magħna jekk tixtieq tgħin. Grazzi mill‑qalb. 

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

JOAN’S CRAFTS FOR CHARITY

IN AID OF MISSIO ‑ Joan Libreri

Thank you for supporting a greater cause!

I’m proud to share that, thanks to your continuous support, I’ve been able to give back through several meaningful charity projects, including:

• Providing materials for a laboratory in Rwanda

• Contributing to the purchase of a vehicle for the Legion of Mary in Albania

• Providing beds, mattresses, bedding, shoes, chairs, flooring, school supplies and more to underprivileged children in the village of Bamba.

Your purchases have truly helped make a difference! As many of you know, I create educational resources ranging from Kinder 1 to Grade (Year) 6 workbooks, flashcards for Mathematics, English and Maltese, classroom charts and much more. I also offer personalized workbooks and tailor‑made materials to suit individual needs.

Visit my website to explore the full range of resources available. When you shop with me, you’re not just getting high‑quality educational materials, but

you’re also helping support communities in need.

Thank you for being a part of this journey. Let’s continue growing, giving and making an impact together.

Above are some photos of some of the resources: Website: https://www.joanscraftsforcharity.com

Facebook Page: Joan Libreri; joan’s crafts for charity

SAN LWIĠI U SANTA ZÈLIE MARTIN

IL‑ ĠENITURI TA’ SANTA TEREŻA TAL‑ BAMBIN ĠESÙ

QADDISIN TAX‑XAHAR

Lwiġi Martin twieled f’Bordeaux Franza fit‑22 t’Awwissu 1823 u tgħammed privatament ftit wara t‑twelid, filwaqt li ċ‑ċerimonja pubblika saret xi żmien wara peress li missieru kien fuq dmirijiet militari fi Spanja. Marie Azelia Guerin magħrufa bħala Zèlie twieldet qrib Alencon Franza fit‑23 ta’ Diċembru 1831. Tgħammdet l‑għada fil‑knisja lokali. Missierha, veteran militari, kien fil‑forza tal‑pulizija lokali. Lwiġi kien arluġġar u ġojjellier, u Zèlie kienet taħdem il‑bizzilla. Wara impenn reliġjuż formali ta’ tliet xhur, iżżewġu f’nofsillejl tat‑13 ta’ Lulju 1858 fil‑knisja ta’ Notre Dame f’Alencon Franza. Huma stabbilixxew irwieħhom f’Alencon minn fejn mexxew in‑negozji tagħhom. Xi żmien wara ż‑żwieġ Lwiġi ħa f’idejh it‑tmexxija tan‑negozju tal‑intrapriża tal‑bizzilla ta’ martu Zèlie.

Il‑koppja damu miżżewġa għal dsatax‑il sena sal‑mewt ta’ Zèlie mill‑kanċer tas‑sider fl‑1877. Lwiġi miet fis‑sena 1894 wara snin marid. Huma ħolqu dar u familja magħquda, li tieħu ħsieb xulxin, fejn kienet mgħallma u pprattikata l‑imħabba t’Alla u tal‑proxxmu. Mid‑disa’ wlied li kellhom, tnejn mill‑bniet u ż‑żewġ subien mietu f’età żgħira. Lwiġi u Zèlie kienu jieħdu ħsieb mhux biss lil uliedhom, imma wkoll lill‑foqra, lill‑morda u dawk li waslu biex imutu, lill‑qraba u lill‑ġirien. Matul il‑gwerra Franco‑Prussjana kellhom iżommu f’darhom disa’ suldati Ġermaniżi u aġixxew b’ġustizzja u karità lejn dawn l‑irġiel li għexu għal xi żmien magħhom. Kien fiż‑żwieġ u biż‑żwieġ li Lwiġiu Zèlie kellhom jiksbu l‑qdusija tagħhom stess u jagħtu eżempju erojku għall oħrajn. Huma wrew li ż‑żwieġ jista’ jkun punt tat‑tluq tal‑vjaġġ lejn il‑qdusija li jsir fil‑kumpanija tal‑konjugi. Il‑ħajja miżżewġa u tal‑familja kif jixtieqhom Alla hija vokazzjoni ‑ sejħa għall‑qdusija.

Ta’ min jgħid li t‑tnejn kienu ppruvaw jidħlu f’ordnijiet reliġjużi, imma ma ġewx aċċettati, għax Alla kellu pjanijiet ikbar għalihom bħala koppja miżżewġa. It‑tjieba qaddisa tagħhom nebbħet lil uliedhom nisa kollha biex jidħlu sorijiet, erbgħa fil‑Karmelu ta’ Lisieux u waħda mal‑Viżitadini. Il‑ħajja fil‑familja Martin

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

mhux biss kienet qaddisa, imma mimlija wkoll bil‑ferħ. San Lwiġi u Santa Zèlie kienu tassew ġenituri li kull iben u bint jistgħu jixtiequ. Il‑Kardinal Saraiva Martins qal fil‑beatifikazzjoni tagħhom, li Lwiġi u Zèlie huma rigal għall‑koppji miżżewġin, għall‑ġenituri, għal dawk li tilfu l‑konjuġi

u għal dawk li jiffaċċjaw il‑mard u l‑mewt. Huma ġew ikkanonizzati bħala koppja fit‑18 t’Ottubru 2015 u kienu t‑tieni koppja miżżewġin ibbeatifikati flimkien. L‑ewwel koppja kienu Luigi u Maria Beltrame Quattrocchi. Il‑festa tal‑koppja Martin titfakkar fit‑12 ta’ Lulju. 

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Account No: 41474120039

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

Swift Code: APSBMTMT

my

• Iftaħ l‑app myAPS

• Agħfas fuq “P2M” fil‑qiegħ tal‑iskrin

• Agħżel il‑kont minn fejn trid tagħmel id‑donazzjoni

• Daħħal l‑ammont tad‑donazzjoni

• Daħħal in‑numru tal‑mowbajl 77236962

• Daħħal kumment f’ “Payment Reference”

• Agħfas “Confirm”

 Donazzjoni b’SMS

• 5061 7383 ‑ €2.33

• 5061 8998 ‑ €6.99

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

RELAZZJONIJIET

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 50011468005

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: VALLMTMT

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar

• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15

• 5180 2026 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

www.missio.org.mt

 Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

 Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

Programmi bi produzzjoni ta’ Missio Malta u preżentazzjoni ta’ Dun Victor Agius u Claudia Cini.

Relazzjonijiet: bejn Lulju u Settembru Kull nhar ta’ Erbgħa fis 2:30pm. B’ripetizzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa fis‑1:00am.

● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).

SAT ‑ TRUFIJIET TAL‑ ART

IŻ‑ŻELU MISSJUNARJU TA’ SAN ĠWANN BOSCO U S‑SALEŻJANI

ESPERJENZA MISSJUNARJA – Dun Richard Ebejer SDB

San Ġwann Bosco m’għandu bżonn

l‑ebda introduzzjoni speċjali. Huwa qaddis popolari magħruf li ddedika ħajtu kollha għall‑ġid taż‑żgħażagħ, l‑aktar dawk fqar u emarġinati. Magħruf ukoll għaż‑żelu kbir missjunarju tiegħu. Għalkemm qatt ma mar il‑missjoni, l‑imħabba tiegħu għall‑missjoni kienet kbira ħafna u maż‑żmien irnexxielu jibgħat lis‑Sależjani tiegħu. Is‑sena 2025 hija speċjali ħafna għalina s‑Sależjani għaliex tfakkar il‑150 anniversarju minn mindu ntbagħtu l‑ewwel

Sależjani għall‑missjoni fil‑Patagonja, fin‑nofsinhar tal‑Amerika t’Isfel. Kien fil‑11 ta’ Novembru 1875 li Don Bosco ta s‑salib missjunarju lill‑għaxar ‘brothers’ u qassisin Sależjani missjunarji fil‑Bażilika li kien bena ddedikata lil Marija Għajnuna tal‑Insara. Il‑grupp tmexxa minn Dun Ġwann Cagliero, wieħed mill‑iktar

Sależjani kapaċi li kellu Don Bosco u li maż‑żmien sar l‑ewwel isqof Sależjan u aktar tard laħaq kardinal. Fil‑prietka tiegħu lill‑missjunarji, Don Bosco ħeġġiġhom biex isalvaw l‑erwieħ u jieħdu ħsieb sewwa tal‑morda, it‑tfal u x‑xjuħ, u biex ma jfittxux unuri u titli. “Min jaf,” qalilhom, “jekk dan it‑tluq għall‑missjoni, dan il‑bidu umli għad ikunx

bħaż‑żerriegħa żgħira tal‑mustarda li għad tikber f’siġra imponenti?”

Sa minn ċkunitu Don Bosco kellu mħabba kbira lejn il‑missjoni. Ta’ 9 snin kellu ħolma li fasslet t‑triq tal‑vokazzjoni tiegħu, hekk ukoll ħolma oħra kebbsitlu l‑imħabba lejn il‑missjoni. Madwar is‑sena 1872 ħolom bi grupp ta’ missjunarji Sależjani kapaċi jilħqu grupp ta’ nies indiġeni, fejn missjunarji oħra qabilhom kienu fallew. Kien konvint li din kienet ispirata minn

Alla u pprova jidentifika l‑grupp indiġenu li ra tant ċar fil‑ħolma. Beda jfittex u jistaqsi ’l hawn u ’l hinn u jirriċerka.

Wara li fela l‑ħafna talbiet li rċieva minn isqfijiet fil‑missjoni, kien konvint li n‑nies fil‑ħolma kienu l‑Indjani tal‑Patagonja.

Għamel kuntatt mal‑awtoritajiet ċivili u ekkleżjastiċi biex jippjana u jipprepara għall‑ewwel espedizzjoni missjunarja.

L‑iktar ħolma missjunarja famuża kienet meta ra mappa tad‑dinja b’linja

li tibda minn Santiago fiċ‑Ċili, tgħaddi tul il‑kontinent tal‑Afrika u tibqa’ sejra sa Bejġing fiċ‑Ċina. Fil‑ħolma, il‑gwida qallu li matul din il‑linja se jkun hemm 20 ċentru importanti ta’ formazzjoni Sależjana li minnhom joħorġu tant u tant vokazzjonijiet.

Tul ħajtu Don Bosco bagħat ħdax‑il espedizzjoni ta’ missjunarji. Is‑suċċessuri tiegħu żammew mat‑tradizzjoni u l‑missjunarji baqgħu jintbagħtu kull sena, ħlief matul iż‑żewġ gwerer, xi drabi anki darbtejn fis‑sena għal dawn l‑aħħar 150 sena. Mill‑istess Bażilika, iktar minn 10,700 Sależjan u 3,500 soru Sależjana rċevew is‑salib missjunarju u ntbagħtu lejn postijiet differenti tad‑dinja. Dan wassal biex is‑Sależjani, li jgħoddu mal‑14,000, jinfirxu malajr fid‑dinja u jinstabu f’5 kontinenti f’136 pajjiż differenti. Don Vecchi, it‑tmien suċċessur ta’ Don Bosco, iqis li l‑firxa fi ftit żmien tas‑Sależjani ġejja mill‑ġenerożità missjunarja

li wrew matul is‑snin, li wasslitha biex tkun waħda mill‑ikbar kongregazzjonijiet fil‑Knisja. L‑Isqof Amerikan Fulton Sheen kien ikkummenta: “Is‑Sależjani jfakkruni fil‑miraklu tat‑tkattir tal‑ħobż u l‑ħut.”

Il‑Knisja hija fl‑essenza tagħha missjunarja. Fl‑imgħoddi xi pajjiżi kienu jibagħtu l‑missjunarji u oħrajn ‘fil‑missjoni’ jirċevuhom, it‑triq il‑ġdida issa hi li kull pajjiż fil‑5 kontinenti jibgħat il‑missjunarji, mentri ugwalment kull pajjiż jirċevihom.

Illum qed nesperjenzaw numru kbir ta’ missjunarji mill‑Afrika u mill‑Asja. Wieħed jitqanqal meta jara lir‑Rettur Maġġur jikkunsinna s‑salib missjunarju lil tant Sależjani żgħażagħ mill‑kontinenti tal‑Afrika u tal‑Asja. Saħansitra anki Malta qed tibbenefika mill‑preżenza tagħhom fostna. Bħala Sależjani, aħna missjunarji veri taż‑żgħażagħ f’kull parti tad‑dinja u ż‑żgħażagħ huma ‘l‑art tal‑missjoni’ tagħna. Is‑Sależjani wirtu tassew dan l‑ispirtu missjunarju kollu ħeġġa ta’ Don Bosco.

SPAGETTI TA’ SAN ĠENNARU

RIĊETTA – Patri Pawl Bugeja OFMCap

Dan il‑platt tipiku Naplitan huwa msemmi għal San Ġennaru li l‑festa tiegħu tiġi

ċċelebrata fid‑19 ta’ Settembru. Ta’ kull sena n‑Naplitani jistennew il‑miraklu tad‑demm tal‑qaddis, li jinsab f’relikwa. Jekk jinħall hu sinjal ta’ risq, jekk le, jistennew xi hemm! San Ġennaru twieled fis‑sena 272 qrib Benevento. Huwa kien l‑Isqof ta’ Benevento u safa ppersegwitat u maqtul martri fis‑sena 305, fi żmien l‑Imperatur Djoklezjanu. San Ġennaru huwa wieħed mill‑patruni tal‑belt ta’ Napli.

X’għandek bżonn għal 4 persuni:

• 400 gramma spagetti

• Landa żgħira inċova fiż‑żejt imqattgħa biċċiet żgħar

• Kuċċarina oreganu

• 10 werqiet ħabaq frisk

• 2 kisriet ħobż xott

• 2 sinniet tewm

• Żejt taż‑żebbuġa

• Bżaru jaħraq imqatta’ fin (jekk tiggosta)

Metodu:

1. Sajjar l‑ispagetti.

2. Ħokk it‑tewm mal‑kisriet tal‑ħobż biex jieħu t‑togħma u wara farrak il‑ħobż f’biċċiet żgħar.

3. Qalli fiż‑żejt it‑tewm, żid il‑ħobż u ibqa’ ħawwad sa ma jiħmar.

4.Żid l‑inċova, l‑oreganu u l‑bżaru aħmar, u kompli sajjar.

5. Saffi l‑ispagetti u żidu fit‑taġen mat‑taħlita.

6.Ħawwad sew u żid il‑ħabaq.

7. Servi sħun.

Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.

Malta Missjunarja - Lulju - Settembru 2025

Kompetizzjoni

Meħuda minn wordmint.com

TISLIBA: Ibgħat it‑tisliba kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tliet tweġibiet tajbin li jittellgħu bil‑polza jirbħu kupun ta’

€15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

Isem u kunjom: Indirizz:

Kodiċi Postali:

Ħjiliet: Mimdudin

2. Tagħmilha l‑brimba.

5. Art imdawra bil‑baħar minn tliet naħat.

7. Taħlita tal‑kuluri blu u isfar.

9. Tista’ tkun tat‑torti, tal‑pizza jew tal‑ħelu.

10. Kelma oħra flok jum.

Weqfin

1. Għanqud …....

3. Timxi fuqha fit‑triq.

4. Tax‑Xarolla tinsab iż‑Żurrieq.

6. Taħlita tal‑kuluri aħmar u isfar.

8. Flotta …...

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Jannar – Marzu 2025:

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni huma Mariella Grixti miż‑Żejtun, Carmen Frendo mill‑Fgura u Lily Camilleri minn Raħal Ġdid. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jsarrfu l‑kupun.

Nitbissmu ftit:

Remi kien għaddej bir‑rota minn quddiem il‑knisja. Rah il‑Kappillan u sejjaħlu biex jidħol iqerr.

Remi: U r‑rota fejn se nħalliha?

Kappillan: Ħalliha hawn barra, issa jieħu ħsiebha l‑Ispirtu s‑Santu!

Fil‑knisja, il‑Kappillan talab lil Remi jrodd is‑salib.

Remi: Fl‑isem tal‑Missier u tal‑Iben, Ammen.

Kappillan: Ħażin. Erġa’ roddu.

Remi: Fl‑isem tal‑Missier u tal‑Iben, Ammen.

Kappillan: U l‑Ispirtu s‑Santu fejn hu?

Remi: Dak mhux qiegħed barra jeħodli ħsieb ir‑rota, Dun?!

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.

25 ta’ Ġunju, 2024 ‑ Mariuccia Zammit minn Ta’ Xbiex

17 ta’ Jannar, 2025 ‑ Victoria Dimech min‑Naxxar

10 ta’ Marzu, 2025 ‑ Nina Mizzi mill‑Qrendi

20 ta’ Marzu, 2025 ‑ Jacqueline Zammit mill‑Qrendi

April, 2025 ‑ John Paul Suda mill‑Imsida

17 ta’ April, 2025 ‑ Giovanna Chetcuti min‑Naxxar

21 ta’ April, 2025 ‑ Francis Zammit Dimech minn San Ġiljan

19 ta’ Mejju, 2025 John Fernandez minn San Ġwann

Agnes Aquilina, Rita Galea u Mario Farrugia mis‑Siġġiewi

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Eżempji sbieħ

• Raymond Falzon mill‑Gudja

• Doris Micallef minn Ħaż‑Żebbuġ

• Sarah Buckle

• BOV Wealth Management ta’ Santa Venera Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

• Grazzi wkoll mill‑qalb lil diversi persuni li jiġbru t‑tappijiet qabel ma jirriċiklaw il‑fliexken tal‑plastik u jgħadduhom lil Missio Malta l‑Belt Valletta (Nru 7, Triq Merkanti) jew il‑Mosta (Nru 150, Triq Lorenzo Gafà) fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Ir‑raba’ ċekk li rċieva Missio minn dan il‑ġbir kien ta’ €140 li se jmorru b’risq persuni fil‑bżonn fil‑missjoni. Min jixtieq jagħti sehmu jista’ jġibilna t‑tappijiet. Grazzi bil‑quddiem.

• Proset kbira tmur lil Doris Aquilina li flimkien ma’ grupp ta’ nisa li jħobbu l‑missjoni ngħaqdu f’ġest sabiħ billi ħmew ammont sostanzjali ta’ figolli li bigħuhom b’risq il‑missjoni. Irnexxielhom jiġbru somma sabiħa li biha nxtraw 10 siġġijiet tar‑roti għal tfal bi bżonnijiet speċjali fl‑artijiet tal‑missjoni. Matul is‑sena dawn iħawlu u jxettlu l‑pjanti li wkoll ibigħuhom b’risq diversi proġetti. Grazzi minn qalbna u nawguraw li jkun hawn aktar nies li jagħmlu xi ħaġa simili.

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Lulju ‑ Settembru 2025 by Missio Malta - Issuu