Skip to main content

Il-Hbieb Isejhu - Novembru 2025

Page 1

Il-Ħbieb Isejħu

Novembru 2025 Numru 711


+L-Iben t'Alla sar Bniedem

NOVEMBRU 2025 numru 711

L-awtur Taljan Bruno Ferrero jirrakkonta storja li hu jgħid li ġrat tassew. Tant li jsemmi anke l-professur li dwaru hi msejsa lġrajja. Jirrakkonta li f’familja Taljana kien hemm tarbija marida ħafna. Marda serja li kellha bżonn intervent kirurġiku li kien possibbli biss fi sptarijiet privati u għalhekk l-omm instemgħet tgħid, “Miraklu biss jista’ jsalva lil Andrea tiegħi.” It-tifla tagħha ta’ xi sitt snin marret sabet il-karus, ħarġet il-flus kollha li kellha fih u telqet lejn l-ispiżerija li kienet bieb u għatba mad-dar tagħhom. Lill-ispiżjar qaltlu, “Irrid nixtri miraklu għal ħija li ser imut jekk ma nixtrihulux. Ġibtlek il-flus kollha li kelli fil-karus.” L-ispiżjar tbissem u qalilha li hu ma jbigħx mirakli. Imma dlonk daħal fix-xena raġel twil li kien preżenti u xtaq ikun jaf iktar dwar din listorja. Meta l-ispiżjar qallu almenu parti minnha, ir-raġel twil ried li t-tifla turih fejn kienu joqogħdu u mar magħha biex jara lil ħuha marid. Għax ir-raġel it-twil inzerta professur bl-isem ta’ Carlton Armstrong. Dan invista liċ-ċkejken Andrea u talab lill-ġenituri jeħduh fi sptar privat li kien hemm fil-qrib. Meta l-ġenituri qalulu li m’għandhomx flus biex iħallsu tant spejjeż kbar, il-professur qalilhom biex iħallu kollox f’idejh. L-operazzjoni saret u kienet suċċess u l-familja ma ħallset xejn għaliex ilprofessur għamel l-operazzjoni gratis u b’rispett lejh id-diriġenti tal-isptar lanqas tħallsu tal-akkommodazzjoni u l-kura. Hux vera jew le ma nafx imma l-ħajja turina ħafna drabi li l-imħabba u ssinċerità jwettqu mirakli kbar. Għax dawn huma virtujiet li l-Mulej jitgħaxxaq b’min jgħixhom u jħaddanhom.

1


IL-ĦBIEB IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2025 ISEJĦU/

Diċembru2024

kien awtur prolifiku u kelliem magħruf sew f’nofs is-seklu l-ieħor. Kiteb ħafna kotba miżgħuda bi stejjer qosra li jwasslu messaġġi pożittivi u jistgħu jservuna ta’ gwida għal ħajjitna. Fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar ser nirrakkontaw fi kliemna l-ġrajja ta’… L-istudent li daħak b’ħafna Kont ili nafu lil Frank. Imma issa kien bniedem fis-setgħa. Kellu pożizzjoni ta’ ħafna poter u ftit li xejn kellu ħin x’jaħli ma’ korrispondent ta’ gazzetta bħali. Imma jien bqajt ninsisti u wara ħafna attentati li kollha kienu fallew, fl-aħħar sibt ruħi wiċċ imb wiċċ miegħu. Kien lest għallintervista! Iżda flok bdejt insaqsi jien staqsa hu, “X’jidhirlek Fulton mittmexxija tiegħi?” Għidtlu, “Tajba ħafna imma bosta jikkritikawk għax int tafda ħafna lil ta’ madwarek. Jgħidu li xi darba għad tingidem!” Frank waqaf u mbagħad qalli, “Ħa ngħidlek storja dwar ħajti. Meta jien kont l-università kelli kollega fil-kamra tiegħi. Kien bin

2

miljunarju iżda missieru kien bniedem xħiħ u lil ibnu lanqas kien jagħtih pocket money biex jgħix ħajja diċenti. Għalih il-kors universitarju kien ħela ta’ ħin u flus. Paul kien iħobb jgħix b’ċerta kumdità u biex jagħmel dan kien ikollu jissellef. Imma dejjem ħallas lura dak li jien u sħabi konna nsellfuh. Aktarx li kienet tkun ommu li minn taħt kienet tagħtih il-flus biex iħallas dejnu. Iżda sena minnhom Paul ma deherx għat-tkomplija tal-kors. Ħalla l-università u skont diċeriji mar iċ-Ċina. U ħalla warajh djun ta’ mijiet ta’ dollari. Ħafna minn sħabi kienu rvillati għalih u ftiehmu li jiktbu lil missieru. Imma jien għidtilhom, “Tiktbu xejn. Missieru mhux ser jagħtikom il-flus li Paul


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2025

issellef. Jien nemmen li xi darba Paul għad jiġi u jħallasna.” Għaddew ix-xhur u Paul ma tfaċċax. Għaddiet is-sena u bqajna ma rajniehx b’għajnejna. Spiċċajna l-kors u Paul baqa’ ma xirifx iktar lejn l-università. Kien għosfor u miegħu għosfru wkoll il-flus li konna sellifnieh. Iżda darba, f’reunion li konna organizzajna xi ħmistax-il sena wara li konna ħriġna milluniversità, Paul reġa’ tfaċċa. Kien iżżewweġ u kellu impjieg flIżvizzera. Qalilna kif fl-ewwel snin kien ħadem għalxejn għax iċ-Ċiniżi ħadulu kollox qabel ħalla pajjiżhom. Issetilja fl-Iżvizzera u issa kellu flus biżżejjed biex iħallas dejnu. Kien ġie apposta meta sar jaf bir-reunion tagħna. U mill-but ħareġ karta li kellu fuqha isem min sellfu u kemm kellu jagħtih. U ħallasna lkoll. Bl-imgħax ukoll. Spiċċajna nkantaw He is a

jolly good fellow. Issa tifhem Fulton għaliex jien nafda lil ta’ madwari. Għax mingħajrhom jien qatt ma kont inkun fejn jien. Kienu huma li għenuni u kultant imbuttawni biex nilħaq fejn ilħaqt. Jista’ jkun li xi darba nsib lil min jigdimni imma jien ċert li dan ikun l-eċċezzjoni. Ħafna bnedmin kapaċi jkunu rikonoxxenti. Nemmen li iktar hawn onesti milli ġakbini, iktar hawn min jinkoraġġik milli min jaqtagħlek qalbek, iktar hawn min jgħinek milli min ifixklek. Hekk almenu sibt b’esperjenza personali. U Fulton Oursler kien jispiċċa listorja hekk, ‘Din l-istorja smajtha fl-uffiċċju ovali talPresident tal-Istati Uniti u min qalhieli ma kien ħadd ħlief ilPresident innifsu – Frank D Roosevelt.’

3


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2025

DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna:

Aħna lkoll li ninsabu hawn, irridu jew ma rridux, ikollna ngħaddu mit-triq tal-ħajja, dik mit-twelid sal-mewt.

Ovvjament it-twelid ma niftakruhx. U dan forsi aħjar, għax hija biċċa trawma mhux ħażin! Fit-tfulija bikrija mbagħad tinfetaħ dinja b’tant meravilji kull fejn iħarsu l-għajnejn ċkejknin: bnedmin ġganteski, djar kbar, sema enormi, xemx li tgħammex, iljieli mudlama, ħaxix artab, siġar kbar, baħar enormi, ward, ilma, nar, fjuri, friefet, eċċ eċċ eċċ. Kuljum affarijiet ġodda. U dejjem taħt l-għassa kontinwa ta’ dawk li jieħdu ħsiebna. Ftit oħra u fl-iskola niltaqgħu ma’ sħabna, fejn nitgħallmu, nidħku, nilagħbu u (xi ftit) niġġieldu.

Imbagħad jiġu s-snin kruċjali u

4

tant imqallba tal-pubertà fejn iridu jsiru deċiżjonijiet daqstant kruċjali, bħall-għażla ta’ studju, ta’ xogħol u karriera. U ftit iktar tard, u għall-biċċa l-kbira, lgħażla tas-sieħeb jew sieħba. Aktarx li mbagħad jiġu t-tfal (li jridu jibdew it-triq partikulari tagħhom) u li tant jinvolvu xogħol sagrifiċċji, taqtigħ ta’ qalb u gost. Sadanittant, jekk ma tfaċċax qabel, issa jibda jinħass il-piż tażżmien, għax “mal-kwaranta kollox jibda jittanta.” Ftit ftit is-snin jitgerrbu, u kważi bla ma tinduna, tidħol fl-aħħar fażi, dik tax-xjuħija biddiffikultajiet kroniċi li ġġib magħha. U finalment il-mewt.

Ovvjament hemm ħafna


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2025

varjetajiet ta’ din is-sekwenza. Pereżempju hemm min jagħżel iċċelibat għal raġunijiet reliġjużi. Hemm ukoll element qawwi ta’ xorti. Xi wħud sfortunatament jimirdu u jmutu kmieni jew inkella jkunu nvoluti f’inċidenti fatali. Din, fuq fuq ħafna, hija t-triq eżistenzjali talħajja. Forsi (bħas-soltu) l-aħjar kwotazzjoni hija dik ta’ Shakespeare mid-dramm As You Like It: All the world is a stage, And all the men and women merely players; They have their exits and their entrances; And one man in his time plays many parts, His acts being seven stages. At first the infant, Mewing and puking in the nurse’s arms; And then, the whining school-boy, with his satchel And shining morning face, creeping like a snail Unwilling to school. And then the lover.

Sighing like furnace, with a woeful ballad Made to his mistress ey brow............................. .............The sixth stage shifts Into the lean and slipper’d pantaloon, With spectacles on nose, and pouch on side; His youthful hose, well sav’d, a world too wide For his shrunk shank; and his big manly voice, Turning agian toward childish treble, pipes And whistles in his sound. Last scene of all, That ends this strange eventful history, Is second childishness and mere oblivion, Sans teeth, sans eyes, sans taste, sans everything. U finalment nistgħu inżidu Requiescat in Pace (RIP).

5


Il-qari

Alfredo Machado kien qed jitkellem waqt ikla li saret f’ġieħu. Kulħadd kien jaf kemm kien jgħożż il-qari u għalhekk ma stagħġbux meta semgħuh jgħid, “Jekk tridu tagħtu rigal liż-żgħar tagħkom agħtuhom ktieb. Għax dan ġugarell li ma jinkisirx, ma jeqdiemx u lanqas ikollok bżonn tibdillu batteriji biex jaħdem!”

Ara int Xi ħadd mar fejn il-vjolinista famuż Yehudi Menuhin u qallu: “Maestro, insibha diffiċli ħafna nippronunzja kunjomok għax min semma’ l-‘h’ u hawn min ma jsemmagħhiex. Kif suppost nippronunzjawh?” “Ippronunzjah kif jogħġbok għax għalija ftit jagħmel differenza jekk issemmax l-‘h’ jew le. Limportanti li tkun komdu int bilpronunzja li tagħżel.”

6

Nies kbar ma jintilfux fuq ftietaq.

Bejn fidi u ċertezza Meta xi ħadd staqsa lil Carl Jung, wieħed mill-ikbar imħuħ u psikoloġist imsemmi tas-seklu lieħor jekk jemminx f’Alla wieġeb, “Ma nemminx! Jien ċert li jeżisti.”


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2025

Laqgħa mal-Mulej

Leġġenda Russa tgħid li darba bidwi Nisrani jismu Dimitri kien iħobb jitlob, “Mulej kemm nixtieq li xi darba niltaqa’ miegħek qabel immut!”

dwar xortih. Sakemm fejnu poġġa bidwi ieħor u Dimitri ntebaħ li kien l-istess bidwi li hu kien għen. Issa fehem li meta għen il-bidwi u tkellem miegħu fil-fatt kien iltaqa’ u tkellem mal-Mulej. Għax li nagħmlu mal-oħrajn qed nagħmluh miegħu. Hekk qalilna hu stess fil-Vanġelu.

U darba f’ħolma l-Mulej qallu, “Għada nkun nistenniek filknisja tat-Trinità f’Kiev f’nofsinhar!”

Dimitri kellu ġibda ġmielha għal din il-knisja imma ma qatax qalbu mit-triq u l-għada kmieni telaq għal din il-knisja biex ikun ċert li sa nofsinhar jasal. Iżda fit-triq iltaqa’ ma’ bidwi ieħor li kellu l-karettun, mgħobbi bil-ħaxix, imwaħħal fittajn. Dimitri ġie bejn ħaltejn jekk jiqafx jagħti l-għajnuna jew inkella jkompli miexi biex jasal qabel nofsinhar fid-destinazzjoni tiegħu. Għażel li bħala Nisrani ma jistax jibqa’ sejjer. U waqaf jgħin lil dak il-bidwi. Imbagħad kompla triqtu b’pass mgħaġġel biex iġib dak li tilef. Imma meta daqq nofsinhar kien għadu mbiegħed mill-knisja. Ħass li issa kien ta’ xejn li jibqa’ sejjer. Ġesù ma kienx ser jistennieh. Intasab fuq ġebla jistrieħ u jilmenta

Darba mmutu Meta l-boxer famuż Skoċċiż Jim Watt miet, ħalla l-kliem li ried li jiktbulu fuq qabru, ‘Issa tistgħu ddumu tgħoddu sal-mija, u xorta ma nqumx minn qabri.’

Fil-karriera tiegħu kien jipprova jqum qabel jgħoddu n-numru 10.

7


IL-LAQGĦA TA’ OTTUBRU

Il-laqgħa saret f’jum iddedikat lil San Franġisk ta’ Assisi u għalhekk Dun Manwel Cutajar beda l-laqgħa interessanti tiegħu billi semma lil dan il-qaddis kbir u kif irnexxielu jinfatam minn kollox sabiex iħaddan il-faqar u b’hekk ikun ħieles. Ried ikun Kristu ieħor u kienu bosta li xtaqu jwettqu wkoll din il-ħaġa. Dun Mikiel Attard kien iħobb jgħid, ‘Ma’ Kristu jaqbillek’. Madre Teresa għandha l-famuża frażi, ‘The problem is not guns, it’s hearts without God, homes without discipline, schools without prayer and courtrooms without justice’. U aħna bħala Kristjani msejħin sabiex inkunu Kristu ieħor. Patri Silvano Fausti kien

8

jgħid, ‘Jekk il-bniedem jisma’ lkelma ta’ Alla, isir bħal Alla; jekk jisma’ l-Verità jsir onest, jekk jisma’ l-gideb jsir ilsir tal-gidba’. Eżempju sabiħ ieħor huwa ta’ Charles de Foucold li meta mar jitkellem ma’ qassis dwar xi problemi tiegħu dan qallu li lewwel ħaġa li għandu bżonn jagħmel hu li jinżel għarkupptejh u jqerr. Spiċċa biex qal, ‘Ħaġa waħda biss hi meħtieġa: li tħobb lil Ġesù, li timxi warajh, u id f’id miegħu, li tgħix ħajtu, li taħseb bħalu, li titkellem bħalu, li tissokta ħidmietu.’ Fl-isfera ’l barra minn dik Kattolika nistgħu ngħidu kemm Mahatma Gandhi kien impressjonat meta qara lVanġelu speċjalment meta ra lBeatitudnijiet. U eżempji oħra nsibuhom fi żmienna bħal dak iżżagħżugħ Spanjol Ignazio Echeverria – magħruf bħala the skateboard hero - li fit-3 ta’ Ġunju 2017 f’Londra għamel att erojku li affronta xi terroristi li kienu qed jattakkaw lin-nies u filfatt inqatlu tmienja. Spiċċa wieħed mill-vittmi u meta ġismu ttieħed lura Spanja ngħata l-unuri kollha. Kien żagħżugħ li trabba


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2025

f’familja Kattolika, membru talAzzjoni Kattolika u barra blIspanjol kien jitkellem tajjeb bl-

GĦAL-LAQGĦA TA’ NOVEMBRU

Ingliż, Franċiż u Ġermaniż. Gradwat fil-Liġi minn żewġ universitajiet u dilettant kbir taliskateboarding, surfing, golf u squash. F’Londra kien jaħdem mal-HSBC bħala money laundering prevention analyst. Għalih Alla kien dejjem preżenti, quddiesa ma jitlifhiex speċjalment nhar ta’ Ħadd u jqerr kultant żmien. Il-kuraġġ irnexxielu jsibu frott tal-ħajja tajba li kien qed jgħix. Eżempju ieħor huwa Pier-Giorgio Frassati li ftit tal-ġranet ilu l-Papa Ljun XIV iddikjarah qaddis. Kien iħobb jgħid, ‘Ġesù ġie jżurni fitTqarbin, biex inpattilu, jien issa nżuru fil-morda u l-foqra.’ Nirringrazzjaw lil ħabibna Dun Manwel Cutajar li għamlilna din il-laqgħa tassew sabiħa.

Bħalma għamilna fl-aħħar snin din is-sena wkoll il-laqgħa ta’ Novembru ser tkun tikkonsisti f’Quddiesa. Huwa xieraq li niftakru f’dawk ilħbieb li kienu fostna iżda llum m’għadhomx magħna... niftakru f’dawk iżżgħażagħ li mietu ħesrem flaħjar ta’ ħajjithom; niftakru fl-old boys li xi darba jew oħra ġew għal din il-laqgħa u llum qegħdin fi ħdan il-Mulej; niftakru f’dawk ilġenituri kollha tal-ġuvintur tal-lum u tal-old boys li għad li ħallewna għadhom f’qalbna. Il-Quddiesa tkun tissodisfa wkoll il-preċett ta’ smigħ talQuddies tal-Ħadd. Mela għal nhar is-Sibt 1 ta’ Novembru fis-7.30p.m. fis-sala talMUSEUM (subien).

9


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru 2025

“Aħna nafu, Mulej, ħżunitna... iva, aħna dnibna lilek... Ftakar, u la tħassarx ir-rabta li għamilt magħna.” Ġeremija 14: 20-21

#

The Picture of Dorian Gray jittratta dwar żagħżugħ li ordna pittura tiegħu nnifsu. Malli raha qal, “Nagħti ruħi biex il-pittura tixjieħ, u jien nibqa’ żagħżugħ”. U hekk ġara. Iż-żagħżugħ qabad ħajja mtajra. Ħajja ta’ vizzji u tbaħrid. Skanta kif raha r-ritratt tiegħu jixjieħ, jitkemmex u jikrieh. Sadanittant in-nies kienu jikkumplimentawh kemm għadu żagħżugħ u sabiħ. Meta ma felaħx aktar din l-ipokresija, qabad sikkina u ċarrat it-tila. Dak il-waqt li kien hemm fuq il-pittura seħħ f’Dorian stess. Punt tal-istorja hu li d-dnub jeqred is-sbuħija tagħna.

10

Nemmen li Alla kapaċi jagħmilni fis-sbuħija li hu jarani fiha? [Alla jgħid,] “Jekk inhuma dnubietkom bħall-iskarlat, bħas-silġ jibjadu.” Isaija 1:18


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2025

VJENNA Vjenna hi meqjusa bħala l-belt tal-mużika għax fiha għexu mużiċiti kbar Awstrijaċi fosthom Frans Schubert, Joseph Haydn, Johann Strauss u l-ikbar fosthom Amadeus Mozart. U l-kbir Beethoven, għad li twieled fil-Ġermanja, qatta’ l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu jgħix f’din il-belt. U ħafna binjiet tal-belt huma relatati b’xi mod mal-mużika.

U fost dawn il-binjiet jispikkaw żgur it-Teatru Nazzjonali u l-Opera House Statali. Mhux biss għandhom faċċata mill-isbaħ iżda wkoll għax wara l-faċċata hemm meravilja ta’ arti li tindika li xi darba Vjenna kienet belt kapitali ta’ imperu. Malli tirfes ġewwa tħossok qed tħokk mal-kompożituri kbar li xi darba għexu f’dawn il-binjiet u tawna mużika li għadha popolari sallum. Qrib tal-Opera House hemm il-monument kolossali tal-imperatriċi Marie Therese popolari ħafna mal-Awstrijaċi. U la kienet belt kapitali ta’ imperu ma jistax jonqos li l-mużewijiet tagħha għandhom tassew x’joffru. Mhux biss oġġetti li nġabru mill-pajjiż iżda wkoll ħafna oħrajn li nġiebu minn pajjiżi oħra li xi darba kienu taħt il-ħakma Awstrijaka. Fost dawn il-mużewijiet żgur li ħaqqhom titwila dak magħruf bħala n-Natural Museum b’sejbiet preistoriċi u l-Mużew tal-Arti b’pitturi ta’ artisti famużi fosthom Durer, Rubens, Titian u Bruegel.

11


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Novembru2025

Għad-dilettanti tal-knejjes lewwel waqfa aktarx tkun filkatidral ta’ San Stiefnu. Ix-xogħol fil-ġebla li jsawwar il-pulptu jimmeraviljak u jekk titħajjar titla’ fuq il-kampnar tal-katidral ġġib il-belt kollha taħtek. Knejjes oħra bħal dik ta’ San Karlu u dik msejħa Votive Church – bi pjazza spazjuża u maestuża quddiemha ukoll għandhom ħafna x’joffru. Għal min iħobb il-bhejjem viżta lil dik magħrufa bħala Spanish Riding School għandha tieħu prijorità. Għax fiha jkun hemm spettakli biż-żwiemel li jaffaxxinawk. Tistagħġeb u fl-istess ħin togħxa tara x’kapaċi jagħmlu dawn iż-żwiemel, ittrenjati għal bosta snin. Tifhem kemm hu intelliġenti dan l-annimal sabiħ u x’relazzjoni kapaċi joħloq ma’ min ikun ittrenjah. Iżda viżta fi Vjenna ma tkunx kompluta jekk ma tiqafx għal ftit sigħat fil-Palazz Schonbrunn bilġnien stupend tiegħu. Mixja qalb il-fjuri u s-siġar isserraħlek moħħok u timlielek qalbek b’ċertu ferħ bis-sbuħija li tara madwarek. U meta titla’ fuq dik imsejħa ‘Gloriette’ aktarx li ddehra li tara tibqa’ fil-memorja għal ħajtek. Anke l-binja msejħa ‘Belvedere’ toffrilek ukoll mixja memorabbli

12

fil-ġonna tagħha. U l-istess tagħmel waqfa fil-Volksgarten (Common Garden). Tidħol fihom u verament tistrieħ. Timxi mdawwar mill-fontani, siġar, fjuri u monumenti tħossok qed tpassi f’dinja oħra bogħod mill-istorbju u r-rassa tan-nies.

Jolqtok tassew il-monument li lAwstrijaċi waqqfu għallkompożitur famuż Amadeo Mozart f’Burggarten. Imma tħoss diqa tkun taf li dan ilġenju mużikali ndifen f’qabar komuni u għal ħafna snin wara mewtu, li ġrat fl1791, ma kinux kapaċi jidentifikaw eżatt liema. Sittin sena wara, lawtoritajiet qalu li sabu lgħadam tiegħu u hemm għamlulu monument ieħor, iżgħar minn dak f’Burggarten imma sabiħ ukoll. Iżda lmistoqsija tibqa’: Kien dan veru qabru? Tistona tassew kif wieħed mill-ikbar kompożituri ta’ kull żmien ġie midfun f’qabar imwarrab riservat għall-foqra fiċċimiterju ta’ San Marx. Xi ħadd darba qal, “Mort jumejn Vjenna u rajt kollox.” Wieġbu xi ħaddieħor, “Mhux bħali! Jien domt hemm fuq xahar u tgħidx kemm fadalli x’nara!” Għal min iħobb il-mużika u listorja Vjenna trid ix-xhur biex tara kollox jew aħjar kważi kollox.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Il-Hbieb Isejhu - Novembru 2025 by Michael Debono - Issuu