Il-Ħbieb Isejħu
Jannar 2026
numru 713
Paul Camilleri B. Com Triq David Cocco Palmeri Nadur, Gozo, Malta NDR 2150 Tel: 2155 3352 / 2156 6245 Mob: 7755 0050 / 7956 4861 Email: info@gozoverticals.com
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
JANNAR 2026 numru 713
Kienet mgħaġġla ħafna u għalhekk imtliet bilqilla meta waqt li kienet wieqfa bil-karozza tistenna li jinbidel il-kulur minn aħmar għal aħdar intebħet li s-sewwieq ta’ qabilha kien tant aljenat li lanqas intebaħ li seta’ jkompli jsuq. Hi bdiet iddoqq il-ħorn u titkellem ħażin. Bdiet toffendih b’li għandu u b’li ma għandux. Twerżaq u tagħti bilponn fuq il-windscreen. Iżda s-sewwieq qajla ta kas u meta ntebaħ li l-kulur kien tbiddel bil-kemm laħaq saq ilkarozza tiegħu li d-dawl ma reġax tbiddel u l-mara kellha tistenna bidla oħra qabel tkompli triqtha.
U f’dak il-ħin resaq fuqha pulizija u talabha d-dettalji tagħha. U talabha ssegwih u tmur miegħu l-għassa. Il-mara iktar infuskat u bdiet tipprotesta iżda l-pulizija għamilhielha ċara li jekk ma ssegwihx kien ser jibgħat għall-għajnuna u tispiċċa xorta l-għassa. Fl-għassa għamlet xenata għax ma setgħetx tifhem għala l-pulizija kien ħadha hemm. Ma kienet kisret ebda liġi. Iżda l-pulizija kalm kalm qalilha, “Issuspettajt li kont sraqt il-karozza!” “U għaliex issuspettajt fija?” “Għax mal-karozza rajt ħafna stickers reliġjużi: Jesus loves You, Jesus Saves; I am a Christian and proud u oħrajn. U waqt li kellek tant reliġjon madwarek minn ħalqek beda ħiereġ kliem iebes u verament offensiv. Immaġinajt li int ma tistax tkun is-sid ta’ karozza li tipprietka tant reliġjon u mbagħad iġġib ruħek qisek ma kellek l-ebda rispett lejn ħutek ilbnedmin. Id-dokumenti juru li int sidt il-karozza u għalhekk tista’ tkompli fi triqtek.” Fl-għassa waqa’ s-skiet. Il-mara ħarġet bla kliem u sliem tixtarr dak li qalilha l-pulizija. Għax kos, ir-reliġjon mhix apparenzi u pożi imma aġir korrett fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
1
IL-ĦBIEB IL-ĦBIEB ISEJĦU/ ISEJĦU/Jannar2026 Diċembru2024
Aneddoti mill-ħajja ta’ Frank Caprio (1936-2025) magħruf mal-Amerika bħala l-iktar imħallef baħbuħ tal-pajjiż. Dam imħallef f’Rhode Island l-Istati Uniti għal iktar minn tletin sena. Xi ħadd Frank kien bin familja Taljana li kienet emigrat lejn l-Istati Uniti ħareġ bl-idea li s-sessjonijiet fil-bidu tas-seklu l-ieħor. Kienet li fihom kien jippresedi bħala familja fqira bil-missier idur ittoroq tad-distrett ta’ Providence mħallef kellhom jiġu f’Rhode Island ibigħ il-frott u lirrikordjati u trasmessi għax ħalib. kienu juru ħafna sens komun, Frank jiftakar tliet episodji ħafna rispett u ħafna importanti minn tfulitu. tolleranza lejn dawk li kienu jispiċċaw quddiemu, kollha bi Meta kien ser jispiċċa l-iskola primarja, l-għalliem qalilhom biex ksur ta’ liġijiet tat-traffiku. jieħdu magħhom pitazz u fl-aħħar Dawn il-programmi televiżivi jum jagħtuh lill-għalliema u lsaru popolari immens tant li ħbieb ħalli jiktbulhom xi sentenza li tibqa’ tfakkarhom f’dan iżgħal 4 snin ġew nominati żmien partikulari. Frank ħa lgħall-Emmy Awards. Matul pitazz tiegħu u fost il-ħafna li din is-sena ser inġibu siltiet ffirmawlu jew kitbulu xi sentenza hemm l-għażiż missieru li minn ħajjet dan il-persunaġġ kien kitiblu hekk: popolari. ‘It-triq tas-suċċess hi twila u
2
mħarbta. Imma jien naf li int għad tirnexxi.’
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2026
Meta mbagħad ġie biex jibda l-kulleġġ missieru, waqt li poġġa jdejh fuq spalltu qallu: “Ibni jien nemmen li int għad issir avukat. Qatt tinsa li aħna familja fqira. Qis li filkarriera tiegħek titratta lillfoqra b’imħabba u rispett qishom kienu l-ikbar sinjuri. U fejn tista’ aqdihom bla ma titħallas. Ħlasek ħudu mingħand il-klijenti għonja.” Jirrakkonta wkoll Frank kemm bata biex ikun jista’ jħallas għall-kors universitarju. Kien jaħdem tul il-jum u jattendi liskola bil-lejl. Imma darba ommu sabitu waħdu jistudja u tagħtu f’idejh somma sostanzjali biex iħallas ilmiżata tal-ewwel u t-tieni semestru. Frank staqsieha, “Minn fejn ġibthom dawn il-flus ma?” “Ili nfaddalhom is-snin għal li jista’ jinqala’. Illum dan li seta’ jinqala’, inqala’.” Frank kien jirrakkonta dwar kemm ommu kienet turi qalb ħanina lejn persuni fqar, uħud minnhom bla saqaf fuq rashom. U kien jintebaħ kemm kienet tgħinhom b’offerti żgħar u b’oġġetti tal-ikel bla ma tfittex approvazzjoni jew tifħir. Kellha stampa fil-kċina ta’ żewġt itfal, il-kbir iġorr fuq spallejh liżżgħir u taħt l-istampa kien hemm ilkliem:
‘Mhux tqil għax dan ħija.’
Frank iħobb jgħid: “Għal ommi kull fqir kien qisu qarib. Kienet tħobb tgħidilna, ‘Kull għajnuna li nagħtu lill-foqra nkunu qed nagħtuha lil Ġesù’.” Dawn l-episodji sawru l-karattru ta’ dan il-persunaġġ Amerikan li kellu jsir famuż fl-isfera legali Amerikana. U anke f’dik televiżiva.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2026
DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar:
Ir-Ramla hija probabbilment lisbaħ bajja f’dawn il-gżejjer. Tispikka anke minn tieqa ta’ arjuplan meta mill-għoli qed tara lil Għawdex kollu. Hija teżor nazzjonali. U għandha storja interessanti ħafna. Ir-ramel: Dan forsi l-iktar li jispikka r-Ramla, li wara kollox hija msemmija għalih. Il-parti ramlija tal-bajja fiha tul max-xtajta ta’ madwar 400 metru, waqt li ’l ġewwa, ir-ramel jestendi għal madwar 100 metru fejn jinġabar, liktar għan-naħa tan-Nadur f’duni, rampi u bruġ. Dan ir-ramel, inkluż dak li jibqa’ sejjer ’il barra taħt l-ilma, fih flora u fawna
interessanti ħafna. Ir-ramel huwa magħmul minn partiċelli żgħar li jiġu minn erużjoni1 ta’ blat, ġebel, u art mill-madwar, inkluż qiegħ ilbaħar. Dan jista’ jkun fihom minerali li jagħtu kulur lillpartiċelli tar-ramel. Hekk insibu kristalli tar-ramel li fihom hametite (ħamrani) partikularment komuni r-Ramla, limonite (safrani, komuni wkoll)2, kif ukoll megnetite (sewdieni) u olivine (ħadrani), fost ħafna oħrajn. Fih ukoll ħafna partiċelli organiċi, jiġifieri affarijiet li kienu xi darba ħajjin, bħall-qxur ta’ annimali mikroskopiċi msejħa globiġerina (l-iktar), jew qxur ta’ annimali
1. L-erużjoni hija l-proċess ta’ tifrik mikroskopiku tal-blat minn xita, irjieħ, u tibdil fit-temperatura, proċess li jieħu ħafna u ħafna żmien. Li jfisser li r-ramel li nieħdu ma jiġix ramel floku malajr. U għalhekk huwa protett. 2. Il-hametite u limonite bejniethom jagħmlu dak il-kulur oranġjo sabiħ tarramel tar-Ramla, avolja r-Ramla jsibuha wkoll ir-Ramla l-Ħamra (u mhux irRamla Oranġjo!)
4
ikbar bħal krustaċi, bebbux eċċ. Dawn il-partiċelli tar-ramel huma fil-biċċa l-kbira tal-istess daqs, bla kantunieri u lixxi, għax għamlu żmien twil jinbarmu u jitħakku mill-mewġ tal-baħar. Aċċidentalment ir-ramel fih ukoll traċċi żgħar ħafna ta’ deheb, xi ħaġa forsi ta’ min tiftakarha meta tkun tfarfar saqajk minn dak irramel skomdu! Il-flora: Il-flora tar-Ramla, bħal dik ta’ xtajtiet oħra, hija addattata għal ambjent miftuħ għall-irjieħ, raxx tal-baħar, nixfa u art ramlija li ma tantx hija fertili. Madankollu firRamla nsibu mijiet ta’ ħxejjex, pjanti u siġar xi wħud anke endemici, jiġifieri jinsabu hawnhekk biss. Fost l-iktar prominenti u kbar insibu: is-siġar tal-Bruk li xi wħud iservu anke għal daqsxejn dell mit-tisriġ tax-xemx sajfija; ilqasab, li jinsab fi kwantitajiet kbar mal-ġnub tal-bajja, l-iktar fuq in-naħa tan-Nadur u jkompli lura mal-wied sa ma jibda r-raba’ maħdum. Dan il-qasab huwa tenaċi ħafna, bħal jinfesta l-art u diffiċli teħles minnu; u bajtar taxxewk ’il fuq sew mix-xtajta. Fost il-pjanti żgħar imma prominenti nsibu l-Pankrazju,
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2026
perenni bil-basla, b’weraq jagħti fl-ikħal li jikbru f’għamla spirali. Fis-sajf joħroġ ward abjad li jispikkaw fuq id-duni tar-ramel. Xewk tar-ramel, perenni, bilweraq ebsin bajdanija u bix-xewk fil-ponta u li twarrad ukoll flabjad; kromb tal-baħar, annwali, iħaddar b’weraq imlaħħam u jwarrad bi fjuri żgħar vjola mixxitwa sas-sajf; tengħuta tarramel, pjuttost rari, perenni, għolja madwar nofs metru, weraq ħadrani mgeddes u twarrad fissajf b’ward żgħir safrani. Spiss tagħmel allerġiji malġilda; bużbież xewwieki tar-ramel, perenni, weraq iebes, żgħir, fl-aħdar bilponot iniggżu; u bjanka jew selq xewwieki, arbuxell folt, annwali, b’weraq żgħir bajdani, twarrad fir-rebbiegħa bi fjuri żgħar f’għenieqed folti. Iż-żerriegħa, kannella meta tinxef u tissejjaħ ‘kwattru’ għax fiha erba’ jew ħames ponot, tweġġa’ ħafna jekk tirfisha. U tant pjanti u ħxejjex oħra li ma jagħtux daqshekk filgħajn u allura forsi mhux daqshekk familjari. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Frar.)
5
Ġudizzju
Xewqat
Sinjur Amerikan għamel avviż f’gazzetta: ‘Nagħti tomna raba’ lil dak ir-raġel li jipperswadini li ma jonqsu xejn fil-ħajja.’ U tgħidx kemm wieġbu għallavviż u marru jkellmu lis-sinjur li kien jistaqsihom, “Għaliex tridu din ittomna raba’?” U ħalliehom jgħidu x’inhuma lpjanijiet tagħhom. Malli jispiċċaw is-sinjur kien jgħidilhom, “B’dawn ix-xewqat u proġetti kollha qed turini li m’intix kuntent b’xortik! Tħoss li jonqsok ħafna fil-ħajja.” U kollha marru lura idhom f’idhom.
6
Jgħidu li darba mart Albert Einstein, meqjus minn ħafna bħala l-ikbar xjentist tas-seklu lieħor, qaltlu, “Widdeb il-ġardinar għax għażżien, ma jobdinix meta ngħidlu xi ħaġa dwar il-ġnien u kultant jirrispondini u jgħidli li fir-raba’ ma nifhimx!” Albert qalilha, “Għandek raġun, inkellmu!” U meta kellmu, l-ġardinar qallu, “Martek ma tifhimx firraba’ u tħobb tindaħal. Kieku nagħmel kif tgħidli la jkollna ward u lanqas frott.” Albert qallu, “Għandek raġun. Inkellimha!” U ħalla kollox kif kien. Ġudizzju meta tkun smajt biss qanpiena waħda ma tantx ikun ġudizzju tajjeb!
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2026
Fidi Charles Bradlaugh kien magħruf bħala ateista u mhux l-ewwel darba li kien jisfida lil xi predikatur biex jagħmlu dibattitu pubbliku. Ċertu Hugh Price Hughes laqa’ l-isfida imma għamel kundizzjoni waħda. Qallu, “Niddibattu l-eżistenza talMulej fejn trid u meta trid. Imma jien ser inġib miegħi mitt persuna li ħassewhom li l-fidi fil-Mulej għenithom jgħixu aħjar, b’inqas inkwiet, inqas stress, iktar serħan il-qalb u l-moħħ. Int trid iġġib miegħek mitt ruħ li n-nuqqas ta’ fidi tagħhom f’Alla tathom dawn ilvantaġġi fil-ħajja. U jekk ma ssibx mija, ġib almenu ħamsin. U jekk ma ssibx ħamsin ġib imqar għaxra. U jekk ma ssibx għaxra ġib miegħek ħamsa!” Id-dibattitu ma sar qatt. Milli jidher Bradlaugh ma sabx il-ħamsa minnies li kienu lesti jiddikjaraw li ħassewhom jgħixu iktar trankwilli mingħajr il-fidi f’Alla bħalma kien sab Hughes f’dawk li jemmnu fih.
Kappillan bil-provi Kappillan kellu pitazz oħxon u meta xi ħadd mill-parruċċani kien imur ħdejh b’xi storja dwar xi parruċċan ieħor, il-kappillan kien jibda jikteb dak li jkun qed jingħad. Meta min ikun ġab listorja jispiċċa jitkellem, ilkappillan kien jagħtih il-pitazz u jgħidlu, “Aqra biex tkun ċert li ktibt dak kollu li għedtli u jekk jogħġbok iffirma.”
Imma l-parruċċani ma kinux iridu jiffirmaw kliemhom u hekk ilpitazz imtela b’ħafna ilmenti iżda kollha baqgħu bla firma. U lkappillan ma setax jieħu azzjoni kontra dan it-tgergir li ħadd ma ried jidħol responsabbli tiegħu. Faċli naqilgħu qlajjiet imma diffiċli li toħroġ għonqok u tixhed għalihom.
7
IL-LAQGĦA TA’ DIĊEMBRU
Kellna introduzzjoni tajba ħafna minn Mons Daniel Xerri, Arċipriet tal-parroċċa taxXewkija. Konna lejlet it-tieni Ħadd tal-Avvent u għamlilna pjan ta’ preparazzjoni għall-miġja talMulej. L-avvent ma għandux ikun dawn il-ħames ġimgħat biss imma tul ħajjitna kollha għaliex aħna ngħixu nistennew li nerġgħu naraw il-Mulej. Interessanti kemm fil-Bibbja nsibu li l-Mulej ser jiġi bil-lejl. Il-parabbola taxxebbiet l-għaqlin u l-boloh huma waħda minnhom u kif ukoll insibu fil-Vanġelu ta’ San Luqa (12:38) ‘U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma’. Jekk tħares lejn il-ġrajjiet il-kbar talBibbja ssib li dawn ġraw billejl… il-ħolqien jibda bil-lejl; ilpatt ma’ Abraham; Ġakobb jissara mal-Mulej; it-twelid ta’ Ġesù; it-tentazzjoni ta’ San Pietru; iċ-ċaħda ta’ Ġuda; ilqawmien tal-Mulej… fost oħrajn. Imma l-lejl għandu wkoll sens figurattiv. Kull bniedem jgħaddi minn żminijiet diffiċli. Kulħadd
8
iħabbat wiċċu mal-problemi talħajja u fihom tant iħossu mitluf li jistaqsi fejn qiegħed Alla. Inħossuna weħidna u l-lejl nibdew narawh twil… Imma rridu niftakru li Alla qiegħed magħna anke meta ma nħossuhx u ma narawhx. Inħarsu lejn il-Bibbja u naraw kif bil-lejl donnu l-Mulej jaħdem aktar. Ġesù qalilna li limportanti li nibqgħu nishru… ma ninfixlux fuq l-affarijiet tal-ħajja
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2026
li jgħaddu imma nagħtu kas dak li għandu sens u li jibqa’ ’l hemm mill-qabar. Kif ukoll important illi nitolbu. Nitolbu jfisser li ngħixu filpreżenza ta’ Alla. Nafu li Alla qiegħed hawn madwarna anke meta ma aħniex konxji tiegħu. Importanti l-quddies u r-rużarju u talb ieħor li ngħidu imma ma niqfux hemm. Lil Alla għandna nqisuh bħala preżenza reali f’ħajjitna u qiegħed magħna anke fl-iljieli mudlama li ngħaddu minnhom. Nirringrazzjaw lil Mons Daniel Xerri tal-ħsibijiet sbieħ li qasam magħna li jiswewlna kemm f’dan lAvvent kif ukoll bħala programm ta’ kif għandna ngħixu ħajjitna … nistennew meta ser nerġgħu niltaqgħu mal-Mulej. L-istennija tagħna għandha tkun li ser niltaqgħu ma’ xi ħadd għażiż ħafna għalina u li jħobbna b’imħabba talġenn.
GĦAL-LAQGĦA TA’ JANNAR Għal-laqgħa ta’ Jannar stedinna lil Mons Karm Gauci. Ser tkun l-ewwel laqgħa tas-sena u bħala suġġett ser ikellimna dwar, ‘Is-sena mal-Mulej tkun sena tajba żgur.’ Mela ħabib narawk nhar isSibt 3 ta’ Jannar fis7.30p.m. Immarka din iddata u l-ħin u tkun żgur preparazzjoni sabiħa għassena l-ġdida fil-bidu tagħha. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jattendu wkoll.
IS-SENA T-TAJBA LILEK U L-GĦEŻIEŻ KOLLHA TIEGĦEK MIMLIJA BIL-PAĊI TAL-MULEJ
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2026
“Dak li kien jerġa’ jkun, u dak li sar jerġa’ jsir; xejn mhu ġdid taħt ix-xemx.” Qoħelet 1:9
‘L-ulied ma għandx fadlilhom manjieri… meta anzjani jidħlu fil-kamra ma għadhomx iqumu bilwieqfa. Imeru l-ġenituri tagħhom… u tiranni fuq l-għalliema tagħhom.’ Din ir-rassenja inkwetanti tal-ulied ma nkitbitx illum imma kważi 2500 sena ilu minn Sokrate, il-filosofu Grieg.
#
Kliem Sokrate hu ċar fis-silta ta’ fuq. Iġġagħalni nistaqsi kemm għandi tendenza li nkun negattiv fuq il-ħajja u n-nies ta’ madwari u kważi nistaqsi fejn poġġejna lil Alla?
10
Ma ssograjniex inlissnu talba jew l-istress tagħna nagħtuh skop Xi ħaġa kienet mejta ġo fina konna qridna t-tama bla ma sibna intopp.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2026
jikteb DANIEL MEILAK Knejjes u Kappelli Fil-Medju Evu u ż-Żmien Bikri Modern il-kampanja Maltija u Għawdxija kienet miżgħuda b’kappelli mxerrdin qalb ir-raba’ u l-irziezet tal-bdiewa u r-raħħala. Anke fin-Nadur kont issib minn dawn.
Nafu li kien hemm kappella flinħawi ta’ San Blas iddedikata lill-istess qaddis li de Soldanis lejn nofs is-seklu tmintax jgħid li kien għad fadal il-pedamenti tagħha għadhom jidhru, oħra ta’ San Nikola f’Wied Binġemma, dik ta’ San Largu fl-inħawi ta’ Daħlet Qorrot, oħra ddedikata lil San Pankrazju lejn ir-Ramla lĦamra, u tnejn ta’ San Filep waħda lejn ir-Ramla l-Ħamra u oħra fil-port li jġib l-istess isem qrib Daħlet Qorrot. L-aktar waħda li kellha importanza kienet dik iddedikata lil San Ġwann Battista fl-inħawi tat-tarġa meta
minn ta’ Xħajma taqbad l-ewwel djar tan-Nadur.
Iżda sa meta n-Nadur sar parroċċa fl-1688 kollha kienu ntelqu u ġġarrfu biż-żmien għajr din talaħħar li xorta waħda kienet fi stat ta’ telqa. L-aktar waħda li spiċċat b’mod misterjuż kienet dik ta’ San Filep fl-istess port. Meta lIsqof Balaguer żar il-post fl-1644 kienu qalulu li l-kappella kienet inbelgħet f’salt. Ftit aktar tard, Patri Pelaġju kien kiteb li din kien belagħha l-baħar. Min jaf x’seta’ ġara? Minbarra l-knisja parrokkjali, mibnija fl-aħħar tas-seklu sbatax, u mill-ġdid fis-seklu tmintax, fl1906 saċerdot Naduri ħolom li jibni knisja li sservi għalladorazzjoni fil-qalba tar-raħal. Il-
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Jannar2026
Ftit tas-snin wara, fl-1917, meta lbenefattur Karmnu Meilak kien ta dar biex fiha jiftħu s-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, ġiet miftuħa knisja li għall-bidu kienet iddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni iżda aktar tard inbidlet għall-Madonna talKarmnu kif għadha sal-lum.
ħolma ta’ Dun Ġużepp Vella saret realtà għax il-knisja nbniet u sal1910 ġiet miftuħa u kkonsagrata lill-Qalb ta’ Ġesù. Din ġiet mgħammra b’orgni millkumpanija Inzoli u pitturi millisbaħ ta’ Filippo Venuti, Giacomo d’Esposito, Lazzaro Pisani u xxogħol ta’ Giuseppe Briffa li jinkludi s-saqaf u l-koppla.
U forsi ftit jafu li fi żmien lArċipriet il-Kan. Anton Camilleri fl-1924 saru pjanijiet u anke pjanta mill-perit Arturo Bondì sabiex tinbena knisja f’San Blas. Iżda din qatt ma nbniet. Ix-xjuħ jgħidu li l-Arċiprieti tan-Nadur dejjem beżgħu li jinbnew knejjes ’il bogħod mill-knisja parrokkjali minħabba l-possibbiltà ta’ firdiet li jistgħu jqumu fir-raħal u kien anke għalhekk li l-knisja tal-Qalb ta’ Ġesù ġiet mibnija f’ħalq ilknisja parrokkjali!
12
This space is sponsored by
J. Debrincat Ltd