

MISSJUNARJA
IL‑ ĦARĠA:
MARATONA TA’ TAMA
EDITORJAL – Claudia Cini
Kif itir iż‑żmien! Kien eżattament ħdax‑il sena ilu li ttellgħet għall‑ewwel darba l‑maratona Hope Missio Fest fuq l‑istazzjonijiet tal‑televiżjoni lokali għal tnax‑il siegħa sħaħ. Dan wara li Missio Malta ħass il‑bżonn li jkompli jżid filli jagħti tama lil dawk il‑persuni fl‑artijiet tal‑missjoni. Festa fejn ningħaqdu lkoll flimkien, u nidħlu fid‑djar tan‑nies biex inqajmu għarfien dwar persuni anqas ixxurtjati, filwaqt li nuru l‑proġetti li diġà twettqu u li għad iridu jitwettqu minn Missio.
Ritratt tal‑faċċata: Powster uffiċjali tal‑Maratona Hope Missio Fest 2025. Studenta li qiegħda tattendi l‑iskola bis‑saħħa tal‑Maltin.
Matul is‑snin, bil‑fondi miġbura mill‑maratona, mill‑Ġurnata Missjunarja u minn diversi attivitajiet oħra li jiġu organizzati matul is‑sena, Missio rnexxielu
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimg ħa: 9.00am ‑ 1.00pm. Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 • Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Bord Editorjali: Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Robert Farrugia, Edward Bonello • Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant. Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
jisponsorja għexieren ta’ proġetti li huma mferrxin fil‑kontinenti kollha, u jinkludu fost oħrajn, irziezet, skejjel, kliniċi u spieri. Permezz ta’ dawn il‑proġetti qed jibbenefikaw komunitajiet sħaħ u mhux biss individwi. Din is‑sena Missio se jiffoka l‑għajnuna tiegħu fi proġetti fil‑Kontinent Asjatiku, b’mod speċjali fil‑Pakistan.
Missio Malta rnexxielu jagħmel din l‑attività permezz tat‑tim tal‑produzzjoni, tal‑politiċi, tal‑voluntiera, tal‑personalitajiet u ta’ dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jagħtu sehemhom biex il‑maratona tista’ tkun possibbli. Din il‑maratona tgħaqqadna lkoll flimkien sabiex nagħmlu xi ħaġa u niġbru l‑fondi, filwaqt li nxandru l‑kelma missjunarja. Immaġina kemm inkunu aktar b’saħħitna jekk il‑165 uffiċċju ta’ Missio mxerrdin mad‑dinja kollha, jingħaqdu flimkien, jużaw ir‑riżorsi ta’ xulxin u jwasslu l‑messaġġ missjunarju.
Għalhekk inħeġġiġkom tkunu parti minn

din il‑maratona, billi tgħinu lil dawn ħutna fil‑missjoni bl‑aħjar mod possibbli. Segwi l‑maratona fuq wieħed mill‑istazzjonijiet tat‑televiżjoni Maltin fejn tista’ tikseb aktar informazzjoni, tisma’ u tara stejjer, u fl‑istess ħin tagħti d‑donazzjoni tiegħek.
Ejjew mela ningħaqdu lkoll flimkien għal Missio biex niġbdu ħabel wieħed u nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna li jgħixu f’artijiet tal‑missjoni. Kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira, hija apprezzata, għaliex kif jgħid il‑qawl Malti: bil‑qatra l‑qatra timtela l‑ġarra! Grazzi mill‑qalb!
(Ara l‑faċċata tar‑rivista għal aktar informazzjoni.)

Hekk kif bdejna sena ġdida, nawguraw lilkom qarrejja u benefatturi ta’ Missio sabiex Alla jagħtikom l‑għerf u l‑grazzja biex tilqgħuha bil‑fidi u l‑gratitudni. Jalla d‑dawl t’Alla jdawwal it‑triq tagħkom matul din is‑sena u jiggwidakom biex timxu fit‑triqat Tiegħu. Is‑Sena t‑Tajba mingħandna ta’ Missio Malta.
Waħda mill‑iskejjel li Missio Malta qed jibni fil‑Pakistan.
Missjunarja - Jannar - Marzu 2026
PHRA MAHATHONGRATTANA
THAVON
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – Dun Victor Agius

tal‑Fokolari f’Bangkok, fit‑Tajlandja, 1997. Ritratt: © CSC Marcello Casubolo
Fiż‑żmien li għext fil‑Filippini u l‑Italja kelli l‑grazzja nsir ħabib ma’ monaku Buddista mit‑Tajlandja, Phra Mahathongrattana Thavon. Peress li ismu huwa diffiċli tiftakru u tippronunzjah, ngħata l‑isem Taljan Luce Ardente. Dan l‑isem tathulu Chiara Lubich, li magħha kien iltaqa’ u beda avventura ta’ fidi f’Ġesù li biddlitlu ħajtu u ta’ diversi Buddisti oħra li kienu jafuh.
Darba kien ġie jarani ma’ monaku Buddista ieħor u l‑ewwel ħaġa li staqsieni
kienet jekk setgħux jidħlu fil‑kappella tad‑dar tiegħi biex jitkellmu ma’ Ġesù. Hekk kif dħalna fil‑kappella, Luce Ardente qal lil sieħbu: “Issa noqogħdu bilqiegħda għax f’dak it‑tabernaklu hemm Ġesù li dejjem jismagħna u jagħtina dak kollu li għandna bżonn”. Damu hemm mal‑għaxar minuti fis‑skiet, għajnejhom iffissati fuq Ġesù.
Fil‑bidu ta’ Novembru 2025 Luce Ardente miet. Għalkemm kien muġugħ ħafna, meta ħbiebu Kattoliċi fit‑Tajlandja kienu
Chiara Lubich mal‑patri Buddista Phra Mahathongrattana Thavon (Luce Ardente) fiċ‑Ċentru tal‑Moviment

jmorru jarawh, kien dejjem jgħidilhom li jinsab tajjeb, fil‑paċi u fl‑imħabba, jistenna l‑mument li jerġa’ jiltaqa’ ma’ Mamma Chiara u dawk li kienu jgħixu magħha. Lil wieħed monaku li jiġi minnu u li huwa magħruf ħafna fit‑Tramuntana tat‑Tajlandja, urieh ix‑xewqa li jindifen ħdejn ommu. Meta staqsieh: “Ommok Jankeo?” Luce Ardente rrispondieh: “Le, ħdejn ommi fl‑Italja, f’Loppiano; biex
Darba, wieħed monaku staqsieh, daqsxejn mistħi: “Mgħallem, dan kif inti ssegwi mara Nisranija?” U hu rrispondieh: “Jiena ma nsegwix mara, imma l‑ideal tagħha ta’ fraternità universali. Hija mhix biss tal‑Insara, imma anki tagħna”.
Lill‑għażiż Luce Ardente nitolbuh jgħinna biex bħalu, aħna wkoll inkunu ta’ dawl li jġib fid‑dinja l‑vera ħajja tal‑Vanġelu u ta’ vera paċi.


Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026



(Dettall) Il‑Ħolma ta’ Ġużeppi, Pittura ta’ Stefano Maria Legnani (1660‑1715).
Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026
INTENZJONIJIET
Dun Charles Buttigieg
JANNAR 2026 ‑ Nitolbu li t‑Talb, permezz tal‑Kelma t’Alla, ikun ikel għal ħajjitna u sors ta’ tama fil‑komunitajiet tagħna, sabiex jgħinna nibnu Knisja aktar fraterna u missjunarja. Papa Franġisku ħeġġiġna ħafna sabiex nitolbu u nimmeditaw l‑Iskrittura Mqaddsa billi kellimna dwar il‑figura ta’ San Ġużepp li kien kapaċi jitlob u jisma’ s‑sejħa t’Alla. San Ġużepp, bħala raġel ġust, ikun ubbidjenti għal‑leħen tal‑Mulej u jaċċetta li jkun ir‑raġel ta’ Marija u l‑kustodju ta’ Ġesù Kristu; il‑Kelma ta’ Alla li saret laħam. Għalhekk, San Ġużepp jaġixxi bil‑ħsieb u b’responsabbiltà mill‑iktar kbira. Fl‑irqad u fil‑ħolm jisma’ l‑kelmiet: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill‑Ispirtu s‑Santu. Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l‑poplu tiegħu minn dnubiethom.” Quddiem din ir‑rivelazzjoni, San Ġużepp ma jitlobx iktar provi, imma jafda fil‑Kelma t’Alla.
FRAR 2026 ‑ Nitolbu sabiex it‑tfal li jbatu minn mard mhux kurabbli u l‑familji tagħhom jirċievu l‑kura medika u l‑appoġġ meħtieġ, u qatt ma jitilfu l‑qawwa u t‑tama. It‑tbatija tal‑mard hija salib kbir li tant persuni jġorru ta’ kuljum fil‑ħajja tagħhom. Mard li jitfejjaq u mard ieħor li sa issa għadhom ma sabux kura għalih. Dan il‑misteru tal‑mard iħalli l‑marka tiegħu partikolarment fuq it‑tfal li jkunu jridu appoġġ u sapport kontinwu. Papa Franġisku jgħidilna: “Nixtieq nesprimi l‑apprezzament tiegħi u nagħti inkoraġġiment lit‑tobba u lill‑operaturi sanitarji kollha u lill‑ħaddiema tal‑isptarijiet. U nitolbu għall‑morda kollha. Għaliex isofru t‑tfal? Mistoqsija li tmiss il‑qalb. Nakkumpanjawhom bit‑talb u nitolbu għall‑morda kollha, speċjalment għal dawk li jinsabu f’qagħda iebsa; ħadd m’għandu jitħalla waħdu, kulħadd jista’ jirċievi d‑dilka tas‑smigħ, tal‑qrubija, tat‑tenerezza, tal‑attenzjoni.”
MARZU 2026 Nitolbu li n‑nazzjonijiet jimxu lejn id‑diżarmament effettiv, partikolarment id‑diżarmament nukleari, u li l‑mexxejja tad‑dinja jagħżlu t‑triq tad‑djalogu u d‑diplomazija minflok dik tal‑vjolenza. Papa Franġisku qal: “Jalla l‑2025 tkun sena li fiha titkattar il‑paċi! Paċi vera u dejjiema. Ejjew infittxu l‑paċi vera, li Alla jagħti lill‑qalb mansweta: qalb li ma toqgħodx tikkalkula dwar dak li hu tiegħi u dak li hu tiegħek; qalb li tħoll l‑egoiżmu għax twieġeb fil‑pront u tmur tiltaqa’ mal‑oħrajn; qalb li ma ssibhiex bi tqila tagħraf li hi midjuna m’Alla u li għalhekk lesta taħfer id‑dejn li jgħakkes lill‑proxxmu; qalb li tegħleb il‑biża’ tal‑futur bit‑tama li kull persuna hi riżorsa għal din id‑dinja.” Dan il‑ħsieb huwa fil‑qalb tagħna lkoll li rridu l‑paċi fid‑dinja, għaliex dinja li taħseb biss fl‑armi tal‑gwerra u tal‑ġlied hija dinja li tnissel il‑biża’ u l‑ansjetà.
IT ‑ TIM MINN WARA L‑ KWINTI

DUN VICTOR AGIUS – Direttur
Nazzjonali ta’ Missio Malta
Dakinhar li ordnajt saċerdot, flimkien ma’ sħabi, bi kliem sempliċi wegħedna lil Ġesù fl‑Ewkaristija li lilu biss, fuq is‑salib, ridna nieħdu bħala mudell tas‑saċerdozju tagħna. Hekk ħadt il‑missjoni tiegħi: li mmur u nagħmel fejn u dak li Alla jitlob minni b’ġenerożità kbira. L‑avventura ta’ missjunarju ma kinitx l‑għażla tiegħi, imma fejn Alla riedni. Il‑missjoni mhix safra, imma li tmur fejn hemm bżonn; fejn Alla jurik. U allura ssir avventura sabiħa mżewqa bi tbatija, dmugħ, ferħ u daħk, u twasslek għall‑maturità umana.
Missio Malta huwa l‑uffiċċju fil‑qalba tal‑Knisja fejn bħala direttur nazzjonali nieħu ħsieb inwassal fil‑Knisja Maltija dak li hemm f’qalb il‑Papa. Huwa l‑post fejn niftħu qalbna fuq ir‑realtà tal‑Knisja fid‑dinja llum. Missio huwa l‑post fejn
ħafna nies b’qalb tajba jħossuhom parti ħajja mill‑Knisja u allura jaqsmu dak li għandhom, saħħa, ħajja, u ġid materjali u spiritwali ma’ nies li qed jistennew it‑tħabbira tal‑Evanġelju. Missio huwa t‑triq għall‑vera qdusija.

MARY SCICLUNA – Skrivana u Segretarja
F’artijiet tal‑missjoni hemm il‑faqar, imma meta tara dik it‑tbissima fuq fomm il‑fqir u l‑batut, bla ma trid tieqaf u tirrifletti kemm verament hemm bżonn ta’ għajnuna mill‑qalb u fuq kollox ħafna talb.
Missio Malta għalija huwa 25 sena ta’ ħidma bi mħabba bħala familja u komunità ta’ fidi, tama u ġenerożità man‑nies. Nieħu gost ta’ kuljum inwassal il‑messaġġ lill‑benefatturi tagħna u nfisser ix‑xogħol siewi li qegħdin nagħmlu bħala familja waħda.

RYAN CALLEJA ‑ Koordinatur tal‑Iżvilupp
Diġitali u tal‑Kampanji Il‑missjoni hija iktar minn sempliċiment karità jew ġbir ta’ fondi; hija mezz ta’ kif aħna nipprovdu dinjità umana u ningħaqdu f’solidarjetà ma’ nies li
jistħoqqilhom l‑istess opportunitajiet li ngħatajt jien. Meta naħseb dwar il‑missjoni ma nimmaġinax statistiċi jew pajjiżi mbiegħda, imma komunitajiet, familji u bnedmin reali li ħajjithom tista’ tinbidel permezz tal‑kompassjoni u azzjoni. Il‑qalba tal‑missjoni hija li ngħinu lill‑komunitajiet mhux biss jgħixu, iżda jsiru aktar indipendenti, b’ saħħithom u mimlija tama għal futur aħjar.
Missio huwa moviment globali f’160 pajjiż ta’ fidi u solidarjetà. F’Missio Malta aħna parti minn din il‑familja globali fejn ma naħdmux b’mod iżolat, imma nikkollaboraw ma’ Missio minn pajjiżi oħra biex naqsmu l‑ideat, ir‑riżorsi u l‑esperjenzi, għax din il‑kollaborazzjoni tagħmel kull proġett iktar effettiv, u flimkien nibnu soluzzjonijiet iktar b’saħħithom.
LIFE GI ING GIFTS

GIVE A GIFT THAT REALLY MAKES AN IMPACT

C e le b r a t e b y C h a n g in g L iv e s !
N e v e r k n o w w h a t t o g iv e fo r a n o c c a sio n y o u a r e in v it e d fo r ? Why not skip the usual voucher this year and get them a gift tha t will ma ke a rea l difference Missio Ma lta Life-Giving Gifts represent a rea l a nd la sting cha nge for children a nd communities in need a round the world, a nd a re a grea t wa y to honor someone



To find that perfect Gift ca ll 2 1 2 3 6 9 6 2 or visit m is s io .o r g .m t /life -g iv in g -g ift s










Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026
AĦBARIJIET MINN MISSIO

LAQGĦA GĦAR‑RELIĠJUŻI
Moira Muscat
Kif ħafna jafu, darbtejn fis‑sena Missio jlaqqa’ reliġjużi barranin li jgħixu Malta. Kien is‑Sibt 20 ta’ Settembru fejn grupp sabiħ ta’ sorijiet u saċerdoti nġabru fid‑Dar tal‑Kleru f’Birkirkara. Kien ta’ sodisfazzjon u għaġeb kbir għalija nara reliġjużi mill‑Indja, mis‑Sri Lanka, minn Laos, mill‑Vjetnam, mill‑Ghana, miż‑Żambja, mill‑Uganda, min‑Niġerja, mill‑Filippini u mill‑Pakistan jattendu din l‑attività. Irrealizzajt li kollha kellhom għan wieħed f’ħajjithom, dak li jagħmlu dinja aħjar billi jgħinu kif jistgħu lil nies li għandhom bżonn min iħobbhom.
Wara l‑quddiesa, iċċelebrata fil‑kappella tad‑Dar tal‑Kleru stess, ir‑reliġjużi qasmu l‑esperjenza tagħhom ta’ kif qed jagħtu l‑kontribut tagħhom fl‑iskejjel, fid‑djar tal‑anzjani u saħansitra fil‑ħabsijiet Maltin. Irrealizzajt li aħna lkoll nistgħu nkunu missjunarji tat‑tama f’pajjiżna, kif ukoll f’postijiet ’il bogħod minn xtutna billi nwasslu u ngħixu l‑Kelma t’Alla bil‑fatti u
mhux bil‑kliem biss. Ftakart fi żmien fejn saċerdoti Maltin kienu jmorru barra minn Malta biex jgħinu, u llum diversi saċerdoti u sorijiet mhux Maltin qed jagħtu servizz f’pajjiżna.

FESTIN TAL‑QADDISIN
Moira Muscat
Saret drawwa li f’Marsaxlokk jorganizzaw
attività fil‑Festa tal‑Qaddisin kollha minflok tal‑Halloween, mit‑tfal bniet tal‑katekiżmu. Din is‑sena saret nhar il‑Ġimgħa 31 t’Ottubru fis‑Sala Pompei u kienet organizzata mill‑parroċċa. It‑tfal libsu l‑abjad u lbies ikkulurit, u ħadu sehem f’ħafna logħob organizzat. Waqt il‑festin it‑tfal taw xi donazzjonijiet li bihom se tiġġedded l‑isponsorizzazzjoni ta’ Nicholas, tifel mill‑Uganda. Din l‑opra ġeneruża bdewha s‑sena li għaddiet meta organizzaw attività fejn kienu ġabru flus mit‑toroq minflok ħelu kif soltu jsir fil‑Halloween. Għall‑grazzja t’Alla nġabru aktar minn €200, u hekk mhux biss se jħallsu l‑isponsorizzazzjoni, imma wkoll se jibagħtulu rigal ċkejken. Prosit lil kulħadd.


L‑INIZJATTIVI TAX‑XAHAR TAL‑MISSJONI
Marie Agius
Matul ix‑xahar t’Ottubru li għadda, Missio Malta organizza diversi attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi u ta’ għarfien biex jiċċelebra l‑ħidma missjunarja. L‑isforzi bdew bil‑parteċipazzjoni waqt il‑Freshers’ Week fl‑Università ta’ Malta u tal‑MCAST, fejn l‑istudenti kienu mħeġġa jagħmlu volontarjat ma’ Missio.
Is‑Sibt 4 t’Ottubru saret attività ta’ ġbir ta’ fondi permezz ta’ bejgħ ta’ kannoli waqt in‑Notte Bianca fil‑Belt Valletta. Il‑ġimgħa ta’ wara ġie organizzat avveniment eċċitanti ieħor ta’ ġbir ta’ fondi; abseiling mill‑Grupp tal‑Iscouts tal‑Mosta fuq il‑Pont tal‑istess raħal. Fl‑istess ġranet, Missio offra divertiment lill‑familji, filwaqt li nġabru l‑flus waqt Playcon fl‑MFCC b’logħob għat‑tfal.

Lejlet il‑Jum Dinji Missjunarju, Missio ospitat kunċert sabiħ mill‑Kor tal‑Iskola tas‑Subien ta’ Langley Park fis‑Sala tal‑Kunsill Lokali tal‑Mosta. Dawn l‑isforzi laħqu l‑qofol

tagħhom nhar il‑Ħadd 19 t’Ottubru, Jum il‑Missjoni, b’attivitajiet li saru fuq iz‑zuntier tal‑Bażilika tal‑Mosta, kif ukoll programm ta’ xandir dirett fuq Xejk TV, li wassal il‑messaġġ tal‑missjoni lil udjenza akbar.
Matul is‑sena kollha Missio jkompli bil‑ħidma tiegħu ta’ għarfien dwar pajjiżi missjunarji u ġbir ta’ fondi b’risq proġetti fil‑missjoni.
IS‑SUQ TAL‑MILIED XLUKKAJR
Moira Muscat
Saret drawwa li Missio jieħu sehem fis‑Suq tal‑Milied li jsir fil‑Pjazza ta’ Marsaxlokk. L‑aħħar wieħed kien nhar il‑Ħadd 30 ta’ Novembru. Għalkemm filgħodu kmieni deher li kienet se tqattar ix‑xita, it‑temp kien ħanin magħna għaliex ħarġet ġurnata sabiħa. Konna armati b’affarijiet tal‑Milied mill‑ħanut Faith, Hope & Charity, u kellna żewġ stends fejn begħna fost oħrajn, bambini, presepji żgħar, blalen tas‑Siġra tal‑Milied u oġġetti relatati mal‑Milied. Nistgħu ngħidu li għal darb’oħra, kienet attività suċċess. Grazzi lil kull min xtara xi oġġetti. Bħal dejjem l‑qligħ mar b’risq proġetti fil‑missjoni.

INSALVAW NISA TQAL U
T ‑ TRABI TAGĦHOM
PROĠETTI MWETTQA – Marlene Borg


Swor Marija Goretti li tmexxi ċ‑Ċentru tas‑Saħħa San Luqa f’Busuni l‑Uganda, talbet l‑għajnuna immedjata sabiex jiġu salvagwardjati nisa tqal u t‑trabi tagħhom billi titwaqqaf u titgħammar sala tal‑operazzjonijiet. Dan il‑proġett kien kofinanzjat b’50% minn sptar lokali li jixtieq jibqa’ anonimu.
Fil‑passat kienet inbniet sala tal‑operazzjonijiet, iżda ma kellhiex it‑tagħmir meħtieġ biex tkun għal kollox funzjonabbli. F’każ ta’ emerġenza, l‑ommijiet riedu jiġu trasferiti lejn l‑eqreb sptar, li jista’ jieħu sa sagħtejn ivvjaġġar. Traġikament, xi ommijiet u trabi ma jgħixux il‑vjaġġ. It‑tagħmir sħiħ tas‑sala jsalva għadd kbir ta’ ħajjiet billi jippermetti li l‑proċeduri ta’ emerġenza jitwettqu immedjatament fuq il‑post.
Dan l‑isptar żgħir iservi popolazzjoni ta’ 15,000 ruħ, li minnhom 728 huma

tfal u 3,450 huma nisa li waslu biex iwelldu. Hemm numru mdaqqas ta’ nisa li joħorġu tqal u li jeħtieġu appoġġ, peress li ħafna drabi jiġu injorati mill‑ġenituri u/jew l‑irġiel tagħhom. Fl‑aħħar mill‑aħħar, it‑tfal ibatu l‑konsegwenzi. L‑enfasi primarja tal‑isptar hija fuq il‑kura tal‑maternità. Minbarra s‑sala tal‑maternità u l‑klinika, l‑isptar investa fi programmi ta’ sensibilizzazzjoni li jwasslu servizzi essenzjali ta’ saħħa materna fi rħula remoti. Is‑sena l‑oħra, delegazzjoni żgħira minn Missio Malta żaret l‑isptar biex tara b’għajnejha stess il‑progress u x‑xogħol notevoli li qed isir.
Bid‑dedikazzjoni ta’ Swor Marija Goretti, li tissorvelja l‑isptar, u l‑ġenerożità ta’ Missio Awstralja u l‑benefatturi tagħha li ħadu ħsieb il‑bini, l‑isptar beda vjaġġ ta’ trasformazzjoni. Mibni fuq art li hija propjetà tad‑djoċesi lokali, San Luqa issa huwa raġġ ta’ tama għall‑komunità
Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026

tal‑madwar. Missio Malta kkontribwixxa wkoll billi ffinanzja ambulanza, li llum tipprovdi linja ta’ salvataġġ vitali għall‑pazjenti li jeħtieġu kura ta’ emerġenza.

Jekk tixtieq tgħin fi proġetti simili bħal t’hawn fuq, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https://missio.org.mt/donate. Grazzi mill‑qalb.
Tislijiet għeżież ħbieb ta’ Missio. Nispera li tinsabu tajjeb.
Qed nikteb biex nesprimi l‑gratitudni sinċiera tagħna għat‑tagħmir u l‑għodda li ngħatajna. Dak li rċevejna kien pass kbir ‘il quddiem fis‑sala tal‑operazzjonijiet tagħna. Issa żguri li l‑pazjenti tagħna se jiġu ttrattati bl‑użu tal‑aqwa tagħmir u għodda. Il‑magna universali anestetika kienet pjuttost għalja, iżda kienet tiswa minħabba l‑iskop tagħha. L‑inkubatur huwa tabilħaqq barka li jkollok peress li se jżomm lit‑trabi tat‑twelid sħan u komdi speċjalment matul l‑istaġun tax‑xita meta l‑kesħa tkun wisq, kif ukoll għat‑trabi li jeħtieġu attenzjoni speċjali. Irċevejna wkoll xi fradal li huma importanti ħafna fl‑amministrazzjonji tas‑sala. Il‑karrijiet b’żewġ xkafef huma tant utli u jagħmlu l‑għodda aktar faċli biex tinġarr u tintuża. Iż‑żewġ siġġijiet tar‑roti u l‑istreċer tal‑pazjenti huma vitali sabiex inkunu nistgħu nittrasportaw lill‑pazjenti tagħna faċilment. Issa għandna wkoll l‑għodda meħtieġa għall‑operazzjonijiet tal‑ftuq u l‑appendiċite. Barra minn hekk, irċevejna wkoll 4 settijiet ta’ strumenti għaċ‑ċesarji.
Nitolbu għall‑pazjenti tagħna biex jiġu kkurati u jfiqu. Aħna grati ħafna għall‑appoġġ kontinwu tagħkom. Nitolbu li Alla jippremjakom b’mod abbundanti.
Swor Marija Goretti Nakajubi
ĦOLMA LI JEĦTIEĠ LI
TITWETTAQ
PROĠETTI LI JRIDU JITWETTQU – Marlene Borg
Il‑ħolm ta’ Swor Marija Goretti li tmexxi ċ‑Ċentru tas‑Saħħa
San Luqa f’Busuni l‑Uganda, m’għandux limitu. Dan mhux għaliha personali, iżda għal tant persuni fil‑bżonn, l‑aktar nisa tqal u t‑trabi tagħhom, li jinqdew f’din il‑klinika.


ċ‑ċentru ma jkollux elettriku għal kważi 60% tal‑ġurnata. Dan ifisser li tagħmir kritiku, bħal inkubaturi, ma jistax jintuża kontinwament. M’għandniex xi ngħidu, dan ipoġġi lit‑trabi tat‑twelid vulnerabbli u f’riskju kbir. Ladarba t‑teatru tal‑operazzjonijiet jibda jiffunzjona kif mixtieq, kif rajna fl‑artiklu ta’ qabel, provvista tal‑elettriku ta’ dan it‑tip se tagħmilha aktar diffiċli li t‑teatru jintuża kif meħtieġ. Għalhekk, biex tissolva din il‑problema, dan iċ‑ċentru jeħtieġ b’mod urġenti sistema ta’ enerġija solari b’kapaċità ta’ ħażna appoġġjata minn
Ta’ min jgħid li kundizzjonijiet ħżiena ta’ provvista tal‑elettriku wasslu għat‑telf ta’ trabi tat‑twelid
Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026

u l‑ommijiet tagħhom. Dan minħabba nuqqas ta’ ħiters u nuqqas ta’ enerġija b’saħħitha ta’ riserva jew solari peress li l‑elettriku huwa instabbli u għali ħafna. Il‑ħiters tat‑trabi se jitwaħħlu mal‑enerġija solari f’każ li l‑elettriku jinqata’. B’hekk it‑trabi se jkunu protetti milli jħossu l‑kesħa. Il‑ġeneratur se jservi bħala riserva flimkien ma’ pannelli solari li ma jiġux affettwati mill‑qtugħ
tad‑dawl. Dan il‑proġett jiswa €56,000. Jalla ma jdumx ma jinstab benefattur li lest jappoġġja dan il‑proġett ġust.
Jekk tixtieq tgħin f’dan il‑proġett, tista’ tagħti donazzjoni billi tikkuntattja lil Missio Malta jew iżżur il‑website: https:// missio.org.mt/donate. Dettalji ta’ modi oħra ta’ għajnuna jinsabu fil‑paġni ta’ din ir‑rivista. Grazzi mill‑qalb.

Il‑Kappelli Ta’ Malta:
Vjaġġ storiku fuq pjattaforma ġdida li tiftaħ tieqa f’dinja affaxxinanti ta’ knejjes żgħar f’Malta u f’Għawdex.
Esperjenza vjaġġ virtwali fil‑wirt reliġjuż u storiku ta’ pajjiżna, filwaqt li tappoġġja lil Missio li jgħin komunitajiet fil‑bżonn madwar id‑dinja. Ibda l‑vjaġġ tiegħek issa fuq: https://kappelli.net/








Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026
Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026

Il‑100 anniversarju tal‑Jum Dinji Missjunarju se jiġi ċċelebrat fit‑18 t’Ottubru 2026, u jimmarka ċ‑ċentinarju mit‑twaqqif tiegħu minn Papa Piju XI fl‑1926. It‑tema għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑2026 hija “Wieħed fi Kristu, Magħqudin fil‑Missjoni,” magħżula minn Papa Ljun XIV. Dan l‑avveniment jikkommemora 100 sena ta’ appoġġ għall‑ħidma missjunarja permezz tat‑talb u ġabriet globali ta’ fondi biex tgħin lid‑djoċesijiet u l‑komunitajiet fil‑bżonn.

L‑eqdem ikona magħrufa ta’ Kristu Pantokratur, ikona enkawstika tas‑6 seklu mill‑Monasteru ta’ Santa Katarina, il‑Muntanja Sinaj.
Ħafna jaqblu li l‑ikona tirrappreżenta n‑natura doppja ta’ Kristu, li turi l‑karatteristiċi kemm tal‑bniedem kif ukoll ta’ Alla, forsi influwenzati mill‑konsegwenzi tal‑kunsilli ekumeniċi tas‑seklu preċedenti f’Efesu u Kalċedonja. Il‑karatteristiċi ta’ Kristu fuq in‑naħa tal‑lemin tiegħu (ix‑xellug ta' min iħares lejha) suppost jirrappreżentaw il‑kwalitajiet tan‑natura umana tiegħu, filwaqt li n‑naħa tax‑xellug tiegħu (il‑lemin ta' min iħares lejha) tirrappreżenta d‑divinità tiegħu. Idu l‑leminija tidher li tiftaħ 'il barra, li tfisser id‑don tiegħu tal‑barka, filwaqt li l‑id u d‑driegħ tax‑xellug qed jaqbdu ktieb oħxon tal‑Evanġelju. Ritratti: Wikipedia.org
JOAN’S CRAFTS FOR CHARITY
IN AID OF MISSIO
‑ Joan Libreri
Thanks to your continued support, I have once again managed to sponsor meaningful charity projects, including:


1. TV and tabletop stove on behalf of Fr Joseph in the Philippines.

2. Toys for a children’s hospital on behalf of Fr Grevazio in Zambia.

3. School resources, shoes, uniforms, calculators and school bags on behalf of Christine Community in Kenya.




4. Mattresses, school supplies, shoes and benches for 30 poor children in a school in Kenya.

5. Computer Lab in a seminary in Pakistan.




Jien. Int. Aħna. Flimkien. CHARITY SHOP
No.92, Qormi Road, Hamrun
Opening hours: Monday‑Saturday 9.30am‑12.30pm


We managed to accomplish all this together! You should be proud of yourselves my dear customers!
Mathematics, English and Maltese workbooks, and flash cards are available from Kinder to Grade 6. Charts and personalized activities are also obtainable. Visit my website to explore the full range of resources presented and do not hesitate to ask if you might have a query. I am always available to help you out. Let’s continue to help support communities in need. Please find some photos of the projects and some of the resources.
Thank you for being a part of this journey.
Website: https://www.joanscraftsforcharity.com
Facebook Page:
Joan Libreri; joan’s crafts for charity




ITTRA MINGĦAND SEMINARIST

BOROŻ TA’ STUDJU – Rita Falzon Kordinatriċi
“Come, follow me, and I will make you fishers of men.” (Mt. 4:19)
I am Brother Dyson from a fishing village in South India. Our family consists of four members: my mother, my two elder brothers and myself. My brothers make a living by fishing, just like many others in our community. I never knew my father, as he left our family when I was just six months old. Despite many challenges, my mother worked tirelessly to raise us and provide our needs. No wonder she instilled in us the values that have shaped us into what we are today.
After completing my schooling in my hometown, I pursued a diploma in Electrical and Electronic Engineering. I spent three years in a hostel, where I excelled academically, was the college topper and first student in the department. My hard work paid off when I secured a job through campus placement in a private motor company. However, before taking the job, I had applied for counselling for further engineering studies and was fortunate to receive a free seat in a private college. These were indeed the happiest days of my life, filled with joy and excitement.
As I delved deeper into my studies, I
began to feel an inner calling to become a priest. However, when I shared this desire with my family, they strongly opposed it. My mother, in particular, was deeply disappointed as she had pinned her hope and dreams on me, and wanted me to stay with her for the rest of her life. Her silence was a heavy burden on me. My calling had become a significant challenge. Those days were extremely challenging for me and I faced neglect from my family due to my desire to become a priest.
Despite this, I attended a vocation camp without the knowledge of my family. At the camp, I kept my family situation private and no one knew about the opposition I faced. At the end of the camp, the Bishop handed out joining letters to all the participants, except me. He advised me to complete my engineering studies before joining the seminary. However, I humbly and softly expressed my desire to join the seminary immediately, without revealing the difficulties I faced at home. To my surprise, the Bishop generously accepted my request and offered me an admission letter with the condition that I would pursue my engineering studies after completing my seminary studies. I left with the letter, a mixed feeling of happiness, fear and nervousness. When I returned home, my brothers discovered what had happened and the restrictions on me became even more severe. The day I received the invitation to join the seminary coincided with the feast of the Holy Spirit. However, I had to plan my departure carefully, as I knew my family would not support my decision. At 4:30 a.m. I slipped out of the house.
Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026
Fortunately, a relative who was a nun, kindly agreed to sign as my guardian. The aftermath of my departure was difficult. My family members refused to speak to me for a year. Fortunately, my parish priest intervened, offering his support and enabled me to continue my studies at the seminary.
Now I am in my third year of theology at St Paul’s Seminary in Trichy. Throughout these 10 years of formation, I have learned many valuable lessons in my seminary life. The seminary formation has moulded me in different ways, particularly in spiritual, intellectual, human and pastoral aspects. The hardships have
made me stronger and bolder. Presently, I am involved in prison ministry, which is a highly rewarding experience. This experience has helped me to prepare for my future pastoral work. Above all, I am grateful to God, who has lovingly guided me throughout my formation. I pray that I may remain faithful to His call and that He may continue to guide me on my journey as a servant of His people. In the words of the prophet Jeremiah: “For I know the plans I have for you, declares the Lord, plans for welfare and not for evil, to give you a future and a hope”. May God’s plans for me be fulfilled and may I remain faithful to His call.
KIF INT TISTA’ TGĦIN LIS ‑ SEMINARISTI
FL‑ AFRIKA U FL‑ INDJA:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35
• Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju ‑ €43 • Paga ta’ għalliem fis‑seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48
• Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek, tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) ‑ €2400 (l‑ispejjeż kollha)
Għal aktar dettalji ċemplu 2123 6962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
400 TIFEL U TIFLA ADDOTTATI
SPONSORIZZAZZJONI TAT‑TFAL
Kien proprju nhar
il‑Jum Dinji
Missjunarju (19 t’Ottubru 2025) li l‑Patrijiet
Franġiskani Ta’ Ġieżu
fil‑Belt Valletta, għamlu l‑appell li b’kollaborazzjoni
ma’ Missio Malta, xtaqu jibagħtu ħafna tfal l‑iskola. B’40 ċenteżmu biss kuljum, tifel jew tifla fl‑Indja jistgħu jattendu l‑iskola primarja u sekondarja. F’kelma waħda, b’€150 fis‑sena tisponsorizza persuna, u tkun qed tagħti edukazzjoni u futur aħjar lil tifel jew tifla għal perjodu ta’ 10 snin.

Il‑Maltin minn dejjem kienu ġenerużi għax wara ftit minuti li sar l‑appell, kienu diġà ġew addottati 25 tifel u tifla, u f’temp ta’ 24 siegħa l‑ammont tela’

għal 50. Ir‑raħal fqajjar li minnu ġejjin dawn it‑tfal jinsab f’nofs foresta fl‑Indja. Dawl elettriku rari jkollhom u kien diffiċli li jintbagħtu l‑profili ta’ aktar tfal, għax id‑domanda ta’ sponsorizzazzjoni splodiet! Imma ma damux ma waslu aktar profili u l‑Maltin setgħu jkomplu jagħtu l‑appoġġ tagħhom. L‑addozzjoni ma damitx ma telgħet għal 115‑il tifel u tifla, u kien għalhekk li għal darb’oħra reġgħu ntalbu aktar profili ta’ tfal biex jiġu sponsorizzati mill‑Maltin, fost il‑ferħ u l‑entużjażmu fl‑Indja.
Il‑profili simpatiċi tat‑tfal imwaħħla man‑notice boards tal‑knisja u mtellgħin fuq il‑midja soċjali tista’ tgħid li serqu



l‑qlub tal‑Maltin. F’ħamest ijiem l‑ewwel skola Franġiskana, St Thomas School, imtliet kollha u l‑patrijiet fetħu żewġ skejjel oħra għall‑isponsorizzazzjoni tal‑istudenti, San Francesco School u St Clare of Assisi School, din id‑darba f’Diphu qrib il‑periferija Ċiniża. Iżda ma damux ma kellhom domanda akbar u fetħu St Lawrence School ukoll. F’Malta ma damux ma bdew jitqassmu bil‑posta l‑profili u r‑ritratti tat‑tfal addottati lil dawk li taw id‑donazzjoni tagħhom. Wieħed jista’ jimmaġina l‑entużjażmu



li kellhom dawn il‑persuni biex jaraw lil ‘uliedhom’ fuq ritratt.
F’inqas minn xahar ġew sponsorizzati 400 tifel u tifla. Fadal ftit tfal oħra li għad iridu jiġu addottati, imma l‑patrijiet għandhom moħħhom mistrieħ li ħadd minnhom mhu se jibqa’ minsi! Nistgħu ngħidu li kemm għall‑patrijiet Franġiskani f’Malta u fl‑Indja, kif ukoll għal kull tifel u tifla li bbenefikaw minn din l‑inizjattiva, dan kien bla dubju l‑isbaħ rigal li setgħu jaqilgħu għall‑Milied!

Ritratt: www.franciscanmedia.org
Ritratt: www.wikipedia.org
Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026

SANTA KATARINA DREXEL
QADDISA TAX‑XAHAR
Imwielda fl‑1858 f’Philadelphia f’familja sinjura, Katarina ġiet imnissla b’sens ta’ karità mill‑ġenituri tagħha. Wara l‑mewt ta’ missierha fl‑1885, hija wirtet fortuna kbira u kienet imqanqla biex tużaha għal xogħol missjunarju wara li vvjaġġat lejn riservi Nattivi Amerikani.

Fl‑1887, bl‑inkoraġġiment ta’ Papa
Ljun XIII, hija waqqfet kongregazzjoni
reliġjuża ġdida: Is‑Sorijiet tas‑Sagrament Imqaddes, iddedikata biex taqdi lill‑Amerikani Nattivi u Afro‑Amerikani. Hija ħadet l‑isem ta’ Madre Katarina u ddedikat ħajjitha u l‑ġid tagħha għall‑missjoni. Kienet filantropa Amerikana u edukatriċi viżjonarja li, ispirata mill‑fidi u l‑esperjenzi tagħha mal‑faqar, stabbiliet kważi 60 skola, inkluża l‑ewwel università Kattolika għall‑Afro‑Amerikani, l‑Università Xavier fi New Orleans, li waqqfet fl‑1915.
Madre Katarina għexet ħajja ta’ frugalità estrema, billi biegħet il‑biċċa l‑kbira tal‑assi tal‑familja tagħha u użat il‑wirt tagħha biex tiffinanzja l‑iskejjel tagħha u x‑xogħol tas‑sorijiet. Nefqet aktar minn $12‑il miljun qabel mewtha.
Santa Katarina mietet fl‑età ta’ 96 sena fit‑3 ta’ Marzu 1955, li fi żmienna huwa l‑jum tal‑festa tagħha. Hija ġiet onorata
Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026
bħala qaddisa patruna tal‑ġustizzja razzjali u l‑filantropi għad‑dedikazzjoni tagħha biex taqdi lill‑foqra u l‑emarġinati. Wara l‑fejqan mirakoluż tat‑tanbur ta’ widnet Robert Gutherman, il‑qaddisa ġiet ibbeatifikata fl‑1988. Il‑fejqan
taċ‑ċkejkna Amy Wall, li ma baqgħetx truxa, fetaħ it‑triq għall‑kanonizzazzjoni minn Papa San Ġwanni Pawlu II nhar l‑1 t’Ottubru 2000. B’hekk saret it‑tieni qaddisa mwielda fl‑Amerika li ġiet ikkanonizzata mill‑Knisja Kattolika.
Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
Swift Code: APSBMTMT
my
• Iftaħ l‑app myAPS
• Agħfas fuq “P2M” fil‑qiegħ tal‑iskrin
• Agħżel il‑kont minn fejn trid tagħmel id‑donazzjoni
• Daħħal l‑ammont tad‑donazzjoni
• Daħħal in‑numru tal‑mowbajl 77236962
• Daħħal kumment f’ “Payment Reference”
• Agħfas “Confirm”
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 ‑ €2.33
• 5061 8998 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
RELAZZJONIJIET



Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15
• 5180 2026 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
www.missio.org.mt
Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

Programmi bi produzzjoni ta’ Missio Malta u preżentazzjoni ta’ Dun Victor Agius u Claudia Cini.
Relazzjonijiet: bejn Jannar u Marzu Kull nhar ta’ Erbgħa fis‑2:30pm. B’ripetizzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa fis‑1:00am.
● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).
LIFE CHANGING ENCOUNTERS IN ZAMBIA
ESPERJENZA MISSJUNARJA

Lastsummer I had the privilege of spending two weeks in Lumezi, a rural district in Zambia, volunteering at the mission hospital and visiting surrounding villages. The experience was both eye‑opening and deeply fulfilling. At the hospital, we worked alongside local doctors and nurses in departments ranging from paediatrics to obstetrics. Despite the limited resources, I was struck by the dedication and resilience of the healthcare staff. Their commitment to patient care, even in the face of daily challenges, was truly inspiring. It reminded me of the essence of medicine, compassion, presence and service.
Equally impactful were the days spent visiting villages. We were welcomed warmly into communities, sharing stories, laughter and prayers. Seeing how people live with simplicity yet great joy, made
me reflect on what truly matters in life. This missionary experience was not just about offering help, but also about receiving lessons in humility, gratitude, and solidarity. It strengthened my faith and renewed my desire to serve others, both at home and abroad. Lumezi will always remain in my heart as a place where I witnessed humanity at its purest. Julian Borg

LastSeptember I travelled to Zambia for a voluntary experience that deeply influenced me both personally and professionally. After arriving in Lumezi, a rural region, our group was warmly welcomed by Father Grevazio Zulu. We spent the first days meeting local communities and visiting schools where children, despite scarce resources and large class sizes, showed an inspiring eagerness to learn. Sharing simple
gifts such as stationery and clothes, highlighted both their joy and the inequalities they face.
Our work included visits to villages, schools and healthcare facilities. We inspected boreholes, some of which had dried up, revealing challenges in access to clean water. At the local hospital, where only four doctors serve the entire facility, we witnessed the realities of limited equipment and medication. We assisted with paediatric and maternity care, encountering cases of malaria, malnutrition and diarrhoea, and observed the remarkable resilience of both staff and patients.
Moments of cultural exchange, including joyful masses and community celebrations, enriched the experience. Ultimately, the trip taught me profound lessons about resilience, gratitude and the power of small acts of solidarity. I returned home with a deeper awareness of privilege and a renewed dedication to compassionate service. Emma Bondin

Last September, I had the privilege of volunteering with Missio in Lumezi,
Africa. This two‑week missionary experience was both humbling and transformative, shaping me personally and professionally. During my time there, I visited hospitals, shelters and schools, distributing donations of books, toys, clothes and medication from Malta. The joy and gratitude of the community, especially the children, were unforgettable. We played, shared stories and created moments of happiness that reinforced the power of even the smallest act of generosity.
The experience also taught me invaluable life skills. Language barriers pushed me to listen actively and communicate through smiles, gestures and empathy. Immersing myself in a new culture broadened my perspective and showed me that differences are opportunities to connect and grow. Working alongside local staff required teamwork, responsibility and adaptability, while unexpected challenges strengthened my problem‑solving and leadership skills.
Beyond service, this journey was a chance to reflect, simplify and grow. Living without the comforts of home made me more grateful, self‑confident and mindful of what truly matters. I returned to Malta with not only memories, but also lessons in compassion, collaboration and resilience. Volunteering in Lumezi reminded me that service is not just about what we give. It’s also about what we receive: gratitude, perspective and a deeper sense of humanity.
Jeanelle Grech
Malta Missjunarja - Jannar - Marzu 2026
SOPPA TAR‑ROSS U L‑PATATA
TA’ SAN ĠWANN BOSCO
Kurżità:

RIĊETTA – Patri Pawl Bugeja OFMCap
X’għandek bżonn:
• 200 gramma ross
• 2 patatiet imdaqqsa
• Basla
• Ftit karfus frisk imqatta’
• Ftit tursin frisk imqatta’
• 1.5 litru stokk tat‑tiġieġ
• Mgħarfa butir
• Ġobon tal‑ħakk
San Ġwann Bosco twieled nhar is‑16 t’Awwissu 1815 f’Castelnuovo d’Asti, l‑ltalja. Tilef lil missieru meta kellu sentejn u għex m’ommu, nanntu u żewġ aħwa. Sa mill‑età ta’ 9 snin ħass is‑sejħa li jagħti
ħajtu lil Alla. Fis‑sena 1841 ordna saċerdot. Tul ħajtu ħadem ħafna maż‑żgħażagħ. Dan il‑qaddis patrun taż‑żgħażagħ u apprentisti, fost oħrajn, miet nhar il‑31 ta’ Jannar 1881, il‑jum li niċċelebraw il‑festa tiegħu.
Ħafna drabi din ir‑riċetta tas‑soppa kienet tissajjar biex jitimgħuha lil tant żgħażagħ li kien jieħu ħsieb Don Bosco.
Metodu:
1. Qatta’ rqiq il‑basla.
2.Qaxxar il‑patata u aqsamha f’erba’ biċċiet.
3. Ġo borma poġġi l‑ħaxix kollu u l‑istokk, u sajjar sa ma jagħli.
4.Meta tara li I‑patata saret, neħħiha u warrabha ġo platt.
5. Żid ir‑ross fil‑borma.
6.Għaffeġ il‑patata b’furketta, erġa’ itfa’ fil‑borma u ħawwad sew.
7. Kif isir ir‑ross, itfa’ ftit butir u ġobon maħkuk u ħawwad sew.
Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.




Kompetizzjoni
Jannar – Marzu 2026
Ibgħat il‑kaxxi maġiċi kompluti flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tliet tweġibiet tajbin li jittellgħu bil‑polza jirbħu kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. Tista’ wkoll tibgħat il‑kompetizzjoni permezz ta’ imejl.
Regola: Imla n‑numri neqsin fil‑kaxxi sabiex kull ringiela, kolonna u djagonali jammontaw għan‑numru mogħti fuq nett u fuq il‑lemin tal‑kaxxi maġiċi.
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Lulju – Settembru 2025:
Isem u kunjom:
Indirizz:
Kodiċi Postali:
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni huma Lino Schembri mill‑Ħamrun, Joe Hamilton minn Tas‑Sliema u Charmaine Ellul minn Ħal Luqa. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jsarrfu l‑kupun.

Nitbissmu ftit:
Anzjana ċċassat tħares lejn ġuvni gustuż li trid seba’ għajnejn biex tarah! Dehret li kienet ħadet grazzja miegħu.
kemxa flus bla tbatija ta’ xejn u jgħaddiha passata, qalilha b’ton melliesi: “Jekk tagħtini €200, nagħmillek dak kollu li tixtieq qalbek ....., basta tgħidli fi tliet kelmiet!”
Bla tlaqliq ta’ xejn, l‑anzjana weġbitu: “Bajjadli d‑dar kollha!”

Mulej ilqa’ f’Saltnatek
lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.
25 t’April, 2025 ‑ Marthese Cutajar minn Ħ’Attard
03 ta’ Ġunju, 2025 ‑ Pawlu Bonnici miż‑Żurrieq
23 ta’ Ġunju, 2025 ‑ Anna Fleri Soler minn Tas‑Sliema
25 t’Awwissu, 2025 ‑ Carmelo Sant mill‑Isla
21 ta’ Settembru, 2025 ‑ Joan Ghigo mill‑Imsida
02 t’Ottubru, 2025 ‑ Winnifred Cassar mill‑Belt Valletta
05 t’Ottubru, 2025 ‑ Anthony Mifsud minn Tas‑Sliema
18 t’Ottubru, 2025 ‑ Joseph Meilaq mill‑Marsa
20 t’Ottubru, 2025 ‑ Nina Micallef mill‑Marsa
05 ta’ Novembru, 2025 ‑ Godwin Vella mill‑Furjana
06 ta’ Novembru, 2025 ‑ Hena Marie Borg Bartolo minn Tas‑Sliema
21 ta’ Novembru, 2025 ‑ Mary Grech mill‑Marsa
23 ta’ Novembru, 2025 ‑ Angela Mula miż‑Żurrieq
27 ta’ Novembru, 2025 ‑ Carmel Fava min Ħaż‑Żabbar
Eżempji sbieħ
• Raymond Falzon mill‑Gudja
• Carmen Borg minn San Ġwann
• Mr J & Mrs V Pace Ross minn Tas‑Sliema
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
Grazzi wkoll mill‑qalb lil Benedict Magro u diversi benefatturi miż‑Żejtun li taw donazzjoni b’risq borża ta’ studju.
Nota importanti:
Jekk għal xi raġuni jew oħra ma tixtieqx tibqa’ tirċievi r‑rivista Malta Missjunarja, jekk jogħġbok infurmana fuq 21236962 jew clergy@missio.org.mt u staqsi għas‑Sinjorina Rita Falzon, sabiex nibżgħu għall‑karta u ma ssirx ħela. Grazzi bil‑quddiem.

EveryCountsDrop
Your donation today can provide clean water to Fiona, Catherine, and other children in Uganda.



