Il-Ħbieb Isejħu
Lulju 2026
numru 719
Paul Camilleri B. Com Triq David Cocco Palmeri Nadur, Gozo, Malta NDR 2150 Tel: 2155 3352 / 2156 6245 Mob: 7755 0050 / 7956 4861 Email: info@gozoverticals.com
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
LULJU 2026 numru 719
Min imur Firenze aktarx li jsib ħin u jieqaf iħares immerviljat lejn il-koppla talkatidral. Din hi ħolmet l-arkitett famuż Filippo Brunelleschi (1377-1446). Kien daħal għal biċċa xogħol li ħadd ma ried jieħol għaliha. Għax il-koppla ddisinjata rawha kbira ħafna. Impossibbli li tissaqqaf kienu jgħidu x’uħud. U oħrajn saħansitra semmew lart taflija li kien hemm taħt il-katidral li żgur ma kinitx tiflaħ toqol ta’ koppla tant maestuża. Iżda Brunelleschi ma qatax qalbu. U daħal għax-xogħol b’ruħu u ġismu. Iqum u jorqod jaħseb biss fuq din il-koppla. U ħolmietu bdiet isseħħ sakemm dak li deher impossibbli beda jitwettaq. B’sodisfazzjon kbir għan-nies ta’ Firenze li dejjem kellhom f’qalbhom sentiment artistiku. U jgħidu li Brunelleschi ħalla toqba fil-ġenb tal-koppla. Qal li ħallieha biex minnha jgħaddu r-raġġi tax-xemx. U ħallieha bi skop. Ried li fil-21 ta’ Ġunju ta’ kull sena min kien responsabbli mill-katidral jagħti titwila u jara li dawn ir-raġġi jaslu eżatt fuq biċċa ramm li hemm imwaħħla malmadum tal-art. Il-perit ta’ fama mondjali ħalla f’kitbietu li jekk ir-raġġi ma jmorrux eżatt fuq ir-ramm f’ħin partikolari tal-jum iffissat, ifisser li lpedament tal-koppla tħarrek u għalhekk hemm periklu ta’ kollass. Il-biża’ ta’ Filippo kien il-fatt li l-katidral inbena fuq art li xi darba kienet għadira u għalhekk qatt ma hu sod daqs il-blat għad li tħaffru mijiet ta’ piedi biex għamlu l-pedamenti. Jgħidu wkoll li sal-lum ir-raġġi għadhom jaslu fuq ir-ramm fil-ħin miftiehem. Il-kapolavur ta’ Brunelleschi jidher li mhux fil-periklu. Kemm kienu bravi hux dawn il-periti għad li ma kellhomx l-għodda sofistikata tal-lum! U kemm hu bravu iktar il-Mulej li ħoloq l-univers u għamel li għalkemm ebda jum ma jixbah lill-ieħor imma l-inklinazzjoni tar-raġġi tax-xemx tibqa’ dejjem l-istess… marbuta ma’ kull jum tas-sena. Kull jum għandu l-inklinazzjoni speċjali tiegħu.
1
IL-ĦBIEB IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2026 ISEJĦU/Diċembru2024
Aneddoti mill-ħajja ta’ Frank Caprio (1936-2025) magħruf mal-Amerika bħala l-iktar imħallef baħbuħ tal-pajjiż. Dam imħallef f’Rhode Island l-Istati Uniti għal Għalliem tal-Istorja iktar minn tletin sena. Xi ħadd Għamilt żmien qabel ilħaqt avukat ħareġ bl-idea li s-sessjonijiet ngħallem l-Istorja f’Hope High li fihom kien jippresedi bħala School f’Rhode Island. Niftakar kelli klassi bi studenti veru mħallef kellhom jiġu motivati. Attenti għal kull kelma li irrikordjati u trasmessi għax ngħid, b’homework magħmul kienu juru ħafna sens komun, b’ħila u dejjem fil-ħin. Iżda bħalma jgħidu kull regola fiha lħafna rispett u ħafna eċċezzjoni u f’din il-klassi kelli tolleranza lejn dawk li kienu eċċezzjoni wkoll. Student bl-isem jispiċċaw quddiemu, kollha bi ta’ Robert. Il-homework tiegħu kien xott ħafna u bilkemm kien ksur ta’ liġijiet tat-traffiku. ikun ħaqqu ħamsin punt minn Dawn il-programmi televiżivi mija. saru popolari immens tant li Kont nistagħġeb b’Robert għax għal 4 snin ġew nominati fil-klassi kien jidher intelliġenti ħafna. Kull mistoqsija li kien għall-Emmy Awards. Matul jagħmel kien ikollha ħafna sens u din is-sena ser inġibu siltiet t-tweġibiet li kien jagħti kienu minn ħajjet dan il-persunaġġ dejjem f’posthom. Iżda lhomework kien nieqes minn kull popolari.
2
inizjattiva personali. Risposti qosra qishom ta’ xi ħadd li ma għandux żmien iwieġeb.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2026
Ġieli kellimtu waħdu imma qatt ma qalli xejn. Kien jgħidli biss li ser jipprova jagħmel homework aħjar. Imma qatt ma rajt titjib fix-xogħol li kien jippreżenta. Kont beżgħan li ser jeħel fil-finali u jkun l-uniku student li ma jiggradwax. Ġara iżda li darba attendejt għal serata ta’ kant u ikla ma’ xi ħbieb u nilmaħ lil dan l-istudent Robert iservi l-ikel. Ma ħallejtux jarani u mort u staqsejt lill-maniġer dwaru. Sirt naf li Robert kien jaħdem billejl. Full time. Ġie li rritorna d-dar għall-ħabta tal-4.00 ta’ filgħodu. Issa bdejt nifhem għaliex ilhomework tiegħu kien jkun tant fqir. Kif seta’ jagħmel homework ta’ sura meta hu bilkemm kien jorqod tliet sigħat bil-lejl! Iddeċidejt li nkellmu. U sirt naf kemm kienet diffiċli lħajja għal Robert. Kemm sagrifiċċji kien qed jagħmel biex jattendi liskola. Kienu familja kbira u Robert kellu bilfors jieħu impjieg biex jgħin finanzjarjament lil ommu u lil ħutu. Minn dakinhar bdejt nagħtih attenzjoni speċjali. Bdejt nistenna inqas minnu. Tajtu wkoll noti speċjali biex jipprepara għall-eżami f’inqas ħin. U nieħu gost ngħid li Robert iggradwa ma’ sħabu.
antik jgħid: Jekk trid tkun ferħan għal siegħa ħu nagħsa Jekk trid tkun ferħan għal jum mur stad Jekk trid tkun kuntent għal sena, itlob li tirbaħ lotterija Imma jekk trid tkun ferħan għal ħajtek għin lill-oħrajn.
Iżda kemm kien jevita stress kieku fetaħ qalbu miegħi fil-bidu talistaġun skolastiku! Li titlob ftit għajnuna mhix dgħufija. Proverbju
Fl-aħħar mill-aħħar fil-ħajja llum bżonnok jien u għada bżonni int. Mela ma niddejqux nitolbu għajnuna meta neħtiġuha.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2026
DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar:
Madankollu l-monopolju tal-ħarir baqa’ fil-Lvant Imbiegħed, fejn sa madwar is-sena 400 wasal ukoll il-Ġappun. Għalhekk oġġetti talħarir kienu mfittxija ħafna u flimkien mal-ħwawar, kienu importanti ħafna fin-negozju bejn il-Lvant u l-Punent, l-iktar f’dik li baqgħet tissejjaħ ‘it-triq tal-ħarir’. Din kien fiha madwar 6,500 kilometru u tgħaddi minn, fost loħrajn l-Afganistan, il-muntanji Pamir, id-deżert Gobi, il-Persja, u tispiċċa ġeneralment Damasku jew Konstantinopli. Peress li kienet daqstant twila, diffiċli u perikoluża1 l-ħarir u (l-ħwawar) kienu prezzjużi ħafna. Anke ssuldati tal-Kruċjati ġabu lura magħhom ħafna oġġetti tal-ħarir. Imma r-Rivoluzzjoni Industrijali tas-sekli 18 u 19, ġabet tibdiliet kbar għax issa, bil-magni u lqoton, il-kummerċ fil-ħarir naqas ħafna. U barra minn hekk illum hawn ħarir artifiċjali f’forma ta’
Nylon u Rayon, u ovvjament ħafna irħas. Ħarir ta’ veru għadu pjuttost lussu. Għalkemm fosdqa fiha ħafna ħarir, però trid ammonti kbar biex isiru oġġetti tal-ħarir. Trid madwar 4 u 7 elef fosdqa biex ikun hemm kilo ħarir. Dan il-ħarir jittieħed mill-fosdqa billi lil din jgħalluha fil-misħun bid-dudu qed issir farfett għadu ħaj ġo fiha. Din il-forma ta’ produzzjoni (u hekk għadha sal-lum) kienet ikkritikatha ħafna minn Mahatma Gandhi (1869 – 1948) li kien jemmen fil-prinċipju ta’ ‘Ahimsa’ (tweġġa’ ebda ħaġa
1. Marco Polo (1254-1324) flimkien ma’ zijuh u missieru, ivvjaġġa matul din irrotta biex wasal fil-palazz ta’ Kublai Khan. Lura għadda minn triqat oħra nkluż madwar l-Indja u bil-baħar.
4
ħajja). Kien għalhekk li Gandhi ried li minflok jintuża l-qoton u rraddiena tal-għażel li spiċċat tant assoċjata miegħu. U għalhekk ukoll illum hawn l-hekk imsejjaħ ‘ħarir ahimsa’ magħmul minn dud tal-ħarir daqsxejn differenti fejn il-farfett jitħalla joħroġ millfosdqa (u jmut naturali ftit wara) qabel ma’ din jgħalluha. Dan jogħġob ukoll lil ħafna missegwaċi tal-Ġajniżmu, ilĦinduwiżmu u l-Buddiżmu li
jippruvaw jevitaw kemm jista’ jkun li jweġġgħu kreaturi ħajjin oħra. Mhux hekk jaħsbuha oħrajn, ukoll mill-istess inħawi tal-Lvant Imbiegħed li jieklu d-dud talfosdqa (speċi moqli) meta lfosdqa li kienu fiha tkun intużat2. Id-dudu tal-ħarir laqat ukoll ilmuża tal-poetessa Għawdxija Mary Meilak (1900-75). Filpoeżija Dudu tal-Ħarir, id-dudu jibda ‘tikka ta’ dubbieba’ li ssir
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2026
‘bħal ferrovija’ u tistħajlu ħafna karrieri. Imma mbagħad tistħajlu patri li malajr jirtira f’ċella u joħrog anġlu sbejjaħ. U tispiċċa: ...ma jibqax qisu serp ikrah jilgħaq l-art b’dak it-tkaxkir, issa jsir anġlu bil-ġwienaħ flok tgħawwiġ jibda t-tperpir għax toħroġli farfett sbejjaħ Dudu Dudu tal-Ħarir.
Intant, din kienet daqsxejn ta’ ħarsa lejn id-dud tal-ħarir, passatemp tat-tfal ta’ dari u li llum jidher li naqas ħafna. Imma kien introduzzjoni tajba għat-tfal għal xi meravilji tan-natura u forsi jibda interess fil-bijoloġija. Illum probabbli tista’ issib jew anke tagħmel dud tal-ħarir permezz tal-AI (artificial intelligence) li aktarx ikun ideali u forsi isbaħ min-natural, imma xejn ma jisboq l-oriġinal blesperjenza maġika tiegħu.
2. Xi insetti u kreaturi oħra li aħna nsibu diżgustanti huma wkoll imsajra u mikula, fosthom ġurati, nemel, wirdien, ħanfus, skorpjuni u brimb (u biex ma ngħidu xejn għal sriep ħajjin li jkunu għal wirja lesti għall-ikel!)
5
Apprezzament jew nuqqas tiegħu Meta l-aħwa Orville u Wilbur Wright irnexxielhom itajru lajruplan żgħir tagħhom għal distanza ta’ 120 pied kienu jafu li bdew it-triq għal rebħa talbniedem fuq it-trasport bl-ajru. U għalhekk ferħanin bagħtu messaġġ urġenti lil oħthom biex tmur bl-istorja lill-editur ta’ gazzetta lokali. Iżda dan qajla ta kas u hekk tilef l-opportunità li lgazzetta tiegħu tkun l-ewwel mezz ta’ tħabbira uffiċjali ta’ dak li kien ġara f’dak il-jum storiku. Min ma jifhimx ma japprezzax u dan ma jgħoddx biss għall-istorja tal-avjazzjoni.
6
Kritika Sir Basil Spence il-perit talkatidral ta’ Coventry darba qal: “Irċivejt 700 ittra dwar iddisinn tiegħi. 600 minnhom kienu joffru kritika qawwija u l-mija loħra kienu joffru kritika tremenda!” Mur agħti kas il-kritika! Ma ninsewx li biex twaqqa’ binja trid biss ftit jiem imma biex tibniha trid is-snin. Il-kritiċi distruttivi huma dawk li jwaqqgħu. Il-bennejja huma dawk li jmiddu għonqhom u idejhom għax-xogħol. Ejja nkomplu naħdmu. Fl-aħħar mill-aħħar rari, jekk qatt, twaqqaf monument għall-kritiċi!!
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2026
Il-post fil-qalb
X’hemm f’isem Il-belt ta’ Arequipa, in-naħa ta’ isfel tal-Perù jgħidu li ħadet isimha min-nuqqas ta’ ftehim bejn lIspanjoli u n-nies tal-post. Għax Diego de Almagro meta wasal f’dan il-post fl-1537 staqsa lin-nies li kienu jgħixu fih x’jismu l-lokal tagħhom. Dawn ma fehmux x’kien qed jistaqsihom. U ħasbuh qed jitlobhom l-permess biex hu u n-nies tiegħu jieqfu ftit hemm. U huma bdew jgħidulu, “Arequipa.” li tfisser ‘Tista’ toqgħod hawn kemm trid’. Diego malajr niżżel il-kelma Arequipa u minn dakinhar beda jirreferi għal dan il-post b’dak lisem.
Kos hux bejn dak li taħseb u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.
Sam li kien għex ħajtu kollha Kalifornja kellu jmur għal xi żmien New York. Żewġt ibliet imbegħdin minn xulxin kważi 4000 kilometru. Kalifornja tmiss mal-Oċean Paċifiku u New York mal-Atlantiku. U bejniethom hemm differenza ta’ tliet sigħat fil-ħin. Ħbiebu kienu qalulu li tant kien ser jidra New York li ma jkunx irid imur lura. Iżda Sam kien deċiż li jirritorna f’beltu u biex ma jinġibidx mill-kalamita ta’ New York qatt ma biddel il-ħin talarloġġ tiegħu. Ħallih dejjem bilħin ta’ Kalifornja biex ikun jista’ jiftakar ta’ spiss f’beltu u x-xenqa li jmur lura ma tmut qatt minn qalbu. Saqajh kienu New York imma qalbu baqgħet Kalifornja. Min iħobb bil-verità ma jilgħabx mattentazzjoni li tista’ tkissirlu mħabbtu. U dan ma jgħoddx biss għall-bliet imma anke għallpersuni.
7
IL-LAQGĦA TA’ ĠUNJU
Kellna fostna l-pittur Pawlu Camilleri Cauchi li magħna żgur li ma għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni. Beda l-lezzjoni interessanti tiegħu dwar l-Arti li nistgħu ngħidu li l-Missier Etern kien l-ewwel artist għaliex meta ħoloq l-univers kien skultur u pittur sabiex ta forma u ta kulur lil dak kollu li ħalaq. Il-bniedem primittiv ta’ bosta eluf ta’ snin ilu ħalla immaġni ta’ annimali u bnedmin fl-għerien fejn kien jgħix. Anke f’pajjiżna fadlilna bosta immaġni tal-ġebel u disinji spirali u ta’ annimali fit-tempji megalitiċi li hemm imxerrda tul pajjiżna. Fisser kif jinbena inkwadru, bix-xenarju li jkollu x’jaqsam mas-suġġett. Peress li Pawlu huwa magħruf ħafna għallpitturi reliġjużi fisser il-kuluri li ġeneralment huma marbuta malqaddisin. Ġeneralment il-qaddisin ikunu dejjem bl-istess kuluri għaliex anke l-kuluri għandhom it-tifsira tagħhom. Imma kultant, għall-kompożizzjoni jkun hemm
8
bżonn li dawn jitwarrbu, bħalma għamel f’kopletta tal-Katidral Għawdex li jirreferu għaliha bħala ‘tad-Djoċesi’. F’din ilkopletta l-patruni tal-parroċċi ta’ Għawdex huma mlibbsa bl-abjad joffru l-knisja parrokkjali tarraħal. Din l-idea ħadha mill-ktieb tal-Apokalissi fejn hemm li lmagħżulin bajdu l-libsa fid-demm tal-ħaruf. Imbagħad uriena sensiela ta’ slides permezz ta’ powerpoint b’għażla mirripertorju enormi ta’ xogħlijiet tiegħu. Rajna l-versatilità tiegħu. Kienu miġbura suġġett suġġett u tara kif l-istess xena mmaġinaha b’mod differenti ħafna. Ix-xena
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2026
għal-laqgħa ta’ Lulju tat-twelid ta’ Kristu saħansitra pitter iċ-Ċittadella ta’ Għawdex flok Ġerusalemm. Interessanti ħafna dak li għamel fil-koppla talKnisja tal-Għarb. Ħoloq arkitettura finta li permezz tagħha kompla lkolonnar ta’ isfel u għamel erba’ xeni mill-ħajja tal-Verġni Marija. Ħadna gost nisimgħu kemm jieħu parir minn esperti bibliċi sabiex ixxogħol ikun kemm jista’ jkun eżatt f’dak li hu reliġjuż. F’dak iż-żmien kien jirreferi ħafna għal Dun Karm Attard li kien għamel in-notamenti tal-Bibbja Saydon. Barra eżempji ta’ pitturi reliġjużi wriena dawk ambjentati fi gżiritna kif ukoll portraits li tant hu msemmi għalihom. Rajna wkoll eżempji talistil kontemporanju u kultant astratti fil-pitturi tiegħu.Tant intlaqgħet tajjeb il-laqgħa li domna madwar siegħa u kwart u ħadd ma ħares lejn l-arloġġ!
Ser issir nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju fit-8.00p.m. wara laħħar quddiesa fil-parroċċa. Ser nitkellmu dwar il-ħajja ta’ Antoni Gaudì l-perit talbażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona. Għandu ħajja interessanti ħafna tant li lKnisja Kattolika bdiet il-mixja għall-beatifikazzjoni tiegħu. Fl-10 ta’ Ġunju kien il-100 sena minn mewtu u f’dak iljum il-Papa Ljun XIV bierek litwal kampnar tal-bażilika tasSagrada Familia li hu ddedikat lil Ġesù Kristu. Żgur li tisma’ xi ħaġa ġdida dwar bniedem li għamel li seta’ sabiex it-talent li Alla tah jużah sabiex isebbaħ l-ambjent tiegħu u jagħti glorja lil Alla. Mela ħabib ħalli dan il-ħin f’din id-data liberu minn impenji oħra u ejja isma’ xi ħaġa li tagħmillek il-ġid... isSibt 4 ta’ Lulju fit-8.00p.m.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2026
[Sinjur ta xi flus lis-servjenti sabiex iħaddmuhom. Faħħar lil min kellu l-qligħ,] “Tajjeb! qaddej tajjeb u fidil; kont fidil fil-ftit; fuq ħafna nagħtik setgħa; idħol fil-ferħ ta’ sidek.” Mattew 25, 21
#
Booker T Washington kien skjav iswed Amerikan. Meta kellu sittax-il sena mexa kważi 500 mil minn daru ta’ skjav lejn Hampton Institute f’Virginia. Meta wasal qalulu li l-klassijiet kienu mimlija. Ma tħawwadx, beda jaħdem fl-iskola jagħmel xogħol manwali; jiknes l-art u jirranġa s-sodod. Tant kien jagħmilhom sew li l-fakultà sabitlu post fil-lezzjonijiet. Stinka u studja laħaq għalliem li kiseb fama u spiċċa biex waqqaf it-Tuskeegee Institute f’Alabama.
10
X’kienu x-xogħlijiet żgħar li għamilt sew qabel ma afdawli affarijiet akbar? Tħallix dak li ma tistax tagħmel itellfek dak li tista’ twettaq. JOHN WOODEN
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2026
jikteb DANIEL MEILAK Il-Bażilika
Bażilika ta’ San Paolo Fouri le Mura u l-Bażilika ta’ San Pietru ttnejn li huma ġew mibnija b’dan l-istil, iżda waqt li ta’ San Pawl baqgħet iżżomm l-istess
Il-kelma proprja Basilica tirreferi għal stil ta’ arkitettura li kienet komuni fi żmien ir-Rumani. Ilbażiliki kienu jkunu binjiet pubbliċi li jservu ta’ qrati u għal skopijiet pubbliċi oħrajn. Tipikament, il-bażilika kienet tkun struttura b’korsija prinċipali, bil-kolonni u b’żewġ navati aktar baxxi. Fit-tarf tal-korsija prinċipali kien ikun hemm apside li fiha kien jippresiedi l-maġistrat jew min ikun imexxi l-assemblea. Meta l-Imperu Ruman ikkonverta għall-Kristjanità, mir-raba’ seklu ’l quddiem, il-knejjes il-kbar bdew jinbnew f’forma ta’ Bażilika Rumana. Kien hemm anke każijiet fejn bażiliki Rumani ġew ikkonvertiti fi knejjes Kristjani. Dawn allura kienu jkunu l-aktar knejjes importanti u li jispikkaw. Ngħidu aħna, il-
karatteristiċi sal-lum, dik ta’ San Pietru kienet inħattet biex inbniet knisja rinaxximentali. Maż-żmien, it-titlu ta’ bażilika ma baqax biss marbut malarkitettura imma beda jingħata lill-aktar knejjes importanti f’Ruma, fl-Italja u mbagħad
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Lulju2026
madwar id-dinja kollha. Insibu biss 4 Bażiliki Maġġuri: dik ta’ San Pietru fil-Vatikan, San Pawl, Santa Maria Maggiore u l-aktar knisja importanti fil-Kristjanità: il-Katidral ta’ San Ġwann Lateran – kollha f’Ruma. Din tal-aħħar fil-fatt tissejjaħ Arċi-Bażilika.
Imbagħad hemm it-titlu ta’ Bażilika Minuri li ngħata lil knejjes importanti madwar iddinja. F’Malta nsibu 8 Bażiliki u f’Għawdex insibu 6 li huma dawn, skont id-data: Bażilika (affiljata) tal-Madonna tal-Patroċinju / l-Għasri / 03.08.1768 / Klement XIII Bażilika ta’ Marija Assunta Ta’ Pinu / l-Għarb / 10.08.1932 / Piju XI Bażilika ta’ San Ġorġ / Victoria / 06.08.1958 / Piju XII Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl / in-Nadur / 26.06.1967 / Pawlu VI Bażilika ta’ Marija Bambina / ixXagħra / 26.08.1967 / Pawlu VI Bażilika (affiljata) taż-Żjara talVerġni Marija / l-Għarb / 28.11.1967 / Pawlu VI Tan-Nadur ma kinux ħadu gost meta ġew imwiegħda li lKolleġġjata tagħhom issir Bażilika u baqgħet ma saritx. Meta dik ta’ San Ġorġ ingħatat ittitlu fl-1958, in-Nadurin ħadu għalihom bil-kbir, ħassru l-festa
12
għal disa’ snin sħaħ u l-Isqof lanqas ma kien resaq lejn inNadur għas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Meta laħaq lAmministratur Mons. Nikol Cauchi l-affarijiet ħadu spinta u permezz tax-xogħol li kien sar, ingħataw ukoll dawk tax-Xagħra u l-Għarb fl-1967. Bażilika għandha d-dritt li jkollha t-tribuna fuq l-altar maġġur, li jkollha żewġ armi fil-faċċata (waħda tkun tal-Papa), l-użu talUmbrellun u t-Tintinnablu. Malfaċċati tagħhom, il-Bażiliċi f’Malta u Għawdex iħobbu jpoġġu s-salib papali bi tliet traversi mimdudin.
This space is sponsored by
J. Debrincat Ltd