Il-Ħbieb Isejħu
Frar 2026
numru 714
Paul Camilleri B. Com Triq David Cocco Palmeri Nadur, Gozo, Malta NDR 2150 Tel: 2155 3352 / 2156 6245 Mob: 7755 0050 / 7956 4861 Email: info@gozoverticals.com
+L-Iben t'Alla sar Bniedem
FRAR 2026 numru 714
Ħrafa orjentali tirrakkonta storja dwar buffu tar-re. Għax dari, is-slaten kien ikollhom il-buffu tal-palazz biex meta r-re ikun imdejjaq dan l-imbierek jibda jirrakkonta jew jagħmel xi mossi li bihom inissi lis-sultan l-inkwiet li kien ikollu. Iżda darba s-sultan tant kien imdejjaq li malli l-buffu pprova jdaħħku, dan tal-aħħar qala’ l-ikbar kastig għax ir-re għajjat: “Ħuduh u oqtluh!” Il-kelma tar-re kienet ordni u la darba ħareġ bil-kundanna issa ma setax jerġa’ lura minnha. Ir-re ma kien qatt imur lura minn kelmtu u għalhekk is-sudditi qabdu lill-buffu biex jeħduh magħhom u jesegwixxu l-ordni tar-re. Is-sultan iddispjaċih li kien ta din l-ordni imma la fattarha ma setax jirranġa s-sitwazzjoni. Imma almenu xtaq li jagħti mewt xierqa lil dak ilbniedem li min jaf kemm-il darba nessieh l-inkwiet li s-saltna kienet toħloqlu. Għalhekk qallu, “Tant kont imdejjaq li lanqas naf x’kont qed ngħid. Imma issa la darba ħarġet il-kundanna ma nista’ nagħmel xejn biex inreġġagħha lura. Biex nurik l-istima li kelli lejk ser nagħtik l-opportunità li tagħżel int b’liema mewt għandek tmut. Is-soltu nużaw it-tgħalliq imma int ser ikollok l-għażla f’idejk.” U l-buffu qallu, “Nixtieq li mmut bix-xjuħija!” U r-re kellu issa jobdi lill-buffu u ħallieh jgħix fil-palazz sakemm imut bletà. Il-ħrafa ma tgħidx min minnhom miet l-ewwel iżda tgħallimna li quddiem problema aħjar tħaddem moħħok milli toqgħod tibki xortik. Eżatt kif għamel il-buffu.
1
IL-ĦBIEB IL-ĦBIEB ISEJĦU/ ISEJĦU/Frar2026 Diċembru2024
Aneddoti mill-ħajja ta’ Frank Caprio (1936-2025) magħruf mal-Amerika bħala l-iktar imħallef baħbuħ tal-pajjiż. Dam imħallef f’Rhode Island l-Istati Uniti għal iktar minn tletin sena. Xi ħadd Vjaġġ ta’ tnax-il siegħa ħareġ bl-idea li s-sessjonijiet Missieri kien bejjiegħ tal-frott u tal-ħalib. Idur it-triqat tar-reġjun li fihom kien jippresedi bħala ta’ Providence jwassal dawn ilmħallef kellhom jiġu prodotti wara l-bibien ta’ mijiet ta’ irrikordjati u trasmessi għax klijenti li kienu jafuh bil-laqam ta’ ‘Tup’. Iqum kmieni u jdallam biex kienu juru ħafna sens komun, jirritorna d-dar. Iżda kellu dejjem ħafna rispett u ħafna ħin għalina t-tliet ulied, it-tlieta tolleranza lejn dawk li kienu subien. Kien jagħmel ħiltu kollha biex meta jkollna xi partita jispiċċaw quddiemu, kollha bi football jew xi attività oħra flksur ta’ liġijiet tat-traffiku. iskola jkun preżenti. Ġie li ġie Dawn il-programmi televiżivi jarana bla ma laħaq biddel ilħwejjeg li kien joħrog ibigħ saru popolari immens tant li bihom. Kien jgħid, “L-importanti li tarawni hemm.” U nistqarr li għal 4 snin ġew nominati meta kont narah fost l-udjenza f’xi għall-Emmy Awards. Matul partita li kont qed nieħu sehem din is-sena ser inġibu siltiet fiha kont nimtela bil-kuraġġ u lminn ħajjet dan il-persunaġġ performance tiegħi kienet titjieb. Ridt naqta’ figura tajba quddiemu. popolari.
2
Niftakar darba nasal id-dar u nsib lil ommi mbikkija għax kienu
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2026
għadhom kemm irċivew l-aħbar li hija l-kbir Anthony kien ser jiġi trasferit għall-Ġermanja biex ikompli s-servizz militari hemm. Ilgwerra kienet ilha li spiċċat u għalhekk ma kienx hemm periklu imma ommi xorta ħasset ferm ittrasferiment ta’ ħija lejn pajjiż ieħor. Niftakar lil missieri jgħidli, “Ħuk ser jitlaq lejn il-Ġermanja pitgħada l-Ġimgħa fit-8 ta’ filgħodu. Jien u int ser immorru narawh qabel jitlaq.” U l-Ġimgħa, kmieni kmieni tlaqna bil-karozza għall-vjaġġ ta’ xi 6 sigħat. U sitt sigħat oħra lura. Jien ħsibt li ser nieqfu fl-ajruport, niltaqgħu ma’ ħija, nitgħannqu flimkien, u nieħdu xi ħaġa tajba għodu għodu qabel jitlaq lejn ilĠermanja. Imma l-fatti kienu ferm differenti. Missieri qalli biex nipparkja fit-triq li kienet tieħu għall-ajruport. Kien ajruport militari u ħadd ma kien jitħalla jersaq lejn il-periferiji tiegħu. Għedtlu lil missieri, “Minn hawn fejn ser inkunu nafu li ħija qiegħed fil-bus jew coach li ser twasslu fl-ajruport?” Qalli, “Il-bus ikollha 4 motor cycles militari quddiemha u 4 oħra warajha.” U hekk kien tabilħaqq. U aħna
rajnieha ġejja l-bus militari imma kulma stajna nagħmlu kien biss li nxejru bit-tama li ħija jarana. U rana għax ilmaħnieh ixejrilna. F’qalbi għedt, ‘Imma din it-triq li ħadna kienet tagħmel sens?’ Ix-xhur ta’ wara wrewni li kienet għax ħija dejjem baqa’ jsemmiha. It-tixjir ta’ jdejna għamillu ħafna kuraġġ. Xena li baqgħet f’qalbu għomru kollu. U baqgħet f’qalbi wkoll. Il-preżenza ta’ missieri fi ġrajjiet ta’ ħajjitna kienu dejjem imbuttatura ’l quddiem filkarrieri li qbadna jien u ħuti.
3
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2026
DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar:
Il-fawna: Fost dawn insibu:
malajr jista’ jirtira.
L-annimali uniċellulari: bħallglobiġerina u d-diatomi, mikroskopiċi, spiss b’ħafna disinji sbieħ u li għalihom ilpartiċelli tar-ramel huma blat enormi. Minħabba d-daqs tagħhom anke il-ftit ilma firramel imxarrab huwa biżżejjed.
Id-dud u l-ħniex: fir-ramel, spiss żgħar ħafna, għalkemm hemm ħniex kbar, ta’ ftit ċentimetri li ġieli (imsieken) jintużaw bħala lixka fuq sunnara. Il-krustaċi: Fost dawn insibu: bergħud tar-ramel, żgħir, madwar ċentimetru, bajdani, jgħix f’ramel imxarrab, u f’denbu għandu qisha bħal molla li biha jaqbeż distanzi relattivament kbar. Il-gamblu tarramel, żgħir kważi trasparenti, ilbiċċa l-kbira fl-ilma imma ġieli tarah fuq xtajta sakemm malajr jinħeba fir-ramel imxarrab. U lgranċ tar-ramel li spiss jitla’ fuq xtajta fejn jagħmel ħofra li fiha
L-insetti: Hemm ħafna speċi ta’ nsetti differenti xi wħud rari ħafna, u jinsabu r-Ramla biss bħal Mesophorus Schembrii, jew grillu Brachytrupes megacephalus, li jgħix fir-ramel. Imbagħad hemm seba’ speċi ta’ ħanfus (waħda endemika), nemel, wrieżaq, u dubbien, inkluż ix-xidja1, dubbiena kbira ħadranija li għandha ħabta toqgħod fuq lgħawwiema bla ma tinħass, almenu sakemm tniggiżhom. Il-molluski: Fost l-iktar komuni hemm l-għekierex jew bebbux.
1. Għidut kurjuż huwa ‘qisek xidja f’sorm ta’ patri’ għal xi ħadd fitt ħafna, għalkemm għax patri u għaliex dik il-parti tal-anatomija diffiċli tgħid.
4
Fir-Ramla l-iktar komuni huwa dak abjad, pjuttost żgħir. Fis-sajf jitla’ ma’ xi zokk tal-qasab, (anke ta’ qanniċ) jew zkuk tawwalija bħal tal-bużbież (pjanta oħra li ma ssemmietx), fejn hemmhekk jingħalaq, jissigilla l-qoxra, u jeħel ’il fuq sewwa mill-art biex jevita s-sħana. Jingħad li tajjeb għall-ikel.
Ir-rettili: Dawn iżommu finniexef qalb il-flora tad-duni tarramel u għalhekk ma ssibhomx fix-xtajta. Fost dawn hemm gremxul, xi kamaleonte u, forsi liktar li jbeżża’, is-serp. FirRamla, is-serp li tista’ tiltaqa’ miegħu huwa s-serp l-iswed, aktarx għall-għarrieda meta dan ikun jixxemmex, imma malajr jitlaq jitkaxkar b’ħeffa kbira. Dan hu l-ikbar serp (sa metru u nofs), u l-iktar komuni fost l-erba’ speċi li għandna. U dan l-aħħar inqala’ l-fenomenu nkoraġġanti talfkieren. Fil-2023 fir-Ramla nstabet bejta tal-fekruna komuni (Loggerhead Turtle), fekruna talbaħar li biex tbid trid titla’ firramel, u li qed issir rari. Grazzi għall-voluntiera tan-Nature Trust
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2026
Malta, dawn il-fkieren, u sallum nstabu iktar bejtiet, qed jiġu salvati sakemm ifaqqsu u jaslu sal-baħar, l-ambjent naturali tagħhom. Fil-2025 instabu sitt bejtiet, f’tal-aħħar waħda, f’Settembru, faqqsu 62 fekruna li waslu sal-baħar.
Il-mammiferi: Fost il-mammiferi nsibu l-farfett il-lejl, xi qanfud, ġrieden (li jxommu sew xi ikel li jkun mormi) u dawk ilmammiferi kbar, numerużi u intelliġenti u enigmatiċi, li tant kapaċi japprezzaw in-natura, imma wkoll li jaslu li jkunu qerrieda – il-bnedmin.
(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Marzu.)
5
Kull deni...
Ħasda
Fi tfulitha, l-awtriċi Bernice Rubens kienet tħossha mwarrba għaliex ħuha kien idoqq tajjeb ħafna l-pjanu u oħtha kellha ħiliet mużikali wkoll. Iżda hi ma kinitx tħobb il-mużika u għalhekk kienet tispiċċa f’rokna f’kamra u lmistednin jogħxew jisimgħu lil ħutha jibbrillaw mużikament waqt li tagħha ftit kienu jagħtu kas. Iżda darba ommha qaltilha, “Għażiża tiegħi. Filfamilja għandna tnejn li jħobbu lmużika. Int trid tidra tħobb tisma’. Inkella tiddejjaq.”
Għaref Buddista kien għaddej minn triq imwarrba u qabeż fuqu ħalliel li ried flusu. L-għaref qallu, “Nagħtik kulma għandi fuqi jekk tagħmel żewġ ħwejjeġ: L-ewwel b’daqqa waħda tas-sejf tqaċċat fergħa ta’ siġra!” Il-ħalliel ta daqqa b’saħħtu kollha lil fergħa li nżertat quddiemu u din waqgħet mal-art.
U jien drajt inkun hemm nisma’ lmużika u l-istejjer li kienu jirrakkontaw il-mistednin. U dawn l-istejjer imbuttawni biex nibda nikteb. Ma kontx insir awtriċi li kieku ma tgħallimtx nisma’.
6
L-għaref kompla, “U issa erġa’ waħħalha fejn kienet!” Il-ħalliel fehem il-messaġġ. Hu kien kapaċi jkisser u ma kienx jaf jgħaqqad. U l-ġrajja tgħid li l-ħalliel ingħaqad ma’ oħrajn u spiċċa dixxiplu tal-għaref Buddista. Ried jitgħallem ikun kapaċi jibni u mhux iħott.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2026
Tiftix għall-verità William Ramsey kien student f’Università Ingliża u f’qalbu nibet ħsieb li sar ossessjoni. Meta kien jisma’ r-rakkonti tal-Atti talAppostli kien iħoss li dawn mhumiex storiċi. Ried imur fuq ilpost biex juri lil kulħadd kemm ħa żbalji San Luqa fir-referenzi tiegħu lejn il-postijiet u d-drawwiet ta’ żmienu. Il-ħolma wettaqha għax ġabar miegħu spedizzjoni ta’ nies biex ifittxu għad-dettalji arkijoliġiċi kemm fil-Greċja kif ukoll fl-Asja. Iżda dak li nstab ma tahx raġun. Anzi kkonferma kemm kien eżatt San Luqa fid-dettalji li tana. U flok ma kiteb dwar l-iżbalji ħass li għandu jħalli l-messaġġ ta’ Luqa jidħol f’qalbu. Illum Dr William Ramsey hu meqjus bħala espert bibliku u Nisrani ta’ stoffa.
Messaġġ jew tnejn b’bukkett Kienet ġurnata kerha għal bejjiegħ tal-fjuri għax dakinhar kellu jibgħat żewġ bukketti lil żewġ nisa. Waħda kienet tilfet lil żewgha u l-bejjiegħ suppost li bagħtilha bukkett bil-kliem, ‘B’simpatija għal dak li ġralek’.
U l-bukkett l-ieħor kellu jintbagħat lil mara li kienet rebħet kawża lqorti wara li kienet ilha snin tiġġieled għad-drittijiet tagħha. Imma biddel l-indirizz u lil mara tal-qorti bagħtilha bukkett b’simpatija u tal-oħra kellu messaġġ qasir, ‘Nifraħlek li issa ħlist minn biċċa nkwiet’.
X’ġara wara ma nafux!
7
IL-LAQGĦA TA’ JANNAR Għall-ewwel laqgħa tas-sena kellna fostna lil Mons Karm Gauci li tana programm sabiħ ħafna ta’ kif għandna nqattgħu din is-sena mill-aspett spiritwali li fl-aħħar mill-aħħar jaffettwana fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Beda b’żewġ stejjer li ħa mill-ktieb ta’ Fr Pius E Sammut OCD ‘Giant surrounded by monkeys’. Lewwel waħda dwar raġel li ffissa li ried isir qaddis. Alla qallu li jkellem lill-ewwel bniedem li jiltaqa’ miegħu. Kien raġel bla saqaf fuq rasu. Xtaqlu l-jum ittajjeb u dan wieġbu li tiegħu dejjem tajbin. Reġa’ qallu li kien jum sabiħ. Dan ir-raġel fqajjar wieġbu li tiegħu dejjem jiem sbieħ. Ma setax jifhem! U lfqajjar wieġbu li jieħu kollox minn idejn Alla. Jum sabiħ igawdih. Jum ta’ xita, jieħu ħasla bla flus. Li jibgħat Alla kollox sew. U l-istess il-ġrajja tal-patri li min kien imiss miegħu kien isir miegħu miraklu. Il-pirjol ma setax jifhem kif dak minn kunvent sħiħ. Meta iffaċċjah dan qallu li hu jieħu l-ħajja minn idejn
8
Alla u dak kollu li jibgħat kollox sew. Imma l-ħażin li aħna rridu kollox issa u kif irridu aħna. Bħal dak it-tifel li jibki li jrid ġelat. Ommu ma tikkuntentahx millewwel għax taf li jridu jmorru ddar biex jieklu. Ma jfissirx li ma tħobbux. Anzi! Imma li ma kienx il-waqt. U għalhekk ġie fid-dinja Ġesù. Ġie sabiex jurina l-wiċċ sabiħ ta’ Alla. U jekk aħna mdorrijin fl-inċertezzi u li kollox jinbidel irridu nkunu ċerti li Alla
jħobbna dejjem għax aħna wliedu. Bħal dak ir-raġel li ra skorpjun qed jegħreq u pprova jsalvah. Dan nigżu u ragel li rah jagħmel hekk qallu li l-iskorpjun ser jibqa’ jigdmu għaliex dik in-natura tiegħu. U r-raġel reġa’ pprova jsalvah. U reġa’ tniggeż. Ir-raġel qisu Alla u liskorpjun aħna. Alla jibqa’ jħobb anke meta aħna ma nirreċiprokawx din l-imħabba. Alla jibqa’ jħobbna, nagħmlu x’nagħmlu. Fit-Testment il-Qadim meta Mosè staqsa lil Alla x’jismu wieġbu, ‘Jien li jien’. Frażi li nkitbu kotba sħaħ. Imma Ġesù qalilna li Alla jħobbna u jiġri warajna tant kemm iħobbna. Bħala programm għal matul din is-sena Dun Karm semmielna erba’ punti: i. li matul il-ġurnata nsibu ħin għat-talb – xħin ikun komdu għalina; ii. li nagħmlu ħilitna li nisimgħu quddiesa kuljum – ittalba perfetta għaliex hija offerta tas-sagrifiċċju ta’ Ġesù indirizzata lil Alla; iii. devozzjoni lejn Marija – Ġesù ġie fid-dinja permezz tagħha u aħna mmorru għandu permezz tagħha; iv. inqerru ta’ spiss – idealment kull xahar – ikun isservice tagħna li fih niċċekkjaw kif aħna mexjin fil-ħajja tagħna ma’ Alla. Nirringrazzjaw lil Dun Karm talħsibijiet sbieħ li qasam magħna. Hu programm sabiħ għal matul din issena.
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2026
għal-laqgħa ta’ Frar Bħas-snin l-imgħoddija din il-laqgħa nirrispervawha lil Dun Raymond Portelli li jkun fostna mill-missjoni tiegħu fil-Perù. Nieħdu gost niltaqgħu miegħu u jżommna aġġornati fuq il-ħidma tiegħu fuq in-naħa l-oħra tad-dinja. Il-laqgħa ser issir nhar isSibt 1 ta’ Frar fis-7.30p.m. Ejja int u ħajjar lil ħbiebek jiġu wkoll. Żgur li tkun laqgħa interessanti fuq ilħajja ta’ missjunarju li apparti l-missjoni spiritwali tal -parruċċani tiegħu jieħu ħsiebhom ukoll b’mod mediku. Ejja u żgur li tieħu gost. Nhar is-Sibt 1 ta’ Frar fis7.30p.m.
9
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2026
“Għalhekk qawwu l-idejn merħija u l-irkopptejn imriegħda… Iftħu għajnejkom li ħadd ma jkun bla grazzja ta’ Alla…” Lhud 12, 12,15
Tfajjel kien jaħdem f’ħanut Londra. Kull filgħodu jqum fil-ħamsa u jaħdem erbatax-il siegħa. Dam sejjer hekk sentejn. Waqa’ f’dipressjoni u bdew ġejjin ħsibijiet ta’ suwiċidju. Jum minnhom kiteb ittra ta’ dwejjaq lill-għalliema tiegħu u fissrilha kif marritlu x-xewqa li jgħix. L-għalliema kitbitlu lura ittra personali ħafna u mimlija kuraġġ, imħabba u kompassjoni. Dik l-ittra biddlitlu ħajtu. Biż-żmien sar wieħed mill-iktar kittieba Ingliżi magħrufa ...H G Wells.
#
Ilni ma ngħin lil xi ħadd li għandu bżonni? Min jista’ jkollu bżonni bħalissa?
10
L-ikbar bżonn f’ħajjitna hu xi ħadd li jgħinna nilħqu l-potenzjal tagħna. Raph Waldo Emerson
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2026
jikteb DANIEL MEILAK It-Torri ta’ Sopu
Il-katastrofi tal-1551, meta l-Gran Kastell t’Għawdex ġie assedjat mit-Torok u mirbuħ, kienet lakbar disgrazzja li nafu biha u li laqtet lil Għawdex. Dakinhar itTorok ġarrew magħhom kważi lpopolazzjoni kollha t’Għawdex lejn il-jasar. Il-Kavallieri kienu ordnaw lill-Għawdxin kollha biex jibdew jorqdu fil-Kastell u firRabat kuljum għas-siġurtà. Iżda meta fis-seklu sbatax bdew jinbnew it-torrijiet kostali, sar inqas ta’ periklu li n-nies jgħixu fil-kampanja u b’hekk bdew jiffurmaw l-irħula kif nafuhom illum. Wieħed minn dawn it-torrijiet kien beda jinbena fuq ilpromontorju tal-Irdum il-Kbir fl1667, madwar 120 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Kienet ħarġet
il-flus għalih l-Università t’Għawdex (li kien il-gvern lokali). Huwa għalhekk, li b’differenza minn torrijiet oħrajn, dan għandu fuq il-bieb prinċipali erba’ armi: dik tal-Università, talKavallier-Gvernatur t’Għawdex Ludovico Xedler y Gomez, tal-
Gran Mastru Nicolás Cotoner y de Oleza u tal-Kmandant Jean Jacques de Verdelin. Kien lest fl1670 u ġie msejjaħ b’diversi ismijiet: it-Torri ta’ Daħlet Qorrot, Torre Nuova, iżda l-aktar li baqa’ jissemma kien Ta’ Sopu. Fih tqiegħdu kanuni u nies li jgħassu. Fit-torri nsibu bir li jilqa’ l-ilma tax-xita tal-bjut kif ukoll erba’ fetħiet għad-difiża u garigor li jniffed is-sular t’isfel ma’ dak ta’ fuq u mal-bejt. Fl-1671 tpoġġew fih żewġ kanuni u xi armamenti,
11
IL-ĦBIEB ISEJĦU/Frar2026
iżda maż-żmien il-biża’ millfurbani naqas u lanqas baqgħet issir għassa fissa fih. Nafu li fl1705 diġà kellu bżonn xi tiswijiet. Fl-1792 nafu li tpoġġew sitt kanuni tal-ħadid ġo fih.
nar fuq il-flotta ta’ Napuljun! Fit-Tieni Gwerra Dinjija ntuża għall-għassa iżda mbagħad tħalla jiddeterjora maż-żmien. Fil-fatt is-saqaf intern li jifred is-sular t’isfel minn dak ta’ fuq kien waqa’ u anke l-bjut kienu fi stat ħażin. It-taraġ li jwassal għallbieb prinċipali kien inħatt u lġebel tiegħu ntuża fi bnadi oħrajn u l-bieb prinċipali kien ġie mbarrat minħabba l-periklu, iżda
Wieħed mill-aktar avvenimenti importanti kien nhar l-10 ta’ Ġunju 1798 meta dehret il-flotta Franċiża ta’ Napuljun biex tinvadi lil Għawdex. L-Għassiesa mit-
Torri ta’ Sopu ddeċidew li jiftħu n-nar fuq il-flotta Franċiża, iżda kien kollu ta’ xejn għax it-truppi Franċiżi ddisimbarkaw lejn Irdum il-Ħawt u telgħu lejn iċ-ċentru tan-Nadur, fejn sgassaw lill-knisja Parrokkjali u serqu li riedu u minn hemm erħewlha lejn ilFortizza Chambray. Kien l-uniku torri kostali li azzarda jiftaħ in-
12
n-nies xorta kienu sabu mod kif jidħlu hekk kif kienet iċċartet bokka ċkejkna fil-ħajt li jħares lejn il-Majjistral. Kien fl-2006 li ġie rrestawrat minn Din l-Art Ħelwa u l-Kunsill Lokali tanNadur u llum jinżamm fi stat tajjeb u jinfetaħ ta’ sikwit għallviżitaturi.
This space is sponsored by
J. Debrincat Ltd