Triq it-Tiġrija, Nadur. Tel. 21552161
KITCHENWARE I FURNITURE
www.divine.com.mt Email: info@divine.com.mt Tel: (+356) 2155 0437 VAT No. 1522 6634 Mġarr Road, Xewkija, XWK 9014
L-IRDUMIJIET TA' SANAP (magħrufin wkoll bħala Ta’ Ċenċ) jinsabu fuq il-kosta tan-nofsinhar ta’ Għawdex u jogħlew mal150 metru ’l fuq mill-baħar. Dawn s-sisien huma mkejjen ta’ għejxien għal bosta għasafar, b'mod partikolari għaċ-ċiefa u l-garnija. Dawn l-irdumijiet għandhom ukoll aspett arkeoloġiku bi fdalijiet tal-era megalitika, bħattempju ta’ Borġ l-Imramma u diversi dolmens. Huma sit ta' Natura 2000.
Ritratt tal-faċċata:
Ritratt meħud fl-1 ta' Marzu 2020 - Martin Attard
L-Iben t’Alla sar bniedem
Nimxu Id F’Id
Novembru 2025
Ħarġa numru 549
Fit-3 t’Awwissu 1492 Kristofru Kolombu telaq ma’ bosta baħrin kuraġġużi għal vjaġġ mimli sogru, misteri u avventura lejn l-art ’l hemm mill-kosta tal-Portugall. Il-baħrin kienu jafu li għandhom ikel għal madwar 100 jum. Imma meta bdew joqorbu s-60 jum u ebda art ma dehret bdew jirribellaw sakemm iddeċidew li l-aħjar ħaġa tkun li joqtlu lil Kolombu u jħaffu lura lejn Spanja. Kolombu sar jaf b’kollox. Talab bil-qalb: “Mulej għamel li għada naraw l-art. Inkella joqtluni.” U l-għada Kolombu beda jgħajjat ferħan. Il-baħrin ħarsu u ma rawx artijiet. Inġabru madwaru u dan uriehom il-baħar ta’ taħthom. “Qed tarawhom dawk il-weraq tarjin u ħodor tas-siġar. La darba huma ħodor ifisser li m’ilhomx ma nqatgħu u la hemm il-weraq hemm is-siġar u la hemm is-siġar hemm l-art.” U ftit jiem wara raw l-art li malli Kolombu rifes fuqha sejħilha San Salvador b’ħajr lill-Mulej għall-għajnuna li kien tahom tul il-vjaġġ. Il-Mulej ma kienx sema’ t-talba kif xtaq Kolombu għax l-art kienet għadha mbiegħda imma pprovdielu xhieda biex l-baħrin jemmnu li kienu qrib li jsibu l-art li tant xtaqu. U jwarrbu l-ħsieb li joqtlu lillmexxej. Xi ħadd darba qal: “Meta nitolbu mhux dejjem nirċievu dak li nixtiequ imma dejjem ningħataw dak li għandna bżonn.” 1
Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor ... f’kitbietu X’jaf min ma ġarrabx? Wieħed jitgħallem minn dak li ġarrab x’inhu ta’ ġid biex jgħożżu u jipprattikah, u x’inhu ta’ deni biex jevitah.
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja?
Tgħallimt li l-għażż għallem bosta ħżunija.
Tgħallimt li l-bastun jagħmel l-irġiel.
Tgħallimt li l-eżami, is-skiet u ż-żmien jikxfu kull ingann.
Tgħallimt li beati l-ġenituri li użaw id-dixxiplina fuq uliedhom.
Dawn is-sentenzi huma meħudin mill-kitba qasira bl-isem Il-Majjistra
Esperjenza li Dun Ġorġ qassam lill-membri tal-Għaqda tiegħu fl-1956 permezz ta’ fuljetti b’erba’ paġni li kien iħobb isejħilhom il-‘four pages’. Din il-kitba ġiet stampata għall-pubbliku fl-2005. 2
Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
Dizzjunarju Bibliku
Tagħrif qasir dwar personaġġi bibliċi
Laban Jidħol fl-istorja ta’ Ġakobb għax omm Ġakobb iddeċidiet li binha jmur jgħix ma’ Laban, li kien jiġi minnhom, biex ikun imbiegħed mill-qilla ta’ Għesaw li ried joqtol lil Ġakobb talli dan immanuvra kif jieħu lbarka ta’ missierhom Iżakk meta din kienet bi dritt tmiss lil Għesaw. Laban aċċettah bil-qalb mhux frott l-imħabba imma aktarx għax ra fih okkażjoni fejn seta’ jkollu xogħol bla ħlas. U din ix-xewqa wettaqha perfettament meta Ġakobb talab lil Laban jagħtih lil bintu Rakel ħalli jagħmilha martu. Laban aċċetta bil-patt li Ġakobb jaħdem għalih bla ħlas għal 7 snin. Iżda meta għaddew is-7 snin Laban ma riedx iżomm kelmtu u bl-iskuża li tifla ż-żgħira ma tistax tiżżewweġ qabel il-kbira, qallu li kien ser jagħtih lil bintu Lea. Għal Rakel ried jaħdem bla ħlas għal 7 snin oħra. U Ġakobb reġa’ aċċetta. Meta mbagħad Ġakobb wera li ried jerġa’ lura lejn art missieru Iżakk, Laban għamel kulma seta’ biex ifixkel iżda spiċċa tellief. Alla ried li ssir ġustizzja ma’ Ġakobb li kien ġie mqarraq u misruq minn Laban. Storja sabiħa. Aqrawha. (Aqra l-Ktieb tal-Ġenesi minn kap 29 sa 31) Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
3
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech L-Illużjonijiet ta’ kuljum Iż-żmien u s-sema ta’ billejl (... ikompli mill-ħarġa ta’ Ottubru)
Jekk fix-xemx ikun hemm maltempata elettromanjetika, aħna nittendu biha meta d-dawl u radjazzjonijiet oħra jaslu ħdejn id-dinja xi tmien minuti wara u, pereżempju, jinterferu mat-trasmissjonijiet tar-radju. Jew inkella naraw il-kewkba Crab nebula Sirius, l-iktar waħda li tiddi, kif kienet iktar minn 8 snin ilu; jew l-eqreb galassija, Andromeda, kif kienet madwar żewġ miljun sena ilu. Kif inhuma issa qatt ma nistgħu nkunu nafu. Forsi xi kwiekeb ilhom li splodew u sparixxew imma qabel ma jasal iddawl ta’ dawn l-avvenimenti ma nistgħux inkunu nafu. Pereżempju fil-1054, osservaturi Ċiniżi rrapurtaw li raw kewkba ġdida fil-konstelazzjoni ta’ Taurus. Studji iktar tard urew li kienet kewkba li splodiet (supernova) u llum tidher bħala sħaba żgħira, l-hekk imsejħa Crab nebula u li hija madwar 6,500 light year bogħod mid-dinja. Light year hija d-distanza li jagħmel id-dawl f’sena u hija ta’ madwar 9.5 trilljun kilometru (9,500,000,000,000 km). U allura splodiet 6,500 sena qabel ma rawha fid-dinja fil-1054. Dak iż-żmien l-astronomija flEwropa tant marret lura li apparentament ħadd ma ra din il-kewkba ġdida. (... ikompli fil-ħarġa ta’ Diċembru) 4
Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
... jikteb Ritchie Grech
Mandragoli Hemm fatt kurjuż fil-ktieb tal-Ġenesi fejn tissemma din ix-xitla tal-madragoli. Lea, waħda min-nisa ta’ Ġakobb ma setax ikollha wlied aktar. Jum fost l-oħrajn ġie t-tifel tagħha Ruben u ġabilha xitla tal-mandragoli: “Ruben, fi żmien il-ħsad tal-qamħ, mar fir-raba’ u sab xi mandragoli, u ħadhom lil ommu Lea. U Rakel qalet lil Lea: “Agħtini mill-mandragoli ta’ ibnek.” U hi qaltilha: “Mhux biżżejjed li ħadtli ’l żewġi, trid issa teħodli wkoll il-mandragoli ta’ ibni?” U Rakel wieġbet: “Mela llejla jista’ jorqod miegħek bi ħlas għall mandragoli tiegħek.” U Ġakobb, hu u ġej lura mir-raba’, marret tilqgħu Lea u qaltlu: “ersaq lejja, għax xtrajtek bil-mandragoli ta’ ibni. U dak il-lejl raqad magħha. U Alla sema’ lil Lea, u hi tqalet u wildet għall-ħames darba tifel lil Ġakobb” (Ġen 30,14-17). Fl-antik kien hemm it-twemmin li l-mandragoli kellhom xi sustanza li tgħin fil-fertilità. Forsi ġejja mill-fatt li l-għeruq ta’ din ix-xitla huma ħoxnin u maqsumin fi tnejn u bi ftit immaġinazzjoni tilmaħ forma ta’ bniedem. Forsi wkoll il-fatt veru li din ix-xitla fiha narkotiku qawwi li flantik kienu jagħmlu l-opiods minnu. Naħseb li aktar dan kien jaħdem. Hemm referenza oħra fejn il-maħbuba tgħid lill-maħbub tagħha: “imbagħad nagħtik imħabbti. Tfewweġ il-mandragola bil-fwieħa tagħha” (Għan 7,13-14). Interessanti li Mons Saydon jikteb ‘tuffieħ (jew toffieħ) l-imħabba’ flok mandragoli. Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
5
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib... u forsi tbissima. L-Indjan Komdram Kulachandra ma riedx jemmen lil għajnejh meta f’Novembru 2017, fuq video ra raġel ikanta ħdejn listazzjon tat-trejn f’Mumbai, ilkapitali ta’ pajjiżu. Għax intebaħ li l-kantant kien ħuh li kien ilu ma jara fuq 40 sena. Fil-fatt dan ħuh, blisem ta’ Gambhir, kien telaq mid-dar fl-istat ta’ Manipur fl-età ta’ 26 sena fl1978. Fl-ewwel xhur kien żamm xi kuntatt imma mbagħad qata’ kull korrispondenza u ħadd iktar ma sema’ b’aħbaru.
6
Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
Il-video kixef fejn kien qed joqgħod. Familtu għamlet xi tiftix u sabu li Gambhir kien tallab li kien jaqla’ x’jiekol billi joqgħod ikanta kanzunetti antiki tal-Ħindu. Kien jgħix barra u ma kienx jieħu ħsieb saħħtu, forsi għax ma kellux flus. Saru arranġamenti biex jġibuh lura lejn Manipur, distanza ta’ iktar minn 2,000 mil. U l-familja laqgħetu lura wara firda ta’ 40 sena. U saru festi familjari biex juru l-ferħ tarritorn tal-qarib tagħhom. Fi ftit ġimgħat Gambhir reġa’ kiseb saħħtu.
Ġesù wkoll semma’ l-ferħ ta’ mara li rnexxielha ssib drakma li kienet tilfet. U meta sabitha għamlet festa biex turi lil ħbiebha l-hena ta’ qalbha. Eżatt kif għamlu l-familjari ta’ Gambhir. U l-istess Ġesù qalilna x’ferħ ikun hemm fis-sema meta min ikun miexi fit-triq il-ħażina jiddeċiedi li jirritorna lejn dik it-tajba.
Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
7
Mid-Dinja tax-Xjenza ... jikteb Joe Portelli
L-Ors l-Abjad L-ors l-abjad polari qed isibha diffiċli biex jgħix għax is-silġ li jiksi l-Baħar Arktiku u l-madwar qed jonqos u l-ors mhux qed jirnexxilu jikkaċċja biżżejjed foki u bumerini (seals). Imbagħad imur ifittex ikel ieħor minn fuq l-art u hemm ċans ilaqqat mard li jagħmillu ħsara. Pereżempju, sa anki ltaqgħu ma’ ors li kellu l-influwenza tal-għasafar (avian flu) għax kiel xi għasfur infettat. Importanti li ma nħallux dawn il-predaturi talquċċata (apex predators) jinqerdu għax huma importanti flekosistema, barra ovvjament li nkunu tlifna s-sbuħija tagħhom. Fid-dinja taċ-ċinema, jeżisti Paddington Bear. Dan l-ors, li ma tistax ma tħobbux, hu mfassal fuq razza ta’ ors li tgħix fl-Amerika t’Isfel: LOrs Tan-Nuċċali, The Spectacled Bear, The Andean Bear, Ukumari billingwa Quechua. Hu l-uniku ors tal-Amerika t’Isfel u l-ikbar popolazzjoni qiegħda fil-Perù. Jaħasra dan l-ors ukoll qiegħed filperiklu minħabba li l-ambjent fejn jgħix, inqasam fi rqajja’ żgħar u ors li jgħix f’roqgħa ma jistax imur f’roqgħa oħra forsi għax hemm triq għaddejja min-nofs jew xi belt. Jiġifieri mod kif insalvaw il-ħlejjaq hu billi ma neqirdulhomx l-ambjent fejn igħixu. Għalhekk illum diffiċli tisma’ durrajsa jew bilbla għax l-art fejn kienu jbejtu qed jintuża għallgħalf tal-baqar u qed jintuża ħafna bexx. 8
Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
Ortografija Maltija ... niktbu bil-Malti tajjeb Meta nistgħu niktbu żewġ vokali ħdejn xulxin f’nofs il-kelma u meta le? Niddeċiedu b'dan il-mod: 1. Jekk l-ewwel vokali tkun a, e, jew o ż-żewġ vokali jinkitbu ħdejn xulxin u ma jrid jidħol xejn bejniethom (jiġfieri ma nistgħux inżidu j jew w). Eżempji: realtà, idea, poeta, kaos, teorija, paesaġġ, teatru, reat 2. Jekk l-ewwel vokali tkun i jew u allura warajha jridu jidħlu lkonsonanti dgħajfin j jew w. Eżempji: bijografija, influwenza, bijoloġija, fluwidu, altruwiżmu IŻDA: jekk ikollna prefiss u l-vokali fi tmiem il-prefiss tkun i jew u, din ma rridux inżidulha j jew w warajha.
Eżempji: semiawtomatiku, antieroj Innota wkoll li l-prefissi jinkitbu dejjem magħqudin mal-kelma bħala ħaġa waħda.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
9
Mid-Djarju tal-Qasam Għalkemm il-Museum ma jagħlaq qatt u fis-sajf nibqgħu għaddejjin bi programm adattat għal dan iż-żmien, il-bidu t’Ottubru jġib miegħu lbidu ta’ sena kateketika ġdida. It-tfal u l-adolexxenti jsibu klassi ġdida u prefett ġdid. Matul dan ix-xahar minbarra l-quddiesa tat-Tieni Ħamis tlabna wkoll it-talba tar-rużarju flimkien mal-klassijiet tagħna. Din saret fil-kappella fi tliet sessjonijiet differenti, tnejn għall-Primarja u oħra għassekondarja.
Matul Ottubru wkoll bdew il-preparament marbuta mal-festi talMilied. Bdew il-provi tal-play li din is-sena ġġib l-isem “Milied f’nofs ilMisteru tal-bieraħ u l-ġrajjiet tal-lum”. Din hija play ġdida sequel għal dik li ttellgħet is-sena li għaddiet. Grazzi lil dawk kollha li qegħdin jagħtu l-ħin tagħhom biex din il-play tkun tista’ tittella’. Se ssir 10
Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
darbtejn, nhar it-13 u 14 ta’ Diċembru fis-Sala tal-Museum. Bdew ukoll il-provi tal-Kunċert talMilied, fejn kull nhar ta’ Sibt qed jiltaqa’ kor ta’ madwar 50 tifel u tifla għall-provi taħt it-tmexxija tassurmast Antoine Theuma. Dan ilkunċert jitlob ħafna xogħol u sagrifiċċju imma fl-istess ħin huwa mistenni ferm minn dawk kollha li nhar il-Milied filgħaxija joħonqu lBażilika tagħna biex ikunu preżenti għal dan il-programm ta’ kant, poeżiji, il-Prietka tat-tifel kif ukoll play qasira.
Inħeġġu lit-tfal u l-adolexxenti tagħna biex ma jitilfux din l-okkażjoni ta’ kuljum li fiha jistgħu jiltaqgħu flimkien u nirċievu minn din l-għajn ta’ grazzja, dak li San Ġorġ Preca kien isejjaħ lit-tagħlim bħala l-għajn ta’ kull ġid. Mark Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna talFacebook: http://www.facebook.com/MuseumSubien Nadur u fuq issuu.com/Nimxu Id f’Id Nimxu Id F’Id - Novembru 2025
11
Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur