Skip to main content

Il-Hbieb Isejhu - Marzu 2026

Page 1

Il-Ħbieb Isejħu

Marzu 2026

numru 715


Paul Camilleri B. Com Triq David Cocco Palmeri Nadur, Gozo, Malta NDR 2150 Tel: 2155 3352 / 2156 6245 Mob: 7755 0050 / 7956 4861 Email: info@gozoverticals.com


+L-Iben t'Alla sar Bniedem

MARZU 2026 numru 715

Philip Hopkins jirrakkonta li f’nofs is-seklu l-ieħor (1950) Amerikan sinjurun kien qed iqatta’ vaganza f’raħal żgħir fl-Ingilterra. Jum fost l-oħrajn kien qed jippassiġġa mal-kelb tiegħu Best Friend meta dan ħarab jiġri wara fenek u minkejja li s-sinjur dam ifittxu u jsaffarlu ma seta’ jsibu mkien. Għall-Amerikan dan kien kelb speċjali. Kien ilu għandu mhux ħażin u kienu draw ħafna lil xulxin. Għalih, il-kelb Best Friend, kien verament iġorr ismu. Kien għalih likbar ħabib. Ried jagħmel ħiltu kollha biex isibu u hekk jerġgħu jingħaqdu. U malajr ġie ħsieb f’moħħu. Kien jaf li f’dak ir-raħal kienet toħroġ gazzetta kuljum b’ċirkulazzjoni limitata imma li kienet titqassam marraħal kollu. Bilġri telaq sal-uffiċċju tal-editur u talbu biex jagħmel avviż li min isib il-kelb tiegħu jingħata rigal ta’ mitejn lira. Għal dak iż-żmien dan kien rigal fenomenali meta tqis li kien marbut ma’ sejbien ta’ kelb.

Iżda ddiżappunta ruħu bis-sħiħ meta filgħaxija l-gazzetta ma ħarġitx. Meta mar fejn l-editur biex jara x’kien ġara sab li l-ftit ħaddiema li kienu jaħdmu fl-istamperija li kienet toħroġ il-gazzetta kollha sabu xi skuża biex ma jidħlux għax-xogħol. Kellhom skużi differenti imma lkoll blistess riżultat. Li ma jirrapurtawx għax-xogħol. Imma l-verità kienet li l-ħaddiema kollha tal-gazzetta malli raw ir-reklam riedu li jkunu huma li jsibu l-kelb Amerikan. Mitejn lira riedu xhur xogħol biex jaqilgħuhom. Jekk sabuhx jew le l-istorja ma tgħidx imma turi li quddiem it-tentazzjoni tal-flus il-valuri faċli jinqalbu ta’ taħt fuq.

1


IL-ĦBIEB IL-ĦBIEB ISEJĦU/ ISEJĦU/Marzu2026 Diċembru2024

Aneddoti mill-ħajja ta’ Frank Caprio (1936-2025) magħruf mal-Amerika bħala l-iktar imħallef baħbuħ tal-pajjiż. Dam imħallef f’Rhode Island l-Istati Uniti għal iktar minn tletin sena. Xi ħadd Il-parrinu ħareġ bl-idea li s-sessjonijiet Amadeo, il-kuġin ta’ ommi, kien il-parrinu tal-Magħmudija tiegħi. li fihom kien jippresedi bħala Familtu u familti kienu ħbieb u mħallef kellhom jiġu bejniethom kien hemm ħafna irrikordjati u trasmessi għax rispett reċiproku għad li ma tantx konna niffrekwentaw id-djar ta’ kienu juru ħafna sens komun, xulxin għax konna noqogħdu ħafna rispett u ħafna f’żewġ stati differenti. Hu fi New tolleranza lejn dawk li kienu York u aħna f’Rhode Island. Imma kull lejlet il-Milied Amadeo kien jispiċċaw quddiemu, kollha bi jiġi d-dar tagħna, jgħannaq lil ksur ta’ liġijiet tat-traffiku. ommi, jsellem bil-qalb lil missieri Dawn il-programmi televiżivi u mbagħad jgħajjat ismi, “Fejn hu Frank il-filjozz tiegħi?” saru popolari immens tant li U jien niġri għal ħdejh u hu għal 4 snin ġew nominati jagħtini dollaru tal-fidda. Ir-rigal għall-Emmy Awards. Matul tiegħu lili għall-Milied. Lil ħuti u din is-sena ser inġibu siltiet lill-familja kien jagħtihom rigali Imma għalija kellu dejjem minn ħajjet dan il-persunaġġ oħra. dollaru tal-fidda. popolari.

2

Din l-istorja rrepetiet ruħha għal sittax-il sena. Fis-sittax-il laqgħa qalli,


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2026

“Issa int għalaqt is-sittax-il sena. Issa tista’ ssuq. Jien nibda niġi d-dar tagħkom matul is-sena imma f’lejlet il-Milied trid tkun int li tiġi tarani.” U jien kont immur bil-qalb kull sena. Kien dejjem iħejjili ikla tajba u jien nagħtih xi rigal żgħir. Anke meta żżewwiġt u kelli t-tfal kont neħodhom miegħi u dejjem sibna xi ħaġa delizzjuża. Amadeo kien kok prim. Iżda sena minnhom assolutment ma stajtx immur għand il-parrinu nhar lejlet il-Milied. U issa kien tard wisq biex ninfurmah. Is-sistema telefonika dak iż-żmien kienet limitata ħafna u l-uffiċini minn fejn kont tista’ ċċempel għal stati oħra kienu ilhom magħluqa. U kemm familti kif ukoll familtu konna ser inkunu fil-knisja għall-Quddiesa ta’ nofsillejl... Iddecidejt għalhekk li mmur fejn il-parrinu l-għada, nhar il-Milied, l-ewwel xogħol. U meta fil-Milied filgħodu ħabbatt il-bieb sibt lil martu tistennieni li qaltli, “Imnalla li ġejt Frank. Kemm kien inkwetat Amadeo li ġratlek xi ħaġa.” Għidtilha li kelli xi laqgħat u ddawwart ħafna iktar milli ħsibt. Meta spiċċajna kien tard wisq biex inċempel u għedt lili nnifsi, ‘Immur l-ewwel xogħol filgħodu.’ U hekk għamilt kif qed tara. Dlonk dħalt fejn il-parrinu li laqagħni bil-kliem, “Kont naf li tiġi Frank! Kont naf li

tiġi!” Din il-ġrajja baqgħet f’moħħi u f’qalbi tant li qatt iżjed ma tlift li mmur nara lill-parrinu nhar lejlet il-Milied. U bqajt nagħmilha sakemm miet. Il-ġrajja għallmitni kemm hi sabiħa r-relazzjoni familjari. U kemm inkunu boloh meta għal xi ħmerija jew tentufa nkissru din il-ħbiberija. Ħbiberiji oħra huma sbieħ imma l-ħbiberija familjari hi fost l-iprem ħbiberiji.

3


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2026

DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar:

Miti u leġġendi. Fost il-miti, liktar waħda famuża hija dik ta’ Kalipso, ninfa sabiħa li kienet tgħix f’għar iħares fuq bajja sabiħa. Jingħad li dan l-għar hu dak li jinsab ir-Ramla ’l fuq, in-naħa tax-Xagħra1. L-istorja tibda, skont lOdissea, ilballata epika ta’ Omeru (madwar 8 seklu qK), mill-gwerra ta’ Trojja li ntrebħet mill-Griegi bin-nasba famuża taż-żiemel tal-injam. Wieħed mill-gwerrieri li ried imur lura d-dar lejn martu kien l-eroj Ulisse, li fid-dinja mimlija maġija u seħer ta’ dak iż-żmien, dam għaxar snin ma wasal. Sadanittant, waħda millavventuri kienet fi gżira msejħa

Oġiġja2 fejn kien hemm tgħix inninfa Kalipso u fejn Ulisse sab kenn meta l-bastiment u n-nies tiegħu għerqu. In-ninfa riedet iżżommu magħha u żammitu sa seba’ snin, sakemm, bil-għajnuna ta’ xi allat skappa fuq dgħajsa u finalment, wara iktar avventuri, wasal f’daru. Hemm ukoll il-leġġenda ta’ Dragut. Skont din il-leġġenda, darba dan il-kursar Tork kien bilbastiment fil-bajja tar-Ramla, qrib Għajn Barrani, daqsxejn ta’ daħla n-naħa tax-Xagħra. Hemmhekk huwa lemaħ xi dwieli bl-għeneb u bagħat skjav biex iġiblu xi għenieqed. Imma waqt li dan kien jaqta’ l-għeneb, ħasdu bidwi Għawdxi, u l-iskjav ħarab bilgħeneb. Imma meta wasal quddiem Dragut, dan induna li mal-għeneb l-iskjav ġab xi friegħi tad-dielja, xi ħaġa kundannabbli ħafna fil-Koran. Kollu rabja Dragut qabad l-iskjav u ħarqu qrib blata kbira li għadha hemm

1.Fuq in-naħa l-oħra tar-Ramla fis-sies fuq, hemm għar ieħor kbir, l-Għar talMixta, minn fejn hemm waħda mill-isbaħ veduti tar-Ramla. 2. Identifikata minn xi wħud ma’ Għawdex.

4


f’Għajn Barrani. Tal-inqas hekk tgħid il-leġġenda. Kappelli. Fl-inħawi tar-Ramla, fir-raba’ ta’ Għajn Qasab kien hemm kappella ddedikata lil Sant’Antnin Abbati, li kienet ipprofonata fil-1657 mill-Isqof Domenico Kubelles. Kappella oħra kienet dik ta’ San Pankrazju, li kienet ġuspatronat tal-kjeriku Gaetano de Vico. Fortifikazzjonijiet. Ir-Ramla hija bajja miftuħa u għalkemm diffiċli jidħlu bastimenti kbar fil-baħar baxx, però jistgħu jinżlu armati fuq ċattri kbar. Anke t-torrijiet mibnija għall-protezzjoni madwar il-kosta kienu daqsxejn imbegħdin mir-Ramla. Dak ta’ Sopu (illum f’kundizzjoni tajba ħafna), kien in-naħa ta’ Daħlet Qorrot, u l-ieħor kien dak ta’ Marsalforn (li fl-1915 l-Ingliżi waqqgħuh biex jagħmlu stazzjon ta’ komunikazzjoni). Għalhekk il-Kavallieri, madwar is-sena 1715, ħasbu biex jagħmlu fortifikazzjonijiet li kienu jinkludu ħitan fil-baħar u madwar il-bajja, torri żgħir f’nofs il-bajja, żewġ batteriji fuq kull naħa, u fugass in-naħa tan-Nadur. Li baqa’ huma l-ħajt ta’ taħt il-baħar u l-fugass. Il-ħajt ta’ taħt il-baħar huwa ringiela ta’ blat kbir matul il-bajja minn naħa sa oħra, għalkemm illum naqas minnu, l-iktar filġnub u jinsab f’fond ta’ madwar

IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2026

żewġ metri. Dari kien iktar filfond. Il-ħajt jidher l-aħjar minn fuq, bħal mill-għar tal-Mixta jew minn dak ta’ Kalipso.

Il-fugass kien arma stramba f’forma ta’ toqba tonda u fonda li kienet timtela bil-ġebel, waqt li taħt nett kien ikun hemm qabda porvli marsusa li tiġi mqabbda min-niċċa twila. Speċi ta’ kanun, imma aktarx kienet ta’ periklu għal min jisparaha daqskemm għall-għadu! Din il-fugass għadha tidher sew fi blata kbira n-naħa tan-Nadur. Intant, il-fortifikazzjonijeit tarRamla kienu effettivi għax ilFranċiżi, fil-1798, kellhom jiżbarkaw, b’ħafna skomdu, firrdum tal-Ħawt bejn ir-Ramla u San Blas. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ April)

5


Servizz mill-qalb

Talb ta’ tallaba Sinjur sema’ mara titlob bil-qalb, “Mulej ipprovdili għaxar dollari u nkun fil-ġenna tal-art.” Is-Sinjur stagħġeb bil-fidi talmara u bla ma ntebħet bih ħalla ħdejha karta ta’ 10 dollari. Ilmara rat il-karta tal-flus u din iddarba qalet tgħajjat, “Mhux jaħasra li għedtlu ħamsin flok għaxra!”

Il-bniedem li dejjem jixxennaq għal iktar, rari jkun kuntent.

6

William Webb kellu ħanut talmerċa li kellu ħafna klijenti. Dan Webb kien jagħtihom servizz eċċellenti imma kellu xi mard filfamilja u l-ispejjeż biex il-morda jerġgħu jiksbu saħħithom kienu kbar u Webb spiċċa midjun bilkbir. Kontra qalbu ħabbar hekk fil-bieb ta’ ħanutu, ‘Kontra qalbi ser ikolli ninformakom li l-aħħar jum taxxahar ser ikun l-aħħar jum li fih dan il-ħanut ser ikun miftuħ bija bħala sid. Id-dejn kielni u ma għandix triq oħra għajr li nagħlaq.’ Il-klijenti tant ħassew għalih li ġabru biżżejjed flus biex jitħalls id-dejn u hekk il-ħanut preferit tagħhom jibqa’ miftuħ.

Servizz mogħti bil-qalb inebbet ħafna ħbieb.


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2026

Il-qawwa tal-kelma Kelliem Indjan magħruf ħafna flIndja – Swami Vivekananda – kien qed jagħti taħdita f’sala f’belt Indjana dwar il-qawwa tal-kelma mxandra bil-fomm. F’daqqa waħda wieħed qam u qallu, “Il-kelma ttir u ma għandha l-ebda forza. Tintesa appena tkun ħarġet mill-fomm.” Swami deher imsaħħan u beda jgħajjar lil dak li merieh. Dan imtela bil-qilla u ħalla postu biex jaħbat għall-kelliem imma xi nies żammewh u Swami kompla biddaħka, “Ħabib, urejtek il-qawwa tal-kelma. Il-ġirja tiegħek biex issawwatni hija prova tal-qawwa tagħha.” Ir-raġel li kien tant imsaħħan fehem kemm kellu raġun Swami u naħseb f’qalbu ħalef li darb’oħra jaħsibha darbtejn qabel jitkellem.

Deċiżjoni Jgħidu li meta l-mijiet ta’ ajruplani Ġappuniżi kienu fi triqthom lejn Pearl Harbour, żewġ baħrin Amerikani rawhom fuq ir-radar żgħir tagħhom u marru jgħidu lillkapural tagħhom. Imma dan weġibhom xott xott, “Dawk ajruplani tagħna. Tinkwetawx.” Kieku ta kashom u informa lillawtoritajiet ta’ Pearl Harbour, kieku dawn kien ikollhom kważi siegħa ċans jippreparaw għallattakk li ħalla diżastru fuq il-flotta Amerikana u ħasad il-ħajja ta’ 2400 baħri u suldat. Deċiżjoni ħażina tista’ tħalli effetti kbar f’ħajjitna. Għalhekk sewwa li qabel niddeċiedu naħsbuha sew, insaqsu u għal min jemmen... jitlob.

7


IL-LAQGĦA TA’ FRAR

Il-laqgħa tmexxiet minn Dun Raymond Portelli, ilmissjunarju Naduri fil-Perù. Dun Raymond kellimna ftit dwar żewġ virtujiet importanti fil-ħajja... ilkuraġġ u l-umiltà. Neħtieġu ħafna kuraġġ għax malajr nistgħu nintrebħu minn spirtu ta’ biża’. Nibżgħu mill-futur. Nibżgħu mill-mard. Nibżgħu minn dak li jistgħu jgħidu jew jaħsbu fuqna nnies. Ejjew ngħixu ħajjitna b’ħafna kuraġġ biex quddiem l-isfidi flok inċedu larmi nużawhom bħala okkażjonijiet ta’ opportunità.

8

Iżda l-kuraġġ mingħajr l-umiltà malajr jitla’ għal rasna u nibdew naħsbu li aħna superjuri għal ta’ madwarna. Nibdew inħarsu ’l isfel lejhom qishom kien inferjuri għalina. Għalhekk niskata umiltà tpoġġina f’postna. L-umiltà tgħinna napprezzaw it-tajjeb li hemm fina waqt li turina llimitazzjonijiet tagħna. Verità mingħajr suppervja. Dun Raymond imbagħad uriena clip dwar il-ħajja li jgħixu lparruċċani tiegħu fil-parroċċa


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2026

ddedikata lil San Martin de Porres. Rajna wkoll ritratti tal-ħidma li Dun Raymond iwettaq mal-morda u mad-drug addicts. Dun Raymond qasam magħna ġurnata tipika tiegħu li tibda bilqawmien fis-7.00. Imbagħad laqgħa ta’ talb ma’ xi parruċċani li jaqraw xi salmi flimkien. Wara jkollu ħidma bħala tabib fil-klinika talparroċċa. F’xi ġranet imur jgħallem fl-Università ta’ Iquitos u fisSeminarju tal-istess belt. Filgħaxija jingħaqad mal-parruċċani għallquddiesa u jwettaq ħidmiet pastorali oħra. Dawn żdidulu bilkbir fl-aħħar xhur għax l-Isqof għamlu responsabbli wkoll minn parroċċa oħra viċin il-parroċċa tiegħu... viċin bil-mentalità Peruvjana għax kieku Għawdxija ngħidu li hemm distanzi kbar! Kienet laqgħa sabiħa li tatna stampa ċara ta’ ħidmet ilmissjunarju f’ambjent diffiċli. Imma ħidma li timla l-qalb b’ħafna sodisfazzjon qaddis. Grazzi Dun Raymond.

għal-laqgħa ta’ Marzu Ser ikellemna l-ħabib tagħna Daniel Meilak u peress li nkunu bdejna r-Randan għandna suġġett marbut ma’ dan iż-żmien partikolari: ‘Xbihat Devozzjonali marbuta mal-Passjoni fl-istorja talParroċċa’. Bħalma qed jagħmel fil-paġni 11 u 12 talfuljett matul din is-sena u fiddiversi laqgħat li mexxa Daniel jagħtina informazzjoni storika li għandha x’taqsam ma’ raħalna... informazzjoni li żgur tinteressa lil dawk preżenti. Ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Marzu fis-7.30p.m. wara l-aħħar quddiesa fil-parroċċa. Mela ħabib, narawk. Nhar isSibt 7 ta’ Marzu fis-7.30p.m. Ħalli dan il-ħin ħieles minn impenji oħra. Żgur li jifdallek ħin li toħroġ ma’ sħabek... u mexxi l-kelma. Iktar ma nkunu iktar aħjar.

9


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2026

[Il-poplu ta’ Israel warrab lil Alla, imma Dan ma telaqhomx, qalilhom,] “Nerġa’ nibnik u int tinbena… Terġa’ tiżżejjen bit-tnabar tiegħek… terġa’ tħawwel id-dwieli…” Ġeremija 31: 4-5 Omm waqgħet vażun u nkiser f’bosta biċċiet. Iktar tard, bintha żgħira ġabrithom, waħħlithom fuq karta u pittret ħafna zkuk b’bosta ward madwarhom. Bintha kienet biddlet xi ħaġa miskura u mwarrba f’xi ħaġa sabiħa. Bl-istess mod Alla jiġborna mit-tifkrik u jibdilna f’dak li suppost inkunu.

#

Imma jien nemmen li Alla jista’ jiġbor it-tifrik tiegħi u jifforma xi ħaġa sabiħa? Għal min nista’ nitlob sabiex Alla jibdlu?

10

Wara s-sħab hemm il-kwiekeb minn ġox-xita raġġ dawl jinfed għax Alla jħobb kulma ħalaq u lill-batut bit-tama jirfed. John Greenleaf Whittier


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2026

jikteb DANIEL MEILAK Girgor Buttigieg Il-persuna ta’ Girgor Buttigieg, imsejjaħ ukoll Grejger, hija suġġett ta’ bosta fatti storiċi kif ukoll ta’ stejjer u leġġendi. Twieled madwar is-sena 1627,

benefatturi, fosthom Dun Ġamri Vella li kien il-prokuratur tal-bini u Vitor Buttigieg. Fl-1698 inħatar prokuratur Girgor Buttigieg u forsi minn hawn nibtet illeġġenda tal-ħmara.

Pittura ta’ Frank Schembri

bidwi, iżżewweġ u rabba familja fin-Nadur. Fis-sena 1688 twaqqfet il-parroċċa ta’ Santa Marija tal-Qala li bħala knisja parrokkjali kellu jkollha waħda mibnija ġdida fuq l-għolja tanNadur, skont ma ordna l-Isqof ta’ Malta Davide Cocco Palmieri. Meta bdiet tinbena l-knisja parrokkjali kien hemm bosta

Din tirrakkonta kif meta ġew biex jagħżlu l-post fejn se tinbena lewwel knisja parrokkjali, Girgor għabba l-ħmara bl-ewwel ġebliet tal-knisja u telaqha għal riħha. Fil-post fejn din waqfet bdiet tinbena l-knisja bħala sinjal li dan kien magħżul b’mod divin. Fuq Girgor kiteb Agius de Soldanis li inkludieh ma’ Għawdxin oħrajn li mietu b’fama ta’ qdusija. Huwa jgħid kif Girgor kien devot kbir tal-Madonna u sikwit kienet tidhirlu. Kuljum kien imur iżurha fis-Santwarju tal-Qala u jara li jkun hemm

11


IL-ĦBIEB ISEJĦU/Marzu2026

lampa tixgħel quddiemha. Huwa kien jagħmel wegħda li jekk xi ħadd iwiegħdu li l-palju (taddrapp – rigal lil min jiġi l-ewwel) tat-tiġrijiet li jsiru jagħtih lilu biex jużah għas-Santwarju tal-Qala, huwa fil-fatt jiġi l-ewwel. Saħansitra de Soldanis kien konvint li anke meta t-tiġrijiet kienu jsiru Malta, kien ikun jaf min rebaħ dak il-ħin stess! Mix-xehdiet tan-naħal kien jiġbor l-għasel u b’mod mirakoluż jgħidu li dawn kien ikun fihom xi forma – bħal dik ta’ ġifen bilqlugħ u l-imqadef li kien ingħata lill-Inkwiżitur, u ajkla li kienet ingħatat lill-Gran Mastru. Darba waħda meta kien ġej misSantwarju tal-Qala lura lejn inNadur, ħosbien għax ma kellux x’jiekol, talab lil Madonna u dehritlu xbieha ta’ mara u tatu ħobża f’sarvetta. Jgħid li kien ikun imġarrab mix-xitan, kien ikun jaf x’se jiġri bil-quddiem u

12

kien diġà ħabbar li l-Venezjani rebħu l-Morea mit-Torok f’battalja bejn l-1685-1687 filwaqt ta d-dettalji tal-battalja minn qabel kienet waslet l-aħbar Malta.

Fuq kollox iżda għandna miktub fuqu li kien bniedem twajjeb u qaddis, imġarrab sikwit middemonju, li kien iqatta’ ħafna millejl, flok jorqod, ‘jitlob u jaħseb f’Alla’ u jsum b’ċerta awsterità – ħobż u ilma. Meta xjaħ inġabar ma’ bintu li kienet iżżewġet u toqgħod ir-Rabat. Miet fis-26 ta’ Jannar 1717 ta’ xi 90 sena, indifen fil-knisja ta’ San Ġorġ u de Soldanis jikteb li ġismu baqa’ jfuħ għal bosta jiem.


This space is sponsored by

J. Debrincat Ltd


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Il-Hbieb Isejhu - Marzu 2026 by Michael Debono - Issuu