Il-Ħbieb Isejħu
Mejju 2026
numru 717
Paul Camilleri B. Com Triq David Cocco Palmeri Nadur, Gozo, Malta NDR 2150 Tel: 2155 3352 / 2156 6245 Mob: 7755 0050 / 7956 4861 Email: info@gozoverticals.com
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
MEJJU 2026 numru 717
Shakleton kien esploratur Ingliż. Meta kien ser jibda xi esplorazzjoni kien jagħmel reklam wieħed f’xi gazzetta popolari u fi ftit ġranet ikollu mijiet li jixtiequ jingħaqdu miegħu. Għax li tkun parti minn espedizzjoni immexxija minn Shakleton kien unur kbir u l-membri tagħha kienu jispiċċaw eroj. Imma darba minnhom, meta kien sejjer biex jiskopri x’hemm fissilġ tal-Antartika għamel ħafna reklami. Xi ħadd staqsieh, “Kif din id-darba għamilt tant reklami. Mela ma sibtx voluntieri li jixtiequ jingħaqdu miegħek?” “Voluntieri għandi bil-mijiet imma hemm voluntier li għadu ma weġibx. Naf li qiegħed x’imkien fl-Afrika jgawdi l-pensjoni. Eżatt fejn ma nafx imma qaluli li kellu jsib xi raħal minsi fejn ikun jista’ jqatta’ żmienu għall-kwiet. Għalhekk irrid nibqa’ nagħmel ir-reklami sakemm b’xi mod dan il-voluntier jsir jaf b’din l-espedizzjoni u jiġi jingħaqad miegħi. Għandi bżonnu bħall-ħobż.”
U fl-aħħar dan il-voluntier speċjali sar jaf bl-espedizzjoni u dlonk ħalla lAfrika u rritorna l-Ingilterra biex jingħaqad ma’ Shakleton. Il-voluntier ma kien ħadd għajr Frank Wild li fih l-esploratur ta’ fama kellu fiduċja sħiħa. Kos anke fil-bidu tas-seklu l-ieħor il-midja kellha l-importanza tagħha. Irnexxielha twassal l-aħbar sa raħal minsi fl-Afrika. Aħseb u ara llum bilmobile u l-internet x’kapaċi tagħmel. Jalla l-bniedem ikun kapaċi juża dawn il-mezzi għall-ġid ta’ ħutu. U aħna nkunu kapaċi nagħżlu l-qamħ mis-sikrana għax mhux il-messaġġi kollha li twassal il-midja huma ta’ ġid għalina… u għall-umanità.
1
IL-ĦBIEB IL-ĦBIEB ISEJĦU/ ISEJĦU/Mejju2026 Diċembru2024
Aneddoti mill-ħajja ta’ Frank Caprio (1936-2025) magħruf mal-Amerika bħala l-iktar imħallef baħbuħ tal-pajjiż. Dam imħallef f’Rhode Island l-Istati Uniti għal Idea sublimi iktar minn tletin sena. Xi ħadd Nistqarr li kemm domt imħallef ħareġ bl-idea li s-sessjonijiet kien hemm żewġ kategoriji ta’ li fihom kien jippresedi bħala nies li kont niddejjaq ferm niġġudika. L-ewwel fosthom mħallef kellhom jiġu kienu n-nies bla dar. Uħud irrikordjati u trasmessi għax minnhom kienu jiksbu xi karozza kienu juru ħafna sens komun, qadima u jibdew jgħixu fiha. Imma dawn kienu jaqilgħu ħafna rispett u ħafna ċitazzjoni għax għalkemm ikunu tolleranza lejn dawk li kienu ipparkjati tajjeb imma l-karozza jispiċċaw quddiemu, kollha bi ma tkunx tħallsitilha l-liċenzja u lassigurazzjoni. Allura s-sidien ksur ta’ liġijiet tat-traffiku. kienu jispiċċaw jeħlu multa li fiċDawn il-programmi televiżivi ċirkustanzi ta’ ħajjithom ma saru popolari immens tant li setgħux iħallsu. U iktar ma kienu jdumu biex iħallsu iktar kienu għal 4 snin ġew nominati jsibu li l-multa qed tikber. għall-Emmy Awards. Matul Kont inħossni mħawwad x’ser din is-sena ser inġibu siltiet nagħmel. Jekk tagħlaq għajnejk minn ħajjet dan il-persunaġġ għal-Liġi tkun qed taġixxi bħala mħallef taċ-ċajt. Int stess tkun qed popolari. tikser il-Liġi. Jekk tesiġi li l-multa
2
titħallas tkun qed issallabhom.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2026
Darba minnhom stqarrejt linċertezza li kont inħoss f’każijiet bħal dawn. U tlabt lil min kien flawla tal-qorti jekk jistax joffri xi forma ta’ soluzzjoni. Ftit jiem wara nirċievi ittra mingħand waħda mara bl-isem ta’ Angie Chesser. Ma kontx nafha. Flittra qaltli hekk: ‘Sur Imħallef. Nifhem iddilemma tiegħek f’każijiet ta’ nies bla dar li jkunu jgħixu f’xi karozza qadima. Jien naħseb li sewwa kieku jinħoloq fund biex f’każijiet ġenwini l-multi jitħallsu minn dan il-fund. Hekk il-Liġi tiġi mħarsa u n-nies bla saqaf fuq darhom ma jiġux ikkastigati.’ Fl-ittra kien hemm ċekk ta’ 20 dollaru bħala l-ewwel kontribuzzjoni. Bgħatt għaliha u għedtilha li naqbel perfettament mal-idea. Staqsejtha x’tixtieq li nsemmu l-fund u qaltli, “Semmiegħ għall-għażiża ommok għax jien ċert li hi bniedma ta’ qalb ħanina biex nisslet f’binha sentimenti tant umani!” Hekk twieled il-fund imsejjaħ ‘Filomena Fund’ għax ommi hekk kien jisimha. Għall-bidu l-flus filfund kienu ftit imma maż-żmien telgħu għal bosta eluf u nista’ ngħid li kienu ta’ għajnuna kbira lejn dawn in-nies. Ħdimna wkoll ma’ organizzazzjonijiet favur in-nies bla dar, spazji f’għelieqi fejn ilhomeless setgħu jipparkjaw il-
karozzi tagħhom u hekk ikomplu jgħixu bla ma jiksru l-Liġi. Kollox frott ta’ mara li mhux biss ħennet għan-nies bla dar imma riedet tagħmel xi ħaġa favur tagħhom. Il-kategorija l-oħra kienu listudenti. Dawn kont inġagħalhom iħallsu l-multi għax kienu qed jiksru xi liġijiet tattraffiku imma kont norbothom li flok iħallsu bi flus kontanti kont nobbligahom jagħmlu xogħol komunitarju bħal jgħinu fliskejjel u fl-isptarijiet. Hekk kienu jifhmu kemm ibatu nnurses, fattigi u għalliema u flistess ħin joqogħdu attenti biex ma jiksrux liġijiet tat-traffiku bi ksuħat jew b’aljenazzjoni. Żewġ problemi li solvejna flimkien ma’ nies ta’ rieda tajba li kellna u għad għandna f’Rhode Island.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2026
DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar:
Films. Meta tqis kemm hi sabiħa r-Ramla, ftit inġibdu biċċiet talfilms fiha. Anzi tnejn minnhom huma wieħed iktar medjokru millieħor. Fil-1969 inġibdu xi xeni tal-film ta’ Anthony Newley b’titlu twil u bombastiku li mhux ta’ min jiftakru. Kien film stramb, surrealistiku u pjuttost erotiku għal dak iż-żmien, għalkemm ma kienx film pornografiku kif ħarġu xi xnigħat. L-ieħor kien iġib lisem ta’ Pulp, bl-attur prinċipali
4
Michael Caine, u li nħadem kollu Malta. L-awtur kien wieħed minn nies kurjużi li marru jaraw xi xeni miġbuda r-Ramla fil-1971. Letteratura. Is-sbuħija tarRamla, mid-dehra ma tantx laqtet
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2026
il-muża ta’ poeti lokali. Fost ilftit, insibu poeżija, li diġà ssemmiet, dik ta’ Dun M’Anġ Apap, iddedikata lill-Madonna tal-Isperanza tar-Ramla, u li kitibha fil-1966, sena wara rrestawr. F’din il-poeżija ħelwa, ilpoeta jimmaġina, fost l-oħrajn, lill-Madonna tipproteġi millattakki tal-għadu, mill-attakki tattempesti, u simbolikament tgħin bl-ankra li għandha f’idejha. U dan dejjem fil-qilla tax-xitwa jew fis-sħana qalila tas-sajf. U jiddeskrivi wkoll kif il-Madonna rat tant ġenerazzjonijiet ta’ siġar, pjanti, annimali u bnedmin, u jispiċċa jsellmilha bis-Salve Reġina.
dan il-post bħala ideali biex timtedd għall-kwiet fuq il-blat lixx, tisma’ l-mewġ iċafċaf, tara lħut u x-xeni fis-sema ta’ sħab ikkulurit.
Konklużjoni. Intant, din kienet ħarsa fuq fuq lejn xi aspetti talbajja tar-Ramla, waħda mill-isbaħ bajjiet, bajja li s’issa għadha relattivament fi stat naturali. Ikun tajjeb ħafna li kieku tibqa’ hekk.
Imbagħad hemm il-poetessa Mary Meilak (1905-75) li fil-poeżija Ramel, tiggosta r-ramel iqarmeċ taħt saqajha, kemm hu addattat għall-kastelli, u timmaġinah jidħak b’tiġieġa li taħsbu nuħħala! U Joe Friggieri (1946- ) filpoeżija Għajn Barrani jiddeskrivi
5
Sinjur ġentlom Sinjur kbir Indjan – Maharaja Ranjit Singh – kien għaddej mal-qaddejja tiegħu meta ntlaqat minn ġebla mitfugħa minn mara xiħa. Dawk li kienu miegħu malajr qabdu l-mara u ħaduha quddiem sidhom. “Għaliex tfajtli dik ilġebla?” staqsieha s-sinjur. “Dik ma tfajthiex għalik iżda għas-siġra biex forsi nwaqqa’ xi frott u nitma’ lil uliedi.” “Bi żball il-frott ma lqattux u l-ġebla baqgħet sejra u laqtet lilek. Li kont naf li kien għaddej xi ħadd żgur li ma kontx nitfagħha. Aħfirli.” Is-sinjur qalilha, “Is-siġra ma lqatthiex u għalhekk ma tagħtekx il-frott mixtieq. Lili lqatni u dak li ma tagħtekx is-siġra nagħtihulek jien.”
U minn ħżiemu ħareġ borża bi ftit muniti u taha lix-xiħa.
6
Kif tħares lejn karozza Bejjiegħ tal-karozzi stqarr fiddiskors li għamel qabel ħareġ bilpensjoni, “Osservajt li nies minn diversi pajjiżi jħarsu lejn ilkarozzi b’mod differenti. Ġermaniż aktarx jiftaħ ilbonnet biex jara l-magna. Ingliż aktarx li jaffaxxina ruħu fuq l-upholstery ta’ ġewwa. Franċiż jifli sew ilmudell... kemm hu twil, għoli, xi dwal għandu eċċ. Taljan aktarx jipprova lhorn.” Naħseb li kieku kien Malti jistaqsi kemm kapaċi ttella’ veloċità fi ftit metri. Għalih jista’ ma jkollhiex indicators! Ilbejjiegħ ma għamel ebda referenza għar-razza Maltija. Għalhekk din tagħna hi biss spekulazzjoni.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2026
Virtù xejn komuni Firmin Abautiz, skular kbir Franċiż, kien magħruf għallpaċenzja tiegħu. Qatt ħadd ma rah jitlef sabru. Xi wħud minn sħabu riedu li qabel imut, issa li kien riesaq lejn id-disgħin sena, ikollhom is-sodisfazzjon li jisimgħu li almenu darba f’ħajtu saħan. Għalhekk offrew somma sabiħa ta’ flus lis-seftura tiegħu li kienet ilha miegħu s-snin u qalulha biex ma tifrixlux is-sodda għax kienu jafu kemm kien strett li din tinfirex bil-galbu u kuljum. U talbuha wkoll tgħidilhom x’għamel meta sab is-sodda mhix mifruxa bħas-soltu. Is-seftura, mħajra minn dawk ilflus, obdiethom. Firmin kellimha u wrieha li ma ħax gost. Hi qaltlu li tant kellha x’tagħmel li nsiet. U nsiet ukoll lgħada u l-pitgħada. Iżda Firmin qatt ma tilef sabru anzi mat-tielet jum qalilha, “Toqgħodx tinkwieta jekk illum terġa’ tinsa tifrex is-sodda. Bilkemm m’iniex insiba iktar komda!” Is-seftura tħallset ta’ xogħolha imma ħbieb Firmin baqgħu diżappuntati. Quddiem virtù soda t-tentazzjoni ssib bieb magħluq!
Immaġinazzjoni biblika! Fl-1787 ċertu studjuż bl-isem ta’ Thomas Paine kiteb ktieb u fih lawtur qal, ‘Dan il-ktieb għad iwarrab il-Bibbja minn fuq l-ixkafef talħwienet tagħna. Il-ktieb tiegħi għad jeqirdu.’ Illum ftit jafu x’kien jismu l-ktieb ta’ Paine imma l-Bibbja għadha tiġi stampata u mqassma maddinja. Stunatura f’dan kollu hu l-fatt li ftit qabel miet Paine qal lil ta’ madwaru, “Kemm nixtieq li qatt ma ktibt dak li ktibt!” L-awtur Ingliż G K Chesterton darba qal, “Meta l-bniedem ma jibqax jemmen f’Alla jibda jemmen fil-ħmerijiet.” U veru għax illum issib ħafna li jgħidu li ma jemmnux f’Alla mbagħad jemmnu b’għajnejhom magħluqa l-oroskopju!
7
IL-LAQGĦA TA’ APRIL
Kellemna l-ħabib tagħna Dr Michael Galea PhD clinical psychologist. Ġimgħa qabel konna fil-Ġimgħa Mqaddsa u staqsiena x’kien hemm l-iktar li jispikka f’din il-ġimgħa. F’bosta postijiet kien hemm slaleb ma’ kullimkien. Is-salib hu kostanti f’ħajjitna. Anke matul il-Bibbja kollha nsibu l-problema tassalib... il-problemi tal-ħajja, ilproblemi fiżiċi u mentali li kull bniedem b’xi mod jew ieħor iħabbat wiċċu magħhom. Huma realtà tal-ħajja anke għal min hu reliġjuż, jgħix ir-reliġjon mill-
aħjar li jista’, jitlob, jagħti karità, iħobb lil kulħadd eċċ. Sfortunatament hawn min jaħseb li jekk ngħix ir-reliġjon kif
8
suppost inkun eżentat millproblemi kollha. Fantasija. Imma hemm differenza. Ir-reliġjon tagħtina viżjoni tal-problemi talħajja li min ma jemminx ma għandux. Permezz tal-fidi nistgħu naċċettaw aħjar is-sitwazzjonijiet diffiċli li nkunu għaddejjin minnhom. Jistgħu jkunu sitwazzjonijiet maħluqin minna stess, minn dawk ta’ madwarna, xi maltemp naturali jew xi ħaġa li tinzerta tolqot lil xi ħadd individwali bħall-mard. Meta bniedem jirċievi xi aħbar ħażina dwar saħħtu l-ewwel ħaġa li jgħid hu ‘Għaliex jien?!’ Imma permezz tal-fidi l-bniedem jasal li jgħid li Alla jaf bih u mhux waħdu. Studji psikoloġiċi waslu għall-konklużjoni li bniedem ta’ fidi hu armat aħjar, mhux biss spiritwalment imma anke
psikoloġikament, sabiex jaċċetta ssitwazzjoni diffiċli kemm hi diffiċli. Jaf li anke Kristu, l-Iben ta’ Alla li sar bniedem u li allura qatt ma seta’ jagħmel xejn ħażin għadda mit-tbatija u l-mewt. Ġarrab ilweġgħat qabilna. Alla tagħna jaf x’inħossu. Għad li dan mhux ser ineħħi l-problema li għandu, ilmarda li qabditu, inkella tisfumalu kull problema li qed iħabbat wiċċu magħha. Ir-reliġjon trid tisfidana u f’bosta sitwazzjonijiet għandha sinċerament tweġġagħna b’dak li tipproponilna. U din hi r-reliġjon vera li tieqaf magħna fil-problemi tal-ħajja li llum jew għada kulħadd iħabbat wiċċu magħhom. Nirringrazzjaw lil Dr Michael Galea tal-lezzjoni interessanti u sfidanti li għamlilna u taż-żewġ kopji tal-ktieb tiegħu, ‘Bilanċ: Għal Ħajja Aħjar’ li ġabilna sabiex intellgħuhom fost il-preżenti.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2026
għal-laqgħa ta’ Mejju Ser issir nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju fit-8.00p.m. wara laħħar quddiesa fil-parroċċa. Għandu jiġi jkellemna lArċipriet tal-parroċċa tagħna Dun Krystof Buttigieg dwar ‘Marija... l-omm li tana binha fl-aħħar waqtiet ta’ ħajtu.’ Mela ħabib ħalli dan il-ħin f’din id-data liberu minn impenji oħra u ejja tisma’ xi ħaġa li tagħmillek il-ġid... isSibt 2 ta’ Mejju fit-8.00p.m.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2026
[Waqt l-Aħħar Ċena, Ġesù qal lill-appostli:] “…Fid-dinja jkollkom it-taħbit; imma qawwu qalbkom, jiena rbaħt id-dinja.” Ġwanni 16:33
Ma’ ħajt ta’ klinika ta’ dentist f’Chicago hemm parċmina bit-titlu: ‘Il-klabb tal-kuraġġjużi’. Fiha hemm miktuba mijiet ta’ ismijiet ta’ tfal li kitbu isimhom u għamlu wegħda li la ser jibku u lanqas igergru meta d-dentist ikun jaħdem fuqhom. Id-dentist jgħid li hija ħaġa tal-għaġeb kif il-firma tal-parċmina tibdel it-tfal minn trabi għal suldati. Is-sens wara din il-parċmina jixbah il-kliem ta’ Kristu fis-silta ta’ fuq. Għandha l-iskop li toħroġ l-aħjar minna.
#
Kif nista’ nispira lil ta’ madwari sabiex ikunu l-aħjar possibbli?
10
Huwa normali li tħoss il-friefet fl-istonku. Ħallihom itiru imma wettaq dak li għandek tagħmel. Dr Rob Gilbert
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2026
jikteb DANIEL MEILAK Kolleġġjata Insinji
Wara li n-Nadur kien kiber ġmielu fil-popolazzjoni u wara li l-knisja parrokkjali ta’ San Pietru u San Pawl saret Matriċi fl-1855 u l-1872, kif ukoll Arċipretali fl1893 il-kleru beda jħares li jġib status ieħor: dak li l-knisja ssir Kolleġġjata. Sa dak iż-żmien f’Għawdex kien hawn żewġ Kolleġġjati: il-Katidral li twaqqfet mill-ġdid fl-1623 u lGħarb li saret fl-1774.
X’inhi Kolleġġjata? Knisja Kolleġġjata hija knisja li fiha jiltaqa’ regolarment il-kleru għattalb tal-Uffiċċju Divin. Dan ilkleru jkun jikkonsisti fil-kanoniċi li jieħdu ġurament għal dan l-
iskop. Biex jgħixu l-kanonċi kien ikun hemm marbut xi introjtu
minn renti jew prebendi li kull kanonikat kien ikollu malfundazzjoni tiegħu. Fl-4 ta’ Jannar 1894 l-Arċipriet il-ġdid tan-Nadur Dun Ġwann Camilleri ressaq talba lill-Isqof Mons. Ġwann Marija Camilleri għal dan l-iskop. L-Isqof kien favur dan ilproġett u nhar il-11 ta’ Ġunju 1894 il-qassisin tan-Nadur iltaqgħu miegħu biex iressqu lproposta. L-Isqof kiteb Ruma u waqt il-proċess kien hemm ilKav. Mikelanġ Mizzi f’Ruma li kien qed jassisti u jmexxi lproġett ’il quddiem. Nhar id-19 ta’ Settembru 1894 ilPapa Ljun XIII ħareġ il-Bolla
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Mejju2026
Sanctæ Romanæ Ecclesiæ li biha l-Knisja Matriċi u Arċipretali tanNadur saret Kolleġġjata Insinji. Fiha kellu jkun hemm 6 kanonċi bid-dinjitajiet tagħhom. L-ewwel kanonċi li ħadu l-pussess kienu dawn: il-Kan. Ġwann Camilleri,
ingħataw id-dritt li jilbsu l-kappa magna u s-salib pettorali u lArċipriet seta’ jagħti l-barka Appostolika u d-Dekan jilbes ilKuda. L-Arċipriet kellu jkollu ssedja tiegħu distinta fil-kor. Aktar tard ingħataw privileġġi oħrajn fosthom l-użu tal-Pelliċċa. Kontra Kolleġġjati oħrajn, anke jekk kanonku wieħed ikun qed jiffunzjona, għandu dritt ikollu lmazza miegħu. It-twaqqif tal-Kolleġġjata tanNadur witta t-triq biex twaqqfet il-Kolleġġjata tax-Xagħra fl1899. Dawn huma l-Kolleġġjati t’Għawdex bid-data tat-twaqqif:
Arċipriet; il-Kan. Anton Camilleri, Dekan; il-Kan. Djaknu Anton Camilleri, Kantur; il-Kan. Suddjaknu Martin Camilleri, Teżorier. Dawn ħadu l-pussess nhar id-19 ta’ Mejju 1895. Mażżmien żdiedu l-kanonikati u telgħu għal 16. Il-Kolleġġjata ġabet magħha ċerti privileġġi. Ibda biex, kien inħoloq l-inkwiet mill-kappillan ta’ Sannat u l-Arċipriet tax-Xagħra għax dawn dehrilhom li kellhom iżommu l-preċedenza fuq dak tanNadur, billi kienu msemmijin qabel fit-twaqqif tal-parroċċa fl1688. Iżda ngħata r-raġun lArċipriet tan-Nadur għax la lKnisja saret Kolleġġjata, din kellha l-preċedenza wara lparroċċa tar-Rabat u dik talGħarb. Il-Kanonċi tan-Nadur
12
Il-Katidral ta’ Santa Marija: 1623 (L-Isqof Baldassare Cagliares) Il-Kolleġġjata Bażilika tal-Għarb: 1774 (Il-Papa Klement XIV) Il-Papa Ljun XIII
Il-Kolleġġjata Bażilika tanNadur: 1894 (Il-Papa Ljun XIII) Il-Kolleġġjata Bażilika taxXagħra: 1899 (Il-Papa Ljun XIII) Il-Kolleġġjata Bażilika ta’ San Ġorġ fil-Belt Victoria: 1975 (LIsqof Nikol Ġ. Cauchi)
This space is sponsored by
J. Debrincat Ltd