

MALTA MISSJUNARJA
Newspaper Post - Sena 93 - Jannar Marzu 2025
IL‑ ĦARĠA:
TA’ 92 SENA
EDITORJAL – Claudia Cini

sena huma ħafna u ftit huma dawk li jkollhom il‑grazzja li jaslu sa din l‑età sabiħa! Imma bi pjaċir u sodisfazzjon, nistgħu ngħidu li din l‑età sabiħa laħqitha r‑rivista tagħna Malta Missjunarja, għaliex f’Settembru li għadda għalqet 92 sena! Iva hekk hu, 92 sena ta’ għarfien dwar pajjiżi missjunarji, esperjenzi, aħbarijiet, proġetti, xandir tal‑kelma t’Alla, il‑fehma tal‑Papa u ħafna aktar. Barra minn hekk, tajjeb li ngħidu li Malta Missjunrja hija l‑aktar rivista bil‑lingwa Maltija li ilha tiġi ppubblikata fil‑Gżejjer Maltin. U huwa dan kollu li qed iżommna nkomplu
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il- Merkanti, il- Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit-Tnejn sal- Ġimg ħ a: 9.00am - 1.00pm. Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gaf à , il- Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 • Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju , 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Bord Editorjali: Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Robert Farrugia, Edward Bonello • Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant. Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
f’sena. L‑ewwel
nippubblikawha minkejja l‑isfidi li qed ikollna nħabbtu wiċċna magħhom.
Min‑naħa ta’ Missio, qed nagħmlu ħilitna kollha sabiex, filwaqt li nippruvaw inżommu mat‑tradizzjoni, nippruvaw ukoll ma ninjorawx is‑sinjali tal‑passi mgħaġġla li d‑dinja għaddejja minnhom. Kif wieħed jista’ jobsor, f’dawn l‑aħħar snin rajna nuqqas konsistenti fin‑numru ta’ abbonati. Ir‑raġunijiet huma diversi. Inġenerali ninnutaw li n‑nies illum qed jaqraw inqas rivisti. Il‑mezzi moderni tal‑komunikazzjoni huwa l‑kawża prinċipali u għalhekk wieħed ma jistax ma jiħux inkonsiderazzjoni din ir‑realtà. Ħsibna mill‑ewwel biex aħna ma nibqgħux lura f’dan il‑kamp u issa għandna websajt moderna u effiċjenti li qed tilħaq lil ħafna persuni. Realtà oħra li ma nistgħux ma nikkunsidrawx hija l‑ispejjeż tal‑karta u l‑istampar kif ukoll il‑posta, li għolew ħafna. Dan kollu ġegħelna naslu għal deċiżjonijiet sabiex isiru ċerti tibdiliet. Għalhekk, bħalma tafu, is‑sena li għaddiet kienet ittieħdet deċiżjoni li l‑ħarġa ta’ Malta Missjunarja tibda toħroġ tliet darbiet fis‑sena, u titqassam b’xejn lil dawk kollha abbonati u lil kull benefattur regolari ta’ Missio. Però, wara li smajna t‑talba ta’ ħafna qarrejja leali lejn ir‑rivista, ħassejna li għandna nżidu ħarġa oħra fis‑sena u hekk minn din is‑sena se jibdew joħorġu erba’ pubblikazzjonijiet fis‑sena.
Min ikun jixtieq jgħinna fl‑ispejjeż jista’ jibgħat donazzjoni għal dan il‑għan. Kull donazzjoni hija apprezzata u nirringrazzjawkom bil‑quddiem.

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
sms fuq 50617374 – 2.33 sms fuq 50618820 – 6.99
B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika.
B’SMS ta’ 2.33 tkun qed titma’ 7t itfal għal ġurnata.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962
AWGURI GĦAL SENA
ĠDIDA MIMLIJA RISQ, BARKA U SAĦĦA.
LEJN SMIGĦ LI JIRRIĠENERA
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – Dun Victor Agius
Papa Franġisku rrepeta kemm‑il darba li Knisja sinodali hija Knisja li tisma’. Fl‑‘Evangelii Gaudium’ kien diġà nnota: “Għandna bżonn nitħarrġu fl‑arti tas‑smigħ, li hija iktar milli sempliċi tisma’ b’widnejk.” (n.171)

Hemm bżonn tas‑smigħ bil‑qalb, biex tkun tista’ verament tiltaqa’ mal‑ieħor u tħalli li, int u l‑ieħor, tissorprendu rwieħkom flimkien mill‑idea dejjem ġdida t’Alla u l‑pjanijiet tiegħu. Fid‑9 t’Ottubru 1984, Chiara Lubich, kienet tkellmet fuq hekk ma’ isqfijiet minn diversi knejjes Insara waqt diskors li għamlet f’Istanbul.
Ma tistax “issir ħaġa waħda” mal‑oħrajn,
u ma tistax tidħol fil‑qalb tal‑ieħor biex tifhmu u taqsam miegħu t‑tbatija li għaddej minnha, jekk qalbek hija mimlija bi preokupazzjoni, b’ġudizzju, bi ħsieb... b’xi ħaġa. Biex “issir ħaġa waħda” hemm bżonn l‑ispirtu ta’ povertà; foqra fl‑ispirtu. B’persuni bħal dawn isir possibbli li tasal għall‑unità. U allura lejn min għandna nħarsu biex nitgħallmu din l‑arti hekk kbira ħalli nkunu foqra fl‑ispirtu; arti li ġġib, kif jgħid il‑Vanġelu, is‑Saltna t’Alla magħha, is‑saltna tal‑imħabba, l‑imħabba fil‑qalb!
Inħarsu lejn Ġesù fl‑abbandun tiegħu. Ħadd mhu iktar fqir minnu; wara li kważi tilef lid‑dixxipli kollha tiegħu, wara li ta


lil ommu u lilna wkoll il‑ħajja u ħass is‑sensazzjoni iebsa li anki Missieru stess kien abbandunah. Meta nħarsu lejh, nifhmu kif kollox għandna nitilfu jew inwarrbu fil‑ġenb, biex inħobbu lill‑proxxmu tagħna. Hemm bżonn nagħtu jew inpoġġu fil‑ġenb il‑ħwejjeġ tad‑dinja
kif ukoll, jekk ikun il‑każ, f’ċertu sens il‑ħwejjeġ tas‑sema. Meta fil‑fatt inħarsu lejh, li ħass hu, abbandunat minn Alla, meta l‑imħabba lejn il‑proxxmu titlobna dan, u jista’ jiġri ta’ spiss, li jkollna npoġġu fil‑ġenb, ngħidu aħna lil Alla għal Alla (pereżempju Alla fit‑talb biex tkun ‘ħaġa waħda’ mal‑proxxmu fil‑bżonn; Alla f’dak li jidhrilna ispirazzjoni biex inkunu kompletament vojta biex nilqgħu ġo fina t‑tbatija ta’ dak il‑proxxmu), meta nħarsu lejh kull rinunċja hija possibbli.
U ‘li ssir ħaġa waħda’ twasslek għal din ir‑rinunċja.

Missjunarja - Jannar Marzu 2025



Malta Missjunarja - Jannar Marzu 2025
INTENZJONIJIET
JANNAR 2025 ‑ Nitolbu għad‑dritt tal‑edukazzjoni.
Nitolbu għall‑migranti, għar‑refuġjati u għal dawk affettwati minn gwerra, sabiex id‑dritt tagħhom għal edukazzjoni, li hija neċessarja għall‑bini ta’ dinja aħjar, ikun dejjem irrispettat.
Il‑Papa jixtieqna nitolbu sabiex l‑edukazzjoni u t‑tagħlim jaslu għand kulħadd, speċjalment f’pajjiżi foqra u fi kriżi ta’ kunflitti, u lill‑migranti u r‑refuġjati, speċjalment għat‑tfal u ż‑żgħażagħ sabiex ikollhom futur aħjar, edukazzjoni b’xejn u opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ f’diversi snajja’ u professjonijiet. Nitolbu fuq kollox sabiex il‑mexxejja tal‑pajjiżi fid‑dinja jaħdmu għal dan id‑dritt tal‑edukazzjoni għal kulħadd, u mhux jintilfu u jonfqu r‑riżorsi tal‑pajjiżi fl‑armamenti tal‑gwerra u tal‑qerda tal‑ħajja ta’ tant bnedmin innoċenti.
FRAR 2025 ‑ Nitolbu għall‑vokazzjonijiet, għas‑saċerdozju u għall‑ħajja reliġjuża.
Nitolbu sabiex il‑komunità ekkleżjali tilqa’ x‑xewqat u d‑dubji taż‑żgħażagħ li jħossu s‑sejħa sabiex jaqdu l‑missjoni ta’ Kristu fis‑saċerdozju u fil‑ħajja reliġjuża. Il‑Papa jħeġġeg lil dawk imsejħa biex ma jaqtgħux qalbhom mill‑mewġ u l‑ħalel li toffri d‑dinja tal‑lum. Dawk li jħossu s‑sejħa għandhom jirċievu l‑kliem ta’ kuraġġ li qiegħed jagħmlilhom Ġesù, biex ma jibżgħux u ma jħallu xejn itellifhom is‑sabiħ tas‑sejħa Nisranija. Ejjew nagħrfu l‑importanza tas‑saċerdot u tal‑ħajja reliġjuża fil‑komunitajiet tagħna, ngħinuhom u nitolbu għalihom ħalli jagħmlu dejjem il‑ġid, nagħdruhom u nkomplu nitolbu fil‑familji u fil‑komunitajiet tagħna sabiex il‑Mulej ikompli jsejjaħ aktar żgħażagħ għal warajh.
MARZU 2025 ‑ Nitolbu għall‑familji fi kriżi.
Nitolbu sabiex il‑familji mkissra jsibu l‑fejqan tal‑ġrieħi tagħhom permezz tal‑maħfra u li jerġgħu jiskopru d‑doni ta’ xulxin, anke fid‑differenzi tagħhom. Fid‑dinja tal‑lum, il‑familja tinsab tassew fi kriżi; kriżijiet li nibtu minn ġewwa l‑familja u kriżijiet minn barra li kissru lill‑familji tagħna u li qalbuhom ta’ taħt fuq. Insejna li sabiex ikollna dinja aħjar, soċjetajiet sani u armoniji fil‑komunitajiet tagħna jrid ikollna l‑pedament tal‑familji fis‑sod. Tfarrku l‑familji u għalhekk tfarrak kollox. Hemm bżonn li l‑familji tagħna jitolbu iktar flimkien ħalli b’hekk jiskopru d‑doni ta’ xulxin u jaċċettaw ukoll id‑differenzi ta’ bejniethom, fi spirtu ta’ komunjoni u ta’ rikonċiljazzjoni.

Belt tal‑Vatikan: Il‑Bieb Imqaddes huwa d‑daħla tat‑Tramuntana fil‑Bażilika ta’ San Pietru fil‑Vatikan. Huwa magħluq bis‑siment u miftuħ biss
għas‑Snin tal‑Ġublew fil‑Vatikan
TAMA U EVANĠELIZZAZZJONI
ĠUBLEW 2025 – Dun Hector Scerri
Il‑Ġublew tat‑Tama 2025 huwa żmien ta’ grazzja għall‑Poplu t’Alla, minn tarf sal‑ieħor tad‑dinja. Fid‑dokument li bih Papa Franġisku ħabbar il‑Ġublew, Spes non confundit (It‑Tama ma tqarraqx), nhar id‑9 ta’ Mejju 2024, hemm xi referenzi għar‑relazzjoni bejn it‑tama u l‑evanġelizzazzjoni. Wara li jirreferi għal silta mill‑ittra ta’ San Pawl lir‑Rumani li titkellem dwar it‑tama, il‑Papa jsemmi l‑evanġelizzazzjoni: “Issa li aħna ġġustifikati bil‑fidi, għandna s‑sliem ma’ Alla, permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu; permezz tiegħu għandna d‑dħul bil‑fidi għal din il‑grazzja li fiha qegħdin. Aħna niftaħru bit‑tama li għandna li għad niksbu l‑glorja ta’ Alla. U din it‑tama ma tqarraqx bina, għax l‑imħabba ta’ Alla ssawbet fi qlubna permezz tal‑Ispirtu s‑Santu li kien mogħti lilna” (Rum. 5:1‑2.5).

kliem ieħor, l‑esperjenza tal‑virtù tat‑tama twassal lill‑Appostlu biex jagħmel bħal qabża fid‑dlam, mimlija tama, biex iwassal l‑Aħbar it‑Tajba f’belt li ma kienx jaf, fi Knisja li ma waqqafhiex hu (n.2). Fid‑dokument Spes non confundit, Papa Franġisku jgħallem li f’sitwazzjonijiet li joffru sfida kbira lil min qed jevanġelizza, “niskopru kif l‑evanġelizzazzjoni hi mwieżna mill‑qawwa li toħroġ mis‑salib u mill‑qawmien ta’ Kristu” (n.4). Minn dan, faċilment nifhmu kif min jitlaq twelidu biex jevanġelizza ma jistax ma jkunx bniedem ta’ tama.
Meta San Pawl jikteb dal‑kliem mimli kuraġġ u tama, għandu f’qalbu mħeġġa li jsalpa lejn Ruma, il‑belt il‑kbira u kapitali tal‑Imperu Ruman. Papa Franġisku jgħid, li waqt li San Pawl kiteb dal‑kliem kellu f’moħħu li ma jdumx ma jasal Ruma biex ixandar l‑Evanġelju ta’ Sidna Ġesù Kristu. Fi
L‑Evanġelju huwa dejjem aħbar tajba. Aħbar tajba tnissel tama f’min jismagħha għax turih li jista’ jkun f’sitwazzjoni aħjar. Aħna lkoll nitolbu u nittamaw li l‑ħafna esperjenzi spiritwali li bihom hu mimli l‑Ġublew ikunu minnhom infushom għajn ta’ evanġelizzazzjoni lil dawk li għadhom ma semgħux b’Ġesù. Papa Franġisku jtemm id‑dokument Spes non confundit b’nota sabiħa li torbot it‑tama mal‑evanġelizzazzjoni:
“Inħallu minn issa t‑tama tiġbidna lejha u permezz tagħha, iddakkar lil dawk kollha li jixtiquha” (n.25).
AĦBARIJIET MINN MISSIO

‘FRESHERS’ WEEK’ FL‑UNIVERSITÀ U FL‑MCAST
Rita Falzon Ix‑xahar t’Ottubru jġib miegħu ħafna attivitajiet għal Missio Malta, fosthom ’l hekk imsejħa ‘Freshers’ Week’ fejn studenti universitarji u dawk tal‑MCAST jirritornaw għal sena skolastika ġdida.
Matul din il‑ġimgħa, l‑istudenti jorjentaw irwieħhom mal‑università jew l‑MCAST, ma’ sħabhom u anke mal‑lekċerers tagħhom. Barra minn hekk, ammont ta’ kumpaniji u NGO’s ikunu preżenti fil‑kampus sabiex joffru s‑servizzi tagħhom u jkunu disponibbli għall‑mistoqsijiet jew informazzjoni li ż‑żgħażagħ jixtiequ. Missio Malta jagħmel parti mill‑NGO’s u kien fil‑kampus biex jgħin liż‑żgħażagħ li avviċinaw l‑istend jifhmu aħjar x’toffri l‑entità Missio, fosthom il‑qasam tal‑volontarjat u informazzjoni missjunarja.
Tieħu gost tara kemm hawn żgħażagħ
Maltin u wkoll barranin li jagħtu isimhom biex jagħmlu volontarjat, speċjalment fl‑artijiet tal‑missjoni. Tapprezza kemm hawn żgħażagħ b’qalb ġeneruża li mill‑ftit flus li jkollhom jagħtu donazzjoni għall‑missjoni. L‑interess ta’ żagħżugħ/ żagħżugħa huwa mimli entużjażmu li jkun evidenti ħafna meta taqbad konverżazzjoni magħhom.
Għalhekk, l‑għan ta’ Missio li jippromwovi l‑volontarjat, f’din l‑attività nistgħu ngħidu li ġie milqugħ u nħarsu ’l quddiem biex naraw aktar żgħażagħ joffru ftit mill‑ħin, l‑enerġija u l‑entużjażmu żagħżugħ tagħhom għall‑volontarjat missjunarju.

ŻJARA FID‑DAR TAL‑ANZJAN
PORZIUNCOLA – Moira Muscat
Ikun dejjem mument sabiħ meta Dun Victor Agius, Direttur ta’ Missio Malta, iżur xi residenza tal‑anzjani. Dan l‑aħħar huwa żar id‑dar tal‑anzjani Porziuncola f’Baħar iċ‑Ċagħaq fejn qaddes quddiesa għall‑anzjani residenti. Dun Victor dejjem iwassal il‑messaġġ li kull wieħed u waħda
Malta Missjunarja - Jannar Marzu 2025
minna jista’ jkun missjunarju f’pajjiżu stess.
Storja ħelwa li qal lill‑anzjani waqt il‑quddiesa kienet li qasam l‑esperjenza tiegħu meta kien il‑Brazil u kien qiegħed f’residenza jagħmel esperjenza missjunarja. Kien hemm xi nies tal‑lokal li huma mdorrijin iżommu t‑twieqi magħluqin, imma bdew jaħsbu li l‑Ewropej riedu jiftħu t‑twieqi, u allura bdew iqumu u jiftħu t‑twieqi. L‑Ewropej bdew jaħsbu li n‑nies tal‑lokal jippreferu jżommu t‑twieqi magħluqin, allura bdew iqumu u jagħlqu t‑twieqi. Fi ftit kliem, dawn it‑twieqi għamlu lejl sħiħ jinfetħu u jingħalqu għax kulħadd xtaq lil ħaddieħor ikun komdu aktar minnu nnifsu. Xħin sebaħ, kulħadd induna li t‑twieqi kienu bla ħġieġa! Kemm ikun sabiħ kieku kulħadd jagħmel l‑almu tiegħu biex jara li ħaddiehor ikun komdu aktar minnu nnifsu. Kieku d‑dinja tkun ġenna tal‑art.

ŻJARA FID‑DAR TAL‑ANZJANI VILLA
MESSINA ‑ Moira Muscat Ir‑residenti ta’ Villa Messina fir‑Rabat, żammew l‑appuntament annwali tagħhom li jagħmlu ġabra fil‑Ġurnata Missjunarja b’risq proġetti fil‑missjoni. Nhar it‑Tlieta 5 ta’ Novembru 2024,
Dun Victor Agius, Direttur ta’ Missio Malta, iċċelebra quddiesa fil‑kappella tar‑residenza fejn ġiet ippreżentata is‑somma ta’ €805.92. Grazzi kbira tmur lir‑residenti kollha u lis‑Sur Antoine Vella għall‑imħabba kbira li għandhom lejn il‑missjoni.

MISSIO MALTA WENT TO PLAYCON –Ryan Calleja
During the last week of October 2024, Missio participated in Playcon, an annual technology and gaming convention that highlights the latest advancements in tech and video games. Missio set up a booth featuring its VR tour, a unique experience designed to offer visitors a first‑hand glimpse into the lives of those in need.
The first two days of Playcon were dedicated to primary and secondary school visits, giving many students the chance to explore and interact with various exhibits, including Missio’s VR experience. Here, students learned about the daily challenges faced by children their age in impoverished countries, such as walking miles to fetch water or attending school despite difficult conditions. This immersive experience fostered a greater awareness of global
inequalities and a deeper appreciation for their own lives.
After the school visits, Playcon opened to the public, drawing a large, diverse crowd. Visitors of all ages eagerly tried Missio’s VR tour, which was met with overwhelmingly positive feedback, further spreading awareness and empathy for those living in challenging circumstances worldwide.

LEJL IMDAWWAL – Sina Deguara
F’Ottubru li għadda, għal darb’oħra, Missio Malta ħa sehem fin‑Notte Bianca. Din is‑sena waħda mill‑inizjattivi kienet: ‘Ejja Imxi Fiż‑Żarbun Tiegħi’, fejn min ħa sehem seta’, b’mod virtwali, jara u jgħix ġurnata fil‑ħajja tat‑tfal fil‑pajjiżi fqar. Din attirat b’mod speċjali lit‑tfal u liż‑żgħażagħ. Kien hemm ukoll rigali li kienu jikkonsistu f’’soft toys’ fejn għal donazzjoni żgħira, wieħed seta’ jieħu rigal minnhom u b’hekk jgħin lil Missio Malta jwettaq iktar proġetti fil‑pajjiżi fqar tal‑Afrika u tal‑Asja.
Attrazzjoni oħra kienet ‘Is‑Siġra tat‑Tama’. Ma’ din is‑siġra kien hemm imdendla diversi anġli magħmula l‑Uganda mill‑weraq tal‑banana. Dawk li taw donazzjoni ta’ €10 ingħataw wieħed minn dawn l‑anġli u l‑flus li nġabru minn
din l‑inizjattiva se jmorru biex jinbnew klassijiet ġo skola fl‑Uganda – l‑istess pajjiż minn fejn ġew dawn l‑anġli. Din is‑Siġra tat‑Tama attirat mhux biss lill‑Maltin, iżda wkoll lit‑turisti li waqfu jistaqsu x’kien il‑għan ta’ din is‑siġra u wkoll taw id‑donazzjoni tagħhom. Missio kellu wkoll xi pitturi għall‑bejgħ. Dawn il‑pitturi nġabu minn pajjiżi bħall‑Uganda, it‑Tanzania u oħrajn, u nxtraw direttament mingħand l‑artisti li pittruhom biex ikunu jistgħu jaqilgħu xi ħaġa tal‑flus għall‑għajxien tagħhom u tal‑familji tagħhom. Il‑qliegħ minn dawn il‑pitturi se jmur biex ikunu jistgħu jitwettqu aktar proġetti f’dawn l‑artijiet.
Nistgħu ngħidu li, għall‑grazzja t’Alla, din is‑sena n‑Notte Bianca kienet ta’ suċċess u Missio Malta jirringrazzja lil dawk kollha li permezz tad‑donazzjonijiet tagħhom qed jgħinuh ikompli bil‑ħidmiet tiegħu fil‑pajjiżi fqar tad‑dinja.

ECHO’S EXPERIENCE
AT THE PRAISE YOU CONCERT –Adam McCarthy Guitarist
Not many people would relate the words ‘service’ and ‘mission’ to a concert. For us at ECHO, that was the main thing that motivated us to play.
ECHO is a band that formed with the intention of enabling others to pray and therefore playing at a concert was a strange idea to us. However, when we were approached by Missio Malta and Families For Christ to play at the fundraising concert they were organising, we quickly knew that we should accept. How many concerts would be called ‘Praise You’? This was the ideal mix of something we loved doing and our values as a band. And now that it is over, we are all really glad to have been through this experience. The concert was a great motivation for us to keep learning and growing as a team. Playing in a hall which can seat more than eight hundred people was very different to what we are used to. We had to be good. We had to do justice to the people who are willing to support the missions of Missio Malta and the ideals of Family For Christ. The weekly rehearsals, late nights practicing and hours spent working to fine‑tune each and every song paid off.
The concert was a blast. Through it, we became closer as a band, improved our talents and got to keep having fun doing what we all are so passionate about; praising God. We cannot wait for the next one!
FESTIVAL
TAL‑IKEL – Edward Bonello Missio Malta għal darba oħra reġa’ ħa sehem fl‑edizzjoni tal‑Malta Food Festival li ttella’ bejn id‑7 u l‑11 t’Awwissu 2024 fuq il‑Fosos tal‑Furjana. Din id‑darba, Missio offra esperjenza kompluta għall‑pubbliku li żar il‑festival, li tefa’ dawl fuq il‑pajjiżi

sbieħ li jopera fihom. Filwaqt li nżammet l‑esperjenza VR: ‘Imxi Fiż‑Żarbun Tiegħi’, li permezz tagħha l‑pubbliku seta’ jesperjenza l‑missjoni personalment permezz tar‑realtà virtwali, inħolqu bosta inizjattivi oħra li taw esperjenza unika lil kull min żar iż‑żona ta’ Missio. Fost dawn, ittellgħet għall‑ewwel darba l‑‘International Cultural Arena’ fejn tmexxiet diskussjoni animata dwar il‑pajjiżi tal‑missjoni u l‑ħidma ta’ Missio mal‑komunitajiet fil‑bżonn. Immexxija minn Russell Sammut, id‑diskussjoni kopriet suġġetti varji, bħad‑diversità, il‑kultura ta’ skambju, il‑ġmiel ta’ dawn il‑pajjiżi differenti u l‑iktar importanti l‑proġetti ta’ fejda li Missio jwettaq f’dawn il‑pajjiżi.
Għat‑tfal kien hemm rokna ddedikata apposta b’informazzjoni, logħob u attrazzjonijiet ta’ interess, dejjem b’rabta mal‑ħidma ta’ Missio. Minbarra dan kollu, Missio tella’ spettaklu ta’ mużika mill‑aqwa talenti u artisti stabbiliti lokali, bejn id‑9 u nofsillejl. Il‑programm kien immexxi minn Robert Farrugia u Angie Laus. Il‑pubbliku kien imħeġġeġ jagħmel id‑donazzjonijiet tiegħu anke mid‑dar waqt li jsegwi l‑ispettaklu li xxandar fuq l‑istazzjonijiet kollha tat‑televiżjoni lokali.

A DAY OF HOPE, CHARITY & GLOBAL IMPACT
WORLD MISSION SUNDAY 2024 – Radu Mitrache
On Mission Sunday (20th October, 2024), at Żabbar Parish Church, our community came together for a day filled with hope, charity and purpose, united by one cause: raising funds for our missions. The event was not only an opportunity to give back to the community, but also a chance to reflect on the meaning of faith and the power of collective action.
Faith,
Hope & Charity Stall
This was beautifully adorned with religious items and seasonal decorations. This stall, filled with statues, rosaries, Christmas decorations, cribs and nativity
scenes, reminded us of the importance of faith and the spirit of giving. Each item sold not only held spiritual significance, but also contributed to the fundraising efforts. The sense of community was palpable, as everyone recognized that even small contributions together make a significant impact.
Tree Of Hope
One of the most touching aspects of the day was the Tree Of Hope. Hanging from its branches were handcrafted angels, each representing a donation. Participants could buy an angel as a symbol of their support for the school
project. As the tree gradually emptied, it became a powerful visual representation of our collective generosity and hope for a brighter future for children in Uganda.
VR Section: Walking In Their Shoes
A highlight of Mission Sunday was the VR Experience, where visitors had the chance to step into the daily lives of people living in poverty in countries like Uganda. This immersive experience gave a new perspective on the struggles faced by children who lack access to basic education. Walking through virtual villages, seeing their homes and witnessing the challenges they endure made the need for our fundraising efforts even more urgent. It was a powerful tool to foster empathy and a deeper understanding of the realities faced by so many.
Bio Products Stall: Olive Oil, Honey & Jam
Another standout at the event was the Bio Products Stall, offering a selection of organic goods, including olive oil, honey and jam. These natural products, sourced from sustainable farms, highlighted the importance of healthy living and giving. People appreciated the opportunity to buy quality products that were not only good for them, but also supported a meaningful cause. The connection between health, community and charity was clearly reflected in the sales from this stall.
Discussion Area: Reflecting On Our Mission
Mission Sunday also provided a space for deeper reflection. In the Discussion Area,
participants engaged in conversations about the importance of global outreach, charity and faith in action. Guest speakers shared stories of the children in Africa who would benefit from the school and community members reflected on how we could continue to support similar initiatives in the future. This space allowed for meaningful dialogue, encouraging participants to think about how their faith calls them to act for justice and compassion.
Children’s Area: Fun For A Cause
At ‘Il‑Park ta’ San Klement’, the event was designed for all ages and the Children’s Area was full of activities for the youngest members of our community. Games, crafts and the VR Experience kept the children entertained, while also teaching them about the importance of giving and helping others. They too were able to engage with the mission, learning that even at a young age, they can contribute to making the world a better place.
Conclusion
Mission Sunday was a day where faith, hope and charity came alive through action. It was more than just a fundraiser; it was an opportunity to unite as a community with a shared purpose. Through the sale of items, the symbolic Tree Of Hope, immersive experiences and thoughtful discussions, we came together to make a real difference in the lives of children in Uganda. Our efforts will help provide them with something invaluable: a brighter future through education.

Malta Missjunarja - Jannar Marzu 2025

Malta Missjunarja - Jannar Marzu 2025
IL‑ BENEFIĊĊJU TA’ BORŻA TA’ STUDJU
BOROŻ TA’ STUDJU – Rita Falzon Kordinatriċi




Uħud mis‑seminaristi li bdew l‑ewwel sena tal‑istudju tagħhom u qed jistennew benefatturi ġenerużi jgħinuhom f’dan il‑vjaġġ li huma msejħin għalih.
Is‑seminarji: Minbarra r‑rettur u l‑viċi‑rettur, fis‑seminarji jkun hemm staff amministrattiv li jieħu ħsieb lis‑seminaristi fl‑istudji tat‑teoloġija, fl‑attivitajiet kulturali, fit‑talb spiritwali, fil‑mużika liturġika, fis‑saħħa, fl‑isport, fix‑xogħol manwali u tal‑ġnien, u aktar. Is‑seminaristi jkunu mqassmin skont is‑sena tal‑istudju fit‑teoloġija, dawk li jkunu fuq sena xogħol pastorali f’diversi parroċċi u d‑djakni.
Kif borża ta’ studju tifforma u tgħin seminarist isir saċerdot: Il‑borża ta’ studju, l‑ewwel u qabel kollox tikkontribwixxi biex is‑seminarist ikun jista’ jirreġistra u jħallas għal kull sena ta’ tagħlim li jingħata, b’kollox ħames snin, għall‑użu tal‑librerija, għall‑ikel sustanzjuż li jevita l‑mard, għas‑saħħa u l‑mediċina, għall‑istudju tat‑teoloġija u għar‑residenza tiegħu fis‑seminarju. Din tgħin ukoll biex jinxtraw il‑kompjuters biex fost l‑oħrajn is‑seminaristi jistudjaw, joħolqu preżentazzjonijiet u jagħmlu t‑teżi.
Il‑formazzjoni umana hija l‑aktar ħaġa essenzjali. Ir‑rettur tas‑seminarju huwa responsabbli għas‑seminaristi ġodda u jaħtar saċerdot bħala l‑gwida ta’ grupp żgħir ta’ seminaristi li jgħallimhom il‑valuri ta’ responsabbilità, indipendenza, onestà u sinċerità, filwaqt li jgħinhom ikunu konxji minnhom infushom għal dak li jagħmlu f’ħajjithom. Is‑saċerdoti gwida jibqgħu jassistu lis‑seminaristi matul is‑sena akkademika kollha, u jiċċelebraw il‑quddiesa u jqattgħu l‑ħinijiet ta’ talb u meditazzjoni flimkien. Dan jgħin ħafna lis‑seminaristi jingħaqdu aktar flimkien u jkabbru relazzjonijiet b’saħħithom bejniethom.
Is‑seminarju huwa wkoll id‑dar tagħhom tul is‑snin tal‑formazzjoni, għalhekk iridu jżommuh nadif, billi jgħinu fit‑tindif u l‑kura tal‑ġnien fejn jitkabbru pjanti u ħxejjex bżonjużi għall‑ikel li jieklu. L‑isport huwa kkunsidrat essenzjali ghaliex jgħin biex wieħed iżomm fiżikament u
Malta Missjunarja - Jannar Marzu 2025
mentalment b’saħħtu u joħloq ambjent ta’ għaqda. Fejn jidħol studju spiritwali, is‑seminaristi jkollhom konferenzi fejn jiddiskutu l‑isfidi li jiltaqgħu magħhom. Kull seminarist jiltaqa’ individwalment ma’ direttur spiritwali li jgħinu jirrifletti fuq il‑virtujiet umani, li jaċċetta, li jgħin,
u li jkollu determinazzjoni, dinjità u entużjażmu f’Ġesù Kristu.
Għalhekk nirringrazzjaw fi spirtu ta’ gratitudni lil dawk li huma lesti li jisponsorjaw seminarist jifforma ruħu f’qassis ġdid għall‑futur.
KIF INT TISTA’ TGĦIN LIS ‑ SEMINARISTI
FL‑ AFRIKA U FL‑ INDJA:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju ‑ €43 • Paga ta’ għalliem fis‑seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek, tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) ‑ €2400 (l‑ispejjeż kollha)



BIL‑ ĠUĦ U ĦAFJIN, IMMA FERĦANIN
SPONSORIZZAZZJONI TAT‑TFAL
Min jaf kemm, bħala ġenituri, minn jiem jekk mhux ġimgħat qabel, nibdew nippreparaw l‑uniformi u l‑basket tal‑iskola għal uliedna meta tibda toqrob sena skolastika ġdida! Naraw li l‑uniformi għadha tiġihom u li mhux imżarrta, imqattgħa jew tilfet il‑kulur. Nixtrulhom żarbun ġdid għax tas‑sena ta’ qabel, anke jekk forsi għadu jiġihom, issa qdiem. U xi ngħidu għall‑basket u l‑kartollerija! Dawn iridu jkunu ġodda fjamanti għax tas‑sena ta’ qabel tqabru! U dan nagħmluh ħalli wliedna jitgħallmu dak kollu u aktar li l‑għalliema jgħallmuhom! Bħal dak li qallu, jekk l‑oġġetti ma jkunux ġodda mhux xorta jistgħu jitgħallmu! Imma aħna hekk magħmulin! Drajna fil‑lussu! Dan minbarra l‑ikel li nagħtuhom magħhom li ma jmurx jaqbadhom il‑ġuħ u ma jkollhomx x’jieklu! Uħud ikollhom ikel magħhom biex jitimgħu nofs klassi!
Iżda dan ma jgħoddx għat‑tfal f’pajjiżi foqra fosthom fl‑Afrika. Uħud minnhom jirringrazzjaw lil Alla li għandhom l‑opportunità li jattendu l‑iskola. U ftit huma li jkollhom ix‑xorti li għandhom uniformi u basket mimli b’dak kollu meħtieġ. Eżempju ta’ dan huma l‑aħwa Fiona u Catherine mill‑Uganda. Żewġt
ibniet żgħar u ħelwin imlibbsa ħwejjeġ imqattgħin u maħmuġin, u ħafjin, li ta’ kuljum jimxu lejn l‑iskola ferħanin. Ma jimpurtahomx jekk iridu jimxu ħafna mili ħafjin fix‑xita u fix‑xemx, lanqas jimpurtahom li ma ħadu xejn magħhom u li ilhom ma jieklu mill‑ġurnata ta’ qabel. U wisq inqas jagħtu kas li l‑iskola tagħhom mhi xejn għajr kamra tal‑injam

Malta Missjunarja - Jannar Marzu 2025

mudlama bla siġġijiet u bankijiet, li aktar tistħajjilha maqjel. Jimpurtahom biss li għandhom ix‑xorti li jitgħallmu għax għalkemm żgħar, jafu li bl‑edukazzjoni jistgħu jħarsu lejn futur aħjar minn dak tal‑ġenituri tagħhom.
Naf li inti li qed taqra tixtieq tgħin lil dawn iż‑żewġt itfal u ħafna oħrajn bħalhom imxerrdin mad‑dinja kollha. Missio Malta qed jagħmel ħiltu kollha sabiex isib sponsers Maltin u Għawdxin li lesti jgħinu lil tfal bħal Fiona u Catherine ikollhom opportunità li jitgħallmu f’ambejnt xieraq, fejn minbarra edukazzjoni jirċievu wkoll ilma nadif għax‑xorb u ikla sustanzjuża kuljum. Ftit taż‑żmien wara li ssir l‑isponsorizzazzjoni, jintbagħat ritratt u d‑dettalji ta’ tifla jew tifel li se tkun qed tiġi megħjuna, filwaqt li darbtejn fis‑sena, għal għaxar snin, jibqgħu jintbagħtu ritratt riċenti tat‑tifel jew tifla, ittra u/jew tpinġija mit‑tfal stess u r‑riżultat tal‑assessjar tas‑suġġetti li jitgħallmu l‑iskola. Agħmel kuntatt magħna jekk tixtieq tgħin. Grazzi mill‑qalb.

JOAN’S CRAFTS FOR CHARITY
IN AID OF MISSIO ‑ Joan Libreri
“There are three ways to ultimate success: The first way is to be kind. The second way is to be kind. The third way is to be kind.” Mister Rogers.
This saying suggests that true success comes from consistently being kind.



Kindness isn’t just one option; it’s the essential path to a fulfilling and impactful life. I often reflect on the kindness and happiness I am able to share with others; it truly keeps me going each day! There’s so much power in bringing joy to others, and I find that





Sister Victoria Community: Renovation in Zambia Convent.
Sister Victoria Community: Furniture in Zambia Convent.
Sister Victoria Community: Furnishings in Zambia Convent.
Sister Josephine Community: Projector for the community.
Christine Missionary: Farm animals for a poor family.
Father Grevazio Community: Whiteboards for the classes,
Sister Emma: Backpacks for the children in the orphanage.
Sister Emma: Backpacks for the teenagers in the orphanage.
Missjunarja - Jannar Marzu 2025







it always returns to me tenfold. The joy and satisfaction I experience when I see the impact of a project I support is immense; it’s an indescribable feeling every single time. Seeing those bright, happy faces gives me the energy and drive to keep moving forward, working harder and doing more. Knowing that some of these projects are life‑changing, especially when they involve children and surgeries, is a gift beyond words. I always say that none of this would be




possible without your ongoing support through purchases, donations and kind words. Your contributions and the ways you spread the word by sharing my page and website mean the world to me.
Visit my website at https://www. joanscraftsforcharity.com or follow along on my Facebook page: Joan’s Crafts For Charity, to place your orders or see the work in action. Thank you all for your incredible support and generosity!
Father Grevazio Community: Schools books and school resources, making the children very happy
Christine Missionary: 2 toilets and 2 bathrooms in 2 poor villages in Kenya.
Christine Missionary: Roofing projects for a poor family in Kenya.
Christine Missionary: Donation of clothes and sweets in a poor village in Kenya. Both adults and children were very happy.
Sister Josephine Community: Hospital bills for a paralyzed woman.
Christine Missionary: Helping the community with essentials in Kenya.
Modi
kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
Swift Code: APSBMTMT

Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta my
• Iftaħ l‑app myAPS
• Agħfas fuq “P2M” fil‑qiegħ tal‑iskrin
• Agħżel il‑kont minn fejn trid tagħmel id‑donazzjoni
• Daħħal l‑ammont tad‑donazzjoni
• Daħħal in‑numru tal‑mowbajl 77236962
• Daħħal kumment f’ “Payment Reference”
• Agħfas “Confirm”
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 - €2.33
• 5061 8998 - €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
RELAZZJONIJIET


Programmi bi produzzjoni ta’
Missio Malta u preżentazzjoni ta’
Dun Victor Agius u Claudia Cini.
Relazzjonijiet: bejn Ottubru u Diċembru
‑ Kull nhar ta’ Tlieta fis‑2:30pm. B’ripetizzjoni kull nhar ta’ Erbgħa fit‑3:30am.
● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).
• 5160 2036 - €10 • 5170 2009 - €15
• 5180 2026 - €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
www.missio.org.mt
Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
Jien. Int. Aħna. Flimkien. CHARITY SHOP
No.92, Qormi Road, Hamrun
Opening hours: Monday‑Saturday 9.30am-12.30pm




We sell:
Clothing for men, women, children and babies ● Baby essentials ● Accessories
● Books ● School Items ● Toys ● Cards
● Kitchenware ● Glassware ● Homeware
● Household Goods ● Gifts ● Bric & Brac
IL‑ VENERABBLI AKASH BASHIR
QADDIS TAX‑XAHAR

Akash Bashir twieled fit‑22 ta’ Ġunju 1994 f’Risalpur. Fil‑15 ta’ Marzu 2015, żewġ terroristi splodew lilhom infushom ħdejn il‑Knisja ta’ San Ġwann biswit il‑lokal Kristjan ta’ Youhanabad f’Lahore fejn l‑Insara kienu jinġabru għall‑quddies tal‑Ħadd u għall‑adorazzjoni li ssir fir‑Randan. Akash, li kien student fl‑Istitut Teknoloġiku ta’ Don Bosco, kien iservi b’mod volontarju bħala gwardjan tas‑sigurtà għal din il‑knisja sa minn Novembru 2014.
Huwa waqqaf lit‑terrorista milli jidħol fil‑knisja u qallu: “Jien se mmut, imma mhux se nħallik tidħol.” Dawn kienu l‑aħħar kelmiet tiegħu qabel ma ġie ikkonfrontat minn dan it‑terrorista miksi
bombi li sploda lilu nnifsu u miegħu qatel lil Akash u tnejn oħra li nzertaw kienu barra l‑knisja. Dakinhar il‑knisja kienet ippakkjata bin‑nies li kienu qed jagħmlu adorazzjoni. Akash offra ħajtu b’sagrifiċċju biex isalva elf ruħ li kienu qed jitolbu fil‑knisja. Akash kellu biss għoxrin sena. F’dan l‑attakk, li involva terrorista ieħor, inqatlu sbatax‑il persuna u weġġgħu mas‑70 ruħ. In‑numru kien ikun ħafna iżjed li kieku Akash ma waqqafx lit‑terrorista.
Papa Franġisku, waqt l‑Anġelus, ftit sigħat wara l‑attakk, qal li jinsab verament imnikket b’dak li seħħ f’Lahore, il‑Pakistan. Dawn huma knejjes Insara fejn l‑Insara qed ikunu ippersegwitati. Ħutna qed iċarċru demmhom proprju għax huma Nsara.
Il‑proċess għall‑beatifikazzjoni ta’ Akash beda mill‑ewwel peress li miet martri u għalhekk m’hemmx bżonn ta’ miraklu, imma hemm bżonn ta’ miraklu biex jiġi ddikjarat qaddis. Missier Akash, Emmanuel Bashir, jitlob biex jgħaddi l‑proċess kollu biex Akash isir qaddis għax huwa simbolu tal‑qawwa tal‑fidi fil‑pajjiż, filwaqt li jinsab kuntent li Akash huwa mudell għaż‑żgħażagħ, u ta’ ispirazzjoni u kuraġġ għalihom.

AĦBARIJIET MILL‑ ISKEJJEL
L‑istudenti tal‑Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja tal‑Verdala, Bormla iniedu kampanja ta’ karità b’risq Missio Malta biex jitnaqqas il‑faqar fid‑dinja
Fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji
Missjunarju, aħna l‑istudenti pparteċipajna f’assemblea speċjali permezz ta’ intenzjonijiet ta’ talb għall‑foqra tad‑dinja filwaqt li sirna konxji tad‑dmir uman tagħna li ngħinu u nappoġġjaw lill‑foqra u lill‑batut. Barra minn hekk, waqt il‑lezzjonijiet tar‑reliġjon, iddiskutejna t‑tema tal‑faqar fid‑dinja u rajna dokumentarju tal‑UNICEF dwar kif jiġi indirizzat u jintemm il‑faqar tat‑tfal fid‑dinja, u xtarrejna l‑messaġġ ta’ Papa Franġisku għal dan il‑jum speċjali li jgħaqqad lill‑Kattoliċi madwar id‑dinja fit‑talb, solidarjetà, u appoġġ għall‑isforzi tal‑missjoni tal‑Knisja.
L‑għalliem tar‑Reliġjon Martin Azzopardi qal: “Il‑Jum Dinji Missjunarju huwa
ċ‑ċans tagħna li nuru mħabba u solidarjetà lil ħutna barra minn xtutna li jaqsmu l‑fidi tagħna. Meta noffru t‑talb tagħna, ningħaqdu mal‑missjunarji kullimkien f’komunjoni u mogħdrija biex nappoġġjawhom fit‑tixrid tal‑Bxara t‑Tajba, u billi nagħtu donazzjoni nwieġbu għas‑sejħa ta’ Kristu biex nitimgħu lil min hu bil‑ġuħ u nlibbsu lil min hu għarwien. Fl‑iskejjel tagħna f’Malta għandna ċans kbir li ninvolvu lill‑istudenti tagħna b’risq Missio u nnisslu fihom l‑imħabba għall‑missjonijiet u għall‑evanġelizzazzjoni. Ejjew ma nitilfux din l‑opportunita’.”
Missio jipprovdi djoċesijiet ġodda, bl‑appoġġ essenzjali li jeħtieġu fil‑vjaġġ tagħhom biex isiru awtosuffiċjenti,
Malta Missjunarja - Jannar Marzu 2025
u jaħdem permezz ta’ isqfijiet lokali, knejjes u kongregazzjonijiet missjunarji biex jiżgura li r‑riżorsi jitqassmu b’mod ekwu u ġust, fuq bażi tal‑bżonn.
Dun Victor, direttur ta’ Missio qal: “L‑eċċitament tal‑ħajja jinsab fl‑attenzjoni għas‑sinjali ta’ madwarna. Il‑missjoni mhijiex esklussiva biex isseħħ
f’kontinenti oħra, imma wkoll f’pajjiżna u fl‑ambjenti li niffrekwentaw ta’ kuljum.”
Aħna l‑istudenti nwiegħdu t‑talb u l‑kontribut tagħna ta’ kuljum b’risq il‑kampanja ta’ karità ta’ Missio Malta.
Kinsley Scicluna, Duncan Cini Drake u Mallan Kaden.


AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.
Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178
ŻEBBUĠ ĦELU TA’ SANT’AGATA
RIĊETTA – Patri Pawl Bugeja OFMCap


Kurżità:
Din ir‑riċetta ta’ żebbuġ ħelu hija tipika ta’ Katanja fi Sqallija. Hija drawwa li meta toqrob il‑festa ta’ Sant’Agata, li taħbat nhar il‑5 ta’ Frar, jintgħamel dan il‑ħelu tal‑pastarjali forma ta’ żebbuġ. Dan sabiex jitfakkar il‑miraklu li sar mal‑qaddisa. Jingħad li meta Sant’Agata
kienet qed tiġi mfittxija biex tiġi arrestata fuq ordni tal‑Prokonsulat Quinziano, li ried li l‑qaddisa ċċedi l‑ġid ta’ familtha minħabba li kienet Nisranija, Agata sabet kenn u trejqet taħt siġra kbira taż‑żebbuġ li dehret li ġiet mill‑baħħ b’mod mirakoluż.
X’għandek bżonn:
• 500 gramma intrita
• 500 gramma zokkor
• Nofs tazza ilma
• 2 mgħaref xorb irqiq
• 2 mgħaref kulur aħdar tal‑ikel
• Ftit zokkor għall‑aħħar
Metodu:
• Ġo skutella ħawwad flimkien l‑intrita, iz‑zokkor u l‑kulur aħdar.
• Żid ftit ftit l‑ilma sakemm tifforma għaġina ratba.
• Poġġi l‑għaġina ġo kazzola fuq nar baxx ħafna u dawwarha ta’ spiss.
• Żid ix‑xorb fl‑aħħar u poġġiha tibred fuq platt.
• Ħu ftit ftit mill‑għaġina u ffurmaha f’boċċi żengulin f’għamla ta’ żebbuġ.
• Iksihom biz‑zokkor u ħallihom joqogħdu għal madwar 4 sigħat qabel isservihom.
Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.

Kompetizzjoni
Meħuda minn wordmint.com
TISLIBA: Ibgħat it‑tisliba kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Erba’ tweġibiet tajbin li jittellgħu bil‑polza jirbħu kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
Mimdudin
2. Il‑ hija kamra fid‑dar fejn insajru.
6. Jekk mhux tifel,
7. huwa l‑ewwel xahar tas‑sena.
8. Iż‑żgħir tal‑kelb jissejjaħ
11. Filgħodu naħsel wiċċ fis‑
12. Normalment il‑ tintlibes minn mara.
14. Ilbes il‑ għax il‑bard. 1
13. Il‑ hija frotta taċ‑ċitru ta’ lewn oranġjo.
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Mejju – Awwissu 2024:
Ħjiliet: Weqfin
1. It‑ ____________________ huwa l‑ewwel jum tal‑ġimgħa.
3. Poġġi bilqiegħda fuq is‑
4. Iż‑ tilbsu f’saqajk.
5. Ilbes il‑ għax ix‑xemx.
9. Ħu l‑ għax ix‑xita.
10. Mur għand it‑ la ma tiflaħx.
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni huma Remi Caruana mill‑Qrendi, Agnes Mifsud mill‑Mosta, Aldo Cassar minn Santa Venera u Emily Barbaro Sant mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jsarrfu l‑kupun.
Nitbissmu ftit:
Kien qorob Jum San Valentinu u Karla fasslet pjan biex tħajjar lil Oliver jixtrilha ċurkett tad‑djamanti.
Karla: Dal‑lejl ħlomt li qed nara ħafna ċrieki tad‑djamanti jduru u jiżfnu quddiemi. Tgħid xi tfisser din il‑ħolma?
Oliver: Qalbi, San Valentinu daqt magħna, stenna ftit jiem oħra u jkollok risposta. Karla tbissmet għax kienet ċerta li l‑pjan tagħha rnexxa. F’Jum San Valentinu Oliver taha pakkett imgeżwer pulit. Eċċitata, Karla fetħitu u b’sorpriża kbira sabet ktieb li jfisser il‑ħolm.

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.
13 ta’ April, 2024 ‑ Doris Buttigieg mill‑Belt Valletta
25 ta’ Mejju, 2024 ‑ Josephine Galea mill‑Imsida
16 ta’ Ġunju, 2024 ‑ Saviour Bezzina mis‑Siġġiewi
06 ta’ Awwissu, 2024 ‑ Francis Debattista mill‑Marsa
16 ta’ Awwissu, 2024 ‑ Theresa Demanuele mill‑Marsa
19 ta’ Awwissu, 2024 ‑ Joseph Fava mill‑Ħamrun
20 ta’ Awwissu, 2024 ‑ Maria Dolores Muscat mill‑Ħamrun
25 ta’ Awwissu, 2024 ‑ Emanda Spiteri Lucas mill‑Belt Valletta
05 ta’ Settembru, 2024 ‑ John Galea mill‑Imsida
10 ta’ Settembru, 2024 ‑ Karl Gouder minn San Ġiljan
28 ta’ Settembru, 2024 ‑ Pawlu Buttigieg mill‑Belt Valletta
01 ta’ Ottubru, 2024 ‑ Annunzjata Scicluna miż‑Żurrieq
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

• Raymond Falzon mill‑Gudja
• Carmen Borg minn Birkirkara

lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali
B’qalb mimlija gratitudni, infakkru lill‑benefattur maħbub ta’ Missio Malta, li ħalla din id‑dinja fis‑sliem nhar is‑26 ta’ Ottubru 2024 fl‑età ta’ 77 sena. Huwa kien magħruf bħala raġel ta’ ġenerożità kbira, dejjem bi tbissima ferħana u lesta biex jgħin lil kull min kien fil‑bżonn. Huwa kien jaqsam dak kollu li kellu u li ħadem għalih tul ħajtu kollha mal‑batut, b’imħabba speċjali lejn il‑missjonijiet. It‑tjubija u l‑altruiżmu tiegħu jibqgħu stampati f’qalbna, speċjalment meta nkunu fl‑imħażen li kellu fil‑Ħandaq, fejn l‑ispirtu tiegħu jibqa’ jispirana permezz ta’ fondazzjoni li huwa ħalla sabiex jgħin lil diversi għaqdiet tal‑missjoni jqassmu l‑ġid li kellu. L‑appoġġ u l‑kompassjoni tiegħu ħallew marka li ma tgħib qatt fuq ħajjitna u l‑missjoni tagħna.
Nitolbu lil Alla sabiex jipremjah bl‑abbundanza għat‑tjubija tiegħu u jagħtih il‑mistrieħ ta’ dejjem. Se nibqgħu nħaddnuk f’qalbna, Joe. Strieħ fis‑sliem u gawdi l‑glorja ta’ dak li dejjem ispirak, speċjalment San Ġużepp.


