NEWSPAPER POST AWWISSU 2020 SENA 88
18 ta' Ottubru 2020
Ġurnata Missjunarja
02 Il‑Leġġenda tal‑Verità u l‑Gidba 10 Għażel li Jmut Biex Jgħix Ħaddieħor 28 Merħba lill‑Isqof il‑Ġdid t’Għawdex 30 Miraklu Ħaj għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Awwissu 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Il‑Leġġenda tal‑Verità u l‑Gidba
VO/1178
Dettalji minn tliet pitturi ta’ Jean‑Léon Gérôme bit‑tema tal‑Leġġenda tal‑Verità u l‑Gidba .
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 18 Ittra mill‑Missjoni 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 28 Merħba lill‑Isqof il‑Ġdid t’Għawdex 30 L‑Esperjenza Tagħna 34 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Nisa u tfal qrib bir tal‑ilma fil‑belt ta' Bissau, f 'Guinea Bissau.
2
S
kont leġġenda tas‑Seklu 19, darba waħda l‑Verità u l‑Gidba ltaqgħu. Il‑Gidba qalet lill‑Verità: “Kemm hi ġurnata sabiħa llum!” Il‑Verità ħarset ’il fuq lejn is‑smewwiet u rat li tassew kienet ġurnata mill‑isbaħ. Qattgħu ħafna ħin flimkien, iduru min‑naħa għall‑oħra sakemm waslu maġenb bir. Il‑Gidba daret lejn il‑Verità u qaltilha: “L‑ilma tassew huwa frisk u nadif, ejja nieħdu għawma flimkien.” Il‑Verità, li ma tantx kienet tafda lill‑Gidba, ittestjat l‑ilma u rat li kien kollu minnu li l‑ilma kien frisk u nadif. Għalhekk, neżgħu ħwejjiġhom u niżlu flimkien fl‑ilma.
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
F’daqqa waħda, il‑Gidba ħarġet bil‑ġiri mill‑ilma, libset il‑ħwejjeġ tal‑Verità u telqet tiġri kemm tiflaħ. Irrabjata l‑Verità ħarġet mill‑ilma u telqet tfittex lill‑Gidba biex din tagħtiha ħwejjiġha lura. Xħin id‑Dinja ntebħet bil‑Verità tiġri għarwiena mal‑erbat irjieħ, dawret ħarsitha b’disprezz u rabja kbira. L‑imsejkna Verità marret lura lejn il‑bir u għabet fih għal dejjem sabiex tistaħba bil‑mistħija. Minn dakinhar ’il quddiem, il‑Gidba baqgħet iddur id‑dinja liebsa l‑ħwejjeġ tal‑Verità, tissodisfa l‑bżonnijiet tas‑soċjetà, għaliex id‑Dinja m’għandha l‑ebda xewqa li tiltaqa’ mal‑Verità għarwiena (naked Truth)! Madwar is‑sena 1896, l‑artist u skultur Franċiż Jean‑Léon Gérôme pitter tal‑anqas erba’ pitturi ta’ din il‑leġġenda bil‑Verità ppersonifikata f’mara: il‑Verità, il‑Verità mwaddba f’qiegħ il‑bir, il‑Verità f’qiegħ il‑bir u l‑Verità ħierġa mill‑bir. L‑artist kien ispirat ipitter il‑pitturi minn osservazzjoni tal‑filosfu Grieg, Democritus li kien qal: “Fuq il‑Verità ma nafu xejn, għax il‑Verità qiegħda f’bir”, li tfisser li fir‑realtà aħna ma nafu xejn għax il‑verità qiegħda fl‑abbiss. Il‑pittur, permezz
tal‑pitturi tiegħu, żied li l‑Verità tinsab imwaddba f’bir, maqtula mill‑giddibin. Ħsieb: Xi kultant il‑Verità tħoss il‑bżonn li toħroġ mill‑bir u għalhekk tilbes l‑ilbies tal‑Gidba. Għalhekk, ħafna jitfixklu l‑Verità mal‑Gidba, ħlief dawk li raw lill‑Verità għarwiena (naked Truth). Dawn tal‑aħħar imorru ħdejn il‑bir, għax ma jiddejqux jaraw lill‑Verità għarwiena, u magħha jitkellmu b’mod sinċier fuq l‑esperjenza tagħhom. Illum il‑ġurnata, il‑Verità
tinsab imdejqa aktar minn qatt qabel, għaliex il‑Gidba, liebsa ħwejjiġha, daħlet ukoll fuq il‑midja soċjali (facebook, twitter, instagram u ħafna oħrajn) u qed tinfetta kważi lil kulħadd. Huma ftit id‑drabi li l‑Verità ssib min iħobbha u jappoġġjaha billi joħloq stejjer dwarha, li iżda b’xorti ħażina ħafna minnhom jiġu injorati jew saħansitra mħassra. Ta’ kuljum il‑Verità tkun fi ġlieda mal‑Gidba li ħaditilha ħwejjiġha biex tiddistingwi lilha nfisha! 3
Awwissu 2020
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
It‑Tlugħ tal‑Verġni Marija fis‑Sema ta’ Paolo Veronese.
“Agħmlu Dak Li Jgħidilkom Hu.”
I
s‑solennità tat‑tlugħ fis‑sema ta’ Marija jew kif inhi aktar magħrufa bħala l‑festa ta’ Santa Marija, iġġibilna quddiemna Marija fil‑glorja, ‘il fuq mill‑anġli u l‑qaddisin. Din is‑solennità tfakkarna fl‑iskop li għalih 4
ġejna maħluqa minn Alla u fl‑istess waqt turina d‑destinazzjoni aħħarija tagħna, jiġifieri fejn ilkoll irridu naslu. Ilkoll għadna niftakru l‑mistoqsija li kienu
jagħmlulna s‑soċji tal‑mużew waqt il‑lezzjoni tal‑katekiżmu bi tħejjija għall‑Ewwel Tqarbina. Għalfejn ħalaqna Alla? U aħna ta’ tfal li konna, inwieġbu: “Alla ħalaqna biex nagħrfuH, inħobbuH u naqduH, u wara din il‑ħajja mmorru ingawduH għal dejjem.” Marija tinsab fil‑glorja għaliex mhux biss fehmet dan, iżda fuq kollox għexitu. Il‑ħajja ta’ Marija tinġabar kollha kemm hi f’dawk il‑kelmiet li wieġbet lill‑Anġlu Gabrijel meta dan ħabbrilha li hija kienet il‑magħzula t’Alla biex minnha jitnissel, bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu, l‑istess Kelma t’Alla. “Hawn jien il‑qaddejja tal‑Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek.” (Lq. 1: 38) Minkejja li Marija saret omm dak l‑istess Alla li ħalaqha, baqgħet tqis lilha nfisha qaddejja tiegħu. Quddiem il‑kobor tal‑misteru rrivelat lilha, hija
Awwissu 2020
B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
Marija, parir wieħed għandha x‘tagħtina, li huwa l‑istess parir li tat lill‑qaddejja fit‑tieġ ta’ Kana: “Agħmlu dak li jgħidilkom hu.” (Ġw. 2:5)
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.
Dak li Alla għamel ma’ Marija, Alla jrid jagħmlu magħna u ma’ kull bniedem. Nagħraf jien ix‑xejn tiegħi quddiem il‑kobor u l‑qdusija t’Alla? Inħoss il‑bzonn t’Alla fiċ‑ċirkostanzi kollha li nsib ruħi fihom? Infittex bħal Marija li nagħmel ir‑rieda t’Alla f’ħajti, għalkemm mhux dejjem nifhimha? Il‑glorja li Alla għoġbu jżejjen biha lil Marija, irridu narawha fid‑dawl li hija saret l‑ammen tiegħu. Ġesù stess qalilna li: “Mhux kull min jgħidli Mulej, Mulej, jidħol fis‑saltna tas‑smewwiet, iżda min jagħmel ir‑rieda ta’ Missieri li hu fis‑smewwiet.”
(Mt. 7:21) F’okkażjoni oħra, Ġesù qal: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l‑kelma t’Alla u jagħmlu dak li jgħid Hu.” (Lq. 8:21) Marija hekk għamlet u għalhekk illum qegħdin narawha mimlija bil‑glorja. Marija hija mhux biss Omm Alla, imma hija omm il‑bnedmin kollha. Bħal omm żgur li ma tieqaf qatt tinterċedi għal uliedha li jinsabu ‘f’dan il‑wied tad‑dmugħ’. Dan huwa ta’ faraġ għalina lkoll għaliex Marija hija kenn għal dawk kollha li jagħrfu li huma midinba u jħossuhom dgħajfa. Marija hija t‑tama tagħna għaliex kif kien jgħid San Bernard: “Qatt ma nstema’ li xi ħadd mar għandha u ma qalax dak li talabha.”
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
għarfet ċ‑ċokon tagħha, kif stqarret hija stess mal‑qariba tagħha Eliżabetta: “Għax hu xeħet għajnejh fuq iċ‑ċokon tal‑qaddejja tiegħu.” (Lq. 1:48) Alla seta’ jimla qalb Marija b’kull grazzja għaliex għarfet ix‑xejn tagħha u rabtet ir‑rieda tagħha m’Alla, is‑Salvatur tagħha. (Lq. 1: 47)
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 5
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Awwissu 2020
Intenzjoni Missjunarja: Awwissu 2020 Intenzjoni ta’ talb universali
Id‑dinja marittima. “Nitolbu għal dawk li xogħolhom huwa marbut mal‑baħar, fosthom baħrin u sajjieda, u l‑familji tagħhom.” 6
I
nteressanti li diversi appostli li għażel Kristu kienu sajjieda. Ġesù nnifsu ġieli pprietka minn fuq id‑dgħajsa ta’ Pietru. Id‑dgħajsa, li hija s‑simbolu tal‑Knisja. San Indrija, ħu San Pietru, huwa l‑patrun tas‑sajjieda. Ħafna mill‑appostli, fosthom San Pawl, għamlu ħafna mill‑vjaġġi tagħhom bil‑bahar. Fil‑fatt San Pawl ġie Malta bil‑baħar, liema vjaġġ bil‑baħar huwa
rrakkontat b’mod dettaljat ħafna mill‑għaref San Luqa, awtur tat‑tielet Evanġelju wkoll. Fiż‑żewġ kapitli msemmija, jiġifieri dawk 27 u 28 tal‑Atti, insibu xejn inqas minn 20 kelma Griega marbuta man‑navigazzjoni. Il‑baħar u bil‑ħut li fih huwa ħolqien ta’ Alla u għalhekk għandna nieħdu ħsiebu mit‑tniġġiż. Jekk f’dawn ix‑xhur tas‑sajf il‑baħar ifisser għalina
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
mistrieh u divertiment, il‑baħar ifisser ukoll l‑għajxien għal tant familji kemm ta’ baħħara, kaptani u sajjieda. Liema ħaddiema tal‑baħar jirriskjaw ħajjithom biex jaqilgħu l‑ħobżna ta’ kuljum. Iħallu lill‑familjari tagħhom għal diversi ġranet u jgħaddu l‑ġranet tagħhom jistadu bil‑qoxra tagħhom tal‑baħar, bil‑paċenzja u xogħol iebes fl‑istess ħin. Xogħol li diversi drabi jlaqqagħhom mal‑maltemp u mal‑ħalel tal‑baħar, fejn ħafna drabi jitolbu lil Alla sabiex iwassalhom qawwijin u sħaħ lura fil‑portijiet. Xogħol iebes, imma li għandu wkoll is‑sodisfazzjon tiegħu. Infatti missrijietna li kienu sajjieda għenu ħafna biex jinġabru fondi għall‑bini
u t‑tiżjin tal‑knejjes tagħna. Għalhekk, ejjew f’dan ix‑xahar ta’ Awwissu nilqgħu din l‑istedina tal‑Papa biex nitolbu għad‑dinja
BAŻAR
marittima u ma ninsewx nitolbu wkoll bħalma tlabna fi Frar għal tant immigranti li jaqsmu bejn l‑Afrika u l‑Ewropa, sabiex isibu dinja u futur aħjar.
Mega Sale kollox 50ċ
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn fajjenza, oġġetti tal‑ħġieġ u kull tip ta’ tiżjin tad‑dar, f’kundizzjoni tajba, biex jinbiegħu fil‑bażar ta’ Missio Malta. F’każ ta’ ammont kbir niġu aħna stess niġbruhom minn djarkom. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Natasha fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Kull għotja hija apprezzata. Grazzi ħafna mill‑qalb. 7
Awwissu 2020
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
Nimxi Magħkom Lejn il‑Missier Il‑Ħames Parti L‑imħabba tal‑proxxmu “Kulma għamiltu ma’ wieħed mill‑iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.” (Mt. 25:40) Kif nistgħu nkunu qrib ta’ Alla? Wieħed mill‑aqwa modi biex inkunu qrib ta’ Alla huwa billi nħobbu lill‑proxxmu tagħna. Ġesù jgħidilna li kulma nagħmlu mal‑inqas wieħed inkunu qed nagħmluh miegħu. “Kont bil‑ġuħ u tmajtuni, kont bil‑għatx u sqejtuni, kont fil‑ħabs u ġejtu żżuruni.” (Mt. 25:35‑36) Il‑proxxmu tagħna huwa kull min jinsab ħdejna fil‑mument preżenti. Aktar ma ngħixu l‑kliem tal‑Vanġelu aktar nibdew ‘ikollna l‑mentalità ta’ Ġesù’ (1Kor. 2:16), u bħalu rridu nħobbu lil kulħadd bla ebda eċċezzjoni u nkunu tal‑ewwel li nagħmlu l‑ewwel pass biex inħobbu l‑proxxmu tagħna. Aktar ma ngħixu l‑Vanġelu aktar nibdew nirrealizzaw li fid‑dinja aħna lkoll aħwa u li aħna lkoll l‑istess, għandna Alla wieħed u Missier wieħed. Fl‑imgħoddi, xi drabi l‑proxxmu kien meqjus bħala ostaklu biex tħobb lil Alla. Issa nifhmu aktar li l‑imħabba tal‑proxxmu 8
hija fil‑qalba tal‑ħajja tagħna ta’ Nsara. Aktar ma nħobbu lill‑proxxmu tagħna, aktar inħobbu lil Alla. In‑Nisrani hu dak li jħobb il‑ħin kollu. Insemmu issa xi punti kif inħobbu l‑proxxmu tagħna hekk kif insibuhom fil‑Vanġelu: Inħobbu lil kulħadd Dan il‑mod li nħobbu jitlob minna li nħobbu lil kulħadd, bħalma jagħmel Alla, bla distinzjonijiet. Ma noqogħdux nagħżlu bejn it‑tipi faċli jew diffiċli, bejn l‑anzjan jew iż‑żagħżugħ, bejn il‑Malti jew il‑barrani, l‑iswed, l‑abjad jew l‑isfar, Ewropew jew Amerikan, Afrikan jew Ażjatiku, Nisrani jew Lhudi, Musulman jew Ħindu. Kif ngħidu llum, din it‑tip ta’ mħabba taħrab minn kull forma ta’ diskriminazzjoni. Inkunu l‑ewwel li nibdew inħobbu Pass ieħor f ’din l‑arti ta’
mħabba hija li nkunu l‑ewwel li nħobbu billi nieħdu l‑inizjattiva u mhux nistennew li l‑ewwel jibdew l‑oħrajn. Alla ma joqgħodx jistenna li aħna nkunu l‑ewwel li nħobbuh, imma hu dejjem, eluf ta’ drabi, uriena li kien hu li beda jħobbna indipendentement minn kif inwiġbuh aħna. Aħna ġejna maħluqa biex inkunu ta’ don għal xulxin, u għalhekk inkunu verament dak li aħna, meta aħna nagħmlu l‑ewwel pass lejn ħutna biex inħobbuhom qabel ma jibdew iħobbuna huma. Inħobbu lill‑oħrajn bħalma nħobbu lilna nfusna Jekk ngħixu din biss ikun biżżejjed biex id‑dinja kollha
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
ssir familja waħda: “Ħobb bħalma tħobb lilek innifsek, agħmel lill‑oħrajn dak li tixtieq li huma jagħmlu lilek, tagħmilx lill‑oħrajn dak li ma tixtiqhomx jagħmlu lilek.” Aħseb ftit kif id‑dinja tista’ tkun jekk mhux biss l‑individwu, imma r‑razez kollha u n‑nazzjonijiet kollha tad‑dinja jippritkaw din ir‑Regola tad‑Deheb b’dan il‑mod: “Inħobb il‑pajjiż tal‑ieħor bħalma nħobb lil pajjiżi.” Inkunu ħaġa waħda mal‑oħrajn Inkunu ħaġa waħda mal‑oħrajn tfisser nimxu mil biż‑żarbun tal‑oħrajn biex nistgħu nifhmu l‑preokkupazzjonijiet u l‑problemi tagħhom, biex inħossu l‑ferħ u t‑tbatija
tagħhom. San Pawl jgħid: “Sirt dgħajjef mad‑dgħajfin, sirt kollox ma’ kulħadd, biex insalva lil kulħadd.” (1Kor. 9:22) Inħobbu lil Ġesù f’kulħadd Meta Ġesù jiddiskrivi l‑aħħar ġudizzju jgħid: “Kulma għamiltu ma’ wieħed mill‑iżgħar fost dawn ħuti għamiltuh miegħi.” (Mt. 25:40) Iqis kull magħmul lilu, kull tajjeb jew ħażin li għamilna lill‑oħrajn. L‑imħabba lejn xulxin Din hija l‑imħabba vera. L‑Arti tal‑Imħabba tilħaq il‑kulmini tagħha fl‑imħabba lejn xulxin; il‑kmandament il‑ġdid ta’ Ġesù. Fil‑millennju li għadda, il‑Knisja żviluppat ħafna
RIEDA LI TAGĦTI
l‑imħabba lejn il‑proxxmu, imma f ’dan iż‑żmien qed niskopru dejjem aktar li l‑Knisja għandha tkun il‑vetrina tal‑imħabba reċiproka bejn l‑Insara. Esperjenza qasira u sabiħa minn Claudia, tifla ta’ 9 snin: “Ġurnata waħda kemm il‑mamà kif ukoll il‑papà kienu qed jaħdmu barra mid‑dar u ndunajt li l‑platti fil‑kċina kienu għadhom maħmuġin u l‑art kienet maħmuġa wkoll. Ma kien hemm ħadd biex jaħsilhom u għalhekk iddeċidejt li naħsel il‑platti u l‑art jien biex inħobb lil Ġesù fil‑mamà u fil‑papà. Meta l‑mamà daħlet ġewwa u rat l‑art nadifa għannqitni waħda kbira u kienet ferħana ħafna.”
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 9
SAN PIETRU APPOSTLU
Awwissu 2020
L‑Impatt tal‑Covid‑19 minn Fomm il‑Missjunarji u kien magħruf bħala bniedem dejjem bi tbissima fuq fommu u disponibbli għal kulħadd f’kull ħin tal‑ġurnata.
Dun Giuseppe Berardelli.
Għażel li jmut biex jgħix ħaddieħor Huma ħafna n‑nies madwar id‑dinja li b’xorti ħażina sfaw vittma tal‑imxija COVID‑19 li laqtet lill‑erba’ irjiħat tad‑dinja. Ħadd ma xtaq li taqbdu l‑imxija u wisq anqas xtaqu li din twassal għal tmiem ħajjithom. It‑tobba, l‑infermiera u l‑voluntiera għamlu ħilithom kollha sabiex isalvaw il‑ħajjiet ta’ dawk li għaddew minn taħt idejhom. Żgur li kull pazjent xtaq ifiq minn din il‑pandemija qerrieda, iżda xi ngħidu għal dawk li għażlu li jmutu biex isalvaw lil ħaddieħor? 10
Wieħed minn dawn huwa qassis Taljan li qabditu l‑imxija u miet l‑isptar ta’ Lovere wara li ċaħad il‑ventilatur respiratorju sabiex jagħtih lil pazjent ieħor iżgħar minnu. Dun Giuseppe Berardelli, ta’ 72 sena, ingħata l‑ventilatur respiratorju personali għalih wara li dan inxtara mill‑parruċċani ta’ Casnigo fejn kien iservi l‑missjoni tiegħu bħala arċipriet għal dawn l‑aħħar erbatax‑il sena. Iżda huwa għażel li jagħtih lil persuna oħra li lanqas biss kien jaf. Dun Giuseppe kien maħbub ħafna mal‑parruċċani
“Bniedem sempliċi, ta’ karità u għajnuna kbira lejn kulħadd, sew lejn dawk li jemmnu kif ukoll lejn dawk li ma jemmnux. Dejjem kien iħobb isellem bil‑kliem: “Paċi u ġid”, u kulħadd kien iħobbu. Kien qassis qalb in‑nies u għan‑nies,” stqarret il‑komunità parrokkjali tiegħu. Bżonn li nipproteġu lill‑aktar vulnerabbli “In‑nies li jgħixu fit‑toroq tal‑ibliet u dawk li jsofru minn mard mentali huma l‑aktar f’qagħda prekarja b’riskju għoli li jimirdu jew ixerrdu l‑imxija tal‑COVID‑19,” qal l‑Eċċellenza tiegħu Mons. Virgilio Pante, isqof ta’ Maralal fil‑Kenja. Huwa fisser li fost dawn il‑persuni vulnerabbli hemm ir‑refuġjati, persuni bla saqaf fuq rashom, persuni li jaħdmu fuq barra bħal xufiera, rgħajja u persuni (ikompli f 'paġna 12)
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
#AħnaGħadnaHawn
huwa l‑messaġġ ta' kampanja ta' kuxjenza u ġbir ta' fondi mnedija fuq il‑midja soċjali minn Missio Malta, li malajr saret karba internazzjonali għall‑Missjunarji Kattoliċi madwar id‑dinja. Tliet kelmiet sempliċi qed isaħħu l‑ħajja ta' wħud mill‑iktar komunitajiet vulnerabbli tad‑dinja, hekk kif qed jiffaċċjaw l‑impatti devastanti tal‑kriżi globali tal‑COVID‑19.
madwar id‑dinja sabiex iġib il‑milja tal‑ħajja lin‑nies kollha permezz ta' firxa ta' proġetti kruċjali. Huwa jopera f'aktar minn 160 pajjiż biex jappoġġja inizjattivi f'aktar minn elf djoċesi u reġjuni differenti.
"Tliet kelmiet – Aħna Għadna Hawn ‑ jikkostitwixxu messaġġ sempliċi b'impatt kbir. Dan qed jgħid li dawk l‑iktar fil‑bżonn għadhom qed jingħataw l‑aqwa appoġġ prattiku u pastorali waqt l‑emerġenza globali attwali."
Ftit tal‑ġimgħat ilu, Papa Franġisku stabbilixxa fond ta' emerġenza fi ħdan is‑Soċjetajiet Missjunarja ta’ Missio. Id‑dħul ikkontribwit għal dan il‑fond huwa ddestinat għall‑għajnuna ta' dawk in‑nies u komunitajiet li qed jintlaqtu traġikament Il‑kampanja #AħnaGħadnaHawn għandha mit‑tixrid tal‑COVID‑19. Il‑flus se jmorru l‑għan li tqajjem kuxjenza dwar il‑proġetti direttament lill‑pajjiżi fil‑missjoni permezz ta’ Missio Malta kemm globalment kif ta' strutturi u istituzzjonijiet tal‑Knisja. ukoll lokalment. L‑organizzazzjoni qed tmexxi wkoll appell għall‑fondi biex Permezz ta’ Missio, il‑Papa huwa tiżgura l‑ħidma essenzjali sabiex it‑tfal, kapaċi jsostni iktar minn 1,110 djoċesi li il‑komunitajiet u l‑mexxejja futuri tal‑Knisja jinsabu fil‑biċċa l‑kbira tagħhom fl‑Asja, jkunu jistgħu jkomplu. fl‑Afrika, fl‑Oċeanja u f’parti mir‑reġjun tal‑Amażonja. Sabiex tikkontribwixxi tista’ Missio Malta jaħdem ma' komunitajiet tagħmel ‘Bank Transfer’:
Missio Malta IBAN: MT94APSB770130000000 41474120039 Swift Code: APSBMTMT 11
Awwissu 2020
SAN PIETRU APPOSTLU
tas‑57 anniversarju minn meta l‑pajjiż kiseb l‑indipendenza. Sor Winnie kienet waħda minn lista ta’ 68 isem li wrew qlubija u kuraġġ matul it‑tixrid tal‑imxija COVID‑19, fosthom tobba, infermiera u ġurnalisti. Is‑soru, ta’ kuljum, qabel u matul il‑pandemija, tieħu ħsieb u titma’ numru ta’ subien li jgħixu fit‑toroq tal‑belt. Hija ma qagħditx lura milli tkompli Mons. Virgilio Pante, isqof ta’ Maralal il‑Kenja. bil‑missjoni tagħha minkejja b’mard mentali. Kien hemm Toħroġ titma’ lit‑tfal t‑tixrid tal‑vajrus. Dawn żieda qawwija fost dawk minkejja l‑vajrus u is‑subien jiffaċċjaw diversi milquta mill‑imxija li jaħdmu l‑maltemp perikli, speċjalment matul bħala xufiera għaliex dawn Sor Winnie Mutuku il‑lejl, l‑aktar mill‑pulizija li ftit li xejn kienu qed jagħtu mill‑Kongregazzjoni ta’ jsawtuhom jekk jaqbduhom kas tal‑miżuri tas‑saħħa. Ulied il‑Karità ta’ San jiġġerrew fit‑toroq matul Dan qajjem inkwiet kbir Vinċenz De Paul, hija is‑sigħat tal‑kerfju. Bħalissa għad fadal għaxar subien li fost l‑awtoritajiet għaliex l‑fundatriċi tal‑għaqda ix‑xufiera, speċjalment ‘It‑Tfal tat‑Triq t’Upendo’ għad ma nstabitilhomx dar dawk tat‑trakkijiet, jgħaddu fi ħdan id‑Djoċesi ta’ Kitale fejn jgħixu, wara li 23 tifel li minn ħafna bliet u rħula, fil‑Kenja. Hija rebħet l‑Unur qabel kienu sfurzati jorqdu u u jiltaqgħu ma’ ħafna nies; Presidenzjali għas‑Servizz jgħixu fil‑foresti u fit‑toroq dan minbarra l‑familjari fost il‑poplu fl‑okkażjoni tal‑ibliet, instabitilhom tagħhom. Problema oħra familja ma’ nħolqot fost ir‑refuġjati min jgħixu. Sor li jgħixu fil‑kampijiet Winnie kienet f’popolazzjoni densa ħafna ta’ kuljum tidher ħierġa li ma tgħinx biex jitnaqqas it‑tixrid tal‑vajrus. L‑istess mill‑irdoss jista’ jingħad għar‑rgħajja tal‑kunvent u komunitajiet Nomadiċi f’maltempati li faċli jxerrdu l‑vajrus. tax‑xita sabiex titma’ lil dawn Għalhekk, l‑Isqof Pante Għexieren ta' tfal li jgħixu fit‑toroq jirċievu ikla appella għal aktar kawtela is‑subien qabel mingħand Sor Winnie Mutuku li qed tara li dawn sabiex jitnaqqas it‑tixrid ma jmorru lura it‑tfal ikollhom x'jieklu minħabba r‑restrizzjonijiet li ġabet magħha l‑imxija COVID‑19. tal‑COVID‑19. fil‑moħbi biex 12
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Sor Winnie Mutuku.
jaħarbu mis‑swat tal‑pulizija. Il‑vajrus ma rnexxilux iwaqqaf lis‑soru milli toħroġ tgħin lil dawn is‑subien u żżur lis‑subien l‑oħra li nstabitilhom familja ma’ min jgħixu. Hija tħeġġeġ lis‑subien jieklu flimkien u tippreparalhom kaxxi bl‑ikel sabiex jeħduh magħhom. Sor Winnie qatt f’mitt sena ma kienet qed tistenna li, la tkun nominata għal dan l‑unur u wisq anqas li tirbħu. Però hija tinsab l‑aktar kuntenta għaliex ingħatat post fejn tista’ tiġbor lis‑subien biex jieklu mingħajr għaġla u b’saqaf fuq rashom bogħod mix‑xita li tinżel kważi kuljum fil‑belt ta’ Kitale. Mhux hekk biss, imma wkoll li issa s‑subien jistgħu jibqgħu jissoċjalizzaw flimkien. Hija qalet ukoll li xi kultant jiġu għall‑ikel persuni adulti li ma jkollhiex il‑qalb tkeċċihom ’il hemm.
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
13
SANTA INFANZJA
Awwissu 2020
Ta’ Disa’ Snin u b’Idea Ġenjali
S
tephen Wamukota, tfajjel ta’ disa’ snin mir‑raħal ta’ Mukwa l‑Kenja, xtaq jagħmel il‑parti tiegħu fil‑ġlieda kontra l‑COVID‑19. Wara li osserva l‑modi differenti sabiex wieħed jipprevedi milli jittieħed, it‑tfajjel iddeċieda li jagħmel magna tal‑ħasil tal‑idejn tiegħu personali sabiex inaqqas il‑kuntatt fiżiku ma’ persuni oħra meta jmorru jaħslu mill‑vit komuni tar‑raħal. Stephen, mingħajr l‑ebda għajnuna minn xi adult, irnexxielu joħloq magna tal‑ħasil tal‑idejn li taħdem b’pedala tal‑injam. Bl‑użu ta’ din il‑magna, dawk li jmorru jaħslu jdejhom ma jkollhomx għalfejn imissu l‑vit u madwaru għaliex kemm iħaddmu l‑magna b’saqajhom 14
u b’hekk jitnaqqas it‑tixrid tal‑imxija. It‑tfajjel uża xi njam li missieru, li jaħdem bħala mastrudaxxa, kien xtara biex jagħmel tieqa u bihom iddisinja l‑magna. Meta l‑missier ra x’biċċa xogħol kien għamel ibnu, tgħidx kemm kien sorpriż u kburi bih. Huwa stqar li kulma għamel kien li ssikkalu aktar il‑viti. Il‑missier tella’ l‑invenzjoni ta’ ibnu fuq il‑midja soċjali fejn intlaqgħet b’interess kbir, tant li l‑iben spiċċa l‑iżgħar
persuna li qatt rebħet l‑Unur Presidenzjali għas‑Servizz ta’ Uzalendo. B’kollox Stephen għamel żewġ magni tal‑ħasil tal‑idejn u s’issa ħadd mir‑raħal tiegħu ma ttieħed mill‑imxija. It‑tfajjel jixtieq ikompli fuq din l‑invenzjoni u invenzjonijiet oħra sabiex la jikber jilħaq inġinier. Il‑gvernatur tal‑istat wiegħdu li ser jirċievi borża ta’ studju biex il‑ħolma tiegħu ssir realtà.
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Bokit – Barmil tal‑Ilma bil‑Vit
F
id‑dawl tal‑pandemija COVID‑19, il‑UNICEF ħatret sittax‑il għaqda internazzjonali sabiex tqajjem kuxjenza u prevenzjoni fuq it‑tixrid tal‑imxija madwar il‑Ħaiti, l‑aktar f ’postijiet fejn hemm l‑aktar nies vulnerabbli. Dan il‑pajjiż irrapporta l‑ewwel żewġ każi tal‑COVID‑19 fid‑19 ta’ Marzu u sa xahrejn wara l‑ammont tela’ għal 1,063 każ inkluż 31 mewt. Meta semgħet bil‑ħsara tal‑imxija u kif setgħet tippreveniha, Raymone Natus, ta’ 39 sena u omm ta’ tlett itfal, warrbet il‑biża’ minn fuqha u ħasbet kif setgħet tipproteġi lil uliedha. Wara li semgħet kif għandha tieħu l‑prekawzjonijiet fuq l‑istazzjon tar‑radju tar‑raħal ta’ Sevrè, fejn tgħix, l‑omm
iddeċidiet li tagħmel barmil b’vit imwaħħal miegħu biex kull min ried jaħsel idejh juża lilu mingħajr ma jmiss ma’ xejn biex jonqos it‑tixrid tal‑imxija. Wara li fittxet mar‑raħal kollu u saħansitra marret is‑suq, baqgħet ma sabitx barmil x’tuża. Ta’ min jgħid li dan ir‑raħal huwa maqtugħ minn kollox u minn kulħadd, u sabiex tasal fl‑eqreb raħal trid taqsam xmara. Ftit ġranet wara r‑Red Cross, li qed jassiguraw li l‑aktar rħula remoti jiġu milħuqa, tawhom ‘bokit’ (barmil tal‑plastik), poġġewh fuq banketta f ’nofs ir‑raħal bl‑ilma fih u ta’ spiss ir‑raħħala bdew jaħslu jdejhom bl‑ilma u s‑sapun. It‑tfal tar‑raħal waqfu jmorru skola, però qabel spiċċaw ingħataw tagħrif ta’ x’għandhom jagħmlu biex
Ritratti: UNICEF
jipprevenu milli jittieħdu u sabiex inaqqsu t‑tixrid tal‑vajrus. Ir‑Red Cross poġġew f ’postijiet pubbliċi, bħas‑suq, aktar ‘bokits’. Skont il‑UNICEF, 26% biss tal‑popolazzjoni tal‑Ħaiti qed jaħslu jdejhom ta’ spiss u kif suppost.
L‑appell ta’ Raymone huwa li għandhom bżonn ta’ aktar sapun, klorin u maskli sabiex jipproteġu lilhom infushom. L‑omm, tbigħ il‑fażola fis‑suq u li taqla’, lanqas iserviha sabiex titma’ lil uliedha, aħseb u ara biex tixtri s‑sapun u l‑maskli. Aħbar pożittiva hija li l‑imxija ma laqtitx lil Ħaiti daqskemm laqtet pajjiżi foqra oħra, iżda l‑prevenzjoni hija meħtieġa biex it‑tixrid jitnaqqas ħalli jsalvaw eluf ta’ ħajjiet. 15
SANTA INFANZJA
Awwissu 2020
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€20 – platt ross u fażola lil
€60 – rota għal missier ta’
€200 – Xirja qamħ biex
€300 – tħaffir ta’ spiera għal
60 tifel u tifla bil‑ġuħ
€102– magna tal‑ħjata u
banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol
jinħema l‑ħobż għal tfal orfni fil‑Pakistan
familja biex imur ix‑xogħol biha
ilma nadif fi skola
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 16
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT
(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25
u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. 17
Awwissu 2020
Ittra mill‑Missjoni June, 2020 Very Rev. Msgr. Valentino Borg Director Pontifical Mission Societies Mission, No. 7, Merchants’ Street, Valletta VLT 1171 MALTA Dear Very Rev. Msgr. Valentino, Greetings from Carmelgiri Seminary, Thank you so much for your letter of the 27th May. We are really in difficult times. I was waiting to give you some precise updating. From March we were in complete lockdown, which continued till the 8th June. During the last couple of weeks, lockdown rules were slightly lifted. Since it was lockdown we could not do any maintenance works, the shops were closed and the workers were not permitted to work. Added to that, by the end of March the government officials had asked for the seminary building to become a quarantine house. In April they made certain preparations as well, but finally it was shifted to another diocesan building. We were planning to do the roof maintenance in the beginning of June, but now the rains have already started and the workers say that it is dangerous to do it now and that it is better to postpone it for some more time, that is until the time when the heavy rains are over. It is really sad, that with the money in hand we couldn’t do anything to the leaking roof. It seems that the long days of lockdown did not help us much. The numbers of patients are increasing at an alarming rate. The death toll is also increasing. Schools and colleges are still closed. We have also started preparations for the online classes, because we do not know how long the present situation will continue. The seminarians stay at their homes. Dear Msgr. Valentino, I thank you most sincerely for the kindness you have shown towards us. I will gratefully remember all your donors; please thank them all on our behalf and we request your valuable prayers. I know the missions are always in your heart. May God bless you and reward you abundantly. I remain, yours sincerely in the Lord, Fr. Chacko Puthenpurackal Rector
18
Awwissu 2020
Maratona fuq it-TV
b’risq il-Missjoni
€574,145 19
Awwissu 2020
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
20
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
“Qatt tgħid kliem iebes f’mumenti ta’ rabja. Ir‑rabja tiegħek tgħaddi, imma l‑kliem iebes li tkun għedt jaf jimmarka persuna għal għomorha. Għid kliem ħelu jew oqgħod sieket.” Anonimu
F’ħafna pajjiżi madwar id‑dinja, nhar il‑5 ta’ Awwissu jiġi ċċelebrat Jum il‑Ħbiberija. Aħna lkoll nistgħu nużaw ftit aktar imħabba, ftit aktar tjubija u ftit aktar għaqda. Sew jekk sħabek jinsabu ’l bogħod jew viċin, urihom kemm tapprezza l‑ħbiberija ta’ bejnietkom permezz ta’ telefonata, messaġġ, kartolina jew rigal ċkejken. Ritratt: Ħbieb bniet li jgħixu f'żona rurali qrib Bamako, il‑Mali.
21
Awwissu 2020
IL‑QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
Santa Tereża Benedetta tas‑Salib fuq, Edith saret atea, jiġifieri ma baqgħetx temmen f ’Alla. Daħlet l‑Università ta’ Breslau u hemm bdiet issegwi korsijiet fl‑ilsien Ġermaniż, fl‑Istorja u fil‑Psikoloġija. Fl‑1913 marret fl‑Università ta’ Gottingen biex issegwi kors tal‑Filosofija taħt il‑Professur in is‑sena qegħdin Edmund Husserl. Dan infakkru l‑75 kien beda muviment sħiħ anniversarju ta’ ħsieb li kien jinsisti fuq mill‑waqfien tat‑Tieni Gwerra il‑fatt li jeżistu veritajiet Dinjija. Edith Stein twieldet oġġettivi. Edith kellha fi Breslau, il‑Ġermanja, illum moħħ filosofiku u analitiku. il‑Polonja, f ’familja Lhudija. Filosfu ieħor, Max Scheler, Missierha Sigfried Stein, Lhudi li kkonverta li kien negozjant tal‑injam, għall‑Kristjaneżmu, ibbaża miet meta Edith kellha biss l‑filosofija fuq il‑fidi. Dan sentejn. Ommha Auguste l‑aġir ixxokkja lil Edith li Courant, ta’ nisel Lhudi kienet għadha tħoss lil Alla ’l ħadet f ’idejha t‑tmexxija bogħod mis‑sistema mentali tal‑familja u l‑imsemmi tagħha. Sadanittant hija bdiet negozju li kien imantni taħdem bħala infermiera lill‑familja. Sa mit‑tfulija mas‑Salib l‑Aħmar, matul tagħha, Edith kienet minn l‑Ewwel Gwerra Dinjija. ta’ quddiem fl‑iskola u ħafna Il‑mewt ta’ Adolf Reinach, drabi tisboq lil sħabha f ’dak li kellha tkun l‑ewwel taħrika hu tagħlim. Għal tmien snin għall‑konverżjoni. Meta qrat sħaħ, minn tlettax‑il sena ’l il‑ktieb fuq il‑ħajja ta’ Santa
D
22
Tereża t’Avila qalet: “Din hija l‑Verità”. Aktar tard, fl‑1922, Edith irċeviet is‑Sagrament tal‑magħmudija. Għallmet f ’kulleġġ tal‑bniet u qalbet għall‑Ġermaniż xogħlijiet tal‑Kardinal Newman u ta’ San Tumas t’Akwinu. Kitbet ktieb ‑ Ix‑Xjenza tas‑Salib, imsejjes fuq San Ġwann tas‑Salib. Edith ħaddnet il‑Karmelu Tereżjan u ngħatat l‑isem ta’ Tereża. Fil‑kunvent ta’ Kolonja kienet ta’ eżempju għas‑sorijiet l‑oħra. Peress li kienet ta’ nisel Lhudi, meta’ Hitler bir‑Reich tiegħu beda juri snienu għal‑Lhud, biex tevita l‑inkwiet tas‑sorijiet sħabha, marret f ’kunvent l‑Olanda. Iżda l‑qarnita tan‑Nażi ppenetrat ukoll f ’dan il‑pajjiż u Edith flimkien ma’ oħtha li saret Nisranija, ittieħdu f ’kamp tal‑konċentrament. F’Auschwitz, fuq numru 44074, ħarġet din l‑aħbar kiesħa daqskemm nieqsa mid‑dinjità: “9 ta’ Awwissu, 1942, fil‑Polonja mietet Stein Edith Therese Hedwige mwielda fit‑12 ta’ Ottubru, 1891.” Iggassjawha bla ħniena, qishom qed jitfu xemgħa. Ix‑xhieda ta’ mewtha stqarrew il‑kalma u r‑rassenjazzjoni tagħha fl‑aħħar mumenti għal dejjem.
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23
Awwissu 2020
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Jinstab Salib Kbir Kristjan
S
alib kbir għadu kif instab fin‑naħa tat‑Tramuntana tal‑Pakistan. Dan jindika l‑eżistenza ta’ komunitajiet Kristjani fir‑reġjun ta’ Skardu. Dan ifisser li allura xi darba
kienu jeżistu wkoll knisja u djar tal‑Kristjani. Huwa maħsub li dan is‑salib ġgantesk għandu ’l fuq minn 1,200 sena, jiżen bejn 3 u 4 tunnellati, u għandu kobor ta’ 7 piedi b’6 piedi. Dan instab minn tliet membri mill‑Università ta’ Baltistan, li kienu qed jagħmlu spedizzjoni fl‑inħawi, madwar żewġ kilometri bogħod mill‑bażi tagħhom fil‑muntanji Kavardo fuq
ix‑xmara Indus. Ir‑riċerkaturi qalu li s‑salib huwa Salib Tumasjan u huwa l‑ikbar wieħed li qatt instab fis‑sottokontinent. “Bħalissa fiż‑żona m’hemmx jgħixu familji Kristjani, iżda issa nafu li xi darba kienu preżenti,” qal Mansha Noor, direttur eżekuttiv tal‑Karitas Pakistan, “nistieden lill‑awtoritajiet sabiex jistiednu storiċi internazzjonali ħalli jfittxu l‑fatti preċiżi tas‑salib.”
Żieda fil‑Litanija tal‑Madonna
F
tit tal‑ġimgħat ilu, fil‑festa tal‑Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, Papa Franġisku ħabbar li kien qed iżid tliet invokazzjonijet ġodda mal‑Litanija Lawretana tal‑Verġni Mqaddsa Marija, li spiss tingħad fi tmiem it‑Talba tar‑Rużarju. • ‘Mater Misericordiæ’ – Omm tal‑Ħniena tingħad wara Omm il‑Knisja • ‘Mater Spei’ – Omm it‑Tama tingħad wara Omm tal‑Grazzja t’Alla • ‘Solacium Migrantium’ – Faraġ tal‑Migranti tingħad wara Kenn tal‑Midinbin F’ittra lill‑President tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet 24
u fiduċja. B’hekk dawn l‑invokazzjonijiet iwieġbu għar‑realtajiet taż‑żminijiet li qed ngħixu fihom.”
mad‑dinja kollha, il‑Kardinal Robert Sarah u l‑Arċisqof Arthur Roche, qalu li mal‑medda tas‑sekli, l‑Insara ilhom jużaw għadd bla tarf ta’ invokazzjonijiet u titli biex bihom isejħu lill‑Madonna ‘bħala t‑triq ipprivileġġjata u żgura għal‑laqgħa ma’ Kristu’. Huma komplew jgħidu li: “F’rabta ma’ żminijietna, immarkati minn sentimenti ta’ inċertezza u biża’, il‑Poplu ta’ Alla jirrikorri b’qima għandha kollu mħabba
Ħafna nies mad‑dinja kollha, iħossuhom imġarrba b’diversi modi, mhux biss minħabba l‑pandemija tal‑COVID‑19, imma wkoll għax imġiegħla jħallu djarhom minħabba l‑faqar, ġlied u raġunijiet oħra, u għalhekk jirrikorru f ’riġlejn Marija. Ta’ min jgħid li dawn l‑invokazzjonijiet mhumiex ġodda għal kollox għaliex huma parti minn tradizzjoni tal‑Knisja li tmur lura sekli sħaħ, bħalma hija t‑talba‑innu ‘Salve Reġina’: “Sliem għalik Sultana, Omm tal‑Ħniena, ħajja ħlewwa, tama tagħna ... ...”
Awwissu 2020
Arrestati Għax Ippruvaw Isalvaw lit‑Trabi
F
’Washington D.C. u f ’Michigan erba’ xhieda tal‑‘pro‑life’, tnejn minnhom saċerdoti, sfaw arrestati wara li b’mod paċifiku ppruvaw isalvaw trabi mhux imwielda f ’żewġ kliniċi li jwettqu l‑abort. L‑arrestati jiffurmaw parti minn ‘Red Rose Rescue’ (RRR), li tipprovdi informazzjoni u inkoraġġament lil nisa tqal li jkollhom il‑ħsieb li jwettqu abort. Minkejja li jafu li jistgħu jiġu arrestati, xi membri tal‑RRR jidħlu fil‑kliniċi li jamministraw l‑aborti sabiex jitolbu, u jkellmu lill‑ommijiet u jħajruhom jagħżlu l‑ħajja u mhux il‑mewt għat‑tarbija tagħhom. Uħud minn dawn il‑kliniċi saħansitra jwettqu aborti fuq trabi ta’ 36 ġimgħa (8 xhur). Ix‑xhieda, qabel jidħlu fil‑kliniċi javviċinaw lin‑nisa qabel dawn jidħlu ġewwa u joffrulhom
warda ħamra u pakkett ta’ informazzjoni. Ix‑xhieda qatt ma jippruvaw jimblukkaw l‑entraturi tal‑kliniċi u meta jersqu lejhom il‑pulizija jibqgħu jkellmu lin‑nisa jew ipoġġu bilqiegħda fuq il‑bankina jitolbu u jkantaw fis‑silenzju. Huwa magħruf li wara l‑arrest, tal‑anqas omm waħda, wara li kellmuha x‑xhieda, għażlet li tħalli lit‑tarbija tagħha tgħix. Dan għaliex hija dehret ħierġa mill‑klinika b’warda ħamra f ’idha (simbolu li trid lit‑tarbija tagħha tgħix) u bil‑pakkett ta’ informazzjoni dwar it‑tqala li jqassmu l‑membri tal‑RRR. Xi nies li kienu fil‑qrib, qalu li pulizija minn dawk li marru biex jarrestaw lill‑erba’ xhieda ma riedx ikollu x’jaqsam mal‑arrest għaliex huwa jifforma parti minn organizzazzjoni Kattolika oħra favur il‑ħajja
bl‑isem ‘The Knights of Columbus’. Minkejja l‑miżuri li kienu qed jittieħdu minħabba l‑pandemija COVID‑19, waħda mill‑arrestati, Monica Migliorino Miller qalet: “Jekk matul il‑pandemija l‑istaff tal‑kliniċi tal‑aborti xorta jitfaċċaw biex joqtlu trabi innoċenti u l‑omm xorta ħarġet biex tagħmel abort, żgur li aħna x‑xhieda favur il‑ħajja noħorġu wkoll ħalli niddefendu lil dawn it‑trabi li m’għandhomx min jaqbeż għalihom. Aħna lesti li nirriskjaw għalihom!” Dawn l‑arresti mhumiex rari; fil‑fatt ġurnata qabel sitt xhieda tal‑‘pro‑life’ kienu arrestati f’Washington D.C. u tnejn oħra f’Michigan, fejn tal‑anqas żewġ ommijiet reġa’ bdielhom milli joqtlu lit‑trabi tagħhom wara li kellmuhom ix‑xhieda. 25
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Awwissu 2020
Ordinazzjoni ta’ Għaxar Saċerdoti u Erba’ Djakni
Ritratt: www.church.mt
L‑ordinazzjoni presbiterali saret fid‑29 ta’ Ġunju, Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fis‑6:30 p.m. L‑għaxar djakni li ġew ordnati saċerdoti huma: • Osmar Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ San Nikola, is‑Siġġiewi • David Borg mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar • Christopher Bugeja 26
mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat
Ritratt: independent.com.mt
I
l‑Knisja f ’Malta tifraħ u tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ għaxar saċerdoti u erba’ djakni. L‑ordinazzjonijiet djakonali u presbiterali mill‑Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna saru nhar is‑Sibt 27 u t‑Tnejn 29 ta’ Ġunju 2020.
• Andrew Camilleri, mill‑Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż‑Żurrieq (Moviment tal‑Fokolari) • Jonathan Debattista mill‑Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien • Michael Debono, Kumpanija ta’ Ġesù (Ġiżwita) • Damian John Formosa, Sależjan ta’ Don Bosco • Jake Mamo, Sależjan ta’ Don Bosco • Tony Pace mill‑Parroċċa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi • Paul Spiteri, Sależjan ta’ Don Bosco
L‑ordinazzjoni djakonali saret jumejn qabel fis‑27 ta’ Ġunju, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katerina, iż‑Żejtun, fid‑9:30am. L‑erba’ kandidati li ġew ordnati djakni huma: • Roderick Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż‑Żejtun • Joshua Cortis mill‑Parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun • Jean‑Claude Schembri mill‑Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż‑Żejtun
Awwissu 2020
• Mark Scicluna tal‑Ordni tal‑Aħwa Minuri Kapuċċini Iċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju qed jistieden lill‑pubbliku, b’mod speċjali liż‑żgħażagħ, biex isiru jafu aktar lis‑saċerdoti l‑ġodda. Għal dan il‑għan tħejjew filmati qosra dwar l‑esperjenzi differenti tagħhom qabel daħlu s‑Seminarju, li juru
kif Alla jinqeda b’toroq tal‑ħajja differenti biex iwassal is‑sejħa tiegħu. Fost dawn l‑esperjenzi nsibu x‑xjenza, l‑arti, il‑familja, il‑parroċċi u l‑gruppi ta’ żgħażagħ. Fuq il‑websajt www. seminaryvocationscentre. mt wieħed jista’ jsib ukoll l‑esperjenzi tal‑għaxar saċerdoti ġodda f ’aktar
dettall. Il‑komunità tas‑Seminarju u l‑komunitajiet reliġjużi stiednu lill‑Insara biex jingħaqdu magħhom f ’mument ta’ talb li xxandar fuq il‑paġna ta’ Facebook tal‑Parroċċa tal‑Mosta, il‑Ħamis 25 ta’ Ġunju fit‑8pm mill‑Bażilika tal‑Mosta, fejn sar talb għas‑saċerdoti ġodda u għal iżjed vokazzjonijiet.
Ordinazzjoni ta’ Presbiteru u Żewġ Djakni Ritratt: gozodiocese.org
Nhar il‑Ġimgħa 19 ta’ Ġunju 2020, Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex mexxa l‑Ordinazzjoni Sagra
ta’ Dun Mario Mercieca mill‑parroċċa tal‑Katidral tal‑Assunta tar‑Rabat, Għawdex għall‑Presbiterat, u ta’ Fra Etienne Gilson ofmconv, Franġiskan Konventwali minn Birkirkara u Andrew Grima mill‑Parroċċa ta’ San Lawrenz għad‑Djakonat, fuq iz‑zuntier tas‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna Ta’ Pinu, l‑Għarb għall‑ħabta tal‑5.30pm. Wara, Mons. Grech mexxa
wkoll mument spontanju ta’ talb quddiem il‑Kwadru tal‑Madonna. Bi tħejjija għall‑ordinazzjoni, inżammet ukoll Velja ta’ Talb nhar l‑Erbgħa 17 ta’ Ġunju, fit‑8pm, fil‑Kappella tas‑Seminarju Maġġuri tal‑Qalb ta’ Ġesù, fir‑Rabat Għawdex. Il‑miġemgħa Nisranija kienet mistiedna tissieħeb fit‑talb u ssegwi minn fuq l‑istess midja soċjali tad‑Djoċesi.
Missio Malta • Missio Tfal 27
Awwissu 2020
MERĦBA LILL‑ISQOF IL‑ĠDID T’GĦAWDEX
Min hu Mons. Anton Teuma?
K
ien nhar l‑Erbgħa 17 ta’ Ġunju f ’12pm li n‑Nunzju Appostoliku għall‑Malta l‑E.T. Mons. Alessandro D’Errico f ’isem Papa Franġisku, ħabbar in‑nomina tal‑isqof il‑ġdid għad‑Djoċesi t’Għawdex. Dan sar waqt mument ta’ talb għas‑saċerdoti f ’riġlejn Ommna Marija fis‑Santwarju ta’ Pinu u fl‑istess ħin li l‑aħbar ixxandret mill‑Bullettin tas‑Sala Stampa tal‑Vatikan. L‑isqof maħtur ma kien ħadd ħlief Mons. Anton Teuma mill‑Parroċċa tal‑Verġni Mqaddsa Marija tax‑Xagħra, membru tal‑Kleru t’Għawdex, Delegat Episkopali għall‑Pastorali tal‑Familja u Responsabbli għall‑Istitut Djoċesan tal‑Familja. 28
Mons. Teuma huwa d‑disa’ Isqof tad‑Djoċesi t’Għawdex. Dawn kienu Mons. Michael Franciscus Buttigieg (1864‑1866), Mons. Antonius Grech Delicata Testaferrata (1868‑1876), Mons. Petrus Pace (1877‑1889), Mons. Ioannes Maria Camilleri OESA (1889‑1924), Mons. Michael Gonzi (1924‑1943), Mons. Joseph Pace (1944‑1972), Mons. Nicholaus Joseph Cauchi (1972‑2005) u Mons. Mario Grech (2005‑2019). Mons. Anton twieled fil‑11 ta’ Jannar 1964, f ’familja sempliċi u reliġjuża, bin Ewkaristu u Salvina, ġenituri ta’ erba’ wlied, fix‑Xagħra, Għawdex. Missieru għadda għall‑ħajja ta’ dejjem fl‑2012. Wara li attenda l‑Iskola Primarja tax‑Xagħra (1968‑1974), kompla l‑istudji tiegħu fl‑Iskola Sekondarja tas‑Seminarju Minuri tal‑Qalb ta’ Ġesù. Aktar tard beda l‑istudju tal‑Filosofija u t‑Teoloġija fis‑Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex (1981‑1988). Matul is‑sena intermedjarja huwa ħadem f ’Paramatta, l‑Awstralja, bħala welder fil‑Fabbrika
Rheem li tispeċjalizza f ’sistemi tal‑misħun. Hemm kiseb il‑liċenzji ta’ welder u ta’ electrician. Ġie ordnat saċerdot nhar il‑25 ta’ Ġunju 1988 minn Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof ta’ Għawdex. Intbagħat Ruma fejn beda l‑missjoni tiegħu bħala Vigarju Parrokkjali tal‑Parroċċa ta’ Sant’Injazju ta’ Antjokja, li dakinhar il‑kappillan tagħha kien Mons. Ġużepp Attard. Dun Anton kompla l‑istudji tiegħu fl‑Università Pontifiċja Sależjana, mnejn kiseb il‑Baċellerat fix‑Xjenzi tal‑Edukazzjoni u Liċenzja fil‑Metodoloġija Pedagoġika (1988‑1995). Huwa baqa’ jaħdem fid‑Djoċesi ta’ Ruma sal‑1997. Matul dawn is‑snin, minbarra l‑ħidma tiegħu fil‑parroċċa (1988‑1995), kien Direttur Spiritwali estern tas‑Seminarju Pontifiċju Ruman (1993‑1995) u aktar tard Direttur Spiritwali intern tal‑istess Seminarju Pontifiċju (1995‑1997). Kien ukoll Assistent Spiritwali u Responsabbli tal‑Komunitajiet Ewkaristiċi tad‑Djoċesi ta’ Ruma (1996‑1997). Fl‑1997, Dun Anton issejjaħ lura Għawdex minn Mons. Isqof Cauchi u maħtur Rettur
Awwissu 2020
tas‑Seminarju tal‑Qalb ta’ Ġesù, missjoni li wettaq għal għaxar snin, sas‑sena 2007. Minn Settembru 2007 sa Ġunju 2008 għamel sena sabbatika fl‑Art Imqaddsa, fejn iddedika l‑parti l‑kbira tal‑ħin għall‑istudju u t‑talb. Kiseb Diploma fil‑Formazzjoni Biblika mill‑Istitut Bibliku Franġiskan f ’Ġerusalemm, u kien jgħin fl‑assistenza pastorali lill‑pellegrini fil‑Bażilika tal‑Qabar ta’ Kristu. Mis‑sena 1998 sas‑sena 2016 kien responsabbli u assistent spiritwali tal‑Komunitajiet Ewkaristiċi fid‑Djoċesi ta’ Għawdex. Sadanittant, Dun Anton kiseb Baċellerat fix‑Xjenzi tal‑Formazzjoni, fl‑Istitut għall‑Formaturi anness mal‑Istitut tal‑Psikoloġija tal‑Università Pontifiċja Gregorjana (2016). Kiseb ukoll Post‑graduate Diploma fis‑Systemic Family Psychotherapy mill‑Istitut tat‑Terapija tal‑Familja, Malta (2018). Hu kien qiegħed ikompli l‑Masters fiż‑żewġ istituti msemmija. Fil‑preżent, Dun Anton huwa Delegat tal‑Isqof għall‑Pastorali tal‑Familja (minn Awwissu 2008), Direttur tal‑Istitut tal‑Familja Papa Ġwanni Pawlu II fil‑Belt Victoria (minn Novembru 2013), responsabbli mill‑kura pastorali taż‑żona madwar l‑Istitut, kif ukoll għalliem fis‑Seminarju Maġġuri.
Minbarra l‑ħidma pastorali fiż‑żona ta’ madwar l‑Istitut tal‑Familja, parti kbira mill‑ħidma ta’ Dun Anton hija marbuta mal‑familja: il‑ħidma f ’kollaborazzjoni ma’ numru kbir ta’ koppji animaturi fit‑tħejjija u fl‑organizzazzjoni tal‑korsijiet tal‑għarajjes; il‑ħidma flimkien ma’ koppji oħra fil‑formazzjoni kontinwa tal‑familji; kif ukoll fil‑ħinijiet ta’ ‘counselling’
għad‑dispożizzjoni ta’ familji f ’diffikultà. Sa mill‑1997, huwa membru tal‑Kulleġġ tal‑Konsulturi, membru tal‑Kunsill Presbiterali u membru tal‑Kunsill Pastorali Djoċesan. Dun Anton ippubblika żewġ kotba u bosta artikli fuq il‑familja, il‑formazzjoni għas‑saċerdozju u temi Bibliċi. Huwa jħobb l‑isport u x‑xogħol manwali. Sors Djoċesi t’Għawdex
F’isem id‑Diretturi Mons. Valent Borg u Dun Karm Portelli, l‑Assistent Direttur Dun Victor Agius, l‑istaff u l‑voluntiera kollha ta’ Missio Malta, nifirħu lil Mons. Anton Teuma għall‑ħatra ġdida tiegħu u nwegħduh li nżommuh fit‑talb tagħna.
Biex infiq għandi bżonn id‑demm.
Int tista’ tgħinni?
Grazzi mill‑qalb! 29
Awwissu 2020
L‑ESPERJENZA TAGĦNA – KENNETH GRIMA
Miraklu Ħaj Kien il‑Ħamis 23 t’April. Konna lkoll id‑dar u konna għadna kif kilna. Kien għad fadal biss Matteo biex jiekol. Kien għadu kemm ħareġ jiġġoggja fl‑inħawi tal‑Imtarfa wara ġurnata sħiħa studju. Imma, għat‑20:00, flok ma kien Matteo li ċempel il‑qanpiena tad‑dar, kienu żewġ pulizija. Qalbna għamlet tikk. Urewna l‑mobile ta’ Matteo u staqsewna jekk konniex qed nagħrfuh. “X’ġara?” staqsejna b’toqla fi griżmejna. Is‑Surġenta għarrfitna li kien għadu kemm seħħ inċident gravi. Matteo kien fil‑periklu tal‑mewt wara li ttajjar minn karozza fit‑triq li mir‑Rabat tagħti għal Ħad‑Dingli u li ħafna minna li noqogħdu f ’dawn l‑inħawi ngħaddu minnha biex nippassiġġaw ta’ kuljum. Dak il‑ħin, waqgħu fuqna dlamijiet tal‑biża’. L‑ikbar twerwira għal kull ġenitur: li ibnu jew bintu ma jmorrux lura d‑dar. Erħejnielha lejn l‑emerġenza ta’ Mater Dei b’qalbna mifnija bid‑diqa. U hemmhekk, rajna lil Matteo, mitfugħ fuq stretcher mimli magni u pajpijiet, b’rasu daqsiex miżgħuda daqqiet. L‑ebda taħrika ... l‑ebda muviment ... xejn. Talbuna 30
nibqgħu sejrin lejn l‑ITU. Malli wasalna hemm, tlabna li nkellmu saċerdot u hekk hu li ġie Patri Elmar, wieħed mill‑patrijiet Franġiskani li jservu fl‑isptar. “Għadni kemm għamiltlu l‑Griżma,” għarrafna. Ma flaħniex nisimgħuh dan id‑diskors. Għalina d‑dinja kienet intemmet. Kull skop li kellna għeb f ’ħakka t’għajn. Iċ‑ċpar kien ħakmilna ħajjitna u n‑nifs kien inqatgħalna ħesrem. Dak il‑ħin bdejna nterrqu triq għat‑telgħa, mimlija biża’ u li tqanqal għeja fiżika, mentali u spiritwali. Konna qegħdin negħrqu f ’baħar imqalleb b’ħalel m’għola s‑sema u ma kellna xejn ma’ xiex niggranfaw. Ma stajna nduru lejn ħadd aktar ħlief lejn Alla u l‑Madonna tal‑Lunzjata, li tagħha Matteo huwa tant devot. Imma minbarra lilhom, ġenninna wkoll lil kull min stajna naraw fih għajn ta’ talba ... qraba, ħbieb, ħbieb tal‑ħbieb, qassisin, patrijiet, sorijiet, membri tal‑MUSEUM, qaddisin ... Kull min ġie f ’moħħna weħilna miegħu bħalma qarnita taqbad mal‑blat, bħalma fergħa tintiseġ maz‑zokk. Saħansitra tlabna lill‑Arċisqof sabiex ibierku, filwaqt li ħeġġiġnieh
Matteo Grima.
jitlob lill‑Papa Franġisku jitlob għalih. Kliemna ma waqax fuq widnejn torox! Mhux biss l‑Arċisqof ġie l‑ITU jbierek lil Matteo wara li ressaqtlu din ix‑xewqa mimlija ħeġġa spiritwali, imma l‑istess Papa Franġisku, permezz tal‑Arċisqof Scicluna, bagħtilna ittra personali li fiha stqarr li se jitlob għal Matteo lil San Ġużepp rieqed li għandu f ’kamartu. It‑talba tagħna qatt ma kienet “ikun li trid int” imma “hekk irrid”. It‑talb mhuwiex paroli fieragħ li ma juri ebda rispett. It‑talb huwa taqtigħa ma’ Alla għax it‑talb huwa l‑qawwa. Matteo baqa’ l‑ITU għal 12‑il jum sħiħ. Bqajna dejjem hemm, lejl u nhar, nistennew. Ma stajniex nitilquh
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
waħdu. Ma kellniex is‑saħħa li nitbiegħdu minnu. Ridna nagħtuh l‑enerġija kollha tagħna, fiżika u spiritwali. Konna hemm ħdejh, avolja mbegħdin minnu fiżikament. Kull filgħodu konna nisimgħu l‑quddiesa tal‑Papa u ningħaqdu miegħu waqt il‑barka. Bosta kienu dawk li talbu magħna u għalina. Il‑kappella tal‑isptar kienet saret ir‑refuġju tagħna, il‑post fejn nibku, nitolbu, nisktu, nistaqsu. Imma l‑mirakli kienu diġà bdew jitwettqu sa minn dak il‑ħin tal‑inċident, waqt li jiena u binti Katrina, aħna u mexjin waqt passiġġata, konna qed illisnu posta rużarju bla ma nafu x’kien qed iseħħ ftit toroq ’il bogħod minna. Dakinhar filgħaxija tal‑inċident, malli dħalna fil‑‘waiting room’ tal‑ITU, intbaħt li kien hemm rokna bi statwa tad‑Duluri u b’kull tip ta’ santa ta’ kull qaddis. Imma waħda tal‑Madonna tal‑Lunzjata ma kienx hemm. X’niket! Imma dlonk, fuq mejda baxxa sewda maqtugħa għaliha waħidha, ’il bogħod mis‑santi u l‑istatwi kollha li kien hemm, kien hemm il‑qoxra tal‑fuljett tal‑festa tal‑Lunzjata tal‑2018 b’dettall tal‑Lunzjata mbuzzata fuq il‑lampier. Lanqas ridt nemmen lil
għajnejja! Infqajt nibki. Ħfint din il‑paġna u tlabthom sabiex iqegħduha biswit is‑sodda ta’ Matteo u baqgħet dejjem hemm mhux biss il‑jiem li għamel fl‑ITU imma anke matul il‑ġranet li nżamm fis‑sala. L‑għada filgħodu, mas‑sebħ, erħejtilha Is‑Santa tal‑Lunzjata li l‑familja sabet fuq mejda maqtugħa għaliha. bilġri lejn il‑kappella tal‑isptar. Hemmhekk ktibt int”. Le. Lil Alla dejjem ittra lill‑Mulej u ħallejthielu għedtlu: “hekk irrid”. fuq l‑artal. Fiha qsamt dak U Alla weġibni. Wara li li ridt ngħidlu: “Mulej, qed ħallejt l‑ittra fuq l‑artal, niktiblek din l‑ittra. Hi sejħa tlabtu jweġibni. Dak il‑ħin ta’ missier muġugħ li għandu ftaħt il‑Bibbja li hemm lil ibnu, ġuvni mill‑isbaħ, fil‑kappella u tela’ Salm 39 l‑ITU wara li qala’ daqqa u sebgħi waqa’ fuq vers 13: ta’ karozza. Jien naf li int “Isma’, Mulej, it‑talba tiegħi, m’intix Alla tas‑silenzju, agħti widen għall‑għajta imma Alla tal‑azzjoni. Dan tiegħi, tibqax trux qed turihuli imma rridek għad‑dmugħ tiegħi.” Mhux turih aktar. Ħu ħsieb lil ibni miraklu dan? Infqajt nibki. Matteo. Oħorġu minn din Il‑Mulej ma setax juża kliem is‑sitwazzjoni QAWWI aħjar biex ikellem lil missier u SĦIĦ. Bierku. Fejqu. muġugħ li dak il‑ħin, l‑uniċi Ammen.” Lil Alla qatt ma affarijiet li seta’ jagħmel stqarrejtlu: “ikun li trid kien li jitlob, jgħajjat u jibki. 31
Awwissu 2020
Daniele Crespi (1598 -1630) Il-ħolma ta’ San Ġużepp
Il‑Ħadd 3 ta’ Mejju, wara għaxart ijiem f ’koma, Matteo ċċaqlaq u dar lejn ommu malli sema’ leħinha jsejjaħlu. Ma stajniex nemmnu dak li konna qegħdin ngħixu flimkien. Dakinhar stess filgħaxija, kien hemm infermiera li semmgħetlu l‑Innu Marċ tal‑Lunzjata ta’ Ħal Tarxien fuq il‑mobile. F’daqqa waħda beda jħarrek idu u riġlu tal‑lemin skont ir‑ritmu tal‑marċ. Dorna lkoll miegħu, nibku u nidħqu bil‑ferħ. L‑għada beda jitkellem wara li neħħewlu l‑ventilatur u beda jieħu n‑nifs waħdu. Seta’ jismagħna, u jiċċaqlaq. Fil‑5 ta’ Mejju, bla mistenni, inħareġ mill‑ITU u fis‑6 ta’ Mejju beda jiekol xi ħaġa, sakemm fid‑9 ta’
32
L‑ESPERJENZA TAGĦNA – KENNETH GRIMA
Mejju, nhar il‑festa ta’ San Ġorġ Preca, in‑nefħa enormi li kellu f ’moħħu bdiet nieżla f ’daqqa. Imma konna għadna maħkumin mill‑biża’ minkejja li ferħanin. Id‑daqqa kien ħadha kollha f ’moħħu u allura xorta kien għad hemm ħafna mistoqsijiet iberrnu f ’moħħna: x’se jiġri mill‑funzjonijiet ċerebrali? Se jkun kapaċi jimxi, jitkellem, jara, jirraġuna? Imma t‑talba tagħna dejjem kienet li Matteo joħroġ mill‑isptar QAWWI u SĦIĦ għax il‑Mulej meta fejjaq, għamel dan b’mod sħiħ. Alla tagħna mhuwiex Alla tal‑perċentwali imma Alla tat‑totalità. U lill‑Mulej dejjem hekk fakkartu. U Alla kompla jisma’ t‑talba tagħna lkoll u kellimna bil‑goff. Uriena li Alla tagħna mhuwiex Alla tas‑Skiet imma Alla tal‑Gaffa. Matteo mhux biss seta’ jisma’, jitkellem, u jara, imma wkoll seta’ jimxi, jirraġuna, jinkwieta, jirrabja, jitbissem ... Matteo tagħna kien MIRAKLU ĦAJ. Il‑Madonna tal‑Lunzjata
flimkien mal‑qaddisin protetturi tiegħu (San Ġużepp rieqed, San Ġorġ Preca, San Papa Ġwanni Pawlu II, Sant’Antnin ta’ Padova, Santa Tereża, Santa Luċija, Santa Rita, San Padre Pio), daħlu għalina quddiem il‑Mulej u dan semagħhom bil‑goff. Fil‑fatt, f’anqas minn erba’ ġimgħat wara l‑inċident gravi, eżattament fid‑19 ta’ Mejju (id‑19 ifakkarna f’San Ġużepp!!), Matteo ħareġ mill‑isptar fuq saqajh. Niftakar li qabel tlaqna mill‑isptar, morna l‑ITU sabiex nirringrazzjaw lit‑tobba u l‑infermiera kollha tal‑ħidma tagħhom u wieħed mill‑konsulenti qallu hekk: “Matteo, din mhix normali li toħroġ mill‑isptar f’anqas minn erba’ ġimgħat wara daqqa bħal dik.” Bla ma jaf, forsi, kienet stqarrija li konna qegħdin ngħixu miraklu. Malli kien qed joqrob iż‑żmien li nitilqu mill‑isptar
Awwissu 2020
u nibdew inħabbtu wiċċna ma’ realtà ġdida, ma stajniex ma nerġgħux niktbu ittra lill‑Papa Franġisku li matulha naqsmu miegħu din il‑ġrajja kollha li għexna bħala familja, ġrajja li matulha rajna l‑mewt imma rajna wkoll il‑ħajja u s‑siwi tagħha. Bid‑dmugħ f’għajnejna, qsamna miegħu din l‑esperjenza tagħna ta’ fidi, li hi waħda li m’aħna se ninsewha qatt għax tinsab
imnaqqxa f’qalbna. U Papa Franġisku reġa’ għoġbu mhux biss iweġibna, imma jistqarr magħna li din l‑esperjenza ta’ fidi li għexna bħala familja u li qsamna miegħu b’kitba mqanqla, qajmitlu ġismu xewk xewk għax fiha lemaħ il‑qawwa tal‑fidi u tat‑talb. Il‑familja tagħna nbidlet. Inħoloq tsunami ta’ talb, tama, u fidi. Ma nistgħu qatt
nieqfu rroddu ħajr lil Alla u lill‑Madonna tal‑Lunzjata għal din il‑grazzja kbira li qlajna bħala familja. It‑talba tagħna issa tibqa’ li l‑Mulej jagħmilna denji sabiex inkunu strumenti f ’idejh u nxandru ma’ kulħadd il‑ħwejjeġ kbar li għoġbu jagħmel mal‑familja tagħna. U b’hekk inkunu xhieda tal‑glorja kbira tiegħu. Il‑Familja Grima
Ittra minn Papa Franġisku bid‑data tal‑25 ta’ April 2020 (BIL‑MALTI: Jekk jogħġbok għid lis‑Sinjuri Kenneth u Ritienne Grima li jiena nitlob għal binhom Matteo. Nitlob b’mod speċjali lil San Ġużepp. Franġisku).
Ittra minn Papa Franġisku bid‑data tat‑30 ta’ Mejju 2020 (BIL‑MALTI: Sinjur Kenneth Grima, Grazzi ħafna tal‑ittra tiegħek li twasslitli permezz tal‑Arċisqof Scicluna. Qrajtha u qajmitli ġismi xewk xewk. Grazzi tax‑xhieda tagħkom ta’ fidi u ta’ talb. Se nibqa’ nitlob għal Matteo u għall‑familja kollha tagħkom. Nitlobkom, jekk jogħġobkom, biex titolbu għalija. Il‑Mulej iberikkom u l‑Madonna tħariskom. Fraternament. Franġisku). 33
IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR
Awwissu 2020
L‑Għaxar Parti Kontroll tal‑ħsibijiet negattivi tal‑bniedem Matul din is‑sensiela qasira dwar il‑padri eremiti (il‑Missirijiet Abbas u l‑Ommijiet Ammas) tad‑deżert rajna kif dawn bdew, meta bdew, fejn bdew, kif ukoll l‑istil ta’ ħajja li kienu jgħixu fl‑art ramlija tad‑deżert tal‑Mesopotamja, tal‑Eġittu, tas‑Sirja u tal‑Palestina bejn it‑Tielet u s‑Seba’ seklu, maqtugħin mill‑bqija tal‑ħajja soċjali ta’ żmienhom. Huma fittxew li jgħixu ħajja ta’ distakk totali mis‑soċjetà – ħajja ta’ solitudni, talb, silenzju, sagrifiċċji, kontemplazzjoni u xogħol manwali sempliċi, bħall‑ħdim ta’ ħbula u basktijiet, s’intendi biex jaqilgħu l‑għajxien tagħhom bil‑għan li jikbru spiritwalment.
Konvinti mill‑ħtieġa ta’ għaqda sħiħa u intima bejn il‑ġisem, ir‑ruħ u l‑ispirtu, dawn l‑eremiti, li nistgħu wkoll insejħulhom l‑ewwel terapisti, żviluppaw rakkomandazzjonijiet għall‑fejqan tal‑‘mard tar‑ruħ’. Fost dawn ir‑rakkomandazzjonijet hemm dak tal‑kontroll tal‑ħsibijiet, li jitwettaq b’teknika partikolari, dik ta’ ħarsien (viġilanza) tal‑qalb 34
u l‑moħħ, u l‑emozzjonijiet tagħhom. Il‑kontemporanju psikanalista u biologu mediku Franċiż Dott. Jean‑Guilhem Xerri (1969‑ ) ikompli jiżviluppa din il‑prattika billi juri kemm din it‑teknika hija relevanti għas‑soċjetà tal‑lum. Skont dawn il‑padri, ħsibijiet mhux ikkontrollati huma l‑oriġini ta’ wħud mill‑mard
tar‑ruħ. Huma identifikaw tmien għamliet ta’ mard mhux psikoloġiku ta’ oriġini spiritwali. Dawn ġew ikkassifikati minn Abba Evagrius Ponticus, magħruf ukoll bħala Evagrius is‑Solitarju (imwieled f ’Ibora fis‑sena 345 W.K. u miet fis‑sena 399 W.K. l‑Eġittu) bħala: regħba ta’ kull xorta, relazzjoni
patoloġika għas‑sess, relazzjoni patoloġika għall‑flus, dwejjaq, rabja u aggressività, telqa jew apatija spiritwali li twassal għall‑għażż, vanità u kburija. Dawn it‑tmien mardiet ġeneriċi għandhom sors patoloġiku ewlieni: in‑narċisiżmu, li l‑padri jsejħulu ‘philautia’, ammirazzjoni u mħabba eċċessiva (forsi erotika wkoll) tal‑individwu għalih innifsu stess. Waħda mill‑kawżi ewlenin għal dawn il‑ħsibijiet hija l‑immaġinazzjoni. Jekk l‑immaġinazzjoni ma tkunx ikkontrollata tiġġenera viżjonijiet li jokkupaw il‑menti tal‑bniedem b’tali mod li jieħdu kontroll sħiħ fuqu. Dawn il‑viżjonijiet jistgħu jkunu ta’ natura tajba, bħall‑għemejjel ta’ karità, opri tajba, eċċ... jew għal kuntrarju, jistgħu jkunu ta’ natura ħażina, bħal xenarji li jiġu minn immaġni pornografiċi, minn stħajjil ta’ kull xorta, bħal serq, qtil, vendikazzjonijiet, eċċ... “L‑immaġinazzjoni tista’ twassalna biex noħolqu stejjer li mhux dejjem ikunu korretti jew paċifiċi,” jikkonkludi Dott. Xerri. “Jekk dawn il‑ħsibijiet jinkwitawniex jew le hija
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
xi ħaġa lil hinn mill‑poteri tagħna. Imma jekk dawn il‑ħsibijiet jibqgħux fina jew le, jew joħolqux xewqat u passjonijiet fina jew le, hija ħaġa li tiddependi minna,” jikteb San Ġwann Damaxenu, wieħed mill‑padri tad‑deżert fid‑diskors meħtieġ għar‑ruħ tiegħu. Aħna dejjem se nkunu teatru ta’ sensazzjonijiet u ħsibijiet. Id‑domanda hi: “Aħna x’se nagħmlu?”
Quddiem din is‑sitwazzjoni, ifakkarna Dott. Xerri: “Il‑bniedem għandu żewġ possibiltajiet: jaċċettahom jew le, jagħtihom lok li jikbru u jagħmlu l‑għeruq fih jew li jirreżistihom.” Għal dawn il‑monaċi tad‑deżert l‑għan li jiksbu l‑kontroll tal‑ħsibijiet tagħhom hu li jilħqu l‑‘Hesychasm’ – stat mentali kkaratterizzat
minn paċi, kalma, mistrieħ, silenzju u solitudni interna profonda tant meħtieġa għall‑kontemplazzjoni spiritwali tal‑ħlejjaq u ħwejjeġ, u fuq kollox tal‑għarfien ta’ Alla. Huma ppreskrivew diversi metodi biex jinkiseb il‑ħarsien tal‑qalb, fosthom sobrjetà, ospitalità u l‑prattika tal‑meditazzjoni. (ikompli fil‑ħarġa li jmiss)
Grupp ta’ voluntiera Siġġiwin qegħdin ikabbru u jħawlu l‑pjanti biex jinbiegħu b’risq proġetti ta’ bjar u spieri f’isem Missio Malta. Bis‑saħħa ta’ dawn il‑bjar u spieri, mhux biss qed jibbenifikaw persuni, imma komunitajiet sħaħ u skejjel li m’għandhomx aċċess għal ilma nadif. Dan iwassal għal nuqqas ta’ iġene u mard li ħafna drabi jwassal għall‑mewt, speċjalment fost it‑tfal. Il‑pjanti kollha qed jinbiegħu bi prezzijiet imraħħsa. Għal aktar tagħrif jew biex tixtri ċempel fuq 21468024 jew 99226584. ‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Awwissu 2020
INSALATA/DIP BIBLIKA MIN‑NAZARET
X’għandek bżonn għal 4 persuni:
Metodu:
• Kikkra ġobon moxx (cottage cheese) • 6 żebbuġiet ħodor bla għadma maqtugħin strixxi • 6 żebbuġiet suwed bla għadma maqtugħin strixxi • Mgħarfa pistaċċi mqattgħin (mhux melħin) • Mgħarfa karfus imqatta’ • Mgħarfa kappar imqatta’ • Pistaċċi u karfus biex iżżejjen
• Ħallat sew flimkien l‑ingredjenti kollha. • Ifrex it‑taħlita fuq platt kbir u ċatt. • Żejjen bil‑pistaċċi u karfus. • Servi mal‑ħobż mixwi jew bħala insalata.
ןובאתב
(L‑ikla t‑tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9am u l‑4pm. Is‑Sibt bejn id‑9am u nofsinhar. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’ 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328
37
KOMPETIZZJONI ‑ AWWISSU 2020
Awwissu 2020
KAXXA MAĠIKA
Meta tgħodd in‑numri f’kull kolonna u ringiela orizzontali, vertikali u djagonali fil‑kaxxa t’hawn taħt, l‑ammont jiġi dejjem l‑istess. Imla l‑kaxxi l‑vojta bin‑numri neqsin. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
Is‑somma hija 105.
49
21
14 Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Ġunju 2020: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Matthias Pace mill‑Qala. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.
Nitbissmu ftit:
Raġel daħal ġo bar u b’ton arroganti ordna: “Agħmilli ftira u birra, u m’iniex ser inħallas għax jien ma nibża’ minn ħadd!” Is‑sid newwillu l‑ftira u l‑birra, u dak kiel, xorob u telaq ’il barra. L‑għada reġa’ mar u ordna l‑istess, ftira u birra, bla ma ħallas għax qal li hu ma jibża’ minn ħadd. Din l‑affari baqgħet sejra għal ġimgħa sħiħa sakemm is‑sid xeba’ u qabbad wieħed ġolf biex jieħu ħsieb lil dak l‑imbruljun. Ir‑raġel arroganti wasal, daħal u bħas‑soltu, bl‑arroganza ordna: “Agħmilli 38
70
20 160 90
120 130 30 10
60
80 100 150
140 110 50
40
ftira u birra, u m’iniex ser inħallas għax jien ma nibża’ minn ħadd!” Qabeż il‑ġolf, sieħeb is‑sid, u qallu: “Lanqas jien ma nibża’ minn ħadd!” Pront qabeż ir‑raġel arroganti u lis‑sid qallu: “Agħmlilna żewġ ftajjar u tnejn birra, u m’aħniex ser inħallsu għax aħna ma nibżgħu minn ħadd!”
Awwissu 2020 18 ta' Ottubru 2020 ‑ Ġurnata Missjunarja
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb
Eżempji sbieħ
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Silvana Vella mill‑Gudja • Rose Padley minn Marsaxlokk • 19 ta’ Marzu 2020 Tessie Borg mill‑Mosta • 12 ta’ April 2020 Dolores Mifsud mill‑Mosta • 28 ta’Mejju 2020 Michelle Curmi mill‑Imtarfa Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
www.missio.org.mt Seg wi l‑esperjenzi u l‑av venturi ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin f l‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja.
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.
Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39
Awwissu 2020
CHOICE The Curtain Emporium Marthese Mifsud Director 822, St Joseph High Street Ħamrun ‑ ĦMR1018 Tel: 2745 2315 Mob: 2745 2315
Where you and your home matter most
chyc.choice@hotmail.com www.chyc.com.mt Facebook: ChycChoice
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com
40